26.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/214


P7_TA(2013)0297

It-testijiet tal-affidabbiltà stradali ghal vetturi bil-mutur u t-trejlers taghhom***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-2 ta' Lulju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (COM(2012)0380 – C7-0186/2012 – 2012/0184(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 075/34)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn sistema usa’ li tiżgura li l-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentali aċċettabli matul l-użu tagħhom. Din is-sistema għandha tkopri testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali għall-vetturi kollha u l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt għall-vetturi użati għal attivitajiet kummerċjali tat-trasport bit-triq kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċedura għar-reġistrazzjoni tal-vetturi biex ikun żgurat li vetturi li huma ta' riskju immedjat għas-sikurezza stradali ma jintużawx fit-toroq .

(3)

L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn sistema usa’ li tiżgura li l-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentali aċċettabli matul l-użu tagħhom. Din is-sistema għandha tkopri testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali għall-vetturi kollha u l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt għall-vetturi użati għal attivitajiet kummerċjali tat-trasport bit-triq kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċedura għar-reġistrazzjoni tal-vetturi . L-ittestjar perjodiku għandu jkun l-għodda ewlenija biex tiġi żgurata l-affibabilità stradali. L-ispezzjonijiet waqt it-traġitt tal-vetturi kummerċjali għandhom ikunu kumplementari biss għat-testijiet perjodiċi u għandu jkollhom fil-mira vetturi li huma ta' riskju immedjat għas-sikurezza stradali.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Il-vetturi kollha użati fit-toroq pubbliċi, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali, jeħtieġ li jkunu tajba biex ikunu fit-triq f'kull mument li jintużaw.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

L-infurzar tal-miżuri ta' affidabilità stradali għandhom jinkludu kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jiffokaw fuq is-sidien tal-vetturi u bil-għan li jiġu żviluppati prattiki u drawwiet li jirriżultaw mill-kontrolli bażiċi fuq il-vettura tagħhom.

Emendi 4 u 115

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Fl-Unjoni ġew adottati għadd ta' standards u rekwiżiti tekniċi dwar is-sikurezza tal-vetturi. Madankollu, huwa meħtieġ li jkun żgurat, permezz ta’ sistema ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali, li wara li jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi jkomplu jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza matul il-ħajja tagħhom. Din is-sistema għandha tapplika għall-kategoriji tal-vetturi kif definit fid-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE , id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi u d-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici u li d-Direttiva 74/150/KEE.

(4)

Fl-Unjoni ġew adottati għadd ta' standards u rekwiżiti tekniċi dwar is-sikurezza tal-vetturi. Madankollu, huwa meħtieġ li jkun żgurat, permezz ta’ sistema ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali, li wara li jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi jkomplu jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza matul il-ħajja tagħhom. Kwalunkwe tagħmir immuntat wara li jeffettwa l-karatteristiċi ta’ sikurezza u l-karatteristiċi ambjentali tal-vettura m’għandux jeffettwa negattivament lil dawk il-karatteristiċi fl-istat li kienu fih fi żmien tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti nazzjonali li jikkonċernaw it-testijiet tal-affidabilità stradali għall-kategoriji tal-vetturi kif definit fid-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta ; dik is-sistema għandha tapplika għall-kategoriji tal-vetturi kif definiti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi u d-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

L-iżvelar bikri ta’ nuqqas fl-affidabilità stradali ta' vettura bil-mutur jgħin biex dak in-nuqqas jiġi rimedjat u b'hekk jiġu evitati l-inċidenti, u l-ispejjeż relatati ma' inċidenti li jiġu ffrankati għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw parzjalment l-istabbiliment ta' skema ta' bonus.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Frazzjoni kbira tal-emissjonijiet totali tat-trasport bit-triq, b'mod partikolari l-emissjonijiet tas-CO2, ġejja minn minorità ta' vetturi b'sistemi tal-kontroll tal-emissjoni li ma jaħdmux sew. Huwa stmat li 5 % tal-flotta tal-vetturi tikkawża 25 % tal-emissjonijiet kollha ta' sustanzi li jniġġsu. Għalhekk, sistema perjodika tal-ittestjar tal-affidabilità stradali tikkontribwixxi wkoll għal titjib fl-ambjent permezz ta' tnaqqis tal-emissjonijiet medji tal-vetturi.

(6)

Frazzjoni kbira tal-emissjonijiet totali tat-trasport bit-triq, b'mod partikolari l-emissjonijiet tas-CO2, ġejja minn minorità ta' vetturi b'sistemi tal-kontroll tal-emissjoni li ma jaħdmux sew. Huwa stmat li 5 % tal-flotta tal-vetturi tikkawża 25 % tal-emissjonijiet kollha ta' sustanzi li jniġġsu. Dan japplika wkoll għal żieda fl-emissjonijiet partikolati u tan-NOx minn magni b’disinn modern li jirrikjedi test iktar komprensivi tal-emissjonijiet, inkluż kontroll, permezz ta’ apparat elettroniku ta' kontroll, tal-integrità u l-funzjonalità tas-sistema dijanjostika abbord (is-sistema OBD) proprja tal-vettura, ivverifikat bl-ittestjar eżistenti tal-pajp tal-egżost biex ikun żgurat test komplut tas-sistema ta' emissjonijiet, peress li l-ittestjar b’referenza għall-OBD waħidha mhix affidabbli. Għalhekk, sistema perjodika tal-ittestjar tal-affidabilità stradali tikkontribwixxi wkoll għal titjib fl-ambjent permezz ta' tnaqqis tal-emissjonijiet medji tal-vetturi.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Il-vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn ogħla minn 40 km/siegħa qed jintużaw dejjem aktar minflok it-trakkijiet f’attivitajiet tat-trasport lokali . Il-potenzjal ta’ riskju tagħhom huwa komparabbli ma’ dak tat-trakkijiet u għalhekk din il-kategorija ta’ vetturi għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħat-trakkijiet fir-rigward tal-ittestjar tal-affidabilità stradali.

(8)

Il-vetturi agrikoli b’veloċità massima skont id-disinn ogħla minn 40 km/siegħa f'xi każijiet qed jintużaw minflok it-trakkijiet għal skopijiet ta' trasport kummerċjali tal-merkanzija . Hu importanti li jkun żgurat, li meta l-vetturi agrikoli jintużaw b'dan il-mod, dawn jiġu trattati bl-istess mod bħat-trakkijiet fir-rigward tal-ittestjar tal-affidabilità stradali.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Suppost li l-vetturi ta' interess storiku jikkonservaw il-wirt tal-epoka li nbnew fiha u huma meqjusa bħala li ftit li xejn jintużaw fit-toroq pubbliċi u għalhekk għandu jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk jestendux il-perjodu tal-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali għal vetturi bħal dawn. Għandu jitħalla wkoll f’idejn l-Istati Membri biex jirregolaw l-ittestjar tal-affidabilità stradali ta' tipi oħra ta' vetturi speċjalizzati.

(9)

Il-vetturi ta’ interess storiku jikkonservaw il-wirt tal-epoka li nbnew fiha , jinżammu f’kundizzjoni storikament korretta u rarament jintużaw bħala vetturi ta’ kuljum. Għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk jestendux il-perjodu tal-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali għal vetturi bħal dawn j ew inkella biex jirregolaw is-sistema għall-ittestjar tal-affidabilità stradali tagħhom . Għandu jitħalla wkoll f’idejn l-Istati Membri biex jirregolaw l-ittestjar tal-affidabilità stradali ta' tipi oħra ta' vetturi speċjalizzati.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

L-ittestjar tal-affidabilità stradali hija attività sovrana u  għalhekk, għandha ssir mill-Istati Membri jew minn korpi fdati b’dan il-kompitu taħt is-superviżjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-ittestjar tal-affidabilità stradali fil-każijiet kollha anke meta s-sistema nazzjonali tippermetti l-awtorizzazzjoni ta' korpi privati, inklużi dawk involuti fit-twettiq tat-tiswija .

(10)

L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa attività sovrana u  għaldaqstant għandu jsir mill-Istat Membru kkonċernat , jew minn korp pubbliku fdat b’dan il-kompitu mill-Istat jew minn korpi jew stabbilimenti maħtura u direttament issorveljati mill-Istat, inklużi korpi privati awtorizzati kif dovut . B'mod partikolari, meta l-istabbilimenti maħtura bħala ċentri tal-ittestjar tal-vetturi jagħmlu wkoll tiswijiet tal-vetturi bil-mutur, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw l-oġġettività u l-kwalità għolja tal-ittestjar tal-vetturi .

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Bil-għan li jkun hemm applikazzjoni aħjar tal-prinċipju ta’ moviment liberu fl-Unjoni, iċ-ċertifikat tal-affidabbiltà stradali maħruġ fl-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni oriġinali għandu jkun rikonoxxut b’mod reċiproku fost l-Istati Membri għall-fini ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)

Meta jkun hemm evidenza li l-armonizzazzjoni tal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tkun intlaħqet bi grad suffiċjenti, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku sħiħ taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali fl-Unjoni.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Għall-ispezzjoni tal-vetturi u speċjalment għall-komponenti ta’ sikurezza elettroniċi tagħhom huwa kruċjali li jkun hemm aċċess għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ kull vettura individwali. Għalhekk, il-manifatturi tal-vetturi m'għandhomx jipprovdu biss is-sett komplet ta' dejta kif kopert miċ-ċertifikat ta' konformità (CoC – 'certificate of conformity') iżda għandhom jipprovdu wkoll l-aċċess għad-dejta meħtieġa għall-verifika tal-funzjonalità tal-komponenti relatati mas-sikurezza u mal-ambjent. Id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandhom jiġu applikati b’mod simili għal dan il-fini, u jippermettu li ċ-ċentri ta’ spezzjoni jkollhom aċċess għal dawk l-elementi ta’ informazzjoni meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabilità stradali. Dan huwa ta’ importanza kruċjali fil-qasam ta' sistemi kkontrollati elettronikament u għandu jkopri l-elementi kollha li ġew installati mill-manifattur.

