5.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/154 |
P7_TA(2013)0117
Miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 u r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 (COM(2012)0471 – C7-0234/2012 – 2012/0232(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 045/31)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0471), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0234/2012), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0051/2013), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 87.
P7_TC1-COD(2012)0232
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2013 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1342/2008
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1)
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(-1) |
Peress li l-Iskagerrak tirrappreżenta l-uniku baħar komuni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li mhuwiex regolat bi ftehim tas-sajd, fejn japplikaw il-kwoti u fejn pajjiżi terzi stabilixxew obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha, huwa raġonevoli li jkun previst sett speċifiku ta' regoli fir-rigward tal-kontroll u l-miżuri tekniċi għall-Iskagerrak li huwa differenti mir-regoli ġenerali applikabbli fl-Unjoni. [Em. 1] |
(1) |
B'riżultat tal-Konsultazzjonijiet dwar is-Sajd għall-2012 li saru fit-2 ta' Diċembru 2011 bejn l-Unjoni u n-Norveġja ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll applikabbli għal Skagerrak għandhom jiġu emendati bil-ħsieb li jittejbu x-xejriet tal-isfruttar u fejn possibbli biex jiġu allinjati r-regolamenti tal-Unjoni u dawk Norveġiżi. |
(2) |
Waqt il-Konsultazzjonijiet dwar is-Sajd bejn l-Unjoni u n-Norveġja tat-28 ta' Ġunju 2012, ġew speċifikati miżuri tekniċi u ta' kontroll komuni li għandhom jiġu applikati fi Skagerrak, lista ta’ speċijiet li għandhom ikunu koperti minn obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha u l-iskeda li biha dawn l-ispeċijiet għandhom ikunu progressivament inklużi fl-obbligu dwar il-ħatt l-art. B’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u mal-Grupp ta’ Ħidma, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tneħħi speċijiet mil-lista. Ma għandux ikun possibbli li speċijiet ġodda jiżdiedu qabel ma ssir l-ewwel valutazzjoni tal-miżuri wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. [Em. 2] |
(2a) |
Is-settur tas-sajd ikollu jerfa' piż kbir iżżejjed jekk isiru tibdiliet fir-regoli attwali matul sena tal-kwota eżistenti. Tali tibdiliet għandhom għalhekk jiġu applikati mill-bidu tas-sena tal-kwota sħiħa li jmiss. Ir-regoli introdotti b’dan ir Regolament għandhom għaldaqstant japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014. [Em. 3] |
(3) |
Huma meħtieġa tibdiliet għall-miżuri tekniċi stabbliti fi Skagerrak sabiex jitnaqqas il-livell tal-qabdiet mhux mixtieqa u r-rimi tal-ħut peress li dawn jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. |
(4) |
Jinħtieġ li jiġi stabblilit obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet soġġetti għal-limiti tal-qbid, għajr għal speċijiet jew sajd fejn hemm evidenza xjentifika ta’ rati għoljin ta’ sopravvivenza ta' ħut skartat jew fejn il-piż għas-sajjieda biex ineħħu l-ispeċijiet mhux mixtieqa mill-qabda għal trattament separat huwa għoli f'livell mhux raġonevoli. |
(5) |
Is-sistema tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha tesiġi tibdliet sostanzjali għas-sajd attwali u l-ġestjoni tas-sajd ikkonċernat. Għalhekk, l-obbligu ta' ħatt l-art għandu jiġi introdott progressivament. |
(6) |
Għall-protezzjoni ta' ħut li għadu qed jikber, il-funzjonament tas-suq tas-sajd u biex jiġi żgurat li ma jkun jista’ jinkiseb l-ebda qligħ inġust minn qbid ta’ ħut taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, l-immaniġġar ta’ tali qabdiet għandu jkun limitat għal ħut mitħun, ikel għall-annimali domestiċi jew prodotti oħra mhux maħsuba għall-konsum mill-bnedmin, jew għal finijiet ta’ karità. |
(7) |
