9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/371


P7_TA(2013)0357

Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (COM(2012)0595 – C7-0337/2012 – 2012/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 093/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0595),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 192(1) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0337/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ April 2013 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0279/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li jidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 56.


P7_TC1-COD(2012)0288

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 114 tiegħu b’rabta mal-Artikolu 1(2) sa 1(9) u mal-Artikolu 2(5) sa 2(7) ta’ din id-Direttiva,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli ta’ enerġija f’kull għamla ta’ trasport fl-2020 ikun mill-anqas ta’ 10 % tal-konsum tal-enerġija finali tagħhom. It-taħlita ta’ bijokarburanti hija waħda mill-metodi disponibbli għall-Istati Membri biex jilħqu din il-mira, u hija mistennija li tkun kontributriċi ewlenija. Metodi oħrajn disponibbli biex jilħqu l-mira huma t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, li huwa imperattiv peress li huwa probabbli li jsir dejjem aktar diffiċli li tintlaħaq b’mod sostenibbli mira perċentwali obbligatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli jekk id-domanda globali għall-enerġija għat-trasport tkompli tiżdied, u l-użu tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. [Em. 123]

(2)

Fid-dawl tal-objettivi tal-Unjoni li jkun hemm tnaqqis ulterjuri fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u minħabba l-kontribuzzjoni sinifikanti li l-karburanti fit-trasport stradali jagħtu lil dawk l-emissjonijiet, l-Artikolu 7a(2) tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jeżiġi li fornituri ta’ karburanti jnaqqsu mill-anqas b’6 % sal-31 ta’ Diċembru 2020 emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għal kull unità ta’ enerġija (“intensità tal-gassijiet b’effett ta’ serra”) prodotti tul ċiklu tal-ħajja tal-karburanti użati fl-Unjoni minn vetturi tat-triq, makkinarju mobbli mhux tat-triq, trakters agrikoli u forestali u inġenji ta’ rikreazzjoni meta ma jkunux fuq il-baħar. It-taħlita ta’ bijokarburanti hija waħda b’emissjonijiet baxxi jew żero ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u karburanti oħra miksubin minn gass ta’ skart li ma jistax jiġi evitat li juża l-qbid tal-karbonju u l-użu għal finijiet ta’ trasport huma wħud mill-metodi disponibbli għal fornituri ta’ karburanti fossili biex inaqqsu l-intensità tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-karburanti fossili fornuti. [Em. 2]

(3)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE jistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà li l-bijokarburanti u l-bijolikwidi jeħtiġilhom ikunu konformi magħhom biex jingħaddu mal-miri tad-Direttiva u biex jikkwalifikaw biex ikunu inklużi fi skemi pubbliċi ta’ appoġġ. Dawn il-kriterji jinkludu rekwiżiti dwar it-tnaqqis minimu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra li l-bijokarburanti u l-bijolikwidi jeħtiġilhom jiksbu meta mqabblin mal-karburanti fossili. Hemm stabbiliti kriterji identiċi ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti skont l-Artikolu 7b tad-Direttiva 98/70/KE.

(3a)

Għalkemm id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jużaw it-termini “bijokarburanti u bijolikwidi”, id-dispożizzjonijiet tagħhom, inklużi l-kriterji rilevanti ta’ sostenibbiltà, japplikaw għall-karburanti rinnovabbli kollha definiti f’dawn id-Direttivi. [Em. 4]

(4)

Fejn art agrikola jew mergħa li qabel kienet iddestinata għas-swieq tal-ikel, tal-għalf u tal-fibra tinbidel għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, id-domanda li ma tkunx għall-karburanti xorta waħda trid tiġi ssodisfata jew bl-intensifikazzjoni tal-produzzjoni attwali jew billi art mhux agrikola tinbidel għall-produzzjoni band’oħra. Dan l-aħħar każ jirrappreżenta tibdil indirett fl-użu tal-art u meta jkun jinvolvi l-bidla ta’ art b’ħażna kbira ta’ karbonju dan jista’ jwassal għal emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE għandhom, għalhekk, jinkludu dispożizzjonijiet biex jindirizzaw tibdil indirett fl-użu tal-art minħabba li l-bijokarburanti bħalissa jinħadmu l-aktar minn għelejjel imkabbrin fuq art agrikola eżistenti. [Em. 124]

(4a)

L-Artikolu 19(7) tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikolu 7d(6) tad-Direttiva 98/70/KE jirrikjedu t-teħid ta’ passi xierqa biex jiġi indirizzat l-impatt tat-tibdil indirett fl-użu tal-art fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li jitħarsu l-investimenti eżistenti li diġà saru. [Em. 126]

(5)

Abbażi ta’ previżjonijiet tad-domanda għall-bijokarburanti pprovduti mill-Istati Membri u ta’ stimi ta’ emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art għal materja prima differenti tal- bijokarburanti, aktarx li emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’rabta ma’ tibdil indirett fl-użu tal-art ikunu sinifikanti u jistgħu jġibu fix-xejn xi ftit mit-tnaqqis jew it-tnaqqis kollu ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ta’ bijokarburanti individwali. Dan iseħħ għaliex il-bijokarburanti kkultivati fuq l-art irċevew ammont kbir ta’ sussidji pubbliċi (EUR 10 biljun(EUR 10 000 000 000) fis-sena) u għalhekk, il-produzzjoni kważi kollha tal-bijokarburanti fl-2020 hi mistennija li tiġi minn għelejjel imkabbrin fuq art li tkun tista’ tintuża biex taqdi s-swieq tal-ikel u tal-għalf. Barra minn hekk, il-produzzjoni ta’ bijokarburanti prodotti minn għelejjel tal-ikel tikkontribwixxi għall-volatilità fil-prezzijiet tal-ikel u jista’ jkollha impatti soċjali negattivi fuq l-għajxien u l-ħila li jkunu eżerċitati d-drittijiet tal-bniedem, fosthom id-dritt għall-ikel jew ta’ aċċess għall-art għal komunitajiet lokali li jgħixu fil-faqar f’pajjiżi barra l-Unjoni. Biex tali emissjonijiet u tali impatt soċjali negattiv bħal dawn jitnaqqsu, u jittaffew l-effetti negattivi fuq is-sigurtà tal-ikel , ikun jixraq wieħed jiffoka, b’mod partikolari, fuq it-tnaqqis tal-użu proġettat tal-bijokarburanti li jitkabbru fuq l-art, kif ukoll li jitqiesu l-emissjonijiet indiretti mit-tibdil fl-użu tal-art meta jiġi kkalkulat it-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE . Barra minn hekk, sabiex jinstabu soluzzjonijiet fi żmien qasir u fit-tul, jeħtieġ li jitħeġġu r-riċerka u l-iżvilupp f’setturi ġodda tal-bijokarburanti avvanzati li mhumiex f’kompetizzjoni mal-għelejjel tal-ikel, u li jkompli jiġi studjat l-impatt tal-gruppi differenti ta' għelejjel kemm fuq it-tibdil dirett kif ukoll fuq it-tibdil indirett fl-użu tal-art. li ssir distinzjoni bejn gruppi ta’ għelejjel, bħal għelejjel tal-pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt, għelejjel taċ-ċereali, għelejjel tal-pjanti taz-zokkor u għelejjel oħra ta' pjanti b'kontenut ta' lamtu, skont dan. [Em. 8]

(6)

Karburanti likwidi rinnovabbli aktarx li jkunu meħtieġa mis-settur tat-trasport biex dan inaqqas l-emissjonijiet tiegħu ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Bijokarburanti avanzati, bħal dawk magħmulin minn skart u alka, jipprovdu tnaqqis għoli ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’riskju baxx li jinħoloq tibdil indirett fl-użu tal-art u ma jikkompetux direttament għal art agrikola għas-swieq tal-ikel u tal-għalf. Ikun jixraq, għalhekk, li titħeġġeġ produzzjoni akbar ta’ bijokarburanti avvanzati bħal dawn għax dawn bħalissa ma jinsabux disponibbli kummerċjalment fi kwantitajiet kbar, parzjalment minħabba kompetizzjoni għal sussidji pubbliċi ma’ teknoloġiji stabbiliti ta’ bijokarburanti b’bażi ta’ għelejjel tal-ikel. Għandhom jiġu pprovduti aktar inċentivi billi l-ippeżar tal-bijokarburanti avvanzati jiżdied għal 10 % tal-mira għat-trasport stabbilita fid-Direttiva 2009/28/KE meta mqabbel ma’ bijokarburanti konvenzjonali. F’dan il-kuntest, bijokarburanti avvanzati b’impatti stmati baxxi minn tibdil indirett fl-użu tal-art u tnaqqis kumplessiv għoli ta’ gassijiet b’effett ta’ serra biss għandhom ikunu appoġġati bħala parti mill-qafas tal-politika tal-enerġija rinnovabbli għal wara l-2020.