(11)

Għall-ispezzjoni tal-vetturi u speċjalment għall-komponenti ta’ sikurezza elettroniċi tagħhom huwa kruċjali li jkun hemm aċċess għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ kull vettura individwali. Għalhekk, il-manifatturi tal-vetturi m'għandhomx jipprovdu biss is-sett komplet ta' dejta kif kopert miċ-ċertifikat ta' konformità (CoC – 'certificate of conformity') iżda għandhom jipprovdu wkoll l-aċċess għad-dejta meħtieġa għall-verifika tal-funzjonalità tas-sistemi relatati mas-sikurezza u mal-ambjent. Id-dejta għandha tinkludi d-dettalji li jippermettu li l-funzjonalità tas-sistemi ta’ sikurezza tal-vettura tkun immonitorjata b’mod li dawn ikunu jistgħu jiġu ttestjati f’ambjent ta’ spezzjoni teknika perjodika, b’tali mod li tiġi stabbilita rata prevedibbli ta’ vetturi li jgħaddu jew ma jgħaddux mit-test.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Biex jintlaħaq livell għoli ta' kwalità fl-ittestjar mal-Unjoni kollha , it-tagħmir għall-ittestjar użat waqt l-ittestjar, kif ukoll il-manutenzjoni u l-kalibrazzjoni tiegħu għandhom ikunu speċifikati fuq il-livell tal-Unjoni.

(12)

Biex jintlaħaq livell għoli ta' kwalità fl-ittestjar mal-Unjoni kollha tat-tagħmir għall-ittestjar użat waqt l-ittestjar, il-manutenzjoni u l-kalibrazzjoni tiegħu għandhom ikunu speċifikati fil-livell tal-Unjoni. Għandhom jinħolqu inċentivi għal innovazzjonijiet fl-oqsma tas-sistemi, il-proċeduri u t-tagħmir għall-ittestjar, biex b'hekk ikun jista' jinkiseb aktar tnaqqis tal-ispejjeż u titjib fl-użu.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Meta jkunu qed iwettqu t-testijiet tal-affidabilità stradali, l-ispetturi għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u għandu jkun evitat kull kunflitt ta’ interess. Għalhekk, ir-riżultat tat-testijiet tal-affidabilità stradali ma għandux ikun marbut mas-salarju jew ma’ xi benefiċċju ekonomiku jew personali.

(13)

Meta jkunu qed iwettqu t-testijiet tal-affidabilità stradali, l-ispetturi għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u għandu jkun evitat kull kunflitt ta’ interess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet jitwettqu kif suppost u għandhom jagħtu attenzjoni partikolari fir-rigward tal-oġġettività tagħhom.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Il-kwalità u l-imparzjalità taċ-ċentri tal-ittestjar tal-vetturi huma kruċjali biex jintlaħaq l-objettiv ta’ sikurezza stradali ikbar. Għalhekk, iċ-ċentri tal-ittestjar li jwettqu testijiet tal-affidabilità stradali għandhom, pereżempju, jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-ISO 17020 dwar kriterji ġenerali għat-tħaddim ta' tipi varji ta' korpi li jwettqu l-ispezzjoni.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Ir-riżultati ta’ test ma għandhomx jiġu mibdula għal finijiet kummerċjali. Il-korp superviżorju għandu jkun jista’ jimmodifika r-riżultati ta’ test tal-affidabilità stradali biss jekk ikun ċar li s-sejbiet tat-test tal-affidabilità stradali mwettaq minn spettur ma jkunux korretti.

(14)

Ir-riżultati ta’ test ma għandhomx jiġu mibdula għal finijiet kummerċjali. Il-korp superviżorju għandu jkun jista’ jimmodifika r-riżultati ta’ test tal-affidabilità stradali u jimponi l-pieni xierqa fuq il-korp li jkun ħareġ iċ-ċertifikat biss jekk ikun ċar li s-sejbiet tat-test tal-affidabilità stradali mwettaq minn spettur ma jkunux korretti.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Standards għoljin tal-ittestjar tal-affidabilità stradali jeħtieġu livell għoli ta’ ħiliet u kompetenzi tal-persunal tal-ittestjar. Għandha tiġi introdotta sistema tat-taħriġ inkluż taħriġ inizjali u taħriġ ta’ aġġornament perjodiku. Għandu jkun definit perjodu tranżitorju biex jippermetti t-traniżizzjoni bla tfixkil tal-persunal tal-ittestjar eżistenti f’sistema ta’ taħriġ perjodiku.

(15)

Standards għoljin tal-ittestjar tal-affidabilità stradali jeħtieġu livell għoli ta’ ħiliet u kompetenzi tal-persunal tal-ittestjar. Għandha tiġi introdotta sistema tat-taħriġ inkluż taħriġ inizjali u taħriġ ta’ aġġornament perjodiku. Għandu jkun definit perjodu tranżitorju biex jippermetti t-traniżizzjoni bla tfixkil tal-persunal tal-ittestjar eżistenti f’sistema ta’ taħriġ perjodiku. L-Istati Membri li diġà japplikaw rekwiżiti ta’ taħriġ, kompetenza u ttestjar aktar stretti mir-rekwiżiti minimi għandhom jitħallew iżommu l-istandards għoljin tagħhom.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Il-frekwenza tat-testijiet għandha tiġi adattata skont it-tip ta’ vettura u l-kilometraġġ tagħha . Huwa aktar probabbli li l-vetturi jippreżentaw nuqqasijiet tekniċi meta jilħqu ċertu età , u b’mod partikolari meta jkunu użati b’mod intensiv, wara ċertu kilometraġġ . Għalhekk, huwa xieraq li l-frekwenza tal-ittestjar tiżdied għal vetturi aktar qodma u għal vetturi b'kilometraġġ għoli .

(17)

Il-frekwenza tat-testijiet għandha tiġi adattata skont it-tip ta’ vettura. Huwa aktar probabbli li l-vetturi jippreżentaw nuqqasijiet tekniċi meta jilħqu ċertu età. Għalhekk, huwa xieraq li l-vetturi aktar qodma jiġu ttestjati b’iktar frekwenza .

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom ikopru l-elementi kollha rilevanti għad-diżinn, il-kostruzzjoni u t-tagħmir speċifiku tal-vettura ttestjata. Fi ħdan dawn l-elementi u b’qies tal-istat attwali tat-teknoloġija tal-vetturi, is-sistemi elettroniċi moderni għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-elementi ttestjati. Sabiex tinkiseb armonizzazzjoni fl-ittestjar tal-affidabilità stradali, għandhom jiġu pprovduti metodi ta’ ttestjar għal kull wieħed mill-elementi tat-test.

(19)

It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom ikopru l-elementi kollha rilevanti għad-diżinn, il-kostruzzjoni u t-tagħmir speċifiku tal-vettura ttestjata. Dawk l-elementi għandhom jiġu aġġornati biex iqisu r-riċerka li qed tevolvi u l-progress tekniku rigward is-sikurezza tal-vetturi. Ir-roti taħt il-livell standard li jitwaħħlu fuq fusijiet mhux standard, għandhom jiġu trattati bħala element ta' sikurezza kritika, u għalhekk għandhom jiddaħħlu fit-testijiet tal-affidabilità stradali. Fi ħdan dawn l-elementi u b’qies tal-istat attwali tat-teknoloġija tal-vetturi, is-sistemi elettroniċi moderni għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-elementi ttestjati. Sabiex tinkiseb armonizzazzjoni fl-ittestjar tal-affidabilità stradali, għandhom jiġu pprovduti metodi ta’ ttestjar għal kull wieħed mill-elementi tat-test.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)

L-istandards tal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali għandhom ikunu stabbiliti fuq livell minimu għoli komuni għall-Unjoni kollha sabiex dawk l-Istati Membri li diġà għandhom standards tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali ta’ livell ogħla minn dak mitlub b’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jżommu l-istandards ogħla tagħhom u jadottawhom għall-progress tekniku, fejn ikun xieraq.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Id-detentur ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura suġġetta għal test tal-affidabilità stradali li matulu jiġu skoperti n-nuqqasijiet, b’mod partikolari dawk li jirrappreżentaw riskju għas-sikurezza stradali, għandu jirranġa dawn in-nuqqasijiet mingħajr dewmien. F’każ ta’ nuqqasijiet perikolużi, għandha tiġi rtirata r-reġistrazzjoni tal-vettura sakemm jitranġaw dawk in-nuqqasijiet.

(21)

Id-detentur ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura suġġetta għal test tal-affidabilità stradali li matulu jiġu skoperti n-nuqqasijiet, b’mod partikolari vettura li tirrappreżenta riskju għas-sikurezza stradali, għandu jirranġa dawn in-nuqqasijiet mingħajr dewmien. Fil-każ ta’ nuqqasijiet perikolużi, il-vettura m'għandhiex tinsaq fit-toroq pubbliċi sakemm jitranġaw kompletament dawk in-nuqqasijiet.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Għandu jinħareġ ċertifikat tal-affidabilità stradali wara kull test, inkluża, fost oħrajn, informazzjoni relatata mal-identità tal-vettura u informazzjoni dwar ir-riżultati tat-test . Bil-ħsieb li jkun żgurat segwitu xieraq tat-testijiet tal-affidabilità stradali, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jżommu informazzjoni bħal din f'bażi tad-dejta.

(22)

Sabiex jiġi żgurat is-segwitu xieraq għar-riżultati tat-testijiet, għandu jinħareġ ċertifikat tal-affidabilità stradali wara kull test, li għandu jinħoloq ukoll f'format elettroniku, bl-istess livell ta' dettall fir-rigward tal-identità tal-vettura u r-riżultati tat-test kif ikun jidher fiċ-ċertifikat oriġinali tat-test . Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jżommu informazzjoni bħal din f'bażi tad-dejta ċentralizzata sabiex jiżguraw li l-awtentiċità tar-riżultati tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi tkun tista' tiġi vverfikata faċilment .

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

Peress li ċerti Stati Membri ma jirrikjedux ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi, bħalma huma t-trejlers ħfief, l-informazzjoni dwar vettura li tgħaddi mit-test tal-affidabilità stradali għandha tkun disponibbli permezz ta’ prova tat-test li tintwera b'mod viżibbli fuq il-vettura.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Huwa meqjus li l-frodi tal-odometru taffettwa bejn 5 % u 12 % tal-bejgħ tal-karozzi użati u dan jirriżulta f'kost importanti ħafna għas-soċjetà ta' diversi biljuni ta' Ewro kull sena u f'evalwazzjoni mhux korretta tal-kundizzjoni tal-affidabilità stradali ta' vettura. Bil-ħsieb li tkun miżura kontra l-frodi tal-odometru, ir-reġistrazzjoni tal-kilometraġġ fiċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali flimkien mal-obbligu li jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tat-test preċedenti għandhom jiffaċilitaw l-iskoperta tat-tbagħbis jew tal-manipulazzjoni tal-odometru. Il-frodi tal-odometru għandha wkoll titqies b’mod aktar sistematiku bħala offiża li twassal għal penalità.

(23)

Huwa meqjus li l-frodi tal-odometru taffettwa bejn 5 % u 12 % tal-bejgħ tal-karozzi użati f'pajjiż wieħed, filwaqt li ċ-ċifra hi ħafna ogħla fil-każ ta’ bejgħ transkonfinali, u dan jirriżulta f'kost sinifikanti ħafna għas-soċjetà ta' diversi biljuni ta' Ewro kull sena u f'evalwazzjoni mhux korretta tal-affidabilità stradali ta' vettura. Bil-ħsieb li tkun miżura kontra l-frodi tal-odometru, ir-reġistrazzjoni tal-kilometraġġ fiċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali flimkien mal-obbligu li jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tat-test preċedenti għandhom jiffaċilitaw l-iskoperta tat-tbagħbis jew tal-manipulazzjoni tal-odometru. L-istabbiliment ta' pjattaforma elettronika tal-informazzjoni dwar il-vetturi li tirreġistra l-kilometraġġ tal-vetturi u l-inċidenti serji li kienu involuti fihom matul il-ħajja kollha tagħhom, bl-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni tad-dejta, jgħin ukoll biex tiġi evitata l-manipulazzjoni u biex l-informazzjoni importanti tkun aċċessibbli. Il-frodi tal-odometru għandha , barra minnhekk, titqies b’mod aktar sistematiku bħala offiża li twassal għal penalità.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn skema regolatorja usa’, li tirregola l-vetturi matul il-ħajja tagħhom mill-approvazzjoni permezz tar-reġistrazzjonijiet u l-ispezzjonijiet sal-iskreppjar. L-iżvilupp u l-interkonnessjoni ta’ bażijiet tad-dejta elettroniċi nazzjonali dwar il-vetturi u tal-manifatturi għandhom, fil-prinċipju, jikkontribwixxu sabiex titjieb l-effiċjenza tal-katina kollha amminstrattiva tal-vetturi u jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar il-fattibilità, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-istabbiliment ta' pjattaforma elettronika Ewropea għall-informazzjoni dwar il-vetturi għal dan il-għan.

(25)

L-ittestjar tal-affidabilità stradali huwa parti minn skema regolatorja usa’, li tirregola l-vetturi matul il-ħajja tagħhom mill-approvazzjoni permezz tar-reġistrazzjonijiet u l-ispezzjonijiet sal-iskreppjar. L-iżvilupp u l-interkonnessjoni ta’ bażijiet tad-dejta elettroniċi nazzjonali dwar il-vetturi u tal-manifatturi jikkontribwixxu sabiex titjieb l-effiċjenza tal-katina kollha amministrattiva tal-vetturi u jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament għandu jkun li jinkoraġġixxi iktar armonizzazzjoni u standardizzazzjoni tal-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali tal-vetturi, li eventwalment għandhom iwasslu għall-istabbiliment ta' suq uniku għall-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali fl-Unjoni b'sistema ta' rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-ittestjar tal-affidabilità stradali li tagħmilha possibbli li l-vetturi jiġu ttestjati fi kwalunkwe Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tabbozza rapport dwar il-progress fil-proċess ta' armonizzazzjoni sabiex tiddetermina meta tali rikonoxximent reċiproku jista' jiġi stabbilit.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'aktar dettalji tekniċi , is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni bil-ħsieb li titqies, meta jkun xieraq, l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-kategoriji tal-vetturi, kif ukoll il-ħtieġa li l-Annessi jiġu aġġornati fid-dawl tal-progress tekniku. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(26)

Sabiex dan ir-Regolament jiġi aġġornat , is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni bil-ħsieb li titqies, meta jkun xieraq, l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-kategoriji tal-vetturi, kif ukoll il-ħtieġa li l-Annessi jiġu aġġornati fid-dawl tal-progress tekniku. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stipulati rekwiżiti komuni minimi u regoli armonizzati dwar it-twettiq tal-ittestjar tal-affidabilità stradali tal-vetturi fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(29)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stipulati rekwiżiti komuni minimi u regoli armonizzati dwar it-twettiq tal-ittestjar tal-affidabilità stradali tal-vetturi fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu rekwiżiti iktar stretti mill-istandards minimi.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema għal testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali tal-vetturi.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema għal testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali tal-vetturi li jitwettqu abbażi ta’ standards u rekwiżiti tekniċi minimi bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza stradali u protezzjoni tal-ambjent .

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vetturi bil-mutur li għandhom tal-inqas erba' roti, użati għall-ġarr tal-passiġġieri u b'mhux aktar minn tmien sedili minn barra s-sedil tax-xufier – kategorija tal-vettura M1,

vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija primarjament għall-ġarr ta’ persuni u l-bagalji tagħhom, li jkun fihom mhux aktar minn tmien sedili minbarra s-sedil tax-xufier – kategorija tal-vettura M1,

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vetturi bil-mutur użati għall-ġarr tal-passiġġieri u b’aktar minn tmien sedili, eskluż is-sedil tax-xufier – kategoriji tal-vettura M2 u M3,

vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija primarjament għall-ġarr tal-persuni u l-bagalji tagħhom, li jkun fihom aktar minn tmien sedili, eskluż is-sedil tax-xufier – kategoriji tal-vettura M2 u M3,

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vetturi bil-mutur li għandhom tal-inqas erba’ roti, normalment użati għall-ġarr bit-triq ta' oġġetti u b'massa massima permessibbli li ma taqbiżx it-3 500 kg – kategorija tal-vettura N1,

vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija prinċipalment għall-ġarr ta’ oġġetti , li għandhom massa massima li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati – kategorija tal-vettura N1,

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vetturi bil-mutur użati għall-ġarr ta’ oġġetti u b’massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg – kategoriji tal-vettura N2 u N3,

vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija prinċipalment għall-ġarr ta’ oġġetti b’massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati – kategoriji tal-vettura N2 u N3,

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

trejlers u semitrejlers b'massa massima permessibbli li ma taqbiżx it-3 500 kg kategoriji tal-vettura O1 u O2,

trejlers iddisinjati u mibnija għall-ġarr ta’ oġġetti jew persuni kif ukoll għall-akkomodazzjoni ta’ persuni, li jkollhom massa massima ta’ iktar minn 750 kg iżda li ma taqbiżx it-3,5 Tunnellati kategorija tal-vettura  O2

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

trejlers u semitrejlers b'massa massima permessibbli li taqbeż it-3 500 kg – kategoriji tal-vettura O3 u O4,

trejlers iddisinjati u mibnija għall-ġarr ta’ oġġetti jew persuni kif ukoll għall-akkomodazzjoni ta’ persuni, li jkollhom massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati – kategoriji tal-vetturi O3 u O4,

Emenda 117/1

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafi 1 – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vetturi b'żewġ jew tliet roti – kategoriji tal-vettura L1e, L2e, L3e, L4e, L5e, L6e u L7e,

mill-1 ta’ Jannar 2016, vetturi b'żewġ jew tliet roti – kategoriji tal-vettura L3e, L4e, L5e u L7e,

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tratturi bir-roti b’veloċità massima skont id-disinn li taqbeż l-40 km/siegħa – kategorija tal-vettura T5 .

tratturi bir-roti tal-kategorija T5 użati prinċipalment f’toroq pubbliċi b’veloċità massima skont id-disinn li taqbeż l-40km/siegħa .

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     It-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali obbligatorji jistgħu jiġu estiżi mill-Istati Membri għal kategoriji oħra ta' vetturi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ta’ estensjoni meħuda minnhom, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.

Emenda 117/2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018 għall-kategoriji tal-vetturi li ġejjin sakemm il-Kummissjoni ma turix fir-rapport tagħha taħt l-Artikolu 18a li miżura tali tkun ineffettiva:

 

vetturi b'żewġ jew tliet roti – kategoriji tal-vettura L1e, L2e, u L6e.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vetturi li jappartjenu lill-forsi armati, lis-servizzi tat-tifi tan-nar, lill-protezzjoni ċivili , lis-servizzi ta' emerġenza u ta' salvataġġ,

vetturi użati mill-forzi armati, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi ta' emerġenza u ta' salvataġġ,

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

trejlers tal-kategorija O2 b’massa massima ta’ mhux iktar minn 2,0 tunnellati iżda bl-esklużjoni ta’ trejlers tal-kategorija O2 tat-tip karavan li jinġibed.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

“vetturi b'żewġ jew tliet roti” tfisser kull vettura bil-mutur fuq żewġ roti b’sidecar jew mingħajrha, triċikli u kwadriċikli;

imħassar

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

“vettura ta’ interess storiku” tfisser kwalunkwe vettura li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(7)

“vettura ta’ interess storiku” tfisser kwalunkwe vettura li titqies bħala storika mill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew minn wieħed mill-korpi ta’ awtorizzazzjoni maħturin tiegħu u li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

Kienet manifatturata tal-inqas 30 sena ilu,

 

Kienet ġiet manifatturata j ew irreġistrata għall-ewwel darba tal-inqas 30 sena ilu;

 

Tinżamm permezz tal-użu ta' partijiet ta' bdil li jirriproduċu l-komponenti storiċi tal-vettura;

 

it-tip speċifiku tagħha, kif definit mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, ma jkunx għadu jiġi prodott;

 

