|
5.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/180 |
P7_TA(2013)0178
Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2013 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (12012/2012 – C7-0201/2012 – 2012/0140(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 045/36)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12012/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (10871/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0201/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0128/2013), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova. |