(6a)

Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-inċentivazzjoni tal-miżuri, b’mod partikolari dawk immirati lejn il-promozzjoni tal-bijokarburanti avvanzati, huwa essenzjali li l-politiki ta’ appoġġ u l-mekkaniżmi stabbiliti mill-Istati Membri jipprevedu l-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tal-volumi ta’ bijokarburanti biex jiġu evitati pretensjonijiet frawdulenti jew qarrieqa dwar l-oriġini ta’ prodott tal-bijokarburanti, u tiġi skoraġġita l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet multipli ta’ volumi ta’ bijokarburanti taħt żewġ sistemi nazzjonali jew skemi ta’ akkreditament internazzjonali jew aktar. [Em. 11]

(6b)

Filwaqt li l-bijokarburanti u l-bijolikwidi prodotti mill-iskart u r-residwi għandhom il-potenzjal li jiksbu tnaqqis għoli fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u jikkawżaw impatti avversi ambjentali, soċjali u ekonomiċi li huma baxxi, ikun xieraq li ssir valutazzjoni ulterjuri tad-disponibbiltà, il-benefiċċji u r-riskji tagħhom fost affarijiet oħra biex tissawwar politika għal wara l-2020. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jkun hemm aktar informazzjoni dwar il-benefiċċji tas-sigurtà tal-enerġija kemm tal-bijokarburanti konvenzjonali kif ukoll ta’ dawk avvanzati, b’mod partikolari meta karburanti fossili jintużaw b’mod dirett jew indirett għall-produzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tingħata mandat biex tippreżenta rapport u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward dawn il-kwistjonijiet. Ir-rapport għandu jqis il-kost tal-għażla ambjentali, soċjali u ekonomiku għall-użu tal-materja prima għal finijiet oħra minbarra l-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi sabiex ikun żgurat li l-impatti globali pożittivi u negattivi jkunu riflessi fir-rapport. [Em. 12]

(6c)

Fl-Istati Membri kollha, il-bijokarburanti konvenzjonali u avvanzati ta' kwalità konsistenti u għolja għandhom ikunu disponibbli. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni għandha, bħala kwistjoni ta’ urġenza, tagħti mandat ċar lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għat-tħejjija ta’ standards tekniċi ta’ prestazzjoni għall-bijokarburanti avvanzati u taħlitiet finali ta’ bijokarburanti u, fejn ikun meħtieġ, għar-reviżjoni tal-istandards konvenzjonali tal-bijokarburanti biex jiġi żgurat li l-kwalità tal-prodott finali tal-karburant ma tnaqqasx il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 jew il-prestazzjoni operazzjonali ġenerali tal-vetturi. [Em. 13]

(7)

Biex tkun żgurata l-kompetittività fit-tul tas-setturi industrijali b’bażi bijoloġika, u f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-2012 “Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa” u mal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, li jippromwovu bijoraffineriji integrati u diversifikati fl-Ewropa kollha, għandhom jiġu stabbiliti inċentivi mtejba skont id-Direttiva 2009/28/KE b’mod li tingħata preferenza lill-użu ta’ materja prima tal-bijomassa li ma jkollhiex valur ekonomiku għoli għal użi oħra milli bijokarburanti jew li ma tikkawżax impatt ambjentali b’mod li jiġu kompromessi l-ekosistemi lokali billi l-għelejjel tal-ikel jitħallew bla art u ilma . [Em. 129]

(7a)

Il-koerenza bejn id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/28/KE u l-leġiżlazzjoni f’oqsma oħra tal-politika tal-Unjoni għandha tittejjeb sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji u titjieb iċ-ċertezza tad-dritt. Id-definizzjonijiet ta’ skart u residwi għall-finijiet tad-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu armonizzati ma’ dawk stabbiliti mid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (5) . Il-flussi ta’ skart u ta’ residwi elenkati fid-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu identifikati aħjar permezz tal-kodiċi tal-iskart fil-katalgu tal-iskart Ewropew stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE  (6) sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Il-promozzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi skont id-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE għandha tkun konsistenti mal-għanijiet u l-fini tad-Direttiva 2008/98/KE. Sabiex jinkiseb l-għan tal-Unjoni li din toqrob lejn soċjetà ta’ riċiklaġġ, il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE għandha tiġi implimentata bis-sħiħ. Bil-għan li dan jiġi ffaċilitat, l-użu ta’ skart u residwi għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi għandu jsir parti mill-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart stabbiliti mill-Istati Membri skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/98/KE. L-applikazzjoni tad-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE ma għandhiex tipperikola l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2008/98/KE. [Em. 16]

(8)

Il-livell minimu ta’ tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għal bijokarburanti u bijolikwidi prodotti f’installazzjonijiet ġodda għandu jiżdied b’effett mill-1 ta' Lulju 2014 biex jittejjeb il-bilanċ kumplessiv tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, kif ukoll biex ma jitħeġġux investimenti ulterjuri f’installazzjonijiet bi prestazzjoni baxxa fir-rigward tat-tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Din iż-żieda tipprovdi għal salvagwardji ta' investimenti fil-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(6) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(8a)

Fil-promozzjoni tal-iżvilupp tas-suq ta’ vetturi tal-enerġija rinnovabbli u tal-karburanti rinnovabbli, għandu jitqies l-impatt tagħhom mhux biss fuq il-klima iżda wkoll fuq l-opportunitajiet ta’ żvilupp reġjonali u lokali u fuq l-impjiegi. Il-produzzjoni tal-bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni u ta’ dawk avvanzati għandha l-potenzjal li toħloq l-impjiegi u tiġġenera t-tkabbir, b’mod partikolari fiż-żoni rurali. L-awtosuffiċjenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista tar-reġjuni tal-Unjoni huma wkoll objettivi tal-promozzjoni tas-swieq tal-enerġija rinnovabbli u tal-karburanti rinnovabbli. [Em. 17]

(9)

Bi tħejjija għat-tranżizzjoni għal bijokarburanti avvanzati u biex ikunu mminimizzati l-impatti kumplessivi minn tibdil indirett fl-użu tal-art fil-perjodu sal-2020, ikun jixraq li jkun limitat l-ammont ta’ bijokarburanti u bijolikwidi li jinkiseb minn għelejjel tal-ikel fil-Parti A tal-Anness VIII għad-Direttiva 2009/28/KE u fil-Parti A tal-Anness V għad-Direttiva 98/70/KE li jkunu jistgħu jingħaddu għall-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE. Mingħajr ma jiġi ristrett l-użu kumplessiv ta' bijokarburanti bħal dawn, is-sehem tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi, prodotti mill-għelejjel taċ-ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu, bi pjanti taz-zokkor u bi pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt, li jista' jingħadd għall-miri tad-Direttiva 2009/28/KE għandu jkun limitat għas-sehem ta' bijokarburanti u bijolikwidi bħal dawn ikkonsmati fl-2011.

(10)

Il-limitu ta' 5  6 % stabbilit fl-Artikolu 3(4)(d) tad-Direttiva 2009/28/KE 98/70/KE ma jaffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jirranġaw it-trajettorja tagħhom għall-konformità ma' dan is-sehem preskritt ta' bijokarburanti konvenzjonali fil-mira kumplessiva ta' 10 %. Konsegwentement, l-aċċess għas-suq tal-bijokarburanti prodotti mill-installazzjonijiet li kienu qed joperaw qabel tmiem l-2013 jibqa' kompletament miftuħ. Għalhekk din id-Direttiva ma taffettwax l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ta' installazzjonijiet bħal dawn. [Em. 183]

(10a)

Għandhom jiġu pprovduti inċentivi biex fis-settur tat-trasport jiġi stimulat l-użu ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u ta’ ffrankar tal-enerġija fis-settur tat-trasport għandhom jiġu inkoraġġiti. [Em. 133]

(11)

L-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art għandhom jiġu inklużi fir-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-bijokarburanti skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE. Bijokarburanti magħmulin minn materja prima li ma jwasslux għal domanda addizzjonali ta' art, bħal dawk minn skart ta’ materja prima, għandhom jiġu assenjati fattur ta' żero emissjonijiet.

(11a)

L-Istati Membri għandhom jingħataw permess jallokaw ir-riżorsi finanzjarji tagħhom li fil-preżent qed jintużaw biex jiksbu, parzjalment jew bis-sħiħ, is-sehem ta' enerġija tagħhom mill-bijokarburanti magħmula miċ-ċereali, u minn għelejjel oħra li fihom ħafna lamtu, għelejjel tal-pjanti taz-zokkor, għelejjel tal-pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt u għelejjel oħra mkabbra fuq l-art għall-enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari r-riħ, ix-xemx, l-enerġija mill-mewġ u dik ġeotermika, li ntwera li huma kemm rinnovabbli kif ukoll sostenibbli. [Em. 22]

(11b)

L-iskemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni huma l-istrumenti ewlenin li jintużaw mill-operaturi ekonomiċi biex juru li huma konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE. Madankollu, hemm nuqqas ta’ kriterji li magħhom għandhom jikkonformaw dawn l-iskemi sabiex jinkiseb ir-rikonoxximent. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli aktar ċari. Huma biss l-iskemi li jipprovdu mekkaniżmi effettivi li jiggarantixxu l-indipendenza u l-affidabilità tal-awditjar u l-involviment tal-komunitajiet lokali u indiġeni li għandhom jitqiesu bħala konformi ma’ din id-Direttiva. Dawn l-iskemi għandhom jinkludu wkoll regoli ċari u stretti dwar l-esklużjoni ta’ kunsinni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi mill-iskema f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha. Sabiex tiġi ssorveljata u infurzata l-operazzjoni effettiva tal-iskemi, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ taċċessa u tiżvela d-dokumenti kollha rilevanti li jagħtu lok għal tħassib dwar prattiki ħżiena. [Em. 23]

(11c)

Id-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 2009/28/KE ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni li tikkonċerna l-proċess ta’ rikonoxximent ta’ dawn l-iskemi volontarji, u b’hekk mhumiex effettivi fl-iżgurar tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u trasparenti. Għalhekk, ikun xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti minimi obbligatorji biex dawk l-iskemi jitqiesu bħala li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà. [Em. 24]

(11d)

L-użu tal-art għall-kultivazzjoni ta' materja prima tal-bijokarburanti m'għandux iwassal għall-ispustament tal-komunitajiet lokali u indiġeni. Jeħtieġ, għalhekk, li jiġu introdotti miżuri speċjali li jipproteġu l-art tal-komunitajiet indiġeni. [Em. 25]

(11e)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE jipprevedu trattament differenti għall-materja prima jekk ma tkunx ikklassifikata bħala skart, residwu jew koprodott. Madankollu, in-nuqqas ta' definizzjonijiet ta' dawn il-kategoriji fil-preżent joħloq inċertezza li tista' tostakola l-implimentazzjoni u l-konformità xierqa. Għalhekk għandha tiġi stabbilita lista indikattiva tat-tipi ta’ materja prima li jaqgħu taħt kull kategorija. [Em. 27]

(12)

Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-metodoloġija li tistma fatturi ta’ emissjonijiet minn tibdil fl-użu tal-art inklużi fl-Annessi VIII u V għad-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE rispettivament fid-dawl ta’ adattament għal progress tekniku u xjentifiku. Għal dan il-għan, u jekk ikun ġustifikat mill-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tirrevedi l-fatturi tal-grupp propost ta’ għelejjel minn tibdil indirett fl-użu tal-art, kif ukoll tintroduċi fatturi f’livelli ulterjuri ta’ diżaggregazzjoni u tinkludi valuri addizzjonali jekk materja prima tal-bijokarburant ġdid tidħolx fis-suq.

(13)

L-Artikolu 19(8) tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikolu 7d(8) tad-Direttiva 98/70/KE jinkludu dispożizzjonijiet biex jinkoraġġixxu l-kultivazzjoni ta’ bijokarburanti f’art degradata severament u mniġġsa ħafna bħala miżura temporanja ta’ mitigazzjoni kontra tibdil indirett fl-użu tal-art. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għadhomx adegwati fl-għamla attwali tagħhom u jeħtieġ li jiġu integrati fl-approċċ stipulat f’din id-Direttiva biex jiġi żgurat li azzjonijiet kumplessivi biex jiġu mminimizzati l-emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art jibqgħu koerenti.

(14)

Ikun jixraq li jkun hemm allinjament tar-regoli għall-użu ta’ valuri prestabbiliti biex jiġi żgurat trattament ugwali għall-produtturi mingħajr ma jitqies fejn issir il-produzzjoni. Filwaqt li pajjiżi terzi jitħallew jużaw valuri prestabbiliti, produtturi tal-UE jeħtieġ li jużaw valuri reali fejn ikunu ogħla mill-valuri prestabbiliti, jew meta ma jkunx intbagħat rapport mill-Istat Membru, u dan iżid il-piż amministrattiv tagħhom. Għalhekk, ir-regoli attwali għandhom ikunu ssimplifikati biex l-użu ta’ valuri prestabbiliti ma jkunx limitat għal żoni fl-Unjoni inklużi fil-listi msemmijin fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikolu 7d(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

(14a)

Bil-għan li tinkiseb il-mira għall-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport filwaqt li jitnaqqsu l-impatti negattivi tat-tibdil fl-użu tal-art, għandhom jiġu inkoraġġiti l-użu ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli, il-bidla modali, aktar użu tat-trasport pubbliku u l-effiċjenza enerġetika. B’konformità mal-White Paper dwar it-Trasport, l-Istati Membri għalhekk għandhom ifittxu li jżidu l-effiċjenza enerġetika u jnaqqsu l-konsum globali tal-enerġija fil-qasam tat-trasport, filwaqt li jiffavorixxu l-penetrazzjoni fis-suq ta’ vetturi elettriċi u l-użu tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-sistemi tat-trasport. [Em. 29 u 139]

(15)

Peress li L-objettivi ta’ din id-Direttiva għandhom jiżguraw , li jkun żgurat suq uniku għall-karburanti għas-settur tat-trasport għat-trasport stradali jiżguraw li jiġu rispettati l-livelli għal makkinarju mobbli mhux tat-triq u biex ikun żgurat rispett tal-livelli minimi ta’ ħarsien ambjentali mill-użu ta’ dan il-karburant u li jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-sikurezza tal-ikel u fuq id-drittijiet għall-użu tal-art fir-rigward tal-produzzjoni u l-użu ta' dan it-tip ta' karburant . Peress li dawn l-objettivi , ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi. [Em. 30]

(16)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, is-setgħat kkonferiti lill-Kummissjoni bid-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE jeħtiġ li jkunu allinjati mal-Artikolu 290 ta' dak it-Trattat.

(17)

Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(18)

Biex tippermetti adattament għall-progress tekniku u xjentifiku tad-Direttiva 98/70/KE, is-setgħa biex ikunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-mekkaniżmu għall-monitoraġġ u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, tal-prinċipji metodoloġiċi u tal-valuri meħtieġa biex ikun ivvalutat jekk ikunux ġew issodisfati l-kriterji ta’ sostenibbiltà b’rabta mal-bijokarburanti, tal-kriterji u l-firxiet ġeografiċi għad-determinazzjoni ta’ bwar differenti ħafna minn xulxin, tal-metodoloġija għall-kalkolu u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijokarburanti, tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’ emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art, tal-livell permess relatat mal-kontenut ta’ addittivi metalliċi fil-karburanti, tal-metodi analitiċi permessi relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tal-karburanti u mal-eżenzjoni mill-pressjoni tal-fwar permessa għall-petrol li jkun fih il-bijoetanol.

(19)

Biex tippermetti adattament għall-progress tekniku u xjentifiku tad-Direttiva 2009/28/KE, is-setgħa biex ikunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista ta’ materja prima tal-bijokarburanti li jingħaddu għal ħafna drabi għall-mira stabbilita fl-Artikolu 3(4), tal-kontenut ta’ enerġija ta’ karburanti għat-trasport, tal-kriterji u l-firxiet ġeografiċi għad-determinazzjoni ta’ bwar differenti ħafna bijoloġikament, tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’ emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art, u tal-prinċipji metodoloġiċi u tal-valuri meħtieġa biex ikun ivvalutat jekk ikunux ġew issodisfati kriterji ta’ sostenibbiltà b’rabta ma’ bijokarburanti u bijolikwidi.

(20)

Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-effikaċja tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva, abbażi tal-aħħar u l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, biex tillimita emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art u biex tindirizza modi biex ikun imminimizzat aktar dak l-impatt, li jista’ jinkludi l-introduzzjoni ta’ fatturi ta’ emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art fl-iskema ta’ sostenibbiltà mill-1 ta’ Jannar 2021.

(21)

Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż f’livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(22)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti spjegattivi tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar fejn jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta' dan it-tip ta' dokumenti bħala ġustifikata.

(23)

Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:

-1.

Fl-Artikolu 2, il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“9a.    ‘materjal ċellulożiku mhux tal-ikel’ ifisser għelejjel mhux tal-ikel għall-enerġija kkultivati fuq l-art għal finijiet ta’ produzzjoni tal-bijoenerġija, inklużi miscanthus, ħxejjex oħra li minnhom tiġi estratta l-enerġija, varjetajiet mhux tal-ikel ta’ sorgu u qanneb industrijali iżda li jeskludi għelejjel b’kontenut kbir ta’ lignin, bħas-siġar. [Em. 34]

9b.     ‘materjal linjoċellulożiku mhux tal-ikel’ tfisser l-għelejjel tal-injam għall-enerġija kkultivati fuq artijiet bħall-imsaġar ta' ġdidba qasira jew is-silvikultura ta' ġdidba qasira. [Em. 35]

9c.     ‘tibdil dirett fl-użu tal-art’ tfisser it-tibdil f'termini tal-użu tal-art minn waħda mis-sitt kategoriji tal-IPPC għall-kopertura tal-art (art tal-foresti, bwar, art li tinħadem, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra) kif ukoll kategorija oħra, is-seba' waħda, ta' għelejjel perenni, li tkopri partikolarment l-għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom normalment ma jinħasadx kull sena, bħall-imsaġar ta' ġdidba qasira u ż-żejt tal-palm. [Em. 36]

9d.     ‘karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika’ tfisser il-karburanti gassużi jew likwidi, għajr il-bijokarburanti, li l-kontenut enerġetiku tagħhom joriġina minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għajr il-bijomassa u li jintużaw fit-trasport.”

[Em. 37]

-1a.

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq ta' petrol b'kontenut massimu ta' ossiġenu ta' 2,7 % u b'kontenut massimu ta' etanol ta' 5 % sa tmiem l-2018 u jistgħu jeħtieġu t-tqegħid fis-suq ta' petrol bħal dan għal perjodu itwal jekk iqisu li dan ikun meħtieġ. Huma għandhom jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-konsumaturi b’mod dirett fil-pompa tal-karburant dwar il-kontenut ta’ bijokarburant fil-petrol u, b’mod partikolari, dwar l-użu xieraq tat-taħlitiet differenti ta’ petrol. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet dwar l-immarkar ta’ EN228: 2012 fil-pompi kollha fejn jimtela l-karburant fl-Unjoni kollha”.

[Em. 38]

-1b.

Fl-Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-persentaġġ ta’ FAME imħallat mad-diżil jaqbeż is-7 % skont il-volum, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi dwar il-kontenut ta’ FAME b’mod dirett fil-pompa fejn jimtela’ l-karburant”.

[Em. 39]

1.

L-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:

(-a)

f'paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Fil-każ ta’ fornituri ta’ bijokarburanti għall-użu fl-avjazzjoni, l-Istati Membri għandhom jippermettu li dawn il-fornituri jagħżlu li jsiru kontributuri għall-obbligu ta’ tnaqqis stabbilit fil-paragrafu 2 sakemm il-bijokarburanti fornuti jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b.”

[Em. 40]

(-aa)

fil-paragrafu 2, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribut massimu ta’ bijokarburanti prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra b’kontenut rikk ta’ lamtu, għelejjel taz-zokkor u għelejjel li minnhom jiġi estratt iż-żejt, jew għelejjel imkabbra apposta għall-enerġija għall-fini ta’ konformità mal-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx jaqbeż il-kontribut massimu stabbilit fl-Artikolu 3(4)(d) tad-Direttiva 2009/28/KE.”

[Em. 184/REV]

(a)

fil-paragrafu 5, il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a b'mod partikolari dwar:”

(b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6.   Il-fornituri tal-karburanti għandhom sal-31 ta' Marzu ta' kull sena jirrappurtaw lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru, il-mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti, il-volumi, u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għal kull unità ta’ enerġija prodotti tul ċiklu tal-ħajja tal-karburanti, inklużi l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art stabbiliti fl-Anness V. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-dejta lill-Kummissjoni.”

2.

L-Artikolu 7b huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti meqjusin għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-anqas ta' 60 % għall-bijokarburanti prodotti f’installazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta’ Lulju 2014. Installazzjoni tkun “qed topera” jekk il-produzzjoni fiżika ta’ bijokarburanti tkun seħħet.

Fil-każ ta’ installazzjonijiet li kienu joperaw fl-1 ta’ Lulju 2014 jew qabel, għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-bijokarburanti għandhom jiksbu tnaqqis ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ta’ mill-anqas 35 % sal-31 ta’ Diċembru 2017 u ta' mill-anqas 50 % mill-1 ta’ Jannar 2018.

It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 7d(1).”

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex ikun deċiż liema bwar għandhom ikunu kopert mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.”

(ba)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4a.     Il-bijokarburanti u l-bijolikwidi meqjusa għall-finijiet previsti fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu magħmula minn materja prima miksuba mill-art, sakemm id-drittijiet ġuridiċi tal-partijiet terzi rigward l-użu u d-dritt ta' proprjetà jiġu rispettati, inkluż bil-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom u bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.”

[Em. 49]

(bb)

Fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà soċjali fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi taż-żieda fid-domanda għall-bijokarburanti, dwar il-kontribut tal-produzzjoni tal-bijokarburanti biex itaffu n-nuqqas tal-proteina veġetali fl-Unjoni u dwar l-impatt tal-politika tal-Unjoni dwar il-bijokarburanti fuq id-disponibbiltà ta’ oġġetti tal-ikel bi prezzijiet għall-but ta’ kulħadd, b’mod partikolari għall-persuni f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u kwistjonijiet ġenerali marbutin mal-iżvilupp”.

[Em. 50]

2a.

L-Artikolu 7c huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3), tistabbilixxi l-lista tal-informazzjoni xierqa u rilevanti msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi. Hija għandha tfittex li tiżgura l-ogħla konformità mal-obbligi sostantivi ta’ dan il-paragrafu, filwaqt li tfittex li timminimizza l-piż amministrattiv żejjed għall-operaturi, speċjalment l-operaturi li huma iżgħar.

[Em. 53]

(b)

fil-paragrafu 3, il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, f’forma aggregata, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, inklużi r-rapporti mwettqa mill-awdituri indipendenti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-pjattaforma ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/28/KE”

[Em. 54]

(c)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.     L-Unjoni għandha tħabrek biex tikkonkludi strumenti ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi li jkun fihom impenji obbligatorji dwar dispożizzjonijiet dwar kriterji ta’ sostenibbiltà li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva. Tali ftehimiet għandhom jistabbilixxu wkoll regoli bil-ħsieb li jkun żgurat li l-proċeduri doganali ta' pajjiżi terzi ma jwasslux għal frodi relatata mal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ. L-Unjoni għandha tħabrek ukoll biex tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jinkludu impenji dwar ir-ratifika u l-infurzar tal-Konvenzjonijiet tal-ILO u l-MEAs kif imsemmi fl-Artikolu 7b(7). Meta l-Unjoni tkun ikkonkludiet strumenti ta' ftehim li jkun fihom impenji obbligatorji dwar id-dispożizzjonijiet li jkopru l-kwistjonijiet koperti mill-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-istrumenti ta' ftehim juru li l-bijokarburanti u l-bijolikwidi prodotti minn materja prima kkultivata f'dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà inkwistjoni. Meta jiġu konklużi dawk l-istrumenti ta’ ftehim, għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq il-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taż-żoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-meded ta’ art fl-għoli b’nixxigħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjomi tal-ħamrija, l-ilma u l-arja, għall-bidliet indiretti fl-użu tal-art, għar-restawr tal-art degradata, għall-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’żoni fejn l-ilma jkun skars u l-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7).”

[Em. 55]

(d)

il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“9a.     Sa [sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid l-operat ta’ ftehimiet jew skemi volontarji li għalihom tkun ġiet adottata deċiżjoni skont il-paragrafu 4 u li jidentifika l-aħjar prattiki. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli, inkluż minn konsultazzjoni ma’ partijiet interessati, u għandu jkun ibbażat fuq esperjenza prattika fl-applikazzjoni tal-ftehimiet jew l-iskemi. Ir-rapport għandu jqis standards u linji gwida rilevanti u rikonoxxuti internazzjonalment, inklużi dawk żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni u l-Alleanza ISEAL. Fir-rigward ta’ kull ftehim u skema, ir-rapport għandu janalizza, fost l-oħrajn, dawn l-aspetti li ġejjin:

l-indipendenza, il-modalità u l-frekwenza tal-awditjar;

id-disponibbiltà u l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-metodi sabiex jiġi identifikat u indirizzat in-nuqqas ta’ konformità;

it-trasparenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema, id-disponibbiltà ta’ traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi u r-reġjuni minn fejn toriġina l-materja prima, l-aċċessibbiltà ta’ lista ta’ operaturi ċertifikati u ċ-ċertifikati korrispondenti, l-aċċessibbiltà ta’ rapporti tal-awdituri;

l-involviment tal-partijiet interessati, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni ma’ komunitajiet indiġeni u lokali matul l-abbozzar u l-eżami mill-ġdid tal-iskema kif ukoll waqt l-awditjar;

is-solidità ġenerali tal-iskema, b’mod partikolari fid-dawl ta’ regoli dwar l-akkreditazzjoni, il-kwalifikazzjoni u l-indipendenza tal-awdituri u tal-entitajiet rilevanti għall-iskema;

l-aġġornament fis-suq tal-iskema

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq fid-dawl tar-rapport, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-iskemi volontarji bl-għan li tiġi promossa l-aħjar prattika.”

[Em. 58]

“9b.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward ta' regoli dettaljati li jirregolaw il-verifika indipendenti u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8) . Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati qabel it-30 ta' Ġunju 2016.

[Em. 59]

(8)   Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).” "

3.

L-Artikolu 7d huwa emendat kif ġej:

(-a)

f'paragrafu 1, is-subparagrafu hawn taħt huwa miżjud:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 7a, mill-2020 'il quddiem l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra taċ-ċiklu tal-ħajja mill-bijokarburanti għandhom jiġu kkalkolati biż-żieda mar-riżultat tal-valur rispettiv fl-Anness V, miksub skont l-ewwel subparagrafu.”

[Em. 60]

(-aa)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“1a.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-inklużjoni fl-Anness V ta' proċedura tal-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra minn karburanti likwidi u gassużi rinnovabbli b'oriġini mhux bijoloġika, bl-iskop li tivverifika l-konformità tagħhom mal-Artikolu 7b. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati qabel il-31 ta' Diċembru 2015.”

[Em. 61]

(a)

il-paragrafi 3 sa 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   L-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola fir-rapporti msemmijin fl-Artikolu 7d(2) fil-każ tal-Istati Membri, u f’rapporti ekwivalenti għal dawk fil-każ ta’ territorji barra mill-Unjoni, jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 11(3), li r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 3 ikun fihom dejta preċiża biex jitkejlu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta’ materja prima tal-bijokarburanti tipikament prodotti f’dawk iż-żoni għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2).

5.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012 u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika rapport dwar il-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-Partijiet B u E tal-Anness IV, filwaqt li toqgħod attenta l-aktar għal emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mit-trasport u mill-ipproċessar. [Em. 62]

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-korrezzjoni tal-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-Partijiet B u E tal-Anness IV.”

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku tal-Anness V, inkluż bir-reviżjoni tal-valuri tal-grupp propost ta’ għelejjel minn tibdil indirett fl-użu tal-art; l-introduzzjoni ta’ Għall-fini tal-evalwazzjoni tal-mudelli ekonomiċi użati għall-istima ta’ tali valuri tat-tibdil indirett fl-użu tal-art, il-Kummissjoni fl-eżami mill-ġdid tagħha għandha tinkludi l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli fir-rigward tas-suppożizzjonijiet ewlenin li jinfluwenzaw ir-riżultati tal-immudellar, inklużi tendenzi mkejla tal-prodott agrikolu u l-produttività, l-allokazzjoni tal-koprodotti u t-tibdil osservat fl-użu globali tal-art u r-rati ta’ deforestazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet interessati jkunu involuti f’tali proċess ta’ eżami mill-ġdid. L-ewwel eżami mill-ġdid ta’ dan it-tip għandu jiġi konkluż sat-30 ta’ Ġunju 2016.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi valuri ġodda tat-tibdil indirett fl-użu tal-art f’aktar f’aktar livelli ta’ diżaggregazzjoni; l-inklużjoni ta' valuri addizzjonali jekk materja prima ġdida tal-bijokarburanti tidħol fis-suq skont kif jixraq, l-eżami mill-ġdid tal-kategoriji li bijokarburanti tagħhom ma jkunu assenjati ebda emissjoni minn tibdil indirett fl-użu tal-art; u l-iżvilupp ta’ fatturi għal materja prima minn materjali ċellulożiċi u linjoċellulożiċi mhux tal-ikel.'

[Em. 189]

(b)

fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

'7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku tal-Anness IV, inkluż billi jingħaddu l-valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni ta’ bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal materja prima oħra u billi tkun immodifikata l-metodoloġija stabbilita fil-Parti C.'

(c)

il-paragrafu 8 huwa mħassar.

(ca)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“8a.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a rigward l-istabbiliment ta’ definizzjonijiet dettaljati, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi, li huma meħtieġa għall-kategoriji stabbiliti fil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness IV.”

[Em. 65]

4.

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 4, fir-rigward ta’ karburanti tal-petrol u tad-diżil, abbażi tal-metodi analitiċi msemmijin fil-verżjoni fis-seħħ tal-istandards Ewropej EN 228 u EN 590 rispettivament.”

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kull sena sat-30 ta’ Ġunju, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport dwar id-dejta nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-kwalità tal-karburanti għas-sena kalendarja ta’ qabel. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format komuni biex jintbagħat sommarju tal-kwalità tal-karburanti fil-livell nazzjonali permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11(3). L-ewwel rapport għandu jintbagħat sat-30 ta’ Ġunju 2002. Mill-1 ta’ Jannar 2004, il-format għal dan ir-rapport għandu jkun konsistenti ma’ dak deskritt fl-istandard rilevanti Ewropew. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw il-volumi totali ta' karburanti tal-petrol u tad-diżil fis-suq fit-territorji tagħhom u l-volumi ta' karburanti tal-petrol bla ċomb u tad-diżil fis-suq b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 10 mg/kg. Barra min hekk, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena dwar id-disponibbiltà, fuq bażi ġeografika bilanċjata kif jixraq, ta’ karburanti tal-petrol u tad-diżil b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg li huma kkumerċjalizzati fit-territorju tagħhom.”

5.

Fl-Artikolu 8a, paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tar-reviżjoni tal-limitu għall-kontenut ta’ MMT ta’ karburant speċifikat fil-paragrafu 2. Din ir-reviżjoni għandha ssir abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa bl-użu tal-metodoloġija ta’ ttestjar imsemmija fil-paragrafu 1. Jista’ jitnaqqas għal żero fejn ikun ġustifikat mill-valutazzjoni tar-riskji. Ma jistax jiżdied jekk dan ma jkunx ġustifikat mill-valutazzjoni tar-riskji.”

5a.

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

2a.     Il-Kummissjoni għandha tibqa' tivverifika l-prestazzjoni tal-bijokarburanti fil-kundizzjonijiet staġjonali kollha eżistenti fl-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura li l-kwalità tal-bijokarburanti użati fil-vetturi ma twassalx għal żieda fl-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa, tas-CO2 jew f’deterjorament tal-prestazzjoni tal-vetturi b'mod ġenerali.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a jekk ikun meħtieġ fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku tal-Anness I jew II ta' din id-Direttiva biex tintroduċi parametri, limiti ta' ttestjar u metodi ta' ttestjar speċifiċi.”

[Em. 66]

6.

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku tal-metodi analitiċi permessi msemmijin fl-Annessi I, II u III.”

7.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati qed tiġi kkonferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7a(5), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), fl-Artikoli 7d(5), 7d(6), 7d(7), 7d(8a), 8a(3) u 10(1) għandha tiġi kkonferita għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 7a(5), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), fl-Artikoli 7d(5), 7d(6), 7d(7), 7d(8a), 8a(3) u 10(1) tista’ tkun irrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7a(5), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), l-Artikoli 7d(5), 7d(6), 7d(7), 7d(8a), 8a(3) u 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun espressa ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

[Em. 149]

8.

L-Artikolu 11(4) huwa mħassar.

9.

L-Annessi huma emendati kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2009/28/KE

Id-Direttiva 2009/28/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2 il-punti li ġejjin jiġu miżjuda:

“p)

‘skart’ għandha tkun iddefinita bħalma hi ddefinita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Sustanzi li jkunu ġew modifikati jew kontaminati intenzjonalment biex ikunu skont id-definizzjoni ma jkunux koperti minn din il-kategorija.'

(q)

“materjal ċellulożiku mhux tal-ikel” tfisser għelejjel mhux tal-ikel għall-enerġija kkultivati fuq l-art imkabbra għal skopijiet ta’ produzzjoni tal-bijoenerġija, inklużi miscanthus, ħxejjex oħra li minnhom tiġi estratta l-enerġija, varjetajiet mhux tal-ikel ta’ sorgu u qanneb industrijali iżda li jeskludi għelejjel b’kontenut kbir ta’ lingnin, bħas-siġar; [Em. 69]

(r)

“materjal linjoċellulożiku mhux tal-ikel” tfisser l-għelejjel tal-injam għall-enerġija kkultivati fuq l-art bħall-imsaġar ta' ġdidba qasira jew is-silvikultura ta' ġdidba qasira'. [Em. 70]

(s)

“koprodotti” tfisser il-materja prima li għandha valur kummerċjali jew użi alternattivi, u l-materjali li jikkostitwixxu parti importanti minn proċess f'termini ta' valur ekonomiku, jew meta l-proċess prinċipali jkun ġie modifikat intenzjonalmentt biex jipproduċi kwantità ħafna akbar jew kwalità oħra tal-materjal, bi ħsara għall-prodott prinċipali.' [Em. 71]

(t)

“karburanti rinnovabbli likwidi jew gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika’ tfisser il-karburanti gassużi jew likwidi, għajr il-bijokarburanti, li jinksibu minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u li jintużaw fit-trasport.” [Em. 72]

(u)

‘tibdil dirett fl-użu tal-art’ tfisser it-tibdil f'termini tal-użu tal-art minn waħda mis-sitt kategoriji tal-IPPC għall-kopertura tal-art (art tal-foresti, bwar, art li tinħadem, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra) kif ukoll kategorija oħra, is-seba' waħda, ta' għelejjel perenni, li tkopri partikolarment l-għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom normalment ma jinħasadx kull sena, bħall-imsaġar ta' ġdidba qasira u ż-żejt tal-palm.' [Em. 74]

(v)

“il-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU) għal finijiet ta’ trasport tfisser proċess li jaqbad il-karbonju (CO/CO2) minn skart u residwi minn sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli u jibdilhom f'karburanti li jintużaw fis-settur tat-trasport;”[Em. 75]

(w)

“residwu tal-ipproċessar” huwa sustanza li mhijiex il-prodott(i) aħħari/aħħarija li l-proċess ta' produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament. Din is-sustanza lanqas m'hi l-għan primarju tal-proċess ta' produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha. [Em. 76]

(9)   Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).” "

2.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Miri u miżuri mandatarji nazzjonali għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli”.

(b)

fil-paragrafu 1, għandu jiżdied subparagrafu li ġej:

“Għall-fini ta’ konformità mal-mira msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kontribuzzjoni konġunta massima minn bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta’ lamtu, bi pjanti taz-zokkor u u bi pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt ma għandhiex tkun aktar mill-kwantità ta’ enerġija li tkun tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni massima kif stabbilita fl-Artikolu 3(4)d.”

(c)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(-i)

mal-ewwel subparagrafu għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’petrol fl-2020 ikun ta’ mill-inqas 7,5 % tal-konsum finali tal-enerġija f’petrol f’dak l-Istat Membru.”

(-ii)

wara l-ewwel subparagrafu għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fl-2016, tal-inqas 0,5 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport għandu jiġi fornut minn enerġija ġejja minn bijokarburanti avanzati.

Fl-2020, tal-inqas 2,5 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport għandu jiġi fornut minn enerġija ġejja minn bijokarburanti avanzati.”

[Em. 152/REV]

(i)

fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu, għandha tiżdied il-frażi li ġejja:

“Dan il-punt għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17(1)(a) u punt (d) ta' dan il-paragrafu;”

(ii)

fit-tieni subparagrafu għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

għall-kalkolu ta’ bijokarburanti fin-numeratur, is-sehem ta’ enerġija minn bijokarburanti prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta’ lamtu, bi pjanti taz-zokkor u bi pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt u għelejjel għall-enerġija oħra kkultivati fuq l-art ma għandux ikun aktar minn 6 5 %, is-sehem stmat fl-aħħar tal-2011, tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport fl-2020.

