15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 468/276 |
P7_TA(2013)0554
Il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi, 2011, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (il-Konvenzjoni Nru 189) (11462/2013 – C7-0234/2013 – 2013/0085(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 468/56)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11462/2013), |
— |
wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 153flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0234/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0394/2013), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |