|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 468/272 |
P7_TA(2013)0543
L-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra (COM(2012)0416 – C7-0203/2012 – 2012/0202(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 468/52)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0416), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0203/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2012 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0046/2013), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 87.
(2) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 75.
(3) Din il-pożizzjoni tikkorrispondi mal-emenda adottata fit-3 ta' Lulju 2013 (Testi Adottati, P7_TA(2013)0310).
P7_TC1-COD(2012)0202
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1359/2013/UE.)