Is-sehem ta’ enerġija minn bijokarburanti avvanzati elenkati fil-parti A u l-parti C tal-Anness IX għandu jkun ta’ mill-inqas 2,5 % tal-konsum finali tal-enerġija fit-trasport fl-2020.” [Em. 181]

(e)

il-kontribuzzjoni magħmula minn:

(i)

bijokarburanti prodotti minn materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX għandhom jitqiesu bħala erba’ darbiet aktar mill-kontenut daqs il-kontenut tal-enerġija tagħhom;

(ii)

bijokarburanti prodotti minn materja prima elenkata fil-Parti B tal-Anness IX għandhom jitqiesu bħala darbtejn aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħhom;

(iii)

karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika bijokarburanti prodotti minn materja prima elenkata fil-Parti C tal-Anness IX għandhom jitqiesu bħala erba’ darbiet aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda materja prima ma tiġi modifikata intenzjonalment biex tkun koperta mill-kategoriji (i) sa (iii).

Bil-għan li jkun imminimizzat ir-riskju li konsenji uniċi jiġu ddikjarati aktar minn darba fl-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ifittxu li jsaħħu l-kooperazzjoni fost is-sistemi nazzjonali u bejn is-sistemi nazzjonali u skemi volontarji stabbiliti skont l-Artikolu 18, inkluż bl-iskambju ta' dejta fejn xieraq. Biex tkun evitata l-modifika intenzjonali tal-materjali sabiex dawn jaqgħu taħt l-Anness IX, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi li jsibu u jintraċċaw materja prima għall-produzzjoni industrijali u l-bijokarburanti li jirriżultaw tul il-katina tal-valur kollha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta tiġi skoperta l-frodi, tittieħed azzjoni xierqa.

Il-lista ta' materja prima elenkata fl-Anness IX tista' tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-kontabilità stabbiliti f'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 (b) fir-rigward tal-lista ta' materja prima stabbilita fl-Anness IX.'

[Em. 185]

(ca)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4a.     Sa [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għal miżuri addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jippromwovu u jinkoraġġixxu l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija fit-trasport. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu stimi tal-kwantità ta’ enerġija li tista’ tiġi ffrankata bl-implimentazzjoni ta’ kull waħda minn dawk il-miżuri. Il-kwantità tal-enerġija li tikkorrispondi mal-miżuri implimentati minn Stat Membru għandha titqies għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt (b).”

[Em. 153]

2a.

Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.     Kull Stat Membru għandu jippubblika u jinnotifika lill-Kummissjoni sa [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] dokument ta’ tbassir li jindika l-miżuri addizzjonali li bi ħsiebu jieħu skont l-Artikolu 3(4a)”

[Em. 154]

3.

Fl-Artikolu 5(5), l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

'Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 (b) fir-rigward tal-adattament tal-kontenut ta’ enerġija ta’ karburanti tat-trasport kif stabbilit fl-Anness III għal progress xjentifiku u tekniku.'

4.

Fl-Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

4a.

Fl-Artikolu 15(2), ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-garanzija tal-oriġini m’għandhiex funzjoni f’dak li jirrigwarda l-konformità ta’ Stat Membru mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1). It-trasferimenti ta’ garanziji tal-oriġini, b’mod separat jew flimkien mat-trasferiment fiżiku tal-enerġija, m’għandux ikollu effett fuq id-deċiżjoni tal-Istati Membri li jużaw trasferimenti statistiċi, proċeduri konġunti jew skemi konġunti ta’ appoġġ komuni għall-ilħuq tal-objettiv tal-konformità jew fuq il-kalkolu tal-konsum finali gross ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kkalkulat skont l-Artikolu 5.”

[Em. 88]

5.

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(-a)

fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.     Irrispettivament minn jekk il-materja prima ġietx ikkultivata fit-territorju tal-Komunità jew barra minnu, għandha titqies l-enerġija mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi għall-finijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) biss jekk jissodisfaw il-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u ma jaqbżux il-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4)(d):”

[Em. 89]

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi meqjusin għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-anqas ta' 60 % għal bijokarburanti u bijolikwidi prodotti f’installazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta’ Lulju 2014. Installazzjoni tkun 'qed topera' jekk il-produzzjoni fiżika ta’ bijokarburanti jew bijolikwidi tkun seħħet.

Fil-każ ta’ installazzjonijiet li kienu joperaw fl-1 ta’ Lulju 2014 jew qabel, għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-bijokarburanti u l-bijolikwidi għandhom jiksbu tnaqqis ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ta’ mill-anqas 35 % sal-31 ta’ Diċembru 2017 u ta' mill-anqas 50 % mill-1 ta’ Jannar 2018.

It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi għandu jkun ikkalkulat skont l-Artikolu 19(1).”

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25b biex tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex ikun deċiż liema bwar għandhom ikunu koperti mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.”

(ba)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4a.     Il-bijokarburanti u l-bijolikwidi meqjusin għall-finijiet previsti fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ma għandhomx ikunu magħmulin minn materja prima miksuba mill-art, sakemm id-drittijiet legali tal-partijiet terzi rigward l-użu u d-dritt ta' proprjetà jiġu rispettati, inkluż bil-kunsens liberu, infurmat u minn qabel tagħhom u bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.”

[Em. 96]

(bb)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5a.     Il-materja prima użata għal bijokarburanti u bijolikwidi għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandha tiġi prodotta permezz ta’ prattiki ta’ ġestjoni tal-art sostenibbli.”

[Em. 97]

6.

L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda

“2a.     Il-Eurostat għandu jiġbor u jippubblika informazzjoni dettaljata relatata mal-kummerċ dwar il-bijokarburanti prodotti mill-għelejjel tal-ikel, bħal dawk b’bażi ta’ ċereali u għelejjel oħra b’kontenut rikk ta’ lamtu, għelejjel ta’ pjanti taz-zokkor u ta’ pjanti li minnhom jiġi estratt ż-żejt. L-informazzjoni disponibbli għandha tkun fl-għamla ta’ dejta dwar il-kummerċ diżaggregata kemm għall-etanol kif ukoll għall-bijodiżil minħabba li d-dejta attwali hija pubblikata f’format aggregat bl-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-etanol u l-bijodiżil ikkombinati taħt sett tad-dejta wieħed taħt it-tikketta ‘bijokarburanti’. Id-dejta tal-importazzjoni u l-esportazzjoni għandha tidentifika t-tipi u l-volumi ta’ bijokarburanti importati u kkunsmati mill-Istati Membri. Id-dejta għandha tinkludi wkoll il-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż li jkun qed jesporta dawk il-prodotti lejn l-Unjoni. Id-dejta dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ materja prima bijoliġika jew prodotti nofshom ipproċessati għandha tittejjeb permezz tal-ġbir u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni mill-Eurostat dwar l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-materja prima, it-tip u l-pajjiż tal-oriġini, inkluża materja prima innegozjata internament jew seminegozjata.' [Em. 98]

2b.     Il-Eurostat għandu jiġbor u jippubblika informazzjoni dettaljata fir-rigward tal-impjiegi dwar in-numri, it-tul ta’ żmien u s-salarji assoċjati ma’ impjieg dirett, indirett u ikkaġunat iġġenerat mill-industrija tal-bijokarburanti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżviluppa metodoloġija miftiehma għall-kejl ta’ impjiegi li għandha tivvaluta u timmonitorja b’mod sistematiku l-livelli ta’ impjiegi fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni. Iċ-ċifri tal-impjieg għandhom jiġu diżaggregati skont is-setturi tal-etanol u tal-bijodiżil u jidentifikaw b’mod ċar il-post tal-impjieg fil-katina tal-provvista tal-bijokarburant. Attwalment, id-dejta dwar l-impjiegi fir-rigward tal-bijokarburanti mhijiex inkluża fi statistika uffiċjali, filwaqt li l-istimi tal-impjiegi disponibbli għal dawk li jfasslu l-politika jvarjaw skont id-definizzjoni jew il-metodoloġija sottostanti adottata mill-istudju partikolari, l-approċċ tal-għadd tal-impjiegi applikat, u l-punt safejn l-istudji jorbtu l-attività agrikola mal-industrija tal-bijokarburanti. Proċess formali li jkun jirrikjedi li ċ-ċifri tal-impjieg jiġu appoġġati minn dejta sottostanti u suppożizzjonijiet trasparenti jtejjeb id-disponibbiltà tal-informazzjoni.”

[Em. 99]

(b)

fil-paragrafu 4, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.     L-Unjoni għandha tħabrek biex tikkonkludi strumenti ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi li jkun fihom impenji obbligatorji b'rabta ma' dispożizzjonijiet dwar kriterji ta’ sostenibbiltà li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva. Tali ftehimiet għandhom jistabbilixxu wkoll regoli bil-ħsieb li jkun żgurat li l-proċeduri doganali ta' pajjiżi terzi ma jwasslux għal frodi relatata mal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ. L-Unjoni għandha tħabrek ukoll biex tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jinkludu impenji dwar ir-ratifika u l-infurzar tal-Konvenzjonijiet tal-ILO u l-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali (MEAs) kif imsemmi fl-Artikolu 17(7). Meta l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehimiet li jkun fihom impenji obbligatorji b'rabta ma' dispożizzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet koperti mill-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (7), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk il-ftehimiet juru li l-bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn materja prima kkultivata f'dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà inkwistjoni. Meta jiġu konklużi dawk il-ftehimiet, għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq il-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni ta’ żoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi tal-ekosistemi (bħall-protezzjoni għal nixxigħat ta’ ilma minn art għolja għal xmajjar jew ibħra u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-ilma u tal-arja, għall-bidliet indiretti fl-użu tal-art, għar-restawr tal-art degradata, għall-evitar tal-konsum eċċessiv ta’ ilma f’żoni fejn l-ilma jkun skars u l-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7). ' [Em. 100]

'Il-Kummissjoni tista’ g ħandha tiddeċiedi jekk skemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ bijomassa jkun fihom dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) jew juru li konsenji ta’ bijokarburant jew bijolikwidu jkunu konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3) sa (5) (5a), u jekk xi ebda materjal ma jkun ġie immodifikat apposta sabiex ikun kopert minn punti (i) sa (iii) tal-Artikolu 3(4)(e) . Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawn l-iskemi jkun fihom dejta preċiża għall-finijiet ta’ informazzjoni dwar miżuri meħudin għall-konservazzjoni ta’ żoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħal protezzjoni għal nixxigħat ta’ ilma minn art għolja għal xmajjar jew ibħra, u kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-restawr ta’ art degradata, li jkun evitat konsum eċċessiv ta’ ilma f’żoni fejn l-ilma jkun skars u dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7).

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu ta' estinzjoni rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f’listi stabbiliti minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 17 (3)(b) (ii).”[Em. 101]

'Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku ta' skemi ta' verifika li jissalvagwardjaw il-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi, meta dawk l-iskemi kkonċernati jkunu ġew stabbiliti b'konformità ma' din id-Direttiva.'

[Em. 102]

(c)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“9a.     Sa tliet snin [mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid it-tħaddim tal-iskemi volontarji li għalihom tkun ġiet adottata deċiżjoni skont il-paragrafu 4 filwaqt li jidentifika l-aħjar prattiki. Ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli, inkluż mill-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, u għandu jkun imsejjes fuq l-esperjenza prattika fl-applikazzjoni tal-iskemi. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-iżviluppi li jsiru fl-istandards u l-linji gwida rilevanti rikonoxxuti internazzjonalment, inklużi dawk imfasslin mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni u l-Alleanza ISEAL. B’rabta ma’ kull skema, ir-rapport għandu janalizza, fost affarijiet oħrajn, dawn l-aspetti li ġejjin:

l-indipendenza, il-modalità u l-frekwenza tal-awditjar;

id-disponibbiltà u l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-metodi sabiex jiġi identifikat u indirizzat in-nuqqas ta’ konformità;

it-trasparenza, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema, id-disponibbiltà ta’ traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi u r-reġjuni minn fejn toriġina l-materja prima, l-aċċessibbiltà ta’ lista ta’ operaturi ċertifikati u ċ-ċertifikati relattivi, l-aċċessibbiltà tar-rapporti tal-awdituri;

il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-komunitajiet indiġeni u lokali waqt it-tfassil u l-eżami mill-ġdid tal-iskema kif ukoll waqt l-awditjar;

is-solidità ġenerali tal-iskema, b’mod partikolari fid-dawl ta’ regoli dwar l-akkreditazzjoni, il-kwalifikazzjoni u l-indipendenza tal-awdituri u tal-korpi rilevanti għall-iskema;

l-aġġornament fis-suq tal-iskema.

Jekk ikun xieraq fid-dawl tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġu modifikati l-kriterji elenkati fl-Artikolu 18(5).”

[Em. 103]

7.

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(-a)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“1a.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25b fir-rigward tal-inklużjoni fl-Anness V ta' proċedura għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra tal-karburanti likwidi u gassużi rinnovabbli b'oriġini mhux bijoloġika, għall-fini ta’ verifika tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 17. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2015.”

[Em. 106]

(a)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   L-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola fir-rapporti msemmijin fl-Artikolu 19(2) fil-każ tal-Istati Membri, u f’rapporti ekwivalenti għal dawk fil-każ ta’ territorji barra mill-Unjoni, jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(3), li r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 3 jkun fihom dejta preċiża biex jitkejlu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra assoċjati mal-kultivazzjoni ta’ materja prima għall-ipproċessar industrijali u produttiv ta’ bijokarburanti u bijolikwidi tipikament prodotta f’dawk iż-żoni għall-finijiet tal-Artikolu 17(2).”

(b)

fil-paragrafu 5, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25b.”

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25b fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku tal-Anness VIII, inkluża r-reviżjoni tal-valuri tal-grupp propost ta’ għelejjel minn tibdil indirett fl-użu tal-art. l-introduzzjoni ta’ Għall-fini tal-evalwazzjoni tal-mudelli ekonomiċi użati għall-istima ta’ tali valuri tat-tibdil indirett fl-użu tal-art, il-Kummissjoni fl-eżami mill-ġdid tagħha għandha tinkludi l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli fir-rigward tas-suppożizzjonijiet ewlenin li jinfluwenzaw ir-riżultati tal-immudellar, inklużi tendenzi mkejla tal-prodott agrikolu u l-produttività, l-allokazzjoni tal-koprodotti u t-tibdil osservat fl-użu globali tal-art u r-rati ta’ deforestazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet interessati jkunu involuti f’tali proċess ta’ eżami mill-ġdid. L-ewwel eżami mill-ġdid ta’ dan it-tip għandu jiġi konkluż sat-30 ta’ Ġunju 2016.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi valuri ġodda tat-tibdil indirett fl-użu tal-art ġodda f’aktar livelli ta’ diżaggregazzjoni (jiġifieri f’livell ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv); l-inklużjoni ta' valuri addizzjonali jekk materja prima tal-bijokarburant ġdid tidħol fis-suq skont kif jixraq; u l-iżvilupp ta’ fatturi għal materja prima minn materjali ċellulożiċi u linjoċellulożiċi mhux tal-ikel.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25b biex tistabbilixxi fl-Anness VIII valuri li jikkorrispondu mal-emissjonijiet marbuta mat-tibdil indirett fl-użu tal-art għall-materja prima mill-materjali ċellulożiċi u linjoċellulożiċi mhux tal-ikel, u għandha tinkludi dawk il-valuri fil-metodu tal-kalkolu tal-impatt tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi kif previst f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Ġunju 2016.”

[Em. 107 u 190]

(d)

fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25b fir-rigward tal-adattament tal-Anness V għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż billi jingħaddu l-valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni ta’ bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal materja prima oħra u billi tkun immodifikata l-metodoloġija stabbilita fil-Parti C”.

(e)

il-paragrafu 8 huwa mħassar.

8.

L-Artikolu 21 huwa mħassar.

9.

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fl-istima tat-tnaqqis nett ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti, l-Istat Membru jista’, għall-fini tar-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, juża l-valuri tipiċi mogħtijin fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness V, u għandu jgħodd l-istimi ta’ emissjonijiet għal tibdil indirett fl-użu tal-art stabbiliti fl-Anness VIII.“

9a.

Fl-Artikolu 23, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“8a.    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, sal-31 ta' Diċembru 2015, rapport dwar l-impatti ambjentali u ekonomiċi pożittivi u negattivi tal-bijokarburanti prodotti mill-iskart, residwi, koprodotti jew materja prima li ma tużax art. L-impatti ambjentali li għandhom jiġu vvalutati jinkludu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, il-bijodiversità, l-ilma u l-fertilità tal-ħamrija. Għandhom jiġu kkunsidrati ll-benefiċċji potenzjali jew imħassra ta' din il-materja prima għal finijiet oħra, b'mod partikolari fil-produzzjoni tal-prodotti. L-impatti ekonomiċi li għandhom jiġu vvalutati għandhom jinkludu l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-kost tal-għażla li tintuża din il-materja prima għal finijiet oħra kif ukoll ir-ritorn fuq l-investiment tal-enerġija tul iċ-ċiklu tal-ħajja li jista’ jinkiseb mill-użu ta' din il-materja prima għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi avvanzati.”

[Em. 109]

10.

L-Artikolu 25(4) huwa mħassar.

11.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25b

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħat li jkunu adottati atti delegati qed jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4)(d), fl-Artikolu 5(5), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(c), u fl-Artikoli 19(1), (5), (6) u (7) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4)(d), fl-Artikolu 5(5), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(c), fl-Artikoli 19(5), 19(6) u 19(7) tista’ tkun irrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4)(d), l-Artikolu 5(5), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(c), l-Artikoli 19 (5), 19 (6) u 19 (7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun espressa ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

12.

L-annessi huma emendati kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

Eżami mill-ġdid

Il-Kummissjoni għandha, qabel il-31 ta’ Diċembru 2017, tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid, abbażi tal-aqwa u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, l-effikaċja tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva biex jiġu limitati emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn tibdil indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi. Ir-rapport għandu, jekk ikun jixraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva bbażata fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, biex ikunu introdotti fatturi ta’ emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art fil-kriterji adatti ta’ sostenibbiltà li għandhom ikunu applikati mill-1 ta’ Jannar 2021. u minn

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll eżami mill-ġdid tal-effikaċja tal-inċentivi pprovduti għal bijokarburanti minn materja prima li ma tużax art u minn għelejjel mhux tal-ikel skont l-Artikolu 3(4)(d) tad-Direttiva 2009/28/KE. Għandu jinkludi valutazzjoni tad-disponibbiltà ta’ dawn il-bijokarburanti u tal-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tagħhom. Fost affarijiet għandu jivvaluta l-impatt tal-produzzjoni ta’ bijokarburanti fuq id-disponibbiltà tal-injam bħala riżorsa u fuq is-setturi li jużaw il-bijomassa.