Ma ġarrbet ebda tibdil fil-karatteristiċi tekniċi tal-komponenti prinċipali tagħha bħall-magna, il-brejkijiet, l-istering jew is-suspenxin u

 

tkun preservata u miżmuma f’kundizzjoni storikament korretta, u għaldaqstant ma jkunx sarilha tibdil kbir fil-karatteristiċi tekniċi tagħha;

 

Ma nbidlitx fid-dehra tagħha ;

 

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

“test tal-affidabilità stradali” tfisser verifika li l-partijiet u l-komponenti ta’ vettura huma konformi mal-karatteristiċi ta’ sikurezza u dawk ambjentali fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz, kif ukoll fiż-żmien tal-modifiki li jkunu saru wara;

(9)

“test tal-affidabilità stradali” tfisser spezzjoni li tiżgura li vettura tista' tintuża fit-toroq pubbliċi b'mod sikur u li tikkonforma mal-karatteristiċi ta’ sikurezza u dawk ambjentali fiż-żmien tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz, jew fiż-żmien tal-modifiki li jkunu saru wara;

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

“spettur” tfisser persuna awtorizzata minn Stat Membru biex twettaq testijiet tal-affidabilità stradali f’ċentru tal-ittestjar jew f’isem awtorità kompetenti;

(13)

“spettur” tfisser persuna awtorizzata minn Stat Membru jew l-awtorità kompetenti teigħu biex twettaq testijiet tal-affidabilità stradali f’ċentru tal-ittestjar jew f’isem awtorità kompetenti;

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom jitwettqu biss mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn ċentri tal-ittestjar awtorizzat mill-Istati Membri .

2.   It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom jitwettqu , fil-prinċipju, fl-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jew minn korp pubbliku fdat bil-kompitu mill-Istat jew minn korpi jew stabbilimenti ċertifikati u sorveljati mill-Istat, inklużi korpi privati awtorizzati .

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jipprovdu liċ-ċentri tal-ittestjar jew, meta jkun rilevanti, lill-awtorità kompetenti, l-aċċess għall-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabilità stradali, kif stipulat fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri dwar l-aċċess għall-informazzjoni teknika stipulati fl-Anness I skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

3.   Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jipprovdu , mingħajr ħlas, liċ-ċentri tal-ittestjar u lill-manifatturi tat-tagħmir tal-ittestjar jew, meta jkun rilevanti, lill-awtorità kompetenti, l-aċċess għall-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabilità stradali, kif stipulat fl-Anness I.  Għall-manifatturi tat-tagħmir tal-ittestjar, dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa sabiex it-tagħmir tal-ittestjar ikun jista’ jintuża sabiex titwettaq valutazzjoni dwar jekk il-funzjonalità tas-sistemi ta’ kontroll elettroniku ta’ vettura tgħaddix jew le mit-test. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri dwar l-aċċess għall-informazzjoni teknika stipulati fl-Anness I  u teżamina l-fattibilità ta' punt uniku ta' aċċess skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Emenda 48

Proposta għal regolament

Kapitolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW IT-TESTIJIET TAL-AFFIDABILITÀ STRADALI

REKWIŻITI MINIMI LI JIKKONĊERNAW IT-TESTIJIET TAL-AFFIDABILITÀ STRADALI

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Vetturi tal-kategoriji M1, N1 u O2: erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura ġiet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad wara sentejn u mbagħad kull sena ;

Vetturi tal-kategoriji M1, N1 u O2: erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura ġiet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad kull sentejn ;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Vetturi tal-kategorija M1 irreġistrati bħala taksis jew ambulanzi, vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, T5, O3 u O4: sena wara d-data li fiha l-vettura kienet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad kull sena.

Vetturi tal-kategorija M1 irreġistrati bħala taksis jew ambulanzi, vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4: sena wara d-data li fiha l-vettura kienet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad kull sena;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Vetturi tal-kategorija T5 użati prinċipalment fit-toroq pubbliċi: sena wara d-data li fiha l-vettura kienet irreġistrata għall-ewwel darba, imbagħad kull sena;

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kategoriji oħra ta’ vetturi: f’intervalli definiti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi finanzjament għall-ittestjar tal-affidabilità stradali jekk sid ta' vettura jiddeċiedi li jnaqqas l-intervall tal-ispezzjoni għal sena. Il-perjodu tal-finanzjament għandu jibda mhux qabel 10 snin wara d-data tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Stat Membru jista’ jirrikjedi li vetturi ta’ kwalunkwe klassi rreġistrati fit-territorju tiegħu jkunu suġġetti għal ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali iktar frekwenti.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Fil-każ fejn vettura tal-kategoriji M1 jew N1 tilħaq kilometraġġ ta’ 160 000 km mal-ewwel test tal-affidabilità stradali wara l-ewwel reġistrazzjoni tal-vetturi, għandha tkun suġġetta għal test tal-affidabilità stradali kull sena wara l-ewwel test.

imħassar

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jista’ jitlob liċ-ċentru tal-ittestjar, jew lill-awtorità kompetenti jekk ikun rilevanti, biex iwettaq/twettaq test tal-affidabilità stradali matul perjodu li jestendi mill-bidu tax-xahar li jiġi qabel ix-xahar tad-data tal-anniversarju msemmija fil-paragrafu 1 sal-aħħar tat-tieni xahar wara din id-data, mingħajr ma tiġi affettwata d-data għat-test li jkun imiss tal-affidabilità stradali.

3.   Id-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jista’ jitlob liċ-ċentru tal-ittestjar, jew lill-awtorità kompetenti jew lil korpi jew stabbilimenti ċertifikati u sorveljati mill-Istat jekk ikun rilevanti, biex iwettaq/twettaq test tal-affidabilità stradali matul perjodu li jestendi mill-bidu tax-xahar li jiġi qabel ix-xahar tad-data tal-anniversarju msemmija fil-paragrafu 1 sal-aħħar tat-tieni xahar wara din id-data, mingħajr ma tiġi affettwata d-data għat-test li jkun imiss tal-affidabilità stradali.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f'każ li jinbidel id-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura.

imħassar

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

meta l-vettura tkun laħqet kilometraġġ ta’ 160 000 km.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   It-test tal-affidabilità stradali għandu jkopri l-oqsma msemmija fl-Anness II, il-punt 2.

1.   It-test tal-affidabilità stradali għandu jkopri tal-inqas l-oqsma msemmija fl-Anness II, il-punt 2.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Għal kull qasam imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew iċ-ċentru tal-ittestjar għandhom iwettqu test tal-affidabilità stradali li jkopri tal-inqas l-elementi, u bl-użu tal-metodu applikabbli għall-ittestjar ta’ dawk l-elementi, kif stipulat fl-Anness II, il-punt 3.

2.   Għal kull qasam imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew iċ-ċentru tal-ittestjar għandhom iwettqu test tal-affidabilità stradali li jkopri tal-inqas l-elementi, u bl-użu tal-metodu applikabbli għall-ittestjar ta’ dawk l-elementi, kif stipulat fl-Anness II, il-punt 3 , jew alternattiva ekwivalenti approvata minn awtorità kompetenti .

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, jekk ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti li wettqet it-test tal-affidabilità stradali għandha toħroġ ċertifikat tal-affidabilità stradali lil dik il-vettura li fiha , tal-inqas, l-elementi kollha stipulati fl-Anness IV.

1.   Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, jekk ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti li wettqet it-test tal-affidabilità stradali għandhom joħorġu ċertifikat tal-affidabilità stradali lil dik il-vettura , li għandu jkun disponibbli wkoll f'format elettroniku li jkun fih , tal-inqas, l-elementi kollha stipulati fl-Anness IV. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal formula standard tal-Unjoni Ewropea għat-testijiet tal-affidabilità stradali.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti, għandha tipprovdi ċertifikat tal-affidabilità stradali jew, fil-każ ta' ċertifikat tal-affidabilità stradali stabbilit elettronikament, karta stampata ċċertifikata kif xieraq ta' dan iċ-ċertifikat, lill-persuna li tkun qed tippreżenta lill-vettura għat-test.

2.    Malli t-test jitlesta b’mod sodisfaċenti, iċ-ċentru tal-ittestjar jew, fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti, għandhom jipprovdu ċertifikat tal-affidabilità stradali lill-persuna li tkun qed tippreżenta lill-vettura għat-test , jew meta ċ-ċertifikat ikun f'format elettroniku, għandhom jagħmlu disponibbli verżjoni stampata tar-riżultati tat-test .

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Meta jirċievu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' vettura, u l-vettura tkun toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikat ta' affidabilità stradali tal-vettura, ladarba l-validità tiegħu tkun ġiet ivverifikata fil-mument tar-reġistrazzjoni mill-ġdid. Dan ir-rikonoxximent għandu jkopri l-istess perjodu bħal dak tal-validità oriġinali taċ-ċertifikat, ħlief fejn dak il-perjodu ta' validità orġinali jestendi oltre t-tul legali massimu fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun qed tiġi rreġistrata mill-ġdid. F'dak il-każ, il-validità għandha tiġi allinjata 'l isfel, u kkalkulata mid-data meta l-vettura nħarġitilha ċ-ċertifikat ta' affidabilità stradali oriġinali. Qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil xulxin il-format taċ-ċertifikat ta' affidabilità stradali rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, kif ukoll l-istruzzjonijiet dwar kif għandha tiġi vverifikata l-awtentiċità.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Għall-finijiet tal-iċċekkjar tal-qari tal-odometru, u fejn din l-informazzjoni ma ġietx ikkomunikata b’mod elettroniku wara t-test tal-affidabilità stradali preċedenti, l-ispettur għandu jeħtieġ li l-persuna li tippreżenta l-vettura għat-test turi ċ-ċertifikat li jkun inħareġ wara t-test tal-affidabilità stradali preċedenti.

4.   Għall-finijiet tal-iċċekkjar tal-qari tal-odometru, fejn dan ikun installat, u fejn l-informazzjoni ta’ dak il-qari ma tkunx ġiet ikkomunikata b’mod elettroniku wara t-test tal-affidabilità stradali preċedenti, l-ispettur għandu jeħtieġ li l-persuna li tippreżenta l-vettura għat-test turi ċ-ċertifikat li jkun inħareġ wara t-test tal-affidabilità stradali preċedenti , jekk dak iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ elettronikament .

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Ir-riżultati tat-test tal-affidabilità stradali għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità tar-reġistrazjoni tal-vettura. Din in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fiċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali.

5.   Ir-riżultati tat-test tal-affidabilità stradali għandhom jiġu nnotifikati b’mezz elettroniku lill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-vettura mingħajr dewmien . Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fiċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fil-każ ta’ nuqqasijiet kbar, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi l-kundizzjonijiet li taħthom vettura tista’ tintuża qabel ma terġa’ tgħaddi minn test ieħor tal-affidabilità stradali. It-tieni test għandu jsir sa sitt ġimgħat wara l-ewwel test.

2.   Fil-każ ta’ nuqqasijiet kbar, l-awtorità kompetenti nazzjonali tista' tiddeċiedi l-kundizzjonijiet li taħthom vettura tista’ tintuża qabel ma terġa’ tgħaddi minn test ieħor tal-affidabilità stradali. It-tieni test għandu jsir sa sitt ġimgħat wara l-ewwel test.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fil-każ ta’ nuqqasijiet perikolużi, il-vettura ma għandhiex tintuża fuq toroq aċċessibbli għall-pubbliku u r-reġistrazzjoni tagħha għandha tiġi rtirata skont l-Artikolu 3a tad-Direttiva XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi sakemm in-nuqqasijiet ikunu rettifikati u jinħareġ ċertifikat ġdid tal-affidabilità stradali li juri li l-vettura hija f’kundizzjoni tajba għat-triq .

3.   Fil-każ ta’ nuqqasijiet perikolużi, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti jistgħu jipprevjenu jew jirrestrinġu l-użu tal-vettura f’toroq pubbliċi sakemm jiġi rettifikat kwalunkwe nuqqas perikoluż .

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, jekk ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun wettqet it-test tal-affidabilità stradali fuq vettura rreġistrata fit-territorju tagħha, għandha toħroġ prova lil kull vettura li tgħaddi b'suċċess dan it-test. Il-prova għandha tindika d-data tat-test tal-affidabilità stradali li jmiss.

Iċ-ċentru tal-ittestjar jew, jekk ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun wettqet it-test tal-affidabilità stradali fuq vettura rreġistrata fit-territorju tagħha, għandha toħroġ prova lil kull vettura li tgħaddi b'suċċess dan it-test. Il-prova għandha tindika d-data tat-test tal-affidabilità stradali li jmiss. M’għandha għalfejn tinħareġ l-ebda prova ta’ affidabilità stradali jekk ikun possibbli li d-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura jindika li t-test tal-affidabilità stradali jkun twettaq u d-data tat-test li jmiss.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-vettura ttestjata tappartjeni għal kategorija ta' vetturi li mhijiex soġġetta għar-reġistrazzjoni fl-Istat Membru fejn bdiet tintuża, il-prova tat-test għandha tintwera b'mod viżibbli fuq il-vettura.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-prova li tinħareġ skont il-paragrafu 1.

Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-prova li tinħareġ minn Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 1 jew rekord korrispondeti fid-dokument ta' reġistrazzjoni għall-vetturi, sakemm din tkun inħarġet għal vettura rreġistrata f’dak l-Istat Membru .

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-faċilitajiet u t-tagħmir tal-ittestjar użati għat-twettiq ta’ testijiet tal-affidabilità stradali għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi minimi stipulati fl-Anness V.

1.   Il-faċilitajiet u t-tagħmir tal-ittestjar użati għat-twettiq ta’ testijiet tal-affidabilità stradali għandhom ikunu konformi tal-anqas mar-rekwiżiti tekniċi minimi stipulati fl-Anness V.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Iċ-ċentri tal-ittestjar, li fihom l-ispetturi jwettqu testijiet tal-affidabilità stradali, għandhom jiġu awtorizzati minn Stat Membru jew mill-awtorità kompetenti tiegħu.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Iċ-ċentri tal-ittestjar li jkunu diġà ġew awtorizzati mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jerġgħu jiġu ttestjati għall-konformità mal-istandards minimi wara perjodu ta’ mill-inqas ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-ġestjoni tal-kwalità, iċ-ċentri tal-ittestjar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Istat Membru li jawtorizza. Iċ-ċentri tal-ittestjar għandhom jiżguraw l-oġġettività u l-kwalità għolja tal-ittestjar tal-vetturi.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom jitwettqu minn spetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kompetenza u taħriġ stipulati fl-Anness VI.

1.   It-testijiet tal-affidabilità stradali għandhom jitwettqu minn spetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kompetenza u taħriġ stipulati fl-Anness VI. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti ta’ kompetenza u taħriġ addizzjonali.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-Istati Membri għandhom jippreskrivu taħriġ adegwat għall-ispetturi, konformi mar-rekwiżiti dwar il-kwalifiki.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    L-Istati Membri għandhom iqassmu ċertifikat lill-ispetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kompetenza u taħriġ. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness VI, il-punt 3.

2.    L-awtoritajiet kompetenti jew, fejn applikabbli, iċ-ċentri ta’ taħriġ approvati għandhom iqassmu ċertifikat lill-ispetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ kompetenza u taħriġ. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness VI, il-punt 3.

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-ispetturi impjegati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew minn ċentru tal-ittestjar fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI, il-punt 1. L-Istati Membri għandhom jagħtu ċertifikat ta’ ekwivalenza lil dawn l-ispetturi.

3.   L-ispetturi impjegati jew awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew minn ċentru tal-ittestjar fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI, il-punt 1. L-Istati Membri għandhom jagħtu ċertifikat ta’ ekwivalenza lil dawn l-ispetturi.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Persuna li għamlet tiswijiet jew manutenzjoni fuq vettura m'għandhiex tkun involuta bħala spettur fit-twettiq sussegwenti ta' test perjodiku tal-affidabilità stradali ta' dik l-istess vettura sakemm il-korp superviżorju ma jkunx stabbilixxa għas-sodisfazzjon tiegħu li jista' jiġi ggarantit livell għoli ta' oġġettività. L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu rekwiżiti aktar ibsin rigward is-separazzjoni tal-attivitajiet.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Iċ-ċentru tal-ittestjar għandu jinforma lill-persuna li tkun qegħda tippreżenta l-vettura għat-test bit-tiswijiet meħtieġa li għandhom jitwettqu u ma għandux ibiddel ir-riżultati tat-test għal finijiet kummerċjali.

5.   Iċ-ċentru tal-ittestjar għandu jinforma lill-persuna jew lill-post tat-tiswija li jkunu qegħdin jippreżentaw il-vettura għat-test bin-nuqqasijiet identifikati fil-vettura u ma għandux ibiddel ir-riżultati tat-test għal finijiet kummerċjali.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull Stat Membru għandu jiżgura li ċ-ċentri tal-ittestjar fit-territorju tiegħu jkunu soġġetti għal superviżjoni.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Iċ-ċentri tal-ittestjar li huma mħaddma b'mod dirett minn awtorità kompetenti għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti fir-rigward l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni.

2.   Iċ-ċentri tal-ittestjar li huma mħaddma b'mod dirett minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti fir-rigward l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-fattibilità, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-istabbiliment ta’ pjattaforma elettronika tal-informazzjoni dwar il-vetturi bil-ħsieb li tiskambja informazzjoni dwar dejta relatata mal-ittestjar tal-affidabilità stradali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-ittestjar, ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi, iċ-ċentri tal-ittestjar u l-manifatturi tal-vettura.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-mod l-aktar effiċjenti u effikaċi biex tistabbilixxi pjattaforma elettronika tal-informazzjoni dwar il-vetturi billi tieħu vantaġġ mis-soluzzjonijiet tal-IT eżistenti u li diġà ġew implimentati fir-rigward tal-iskambju internazzjonali tad-dejta sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ispejjeż u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni. L-eżami għandu jikkunsidra l-mod l-aktar adatt biex isir kollegament bejn is-sistemi nazzjonali eżistenti bil-ħsieb li tiskambja informazzjoni dwar dejta relatata mal-ittestjar tal-affidabilità stradali u l-qari tal-odometru bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-ittestjar, ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi, iċ-ċentri tal-ittestjar u l-manifatturi tal-vettura.

 

Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-ġbir u l-ħżin ta’ dejta eżistenti relatata mas-sikurezza li tikkonċerna vetturi li kienu involuti f’inċidenti serji. Dik id-dejta għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni dwar komponenti f’funzjoni ta’ sikurezza li jkunu ġew sostitwiti u msewwija.

 

L-informazzjoni dwar l-istorja ta' vettura għandha tkun disponibbli għal spetturi li jittestjaw dik il-vettura u, f’forma anonimizzata, għall-Istati Membri, biex tgħinhom jippjanaw u jwettqu miżuri biex itejbu s-sikurezza fit-triq, u anke għad-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jew għal sid il-vettura.

Hija għandha, abbażi ta’ dik l-eżaminazzjoni, tippreżenta u tevalwa għażliet differenti ta’ politika, inkluża l-possibbiltà li tneħħi r-rekwiżit ta’ prova tat-test kif previst fl-Artikolu 10. Fi żmien sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-eżaminazzjoni, u takkumpanjah bi proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.

Abbażi ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta u tevalwa għażliet differenti ta’ politika, inkluża l-possibbiltà li tneħħi r-rekwiżit ta’ prova tat-test kif previst fl-Artikolu 10 u l-istabbiliment ta' sistema li tippermetti lill-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni, fil-każ ta' bejgħ transfruntier ta' vetturi, rigward il-kilometraġġ ta' dawk il-vetturi u l-inċidenti serji li kienu involuti fihom matul il-ħajja kollha tagħhom . Fi żmien sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-eżami, u takkumpanjah bi proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 19 bil-ħsieb li:

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 18 bil-ħsieb li taġġorna :

taġġorna l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 5(1) u (2) kif xieraq sabiex tqis it-tibdil għall-kategoriji tal-vetturi li jirriżulta mill-emendi għal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ,

(a)

id-deżinjazzjoni tal-kategoriji ta' vettura fl-Artikolu 2(1) u l-Artikoli 5(1) u (2) kif xieraq fil-każ ta’ tibdil għall-kategoriji tal-vetturi li jirriżulta mill-emendi għal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 2(1), mingħajr ma taffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni jew il-frekwenza tal-ittestjar;

taġġorna l-Annessi fid-dawl tal-progress tekniku jew sabiex tqis il-modifikazzjoni fil-leġiżlazzjoni internazzjonali jew tal-Unjoni.

 

 

(b)

il-punt 3 tal-Anness II fir-rigward tal-metodi u r-raġunijiet għal falliment, u l-Anness V, fil-każ tad-disponibbiltà ta' metodi tal-ittestjar aktar effiċjenti u effikaċi, u l-Anness I, jekk tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex jitwettqu testijiet tal-affidabilità stradali;

 

(c)

il-punt 3 tal-Anness II fir-rigward tal-lista ta' elementi tat-test, metodi, raġunijiet għal falliment, l-Anness III fir-rigward tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet, u l-Anness V, sabiex tadattahom għall-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza jew l-ambjent, u l-Anness I, jekk tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex jitwettqu t-testijiet tal-affidabilità stradali.

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 għandha tiġi kkonferita għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.    Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

Rappurtar dwar vetturi b'żewġ jew bi tliet roti

 

Sa mhux aktar tard minn [tliet snin mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-vetturi b'żewġ jew bi tliet roti fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jivvaluta s-sitwazzjoni tas-sikurezza stradali fl-Unjoni għal dik il-kategorija ta' vetturi. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tqabbel ir-riżultati tas-sikurezza stradali għal dik il-kategorija ta' vetturi fl-Istati Membri li jwettqu testijiet tal-affidabilità stradali ta' dik il-kategorija ta' vetturi, ma' dawk fl-Istati Membri li ma jittestjawx dik il-kategorija ta' vetturi, sabiex tivvaluta jekk l-ittestjar tal-affidabilità stradali tal-vetturi b'żewġ jew bi tliet roti huwiex proporzjonat mal-objettivi stabbiliti dwar is-sikurezza stradali. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

Rapportar

 

Mhux aktar tard minn [ħames snin mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-frekwenza tal-ittestjar, il-livell ta’ armonizzazzjoni tat-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali u l-effettività tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-affidabilità stradali f’każijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi li joriġinaw minn Stat Membru ieħor. Ir-rapport għandu janalizza wkoll jekk hemmx livell suffiċjenti ta’ armonizzazzjoni li jippermetti rikonoxximent reċiproku sħiħ taċ-ċertifikati tal-affidabilità stradali fl-Unjoni kollha u jekk hemmx ħtieġa għal standards Ewropej ogħla sabiex jinkiseb dak l-għan. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-manipulazzjoni jew it-tbagħbis ta’ odometru jitqies bħala offiża u jkun ikkastigat minn penalitajiet effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-manipulazzjoni jew it-tbagħbis ta’ komponenti u sistemi tal-vetturi li għandhom effett fuq il-konformità mar-rekwiżiti ambjentali u tas-sikurezza, jew ta' odometru, jitqies bħala offiża u jkun ikkastigat minn penalitajiet effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji , kif ukoll biex jiżgura l-eżattezza tal-qari tal-odometru matul il-ħajja kollha ta' vettura .

Emenda 89

Proposta għal regolament

Anness I – parti 5 – punt 5.3 – inċiż 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Pressjoni tat-tajers rakkomandata

Emenda 90

Proposta għal regolament

Anness II – parti 1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta ma jkunx possibbli li vettura tiġi ttestjata permezz ta' metodu ta' ttestjar rakkomandat stabbilit f'dan l-Anness, iċ-ċentru tal-ittestjar jista' jwettaq it-test skont metodu alternattiv li jkun ġie approvat bil-miktub mill-awtorità kompetenti adegwata. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li l-istandards tas-sikurezza u ambjentali se jinżammu.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 1.8 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

1.8

Fluwidu tal-brejk

Kejl tat-temperatura ta' likwidu jbaqbaq jew tal-kontenut tal-ilma

(a)

Temperatura tal-fluwidu tal-brejk ibaqbaq baxxa wisq jew kontenut tal-ilma għoli wisq

Emenda tal-Parlament

1.8

Fluwidu tal-brejk

Kejl tat-temperatura ta' likwidu jbaqbaq jew tal-kontenut tal-ilma

(a)

Temperatura tal-fluwidu tal-brejk ibaqbaq baxxa wisq

Emenda 92

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 3.3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

3.3.

Mirja jew apparati li juru wara

Spezzjoni viżwali.

(a)

Il-mera jew l-apparat huwa nieqes jew mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti.

Emenda tal-Parlament

3.3.

Mirja jew apparati li juru wara

Spezzjoni viżwali.

(a)

Il-mera jew l-apparat huwa nieqes jew mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti , inklużi dawk imsemmija fid-Direttiva 2007/38/KE dwar ir-retrofitting ta’ mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati fil-Komunità .

Emenda 93

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 4.1.2

Test propost mill-Kummissjoni

4.1.2.

Allinjament

Stabbilixxi l-mira orizzontali ta’ kull fanal ta’ quddiem fuq dawl baxx billi tuża strument jew skrin biex timmira l-fanal ta’ quddiem.

Il-mira ta’ fanal ta’ quddiem mhix fil-limiti stipulati fir-rekwiżiti.

Emenda tal-Parlament

4.1.2.

Allinjament

Stabbilixxi l-mira orizzontali u vertikali ta’ kull fanal ta’ quddiem fuq dawl baxx billi tuża strument biex timmira l-fanal ta’ quddiem u apparat ta’ kontroll elettroniku sabiex tiċċekkja l-funzjonalità dinamika jekk ikun il-każ .

Il-mira ta’ fanal ta’ quddiem mhix fil-limiti stipulati fir-rekwiżiti.

Emenda 94

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 4.1.3

Test propost mill-Kummissjoni

4.1.3.

Attivazzjoni

Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

(a)

Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (Għadd ta’ fanali jixegħlu fl-istess ħin)

 

 

(b)

Funzjoni tal-apparat ta’ kontroll bil-ħsara.

Emenda tal-Parlament

4.1.3.

Attivazzjoni

Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom u bl-użu, fejn xieraq, ta' apparat ta' kontroll elettroniku .

(a)

Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (Għadd ta’ fanali jixegħlu fl-istess ħin).

 

 

(b)

Funzjoni tal-apparat ta’ kontroll bil-ħsara.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 4.1.5

Test propost mill-Kummissjoni

4.1.5.

Apparati ta’ livellar (fejn obbligatorju)

Spezzjoni viżwali u  jekk possibbli, billi tħaddimhom.

(a)

L-apparat ma jaħdimx.

 

 

(b)

L-apparat manwali ma jistax jitħaddem mis-sit tax-xufier.

Emenda tal-Parlament

4.1.5.

Apparati ta’ livellar (fejn obbligatorju)

Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom u bl-użu, fejn xieraq, ta' apparat ta' kontroll elettroniku .

(a)

L-apparat ma jaħdimx.

 

 

(b)

L-apparat manwali ma jistax jitħaddem mis-sit tax-xufier.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 4.3.2

Test propost mill-Kummissjoni

4.3.2.

Attivazzjoni

Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom.

(a)

Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti.

 

 

(b)

Funzjoni tal-apparat ta’ kontroll bil-ħsara.

Emenda tal-Parlament

4.3.2

Fanali ta' waqfien – attivazzjoni tad-dawl tal-brejkijiet ta' emerġenza

Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom , billi tuża apparat ta' kontroll elettroniku għal varjazzjoni tal-valur ta' input mis-sensor tal-pedala tal-brejkijiet u verifika permezz ta' osservazzjoni l-funzjonalità tad-dawl tal-brejkijiet ta' emerġenza .

(a)

Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti.

 

 

(b)

Funzjoni tal-apparat ta’ kontroll bil-ħsara.

 

 

(ba)

Il-funzjonijiet tad-dawl tal-brejkijiet ta' emerġenza ma jaħdmux jew ma jaħdmux sew.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 4.5.2

Test propost mill-Kummissjoni

4.5.2

Allinjament (X)(2)

billi tħaddimhom u billi tuża apparat għall-immirar tal-fanali ta’ quddiem.

Il-fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem jinsab barra l-allinjament orizzontali meta fid-disinn tad-dawl ikun hemm linja ta’ qtugħ.

Emenda tal-Parlament

4.5.2

Allinjament (X)(2)

billi tħaddimhom u billi tuża apparat għall-immirar tal-fanali ta’ quddiem.

Il-fanal kontra ċ-ċpar ta’ quddiem jinsab barra l-allinjament orizzontali u vertikali meta fid-disinn tad-dawl ikun hemm linja ta’ qtugħ.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 5.2.2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

5.2.2.

Roti

Spezzjoni viżwali taż-żewġ naħat ta’ kull rota bil-vettura fuq fossa jew fuq parank.

(a)

Kwalunkwe ksur jew difett fil-weldjar.

 

 

(…)

Emenda tal-Parlament

5.2.2.

Roti

Spezzjoni viżwali taż-żewġ naħat ta’ kull rota bil-vettura fuq fossa jew fuq parank.

(a)

Kwalunkwe ksur jew difett fil-weldjar.

 

 

(…)

 

 

(da)

Ir-rota mhix kompatibbli mal-buttun tar-rota.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 5.2.3 – kolonna 2

Test propost mill-Kummissjoni

5.2.3.

Tajers

Spezzjoni viżwali tat-tajer sħiħ jew billi ddawwar ir-rota tat-triq biha maqtugħa mill-art u l-vettura fuq fossa jew fuq parank, jew billi tmexxi l-vettura lura u 'l quddiem fuq fossa.

Emenda tal-Parlament

5.2.3.

Tajers

Spezzjoni viżwali tat-tajer sħiħ jew billi ddawwar ir-rota tat-triq biha maqtugħa mill-art u l-vettura fuq fossa jew fuq parank, jew billi tmexxi l-vettura lura u 'l quddiem fuq fossa.

 

Uża gejġ tal-pressjoni biex tkejjel il-pressjoni tat-tajers u qabbilha mal-valuri mogħtija mill-manifattur.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 8.2.1.2

Test propost mill-Kummissjoni

8.2.1.2

Emissjonijiet gassużi

Kejl li juża analizzatur tal-gass tal-egżost konformi mar-rekwiżiti. Inkella, għal vetturi mgħammra b’sistemi dijanjostiċi abbord (OBD) adegwati, it-tħaddim kif suppost tas-sistema tal-emissjonijiet jista’ jiġi ċċekkjat permezz tal-qari xieraq tal-mezz OBD u ċċekkjar tat-tħaddim xieraq tas-sistema OBD installata tal-kejl ta’ emissjonijiet bil-magna mhix ingranata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-kondizzjonament tal-manifattur u rekwiżiti oħra.

(a)

Jew, l-emissjonijiet gassużi huma ogħla mil-livelli speċifiċi indikati mill-manifattur;

 

 

(b)

Inkella, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:

 

 

 

i)

għal vetturi mhux ikkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata,

 

 

 

 

4,5 %, jew

 

 

 

 

3,5 %

 

 

 

 

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.

 

 

 

ii)

għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,5 %

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,3 %

 

 

 

 

jew

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,3 %6

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,2 %

 

 

 

 

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.

 

 

(c)

Il-valur Lambda huwa barra mill-medda 1± 0,03 jew mhux skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.

 

 

(d)

Il-valur moqri mill-OBD jindika funzjonament ħażin sinifikanti.

Emenda tal-Parlament

8.2.1.2

Emissjonijiet gassużi

Kejl li juża analizzatur tal-gass tal-egżost konformi mar-rekwiżiti. L-ittestjar tal-pajp tal-egżost għandu dejjem ikun il-metodu awtomatiku tal-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost, anke jekk ikkombinat ma’ OBD.

(a)

Jew, l-emissjonijiet gassużi huma ogħla mil-livelli speċifiċi indikati mill-manifattur;

 

Għal vetturi mgħammra b'OBD skont ir-rekwiżiti (1), il-qari tal-informazzjoni tal-OBD u kontrolli (tlestija) tal-funzjonament xieraq tas-sistema tal-OBD bil-magna mhux ingranata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur u rekwiżiti oħra (1).

 

 

Kejl tal-livelli u partikoli ta’ NOx permezz ta’ tagħmir xieraq/analizzatur tal-gass mgħammar b’mod xieraq, bl-użu ta’ metodi ta’ ttestjar tal-pajp tal-egżost eżistenti.

(b)

Inkella, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:

 

 

 

i)

għal vetturi mhux ikkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata,

 

 

 

 

4,5 %, jew

 

 

 

 

3,5 %

 

 

 

 

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.

 

 

 

ii)

għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,5 %

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,3 %

 

 

 

 

jew

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,3 %6

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,2 %

 

 

 

 

jew

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,2 %  (2)

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,1 %  (2)

 

 

 

 

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.

 

 

(c)

Il-valur Lambda huwa barra mill-medda 1± 0,03 jew mhux skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.

 

 

(d)

Il-valur moqri mill-OBD jindika funzjonament ħażin sinifikanti bi spid mingħajr ingranaġġ .

 

 

Livell ta’ NOx jew valuri tal-partikoli mhux skont ir-rekwiżiti jew li jaqbżu l-livelli speċifiċi mogħtija mill-manifattur.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Anness II – parti 3 – punt 8.2.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

8.2.2.2

Opaċità

 

 

Vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

(a)

L-opaċità tal-gass tal-egżost għandha tiġi mkejla waqt aċċellerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija minn spid mingħajr ingranaġġ sa dak tal-qtugħ) bil-ger fil-pożizzjoni newtrali u l-klaċċ magħfus.

(a)

Għal vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,

 

(b)

Il-prekondizzjonament tal-vettura:

 

l-opaċità tkun aktar mil-livell reġistrat fuq il-pjanċa li l-manifattur iwaħħal mal-vettura.

 

 

1.

Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta’ sikurezza, għandhom isiru kontrolli li l-magna tkun sħuna u f’kundizzjoni mekkanika sodisfaċenti.

(b)

Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti ma jippermettux l-użu ta' valuri ta' referenza,

 

 

2.

Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjoni:

 

għal magni b'respirazzjoni naturali: 2,5 m-1 ,

 

 

 

(i)

Il-magna trid tkun sħuna għalkollox, pereżempju t-temperatura taż-żejt tal-magna mkejla b’sonda mit-tubu tal-ħadid li timmarka l-livell taż-żejt għandha tkun mill-inqas ta’ 80 oC, jew it-temperatura normali ta' tħaddim f'każ li din tkun aktar baxxa, jew it-temperatura tal-blokka tal-magna mkejla permezz tal-livell ta' radjazzjoni infraħamra għandha tkun mill-inqas daqs temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-vettura, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabbilita t-temperatura normali ta' tħaddim tal-magna jista’ jsir b’mezzi oħra, pereżempju bit-tħaddim tal-fann tat-tkessiħ tal-magna.

 

għal magni bit-turbo: 3,0 m-1,

 

 

 

(ii)

Is-sistema tal-egżożt għandha tiġi mnaddfa b’mill-inqas tliet ċikli ta’ aċċelerazzjoni jew b’metodu ekwivalenti.

 

jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti jew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,

 

(c)

Il-proċedura tat-test:

 

1,5 m-1 7.

 

 

1.

Il-magna u kwalunkwe turboċarġer imwaħħal, ma għandhomx ikunu ingranati qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi diżil heavy-duty, dan ifisser stennija ta’ mill-anqas 10 sekondi wara r-rilaxx tal-aċċelleratur.

 

 

 

2.

Sabiex jinbeda kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-pedala tal-aċċelleratur trid tingħafas għalkollox, bil-ħeffa u b’mod kontinwu (f’inqas minn sekonda) iżda mhux bil-goff, sabiex tinkiseb il-kwantità massima ta’ fjuwil mill-pompa tal-injezzjoni.

 

 

 

3.

Matul kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-magna għandha tilħaq l-ispid tal-qtugħ jew, għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, l-ispid speċifikat mill-manifattur jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura l-ispid ta’ żewġ terzi tal-ispid tal-qtugħ, qabel ma jiġi rilaxxat l-aċċelleratur. Dan jista’ jiġi ċċekkjat, pereżempju, billi jiġi mmonitorjat l-ispid tal-magna jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin bejn l-għafis inizjali tal-aċċelleratur u r-rilaxx tiegħu, li fil-każ tal-vetturi tal-kategorija 1 u 2 tal-Anness 1, għandu jkun ta’ mill-anqas żewġ sekondi.

 

 

 

4.

Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet fil-każ biss li l-medji aritmetiċi ta’ mill-anqas l-aħħar tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valuri tal-limitu. Dan jista’ jiġi kkalkulat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b’mod sinifikanti mal-medja mkejla , jew ir-riżultat ta’ kwalunkwe kalkolu statistiku ieħor li jikkunsidra t-tifrix tal-kejlijiet . L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd taċ-ċikli tat-testijiet.

 

 

 

5.

Sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jwaħħlu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm ogħla mill-valuri ta’ limitu wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċ-ċikli tat-tnaddif. Daqstant ieħor, sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm aktar baxxi mil-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif.

 

Emenda tal-Parlament

8.2.2.2

Opaċità

 

 

Vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

(a)

L-opaċità tal-gass tal-egżost għandha tiġi mkejla waqt aċċellerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija minn spid mingħajr ingranaġġ sa dak tal-qtugħ) bil-ger fil-pożizzjoni newtrali u l-klaċċ magħfus. L-ittestjar tal-pajp tal-egżost għandu dejjem ikun il-metodu awtomatiku tal-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost, anke jekk ikkombinat ma’ OBD.

(a)

Għal vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,

 

 

Għal vetturi mgħammra b'OBD skont ir-rekwiżiti (1), il-qari tal-informazzjoni tal-OBD u kontrolli (tlestija) tal-funzjonament xieraq tas-sistema tal-OBD bil-magna mhux ingranata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur u rekwiżiti oħra (1).

 

 

(b)

Il-prekondizzjonament tal-vettura:

 

l-opaċità tkun aktar mil-livell reġistrat fuq il-pjanċa li l-manifattur iwaħħal mal-vettura.

 

 

1.

Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta’ sikurezza, għandhom isiru kontrolli li l-magna tkun sħuna u f’kundizzjoni mekkanika sodisfaċenti.

(b)

Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti ma jippermettux l-użu ta' valuri ta' referenza,

 

 

2.

Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjoni:

 

għal magni b'respirazzjoni naturali: 2,5 m-1,

 

 

 

(i)

Il-magna trid tkun sħuna għalkollox, pereżempju t-temperatura taż-żejt tal-magna mkejla b’sonda mit-tubu tal-ħadid li timmarka l-livell taż-żejt għandha tkun mill-inqas ta’ 80 oC, jew it-temperatura normali ta' tħaddim f'każ li din tkun aktar baxxa, jew it-temperatura tal-blokka tal-magna mkejla permezz tal-livell ta' radjazzjoni infraħamra għandha tkun mill-inqas daqs temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-vettura, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabbilita t-temperatura normali ta' tħaddim tal-magna jista’ jsir b’mezzi oħra, pereżempju bit-tħaddim tal-fann tat-tkessiħ tal-magna.

 

għal magni bit-turbo: 3,0 m-1,

 

 

 

(ii)

Is-sistema tal-egżożt għandha tiġi mnaddfa b’mill-inqas tliet ċikli ta’ aċċelerazzjoni jew b’metodu ekwivalenti.

 

jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti jew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,

 

(c)

Il-proċedura tat-test:

 

1,5 m-1.7

 

 

1.

Il-magna u kwalunkwe turboċarġer imwaħħal, ma għandhomx ikunu ingranati qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi diżil heavy-duty, dan ifisser stennija ta’ mill-anqas 10 sekondi wara r-rilaxx tal-aċċelleratur.

 

jew

 

 

2.

Sabiex jinbeda kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-pedala tal-aċċelleratur trid tingħafas għalkollox, bil-ħeffa u b’mod kontinwu (f’inqas minn sekonda) iżda mhux bil-goff, sabiex tinkiseb il-kwantità massima ta’ fjuwil mill-pompa tal-injezzjoni.

 

0,5 m-1  (3)

 

 

3.

Matul kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-magna għandha tilħaq l-ispid tal-qtugħ jew, għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, l-ispid speċifikat mill-manifattur jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura l-ispid ta’ żewġ terzi tal-ispid tal-qtugħ, qabel ma jiġi rilaxxat l-aċċelleratur. Dan jista’ jiġi ċċekkjat, pereżempju, billi jiġi mmonitorjat l-ispid tal-magna jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin bejn l-għafis inizjali tal-aċċelleratur u r-rilaxx tiegħu, li fil-każ tal-vetturi tal-kategorija 1 u 2 tal-Anness 1, għandu jkun ta’ mill-anqas żewġ sekondi.

 

 

 

4.

Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet fil-każ biss li l-medji aritmetiċi ta’ mill-anqas l-aħħar tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valuri tal-limitu. Dan jista’ jiġi kkalkulat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b’mod sinifikanti mal-medja mkejla. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd taċ-ċikli tat-testijiet.

 

 

 

5.

Sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jwaħħlu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm ogħla mill-valuri ta’ limitu wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċ-ċikli tat-tnaddif. Daqstant ieħor, sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm aktar baxxi mil-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif.

 

 

 

Kejl tal-livelli u partikoli ta’ NOx permezz ta’ tagħmir xieraq/analizzatur tal-gass mgħammar b’mod xieraq, bl-użu ta’ metodi ta’ ttestjar tal-aċċelerazzjoni ħielsa.

 

Livell ta’ NOx jew valuri tal-partikoli mhux skont ir-rekwiżiti jew li jaqbżu l-livelli speċifiċi mogħtija mill-manifattur.

Emenda 102

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1.8 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

1.8

Fluwidu tal-brejk

(a)

Temperatura ta' meta jbaqbaq il-fluwidu tal-brejk baxxa wisq jew kontenut tal-ilma għoli wisq

Emenda tal-Parlament

1.8

Fluwidu tal-brejk

(a)

Temperatura ta' meta jbaqbaq il-fluwidu tal-brejk baxxa wisq

Emenda 103

Proposta għal regolament

Anness III – punt 5.2.2 – paragrafu da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Minuri

Maġġuri

Perikolużi

5.2.2.

Roti

(a)

Kwalunkwe ksur jew difett fil-weldjar.

 

 

x

 

(…)

 

Emenda tal-Parlament

 

 

Minuri

Maġġuri

Perikolużi

5.2.2.

Roti

(a)

Kwalunkwe ksur jew difett fil-weldjar.

 

 

x

 

(…)

 

 

(da)

Ir-rota mhix kompatibbli mal-buttun tar-rota.

 

x

 

Emenda 104

Proposta għal regolament

Anness III – punt 5.2.3

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Minuri

Maġġuri

Perikolużi

5.2.3.

Tajers

(a)

Id-daqs tat-tajers, il-kapaċità ta’ tagħbija, il-marka tal-approvazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-ispid mhumiex skont ir-rekwiżiti u jaffettwaw is-sikurezza fit-triq.

 

x

 

 

 

Kapaċità ta' tagħbija jew klassifikazzjoni tal-ispid insuffiċjenti għall-użu attwali, it-tajer imiss ma' partijiet fissi oħra tal-vettura u b'hekk jiġi mdgħajjef is-sewqan sikur

 

 

x

 

(b)

It-tajers fuq l-istess fus jew fuq roti doppji ta’ daqsijiet differenti.

 

x

 

 

(c)

It-tajers fuq l-istess fus huma ta’ kostruzzjoni differenti (radjali/djagonali).

 

x

 

 

(d)

Kwalunkwe ħsara jew qtugħ serju fit-tajer.

 

x

 

 

 

Kejbil viżibbli jew bil-ħsara

 

 

x

 

(e)

Il-ħxuna tat-tajer mhix skont ir-rekwiżiti(1).

 

x

 

 

 

Anqas minn 80 % tal-ħxuna tat-tajer meħtieġa

 

 

x

 

(f)

It-tajer iħokk ma' komponenti oħra (apparati flessibbli kontra t-titjir).

x

 

 

 

 

It-tajer iħokk ma' komponenti oħra (is-sewqan sikur mhux imdgħajjef)

 

x

 

 

(g)

Tajers rikundizzjonati mhux skont ir-rekwiżiti.

 

x

 

 

 

Affettwat is-saff ta' protezzjoni tal-kejbil

 

 

x

 

(h)

Funzjonament ħażin tas-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tal-arja

x

 

 

 

 

Jidher ċar li ma taħdimx.

 

x

 

Emenda tal-Parlament

 

 

Minuri

Maġġuri

Perikolużi

5.2.3.

Tajers

(a)

Id-daqs tat-tajers, il-kapaċità ta’ tagħbija, il-marka tal-approvazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-ispid mhumiex skont ir-rekwiżiti u jaffettwaw is-sikurezza fit-triq.

 

x

 

 

 

Kapaċità ta' tagħbija jew klassifikazzjoni tal-ispid insuffiċjenti għall-użu attwali, it-tajer imiss ma' partijiet fissi oħra tal-vettura u b'hekk jiġi mdgħajjef is-sewqan sikur

 

 

x

 

(b)

It-tajers fuq l-istess fus jew fuq roti doppji ta’ daqsijiet differenti.

 

x

 

 

(c)

It-tajers fuq l-istess fus huma ta’ kostruzzjoni differenti (radjali/djagonali).

 

x

 

 

(d)

Kwalunkwe ħsara jew qtugħ serju fit-tajer.

 

x

 

 

 

Kejbil viżibbli jew bil-ħsara

 

 

x

 

(e)

Indikatur tal-użu eċċessiv għal wiċċ it-tajer isir viżibbli.

 

x

 

 

 

Wiċċ it-tajer bi ħxuna legali. Wiċċ it-tajers anqas mill-ħxuna legali.

 

 

x

 

(f)

It-tajer iħokk ma' komponenti oħra (apparati flessibbli kontra t-titjir).

x

 

 

 

 

It-tajer iħokk ma' komponenti oħra (is-sewqan sikur mhux imdgħajjef)

 

x

 

 

(g)

Tajers rikundizzjonati mhux skont ir-rekwiżiti.

 

x

 

 

 

Affettwat is-saff ta' protezzjoni tal-kejbil

 

 

x

 

(h)

Funzjonament ħażin tas-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajer jew jidher ċar li t-tajer mhux minfuħ biżżejjed

x

 

 

 

 

Jidher ċar li ma taħdimx.

 

x

 

 

(i)

Pressjoni ta’ tħaddim waqt is-servizz f’wieħed mit-tajers tal-vettura mnaqqsa b’20 %, iżda mhux taħt il-150 kP

 

x

 

 

 

Pressjoni tat-tajers inqas minn 150 kPa

 

 

x

Emenda 105

Proposta għal regolament

Anness III – punt 8.2.1.2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Minuri

Maġġuri

Perikolużi

8.2.1.2

Emissjonijiet gassużi

(b)

Jew, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:

 

x

 

 

(…)

 

 

 

 

ii)

għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:

 

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,5 %

 

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,3 %

 

 

 

 

 

jew

 

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,3 %

 

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,2 %

 

 

 

 

 

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.

 

 

 

Emenda tal-Parlament

 

 

Minuri

Maġġuri

Perikolużi

8.2.1.2

Emissjonijiet gassużi

(b)

Jew, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:

 

x

 

 

(…)

 

 

 

 

ii)

għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:

 

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,5 %

 

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,3 %

 

 

 

 

 

jew

 

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,3 %

 

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,2 %

 

 

 

 

 

jew

 

 

 

 

 

bil-magna mhux ingranata: 0,2 %  (4)

 

 

 

 

 

bi spid għoli mingħajr ingranaġġ: 0,1 %  (4)

 

 

 

 

 

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti.

 

 

 

Emenda 106

Proposta għal regolament

Anness III – punt 8.2.2.2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Minuri

Maġġuri

Perikolużi

8.2.2.2

Opaċità

 

 

 

 

Vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti ma jippermettux l-użu ta' valuri ta' referenza,

 

x

 

 

għal magni b'respirazzjoni naturali: 2,5 m-1,

 

 

 

 

għal magni bit-turbo: 3,0 m-1,

 

 

 

 

jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti jew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti

 

 

 

 

1,5 m-1.

 

 

 

Emenda tal-Parlament

 

 

Minuri

Maġġuri

Perikolużi

8.2.2.2

Opaċità

 

 

 

 

Vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti ma jippermettux l-użu ta' valuri ta' referenza,

 

x

 

 

għal magni b'respirazzjoni naturali: 2,5 m-1,

 

 

 

 

għal magni bit-turbo: 3,0 m-1,

 

 

 

 

jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti jew irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti,

 

 

 

 

1,5 m-1.

 

 

 

 

jew

 

 

 

 

0,5 m-1  (5)

 

 

 

Emenda 107

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Dettalji ta’ tiswijiet kbar minħabba inċident

Emenda 108

Proposta għal regolament

Anness V – parti I – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jista’ jintuża tagħmir alternattiv li jimplimenta l-innovazzjoni teknoloġika b’mod newtrali sakemm ikun jiżgura livell ta’ kwalità għolja ekwivalenti tal-ittestjar.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Anness V – parti 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

15a)

Gejġ tal-pressjoni biex titkejjel il-pressjoni tat-tajers;

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0210/2013).

(2)   Tip approvat skont il-limiti tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew irreġistrat jew imdaħħal fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2007 (Euro 5).

(3)   Tip approvat skont il-limiti tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew irreġistrat jew imdaħħal fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2007 (Euro 5).

(4)   Tip approvat skont il-limiti tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew irreġistrat jew imdaħħal fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2007 (Euro 5).

(5)   Tip approvat skont il-limiti tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew irreġistrat jew imdaħħal fis-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2007 (Euro 5).