Sabiex jiġi eliminat progressivament il-ħut skartat, is-selettività tal-irkapti tas-sajd għandha titjieb billi jiġu introdotti modifiki fl-irkaptu, inkluż billi jiżdied ir-rekwiżit ġenerali tad-daqs minimu tal-malji għas-sajd għall-ħut demersali iżda b'derogi li jippermettu l-użu ta’ rkapti, inklużi apparati ta' selezzjoni li jkollhom l-istess selettività f'dawn l-attivitajiet tas-sajd. [Em. 4] |
(8) |
Għall-aħjar effett possibbli u monitoraġġ u kontroll xierqa tal-miżuri tekniċi ġodda li għandhom jiġu stabbiliti, jeħtieġ li jiġi ristrett l-użu ta’ rkapti tas-sajd fi Skagerrak. |
(9) |
Sabiex jiġi indirizzat il-kunflitt tal-leġiżlazzjoni applikabbli fi Skagerrak u ż-żoni tal-viċinat tagħha u biex jiġi żgurat li jitħarsu r-regoli li jistabbilixxu l-miżuri tekniċi fi Skagerrak, jinħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti ċerti miżuri li jirregolaw kwistjonijiet meta, fuq vjaġġ tas-sajd partikolari, bastimenti tas-sajd jikkombinaw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fi Skagerrak ma' sajd f'żoni fejn mhumiex applikati l-miżuri tekniċi ġodda adottati għal Skagerrak. |
(10) |
Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ kontroll barra dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (3) |
(11) |
Filwaqt li jirrikonoxxu li Skagerrak hija żona tas-sajd pjuttost żgħira fejn, fil-biċċa l-kbira, bastimenti iżgħar iwettqu vjaġġi qosra tas-sajd, l-użu ta' notifika minn qabel kif mitlub mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu jiġi estiż biex ikopri l-bastimenti kollha b’tul kumplessiv ta’ 10 m jew aktar u n-notifiki minn qabel għandhom jitressqu sagħtejn bil-quddiem biex jadattaw għas-sajd. |
(12) |
Għall-monitoraġġ xieraq tal-attivitajiet tas-sajd b'attenzjoni speċjali lejn li jiġi vverifikat li fuq il-baħar jitħares l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha ta’ stokkijiet soġġetti għal-limitazzjonijiet ta' qbid, jinħtieġ li titħaddem li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod ('Remote Electronic Monitoring’ – REM). għall-bastimenti operati fi Skagerrak. [Art. 11] Is-sistema REM għandha tkun ibbażata fuq kontroll awtomatizzat; id-dejta għandha tiġi ttrattata f'konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta u ssir disponibbli għal raġunijiet ta' riċerka. L-effiċjenza tal-miżuri ta' kontroll se tiġi vvalutata wkoll f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati relevanti u mal-Kummissjoni, il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Monitoraġġ, il-Kontroll u s-Sorveljanza, kif imsemmi fil-Minuti Maqbula tal-konklużjonijiet tal-kosultazzjonijiet tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja tat-3 ta' Diċembru 2010 (“il-Minuti Maqbula”), sentejn wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ. Abbażi tal-informazzjoni li tinġabar, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-vijabbiltà ta' sistema ta' kontroll mifruxa li tarmonizza r-reġimi individwali. [Em. 5] |
(13) |
Biex jiġi żgurat li jitħarsu l-miżuri tekniċi ġodda, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddefinixxu miżuri ta' kontroll u spezzjoni għal Skagerrak u jinkorporaw dawk il-miżuri fil-programmi nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll rispettivi tagħhom. |
(14) |
Jinħtieġ li jiġu pprovduti regoli għal bastimenti li jgħaddu fi tranżitu minn Skagerrak sabiex jiġi żgurat li l-miżuri tekniċi ġodda huma rispettati. |
(15) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni tal-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri tekniċi. Huwa xieraq li tali valutazzjoni hija bbażata fuq rapporti tal-Istati Membri kkonċernati. |
(16) |
Sabiex jiġi ffaċilitat sajd aktar selettiv fil-kuntest ta' obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha, huwa xieraq li jiġu eżentati bastimenti li joperaw fi Skagerrak mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (4) |
(17) |
Jinħtieġ li jiġi pprovdut livell ta’ flessibilità għas-sajjieda biex jadattaw għar-reġim il-ġdid fi Skagerrak. Għaldaqstant, il-flessibbiltà permessa fl-użu tal-kwota minn sena għall-oħra stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (5) ma għandhiex titqies bħala sajd żejjed. |
(18) |
Sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u xjentifiku f’waqtu u b’mod proporzjonat u biex tkun żgurata l-flessibilità u tkun permessa l-evoluzzjoni ta' ċerti miżuri, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness I fir-rigward tal-iskeda ta' żmien u l-istokkijiet soġġetti għall-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha u fir-rigward ta' definizzjoni ulterjuri tal-eċċezzjoni li tippermetti r-rilaxx tal-ħut ta' stokk f'xi każijiet meta jkun ta' benefiċċju għall-irkupru sostenibbli tal-istokk, kif ukoll fir-rigward tal-emendar tal-Anness II li jikkonċerna id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 6] |
(19) |
Il-Kummissjoni, meta qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 6] |
(20) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi u reazzjoni f'waqtha għar-realtà tas-sajd u l-informazzjoni xjentifika disponibbli, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi fuq il-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' natura teknika, id-determinazzjoni ta' livelli ta' selettività tal-irkapti u r-rekwiżiti minimi għall-REM. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6). |
(21) |
Minħabba l-projbizzjoni taż-żamma abbord ta' ċerti speċijiet f'ċerti żminijiet fi Skagerrak u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jinħtieġu ċerti emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (7) u r-Regolament (KE) Nru 1342/2008. |
(22) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1342/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tekniċi u ta’ kontroll ġodda fi Skagerrak.ġodda f'dawk iż-żoni tal-Iskagerrak li jaqgħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.[Em. 7]
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti kollha tas-sajd li joperaw fi Skagerrak . f'dawk iż-żoni tal-Iskagerrak li jaqgħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru. [Em. 8]
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 850/98 fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2371/2002 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (8), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: [Em. 9]
(a) |
Nases u kavetti tfisser nases żgħar iddisinjati biex jaqbdu krustaċej jew ħut, fil-forma ta’ gaġeġ jew qfief b'diversi materjali li jitqiegħdu fuq qiegħ il-baħar jew waħedhom jew f'ringieli; konnessi bi ħbula (ħbula tal-gavitelli) sa gavitelli fuq il-wiċċ li juru l-pożizzjoni tagħhom u li għandhom fetħa waħda jew punt ta' dħul wieħed jew aktar. |
(b) |
Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tfisser id-daqs għal speċi partikolari ,fuq il-bażi tad-daqs tagħha meta tilħaq il-maturità, li taħtu l-bejgħ tal-qabdiet ikun ristett għal dak bħala ħut mitħun, ikel għall-annimali domestiċi jew prodotti oħra mhux maħsuba għall-konsum mill-bnedmin biss.[Em. 10] |
(c) |
Daqs tal-malji ta' kwalunkwe xibka tat-tkarkir, tartarun Daniż jew xibka rmunkata simili tfisser id-daqs il-fetħa mġebbda tal-malji ta' kwalunkwe manka jew biċċa tal-estensjoni li jinstabu abbord bastiment tas-sajd.[Am. 11] |
(d) |
Manka tfisser manka sensu stricto. |
(e) |
Biċċa tal-estensjoni tfisser il-parti tawwalija kif iddefinita fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 tas-6 ta' Diċembru 1984 dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili (9). |
(f) |
Xibka tat-tkarkir għall-ħut demersali tfisser irkaptu li huwa rmunkat b'mod attiv minn bastiment tas-sajd wieħed jew aktar ma' qiegħ il-baħar u li jikkonsisti f'xibka li jkollha struttura f'forma ta' kon jew ta' piramida (bħala struttura tax-xibka tat-tkarkir) magħluqa b’manka fuq wara li tinfetaħ orizzontalment minn diriġenti f'kuntatt mal-qiegħ jew fil-każ ta' żewġ bastimenti permezz tad-distanza bejn il-bastimenti. |
(g) |
Tartarun Daniż tfisser irkaptu ċirkondanti u rmunkat, imħaddem minn bastiment wieħed jew aktar permezz ta' żewġt iħbula twal (ħbula tat-tartarun) imfassal sabiex jidderiġi l-ħut lejn il-fetħa tat-tartarun. L-irkaptu magħmul minn xbiek, simili għal xibka tat-tkarkir tal-qiegħ fid-disinn u d-daqs, jinkludi żewġ ġwienaħ twal, korp u manka. |
(h) |
Xibka tat-tkarkir bit-travu tfisser rkaptu b'xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment b'tubu tal-azzar jew tal-injam, mgħammra bi travu, u bi xbieki b'katini tal-art, twapet tal-ktajjen jew “tickler chains” rmunkata b'mod attiv fil-qiegħ mill-magna tal-bastiment.[Em. 12] |
(i) |
Xibka tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku tfisser irkaptu li jkun irmunkat minn bastiment tas-sajd wieħed jew aktar li jikkonsisti f'xibka b'malji kbar fis-sezzjoni ta' quddiem li tidderieġi l-qabdiet lejn is-sezzjonijiet ta' wara tax-xibka li huma mibnija b'malji żgħar, li l-fond tas-sajd tagħhom huwa kkontrollat permezz ta’ skandaljar bil-lett u l-fetħa orizzontali hija kkontrollata minn diriġenti li normalment ma jmissux ma' qiegħ il-baħar. |
(j) |
Speċijiet pelaġiċi u industrijali tfisser l-aringa, il-kavall, il-laċċa kaħla, l-istokkafixx, in-Norway pout, iċ-ċiċċirell jew is-sawrell. |
(ja) |
Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod (REM) ifisser sistema operata mill-awtoritajiet ta' Stat Membru li tissorvelja l-attivitajiet tas-sajd. [Em. 13] |
(jb) |
Tagħmir ta' Ġbir u Trasferiment (CTE) ifisser sistema li tiġbor dejta u tittrażmettiha lill-REM u li tinkludi kamera CCTV TV, sistema ta' pożizzjonar globali (GPS), sensers u tagħmir ta’ trażmissjoni.[Em. 14] |
KAPITOLU II
MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI
Artikolu 2a
L-obbligu li jiġu minimizzati l-qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u ħut li għad irid jikber
1. Kwalukwe persuna li tkun qiegħda twettaq attivitajiet ta' sajd fl-Iskagerrak għandha, kemm jista' jkun, tevita qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut stipulat fl-Anness II, inter alia billi tagħżel tagħmir apposta u fejn u meta jsir l-isforz tas-sajd.
2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jimminimizzaw il-qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u ta' qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut stipulat fl-Anness II, inkluż billi jagħmlu disponibbli tagħmir aktar selettiv, kif imsemmi fl-Artikolu 6.[Em. 15]
Artikolu 2b
L-obbligu li l-qabdiet kollha jiġu rapportati u rreġistrati
1. Kwalukwe persuna li twettaq attivitajiet ta' sajd fl-Iskagerrak għandha tirreġistra l-qabdiet kollha fil-ġurnal ta’ abbord, fejn tagħmel distinzjoni bejn:
(a) |
ħut mill-istokkijiet imsemmija fl-Anness I; |
(b) |
qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut; kif ukoll |
(c) |
ħut minn stokkijiet oħrajn. |
2. Il-qabdiet kollha rreġistrati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu rrapportati lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera. [Am. 16]
Artikolu 3
Obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha
1. B'deroga mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 850/98 il-qabdiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut elenkati fl-Anness I għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jinħattu l-art skont l-iskeda taż-żmien stipulat f'dak l-Anness, ħlief jekk il-ħut skartat ta’ tali stokkijiet għandu rata ta’ sopravvivenza għolja jew fejn il-piż għas-sajjieda biex ineħħu l-ispeċijiet mhux mixtieqa mill-qabda għal trattament separat huwa għoli f'livell mhux raġonevoli.
1a. Minkejja l-obbligu li l-qabdiet kollha għandhom jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 2b, l-obbligu li l-qabdiet kollha jinħattu l-art skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal speċi ta' ħut f'post tas-sajd speċifiku fejn ikun ġie stabbilit skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, li għandu rata ta' sopravivenza għolja, sakemm jista' jiġi separat mill-qabda prinċipali.
2. Minkejja l-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 850/98, meta jsir sajd bi rkaptu li jkollu daqs tal-malji ugwali għal 32 mm jew inqas, il-qabdiet kollha tal-istokkijiet, inklużi l-istokkijiet li għalihom ma japplikax l-obbligu tal-ħatt l-art ,mhux elenkati fl-Anness I, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jinħattu l-art.
3. Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għal sajd b'nases u kavetti.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda li jemendaw l-Anness I abbażi tal-progress fl-informazzjoni xjentifika jew fejn il-piż għas-sajjieda jidher li huwa sproporzjonat mal-vantaġġi. u tal-esperjenzi miksuba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. madankollu, l-ebda speċi ma għandha tiġi miżjuda mal-Anness I qabel l-ewwel reviżjoni ma tkun tlestiet skont l-Artikolu 15. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, filwaqt li tispeċifika meta qabda tista' tiġi rilaxxata skont il-paragrafu 1a. Qabel ma tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa mal-partijiet kollha involuti fis-sajd fl-Iskagerrak, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-istess regoli japplikaw għaż-żona kollha tal-Iskagerrak.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16. [Em. 17]
Artikolu 4
Kundizzjonijiet speċjali għall-ġestjoni tal-kwota
1. Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 3 imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jiġu attribwiti għall-kwoti applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta’ stokkijiet ikkonċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwota hija disponibbli għal bastimenti tas-sajd li joperaw fi Skagerrak għal kwalunkwe stokk soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art ta' dak li jistgħu jaqbdu, filwaqt li titqies l-kompożizzjoni probabbli tal-qbid tal-bastimenti.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jieqfu mis-sajd immedjatament u jirritornaw lejn il-port il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u li jżommu abbord ħut li l-Istat Membru ma jkollu l-ebda kwota għalih. [Em. 18]
Artikolu 5
Immaniġġar tal-ħut li għad irid jikber
1. Fejn id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni huwa stabbilit għal stokk soġġett għall-Artikolu 3, il-bejgħ ta' qabdiet ta' dak l-istokk taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat biss għall-ħut mitħun, ikel tal-annimali domestiċi, jew prodotti oħra mhux maħsuba għall-konsum mill-bnedmin. jew għal finijiet ta’ karità. Jekk jeħtieġ li tali qabdiet jnħażnu fuq l-art qabel ma jintremew, għandhom jinħażnu separatament minn qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqbeż id-daqs minimu għall-konservazzjoni tal-ħut. [Am. 19]
2. Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal stokkijiet fi Skagerrak huma elenkati fl-Anness II.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness II abbażi tal-progress fl-informazzjoni xjentifika. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16. sabiex tiżgura, wara konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha involuti f'attivitajiet ta' sajd fl-Iskagerrak, li d-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut huma konformi mad-daqs ta' ħut matur tal-ispeċijiet ikkonċernati, u tirrevedi d-daqsijiet tal-malji kif ikun xieraq. Meta tadotta atti ddelegati bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi daqsijiet minimi konġunti ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut man-Norveġja sabiex toħloq ambjent ekwu. [Am. 20]
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16.
Artikolu 6
Speċifikazzjonijiet ta' rkaptu tas-sajd
1. Il-ġarr abbord jew l-użu ta' xi xibka tat-tkarkir għall-ħut demersali, tartarun Daniż, xibka tat-tkarkir bit-travu jew xbieki rmunkati simili li għandhom daqs tal-malja ta' inqas minn 120 mm huwa pprojbit.
2. B’deroga mill-paragrafu 1:
(a) |
Jistgħu jintużaw irkapti li jkollhom l-istess karatteristiċi ta' selettività bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ikkonfermati minn vjaġġi tas-sajd sperimentali jew minn valutazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
(b) |
Xbieki tat-tkarkir b'daqsijiet minimi tal-malji ta’ ugwali għal jew inqas minn 32 mm jistgħu jintużaw għas-sajd ta' speċijiet ta' ħut pelaġiċi u industrijali; madankollu, jekk il-qabda abbord fiha aktar minn 50 % ta' speċi pelaġika fi kwalunkwe ħin matul il-vjaġġ tas-sajd tikkonsisti f'inqas minn 80 % ta' wieħed jew aktar mill-ispeċijiet pelaġiċi jew industrijali, waħda jew aktar. il-bastiment tas-sajd għandu jirritorna fil-port.[Em. 21] |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar l-irkapti, inklużi l-apparati ta' selezzjoni mwaħħla ma' dawk l-irkapti, li jistgħu jintużaw billi għandhom karatteristiċi ta’ selettività ekwivalenti għall-irkapti imsemmijin fil-paragrafu 1.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 17.
Artikolu 7
Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' rkaptu
1. Bastimenti tas-sajd li joperaw fi Skagerrak għandhom jużaw biss irkaptu wieħed tas-sajd waqt kwalunkwe vjaġġ tas-sajd.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, bastimenti tas-sajd jistgħu jużaw kwalunkwe kombinazzjoni ta' rkapti tas-sajd speċifikati fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(2)(a).
3. Bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu iżommu abbord aktar minn irkaptu wieħed bil-kundizzjoni li jistivaw ix-xbieki mhux użati skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 8
Vjaġġi tas-sajd imwettqa fi Skagerrak u żoni oħra
1. B'deroga mill-Artikoli 4, 15, 19(1), 35, 36, 37 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għal żoni oħra minbarra Skagerrak għall-vjaġġ kollu tas-sajd ta' bastiment.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal żoni oħra biss fejn dak il-bastiment jistad fi Skagerrak u fiż-żona l-oħra fi kwalunkwe ħin waqt l-istess vjaġġ tas-sajd.
KAPITOLU III
MIŻURI TA’ KONTROLL
Artikolu 9
Relazzjoni ma' Regolamenti oħra
Il-miżuri ta' kontroll previsti f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw flimkien ma' dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (10), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (11) u r-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għajr fejn previst mod ieħor fl-Artikoli ta’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 10
Notifika minn qabel
1. B'deroga mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord stokkijiet tal-ħut soġġetti għall-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, sagħtejn qabel id-dħul fil-port.
2. B'deroga mill-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 (12), il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jżommu abbord stokkijiet tal-ħut soġġetti għall-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port li jixtiequ jużaw l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sagħtejn qabel id-dħul fil-port.
Artikolu 11
Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod
1. L-Istati Membri għandhom joperaw sistema ta' Monitoraġġ Elettroniku mill-Bogħod (REM) għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u li joperaw fi Skagerrak.
2. Bastiment tas-sajd b’tul kumplessiv ta’ 12-il metru jew aktar li jkun qiegħed iwettaq attivitajiet ta' sajd fil-parti tal-Iskagerrak li tinsab fl-ibħra tal-Unjoni, għandu jkollu installat abbord sistema REM li tiffunzjona bis-sħiħ li tikkonsisti f'għadd suffiċjenti ta' kameras ta' televiżjonijiet ta' ċirkwit magħluq (CCTV) abbord, sistema ta' pożizzjonar globali GPS, u sensers biex u tagħmir ta' trażmissjoni (CTE) qabel ma jingħata permess li jħalli l-port.
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
(a) |
mill-1 ta’ Jannar 2014 mill-1 ta’ Jannar 2015 għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul kumplessiv ta’ 15-il metru jew aktar; |
(b) |
mill-1 ta’ Lulju 2015 mill-1 ta’ Lulju 2016 għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul kumplessiv ta’ 12-il metru jew aktar. |
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin tal-REM: l-affidabilità tas-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema, id-dejta li għandha tiġi rreġistrata u pproċessata, il-monitoraġġ tal-użu tal-REM, jew xi elementi oħra meħtieġa għall-funzjonalità tas-sistema .Dejta rreġistrata minn Kameras CCTV għandha tkun awtomizzata bl-użu ta' softwer għar-rikonoxximent tal-immaġini u għandha tiġi ttrattata f'konformità mar-regoli u l-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta
5. Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd għandu jipprovdi appoġġ għall-installazzjoni ta' kameras ta' televiżjonijiet b'ċirkwit magħluq (CCTV), ta' sistema ta' pożizzjonar globali GPS u ta' sensers u tagħmir għat-trażmissjoni tad-data (CTE).
6. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin tal-REM: l-affidabilità tas-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema, id-dejta li għandha tiġi rreġistrata u pproċessata, il-monitoraġġ tal-użu tal-REM, jew xi elementi oħra meħtieġa għall-funzjonalità tas-sistema.
Dawk l-atti ta' adozzjoni għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 17 .Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).[Em. 22]
Artikolu 12
Pjan ta' kontroll u spezzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri ta' kontroll u spezzjoni skont l-Anness III sabiex jiżguraw konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2. Miżuri ta’ kontroll u ta’ spezzjoni għandhom jiġu inklużi fi programm nazzjonali ta’ azzjoni ta’ kontroll kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, li huwa applikabbli għall-pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-merluzz stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008.
Artikolu 13
Tranżitu
Bastimenti tas-sajd li jgħaddu fi tranżitu minn Skagerrak b'ħut miżmum abbord maqbud f'żoni minbarra Skagerrak għandhom jorbtu u jistivaw ix-xbieki skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
KAPITOLU IV
EVALWAZZJONI
Artikolu 14
Rappurtar mill-Istati Membri
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u sa … (13) u kull tliet snin wara dan. L-ewwel rapport għadu jiffoka speċifikament fuq il-miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri biex jimminimizzaw il-qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-ħut skont l-Anness II. [Em. 23]
Artikolu 15
Evalwazzjoni tal-pjan
Il-Kummissjoni, abbażi tar-rapporti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 14 u flimkien ma' pariri xjentifiċi, u fuq il-bażi ta' pariri mingħand l-STECF, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana, għandha tevalwa l-impatt tal-miżuri fuq l-istokkijiet u s-sajd ikkonċernati fis-sena ta' wara dik li fiha tirċievi r-rapporti. L-ewwel evalwazzjoni għandha tiffoka fuq jekk il-miżuri f'dan ir-Regolament ikkontribwixxewx b'mod suffiċjenti għall-konservazzjoni sostenibbli tal-istokkijiet, dwar jekk miżuri addizzjonali biex jitnaqqsu l-qabdiet ta' speċijiet mhux mixtieqa u ta' qabdiet ta' ħut li d-daqs tiegħu jaqa' taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni skont l-Anness II, humiex meħtieġa kif ukoll fuq l-impatt soċjoekonomiku fuq is-settur tas-sajd. [Em. 24]
KAPITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET TA’ PROĊEDURA
Artikolu 16
Eżerċitar tas-setgħat iddelegati
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħat li jiġu adottati atti delegati kif imsemmi msemmija fl-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(3) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat. ta' tliet snin minn … (14) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu. [Em. 25]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 5(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 17
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru. 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU VI
EMENDI
Artikolu 18
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98
Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-kelma “Skagerrak” hija mħassra mill-punt (ii) tal-Artikolu 4(a), mill-Artikolu 35 u mill-intestatura tal-Anness IV. |
2. |
Jitħassar l-Artikolu 38. |
3. |
L-intestatura tal-Anness X.B tinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 19
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1342/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 11(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Ir-reġim tal-isforz tas-sajd msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal Skagerrak mill-1 ta’ Jannar 2013." mill-1 ta’ Jannar 2014.” [Em. 26] |
2. |
Fl-Artikolu 12(5), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fejn Skagerrak hija eskluża mir-reġim tal-isforz tas-sajd skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-isforz tas-sajd li jista’ jiġi assoċjat ma' Skagerrak, u li kkontribwixxa għall-istabbiliment ta’ sforz ta' referenza, ma għandux jitqies aktar għall-fini tal-istabbiliment tal-isforz massimu permess tas-sajd.” |
KAPITOLU VII
DEROGI
Artikolu 20
Derogi mir-Regolament (KE) Nru 847/96
1. Permezz ta' deroga minn:
(a) |
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, meta aktar minn 75 % ta' kwota għal stokk soġġett għall-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament tintuża qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena tal-applikazzjoni tagħha, l-Istat Membru li tkun ġiet allokata lilu tali kwota jista' jitlob il-permess tal-Kummissjoni biex jinħattu l-art kwantitajiet addizzjonali tal-ħut tal-istess stokk biex jitnaqqsu mill-kwota ta' dak l-istokk fis-sena ta’ wara filwaqt li tiġi indikata l-kwantità addizzjonali meħtieġa (self), u |
(b) |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, Stat Membru li tkun ġiet allokata lilu kwota rilevanti jista' jitlob lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena ta' applikazzjoni tal-kwota, biex iżomm parti tal-kwota tiegħu bil-ħsieb li tiġi trasferita għas-sena ta’ wara (ibbankjar). |
Il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b) ma għandhomx jaqbżu
(i) |
fl-2013, fl-2014, 20 % tal-kwota xierqa |
(ii) |
fl-2014 fl-2015, 15 % tal-kwota xierqa u |
(iii) |
u mill-2015, mill-2016, 10 % tal-kwota xierqa. [Em. 26] |
2. Il-kwantità addizzjonali mislufa skont il-paragrafu 1 ma għandhiex titqies bħala li taqbeż il-ħatt l-art permess stabbilit fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
KAPITOLU VIII
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 87.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-16 ta’ April 2013.
(3) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(4) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.
(6) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(7) ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.
(8) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(9) ĠU L 318, 7.12.1984, p. 23.
(10) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(11) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.
(12) ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.
(13) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(14) Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
ANNESS I
Lista ta' speċijiet li għandhom jiġu progressivament inklużi fl-obbligu ta' ħatt l-art
Isem |
Isem xjentifiku |
Data minn meta tibda l-applikazzjoni |
Merluzz |
Gadus morhua |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Haddock |
Melanogrammus aeglefinus |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Aringa |
Clupea harengus |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Kavalli |
Scomber scombrus |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Gamblu tat-Tramuntana |
Pandalus borealis |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Pollakkju (Saithe) |
Pollachius virens |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Laċċa kaħla |
Sprattus sprattus |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Merlangu |
Merlangius merlangus |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Marlozz |
Merluccius merluccius |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Ling |
Molva molva |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Xkatlu komuni |
Lophius piscatorius. |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Pollakkju |
Pollachius pollachius |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Grenadieri |
Coryphaenoides rupestris |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Linarda |
Molva dypterygia |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
Tusk |
Brosme brosme |
L-1 ta' Jannar 2013 1 ta' Jannar 2014 |
[Em. 28] |
|
|
Barbun tat-tbajja’ |
Pleuronectes platessa |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Witch |
Glyptocephalus cynoglossus |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Barbun tat-tbajja' Amerikan |
Hippoglossoides platessoides |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Stokkafixx |
Micromesistius poutassou |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Norway pout |
Trisopterus esmarkii |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Arġentina |
Argentina spp. |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Lingwata |
Solea solea |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Ksampu |
Nephrops norvegicus |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Barbun lixx |
Scophthalmus rhombus |
L-1 ta' Jannar 2015 |
Dab |
Limanda limanda |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Barbun imperjali |
Scophthalmus maximus |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Lemon Sole |
Microstomus kitt |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Ċiċċirell |
Ammodytidae |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Sawrell |
Trachurus trachurus |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Rajja (għajr dawk elenkati fir-Regolamenti dwar l-opportunitajiet tas-sajd bħala li għandhom jiġu rilaxxati) |
Raja spp. |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Barbun |
Platichthys flesus |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Lupi tal-baħar |
Anarhichas lupus |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Lipp Abjad |
Phycis blennoides |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Lumpsucker |
Cyclopterus lumpus |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
Redfish spp |
Sebastes spp. |
L-1 ta' Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016 |
[Em. 29]
ANNESS II
Daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni
Speċi |
Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni |
Merluzz (Gadus morhua) |
30 ċm |
Haddock ((Melanogrammus aeglefinus) |
27 ċm |
Merlangu (Merlangus merlangus) |
23 ċm |
Polakkju (Saithe) (polachius virensis) |
30 ċm |
Aringa (Clupea harengus) |
18 ċm |
Kavalli (Scomber spp.) |
20 ċm |
Marlozz (Merluccius merluccius) |
30 ċm |
Ling (Molva molva) |
63 ċm |
Linarda (Molva dipterygia) |
70 ċm |
Pollakkju (Pollachius pollachius) |
30 ċm |
Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) |
27 ċm |
Lingwata (Solea spp.) |
24 ċm |
Sawrell (Trachurus spp.) |
15 ċm |
ANNESS III
Miżuri ta' kontroll u spezzjoni
1. |
Għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni biex jiġi vverifikat il-livell ta' konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 5, il-miżuri nazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni għandu jinkludi referenza għallinqas għal dan li ġej:
|
2. |
Għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni biex jiġi vverifikat il-livell ta' konformità mal-Artikolu 6, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8, il-miżuri nazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni għandu jinkludi referenza għallinqas għal dan li ġej:
|
3. Linji ta' referenza għal spezzjoni
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jassenjaw l-ogħla livell ta’ riskju għal sajd li jsir fi Iskagerrak, għajr jekk jitwettaq minn bastimenti tas-sajd mgħammra bis-CTE jew b'nases u kavetti, fis-sistema tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju stabbilita skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Fattur separat tar-riskju għandu jiġi stabbilit għal bastimenti li jistadu fi Skagerrak u ilmijiet oħra tal-Unjoni matul l-istess vjaġġ tas-sajd għajr bastimenti mgħammra bis-CTE jew b'nases u kavetti u għandhom jiġu assenjati ukoll għall-ogħla livell ta’ riskju. Is-sajd imwettaq permezz ta' bastimenti tas-sajd mhux mgħammra bis-CTE jew sajd b'nases u kavetti jista' jiġi assenjat l-ogħla livell ta' riskju, iżda biss wara valutazzjoni tal-bastiment jew speċifika għas-sajd.
4. Ugwaljanza fil-miżuri ta' kontroll
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piż tal-miżuri ta' kontroll huwa proporzjonali, b'mod raġonevoli, għall-livell ta' kontroll meħtieġ. F'dan ir-rigward, għandu jitqies b'mod speċifiku jekk il-bastiment huwiex mgħammar b'sistema CTE.[Em. 30]