Ir-rapport għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà xierqa għall-bijokarburanti minn materja prima mhux tal-art u għelejjel mhux tal-ikel.

L-investituri għandhom iqisu l-fatt li t-teknoloġiji tal-produzzjoni tal-bijokarburanti għadhom qed jiġu żviluppati u fi stadju aktar tard jistgħu jiġu adottati aktar miżuri sabiex itaffu l-impatti negattivi. [Em. 111]

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta'din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 56.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013.

(3)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(4)  Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).

(5)   Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(6)   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

(7)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

ANNESS I

L-annessi għad-Direttiva 98/70/KE huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness IV, il-Parti C hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.

L-emissjonijiet annwalizzati minn tibdiliet ta’ ħażna ta’ karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom jiġu kkalkulati billi l-emissjonijiet kollha jiġu diviżi ndaqs tul 20 sena. Għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li ġejja:

el = (CSR – CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/P,

fejn

el =

emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra annwalizzati minn tibdil ta’ ħażna ta’ karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi) ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta’ enerġija prodotta (megajoules) mill-bijokarburant;

CSR =

il-ħażna ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa (tunnellati) ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art f’Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma l-materja prima tkun inkisbet, skont liema minnhom iseħħ l-aħħar;

CSA =

il-ħażna ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja assoċjata mal-użu reali tal-art (imkejla bħala massa (tunnellati) ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F’każijiet fejn il-ħażna ta’ karbonju takkumula tul aktar minn sena waħda, il-valur attribwit lis-CSA għandu jkun il-ħażna stmata għal kull unità ta’ erja wara 20 sena jew meta l-għalla tkun immaturat, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel; u

P =

il-produttività tal-għalla (imkejla bħala bijokarburant jew enerġija għal kull unità ta’ erja kull sena).”

(b)

il-punti 8 u 9 jitħassru.

(2)

Għandu jiżdied l-Anness li ġej:

“Anness V

Parti A.

Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art minn bijokarburanti

Grupp ta’ materja prima

Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art (gCO2ek/MJ)

Ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu

12

Pjanti taz-zokkor

13

Għelejjel ta' pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt

55

Parti B.

Bijokarburanti li għalihom l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art jitqiesu li huma żero

Bijokarburanti prodotti mill-kategoriji li ġejjin ta’ materja prima se jitqiesu li l-emissjonijiet stmati tagħhom minn tibdil indirett fl-użu tal-art ikunu żero:

(a)

materja prima mhux inkluża fil-Parti A ta' dan l-Anness.

(b)

materja prima li l-produzzjoni tagħha wasslet għal tibdil dirett fl-użu tal-art, i.e. tibdil minn waħda mill-kategoriji tal-IPPC li ġejjin għall-kopertura tal-art; art tal-foresti, bwar, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra bħal għelejjel ikkultivati jew għelejjel perenni (1). F’każ bħal dan ‘valur ta’ emissjonijiet minn tibdil dirett fl-użu tal-art (el)’ għandu jkun ġie kkalkulat skont il-Parti C, punt 7 tal-Anness IV.”

(1)  Għelejjel perenni huma ddefiniti bħala għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom ma jinħasadx kull sena bħal pereżempju msaġar ta' newba qasira u żejt tal-palm kif iddefiniti f'(2010/C 160/02)"


ANNESS II

L-Annessi tad-Direttiva 2009/28/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness V, il-Parti C hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.

L-emissjonijiet annwalizzati minn tibdiliet ta’ ħażna ta’ karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom jiġu kkalkulati billi l-emissjonijiet kollha jiġu diviżi ndaqs tul 20 sena. Għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li ġejja:

el = (CSR – CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/P,

fejn

el =

emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra annwalizzati minn tibdil ta’ ħażna ta’ karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi) ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta’ enerġija prodotta (megajoules) mill-bijokarburant;

CSR =

il-ħażna ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa (tunnellati) ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art f’Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma l-materja prima tkun inkisbet, skont liema minnhom ikun seħħ l-aħħar;

CSA =

il-ħażna ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja assoċjata mal-użu reali tal-art (imkejla bħala massa (tunnellati) ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F’każijiet fejn il-ħażna ta’ karbonju takkumula tul aktar minn sena waħda, il-valur attribwit lis-CSA għandu jkun il-ħażna stmata għal kull unità ta’ erja wara 20 sena jew meta l-għalla tkun immaturat, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel; u

P =

il-produttività tal-għalla (imkejla bħala enerġija minn bijokarburant jew bijolikwidu għal kull unità ta’ erja kull sena).”

(b)

il-punti 8 u 9 jitħassru.

(2)

Għandu jiżdied l-Anness VIII li ġej:

“Anness VIII

Parti A.

Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art minn materja prima għall-ipproċessar industrijali u produttiv ta’ bijokarburanti u bijolikwidi

Grupp ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv

Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art (gCO2ek/MJ)

Ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu

12

Pjanti taz-zokkor

13

Għelejjel ta' pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt

55

Parti B.

Bijokarburanti u bijolikwidi li għalihom l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art jitqiesu li huma żero

Bijokarburanti u bijolikwidi prodotti mill-kategoriji li ġejjin ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv se jitqiesu li l-emissjonijiet stmati tagħhom minn tibdil indirett fl-użu tal-art ikunu żero.

(a)

materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv mhux inkluża fil-Parti A ta' dan l-Anness.

(b)

materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv li l-produzzjoni tagħha wasslet għal tibdil dirett fl-użu tal-art, i.e. tibdil minn waħda mill-kategoriji tal-IPPC li ġejjin għall-kopertura tal-art; art tal-foresti, bwar, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra, bħal għelejjel ikkultivati jew għelejjel perenni  (1) . F’każ bħal dan “valur ta’ emissjonijiet minn tibdil dirett fl-użu tal-art (el) għandu jkun ġie kkalkulat skont il-Parti C, il-paragrafu 7 tal-Anness V.”

(1)  Għelejjel perenni huma ddefiniti bħala għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom ma jinħasadx kull sena bħal pereżempju msaġar ta' newba qasira u żejt tal-palm kif iddefiniti f'(2010/C 160/02)"

[Em. 164]

(3)

Għandu jiżdied l-Anness IX li ġej:

“Anness IX

Parti A.

Materja prima minn skart u residwi li l-kontribuzzjoni tagħha għall-mira msemmija fl-Artikolu 3(4) għandha titqies li hija erba’ darbiet aktar mill-kontenut hija daqs il-kontenut tal-enerġija tagħha u li tikkontribwixxi għall-mira ta’ 2,5 % msemmija fl-Artikolu 3(d)(i) [Em. 186]

(a)

Alka.

(b)

Frazzjoni ta’ bijomassa ta’ skart muniċipali mħallat, iżda mhux skart domestiku separat soġġett għal miri ta’ riċiklaġġ jew ġbir separat skont l-Artikolu 11 (1) u (2)(a) tad-Direttiva 2008/98/KE; l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi għal bijoskart separat meta l-proċessi jkunu jippermettu l-produzzjoni ta’ kompost kif ukoll ta’ bijokarburanti.

(c)

Frazzjoni ta’ bijomassa ta’ bijodegredabbli skart industrijali, tal-konsumaturi u tal-operaturi, iżda mhux skart soġġett għal ġbir separat skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, u sakemm jiġu rispettati dik il-ġerarkija tal-iskart u l-prinċipju ta’ użu kaskata .

(d)

Tiben.

(e)

Demel tal-annimali u ħama tad-drenaġġ.

(f)

Effluwent minn imtieħen taż-żejt tal-palm u għenieqed vojta tal-frott tal-palma.

(g)

Żift miż-żejt tal-arżnu.

(h)

Gliċerina mhux raffinata.

(i)

Bagasse.

(j)

Residwi tal-għasra u karfa tal-inbid.

(k)

Qxur tal-ġewż.

(l)

Ħliefa.

(m)

Ċfaċagħ tal-qamħirrum.

(n)

Qxur tas-siġar, friegħi, weraq, serratura u fdalijiet mill-qtugħ tas-siġar.

(na)

Materjal linjoċellulożiku għajr zkuk maqtugħin u zkuk maqtugħin miksija b’fuljetta fina (veneer logs).

Parti B.

Materja prima minn skart u residwi li l-kontribuzzjoni tagħha għall-mira msemmija fl-Artikolu 3(4) għandha titqies li hija darbtejn aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħha

(a)

Żejt tal-ikel użat.

(b)

Xaħam tal-annimali kklassifikat bħala tal-kategorija I u II skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(c)

Materjal ċellulożiku mhux tal-ikel.

(d)

Materjal linjoċellulożiku għajr zkuk maqtugħin u zkuk maqtugħin miksija b’fuljetta fina (veneer logs).

Parti C.

Materja prima li l-kontribuzzjoni tagħha għall-mira msemmija fl-Artikolu 3(4) għandha titqies li hija erba’ darbiet aktar mill-kontenut tal-enerġija tagħha u li tikkontribwixxi għall-mira ta’ 2,5 % msemmija fl-Artikolu 3(d)(i)

(a)

Alka (awtotrofika).

(b)

Karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika.

(c)

Il-qbid tal-karbonju u l-użu għal finijiet ta’ trasport.

(d)

Batterji. [Em. 186]

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1).”"

[Em. 186]