|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 468/330 |
P7_TA(2013)0581
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali (02074/2011 – C7-0126/2012 – 2011/0901B(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 468/76)
Emenda 1
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)
għall-abbozz tal-Qorti tal-Ġustizzja
(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0252/2013).
(*1) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru tal-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 254 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Eneġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
|
▌ |
|
|
(5) |
Wara ż-żieda gradwali tal-kompetenzi tagħha minn mindu ġiet ikkostitwita, in-numru ta’ kawżi li qed jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali qed jikber b’mod kostanti. |
|
(6) |
In-numru ta’ kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali qed ikompli jiżdied matul is-snin , liema fatt fuq perjodu twil għandu bħala konsegwenza żieda ▌fin-numru ta’ kawżi pendenti quddiemha u żieda fit-tul tal-proċeduri. |
|
(7) |
Din iż-żieda fit-tul tal-proċeduri tidher li hija diffiċilment aċċettabbli fil-kontront tal-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti kemm fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. |
|
(8) |
Is-sitwazzjoni li fiha tinsab il-Qorti Ġenerali għandha kawżi strutturali li jirrigwardaw kemm l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet leġiżlattivi u regolamentari tal-istituzzjonijiet, organi u korpi tal-Unjoni kif ukoll il-volum u l-kumplessità tal-proċessi li jintbagħtu lill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat. |
|
(9) |
Konsegwentement, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata, u l-possibilità, prevista fit-Trattati, li jiżdied in-numru ta’ Mħallfin tal-Qorti Ġenerali, hija ta’ natura li tippermetti li jitnaqqas, fi żmien qasir, kemm il-volum tal-kawżi pendenti kif ukoll it-tul eċċessiv tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
(9a) |
Dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll regolamentazzjoni li tipprovdi soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni dwar l-Istati Membri ta’ oriġini tal-Imħallfin, peress li l-arranġament attwali fejn Imħallef huwa maħtur għal kull Stat Membru ma jistax japplika għal sitwazzjoni fejn hemm iżjed Imħallfin milli Stati Membri. |
|
(9b) |
Skont l-Artikolu 19(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali tinkludi mill-inqas Imħallef wieħed għal kull Stat Membru. Peress li dan jiżgura diġà bilanċ ġeografiku xieraq u rappreżentazzzjoni tas-sistemi legali nazzjonali, il-ħatra ta' Mħallfin addizzjonali għandha sseħħ esklussivament abbażi tal-kompetenza professjonali u personali tagħhom, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għarfien tagħhom tas-sistemi legali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Madankollu, ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed, ▌ |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti ta' Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qiegħed jiġi emendat kif ġej:
▌
|
(6a) |
L-Artikolu 47(1) jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikolu 9a, l-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5) u l-Artikolu 18 japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-Membri tagħha.” |
|
(7) |
▌L-Artikolu 48 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Fil-Qorti Ġenerali, għandu jkun hemm Imħallef wieħed għal kull Stat Membru u 12-il Imħallfin addizzjonali. Ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed, L-Imħallfin kollha għandhom l-istess status u l-istess drittijiet u obbligi. Meta, kull tliet snin, l-Imħallfin jiġu parzjalment sostitwiti, nofshom jiġu sostitwiti, alternattivament, jekk hemm numru tal-Imħallfin ikun biż-żewġ; u, f'każ li n-numru ta’ Mħallfin ikun bil-fard, fuq bażi alternata, numru biż-żewġ ta’ Mħallfin u numru bil-fard ta’ Mħallfin, jiġifieri dak in-numru nieqes wieħed, ikunu sostitwiti.” |
|
(7a) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 48a Fir-rigward tal-Imħallfin li se jinħatru għal kull Stat Membru, huwa l-gvern tal-Istat Membru kkonċernat li jiddisponi mid-dritt tal-ħatra.” |
|
7b. |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 48b 1. L-Imħallfin addizzjonali jinħatru irrispettivament mill-Istat Membru ta' oriġini tal-kandidati. 2. Fil-qafas ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-Gvernijiet tal-Istati Membri kollha jistgħu jipproponu kandidati. Barra minn hekk, l-Imħallfin irtirati tal-Qorti Ġenerali jistgħu jippreżentaw il-kandidatura tagħhom huma stess bil-miktub lill-President tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 3. Fil-kuntest ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef tal-Qorti Ġenerali. Il-kumitat għandu jehmeż mal-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tal-kandidati, lista ta’ kandidati li għandhom l-aktar esperjenza ta’ livell għoli xierqa, ikklassifikati skont il-mertu. Din il-lista għandu jkun fiha numru ta’ kandidati li jikkorrispondi tal-anqas għad-doppju tan-numru ta’ Mħallfin li se jinħatru permezz ta’ ftehim komuni tal-gvernijiet tal-Istati Membri, sakemm hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati adattati.” |
▌
▌
Artikolu 3
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. It-tnax-il Imħallef maħtura bħala Mħallfin addizzjonali abbażi u wara d-dħul ta’ dan ir-Regolament, għandhom jidħlu fil-kariga immedjatament wara li jieħdu l-ġurament.
Il-mandat ta’ sitta minn dawn l-Imħallfin magħżula bil-polza, jintemm sitt snin wara l-ewwel sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-mandat tas-sitt Imħallfin l-oħra jintemm sitt snin wara t-tieni sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President