|
12.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/136 |
P7_TA(2013)0192
Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa (05822/2013 – C7-0044/2013 – 2012/0213 (NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 055/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05822/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim li jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (13792/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0044/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0157/2013), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru. |