15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/223


P7_TA(2013)0527

Protokoll bejn l-UE u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018) (08701/2013 – C7-0216/2013 – 2013/0102(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (08701/2013),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018) (08699/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0216/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0416/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew informazzjoni relevanti dwar il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt kif ipprovdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, b'mod partikolari l-minuti u l-konklużjonijiet korrispondenti, flimkien ma' rapport annwali dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni prattika tal-programm ta' appoġġ settorjali pluriennali msemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni, waqt is-sena finali tal-validità tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ex-post li jkun jinkludi fih analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-Protokoll;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire.