22.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/195


P7_TA(2013)0041

Il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur (COM(2011)0856 – C7-0487/2011 – 2011/0409(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 024/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0856),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0487/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0435/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 76.


P7_TC1-COD(2011)0409

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Frar 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ntbgħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dak il-għan ġiet stabbilita sistema komprensiva tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur , peress li l-vetturi tat-triq huma l-akbar għajn ta’ storbju fis-settur tat-trasport . Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u s-sistemi tal-egżost tagħhom fir-rigward tal-livelli permissibbli tal-ħoss għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, ikun hemm livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u sikurezza pubblika, kif ukoll kwalità ta’ għajxien u saħħa aħjar . Il-Kummissjoni għandha wkoll twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-kundizzjonijiet tat-tikkettar applikabbli għal-livelli tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju. Dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tqis it-tipi differenti ta' vetturi koperti b'dan ir-Regolament (inklużi vetturi elettriċi) kif ukoll l-effett li tali tikkettar jista’ jkollu fuq l-industrija tal-karozzi. Tali tikkettar jista’ jitqies għodda utli għas-sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi u għall-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tat-trasparenza qabel ix-xiri ta’ vettura. [Em. 1]

(1a)

Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE diġà japplikaw għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni li tirregola l-emissjonijiet tas-CO2 inklużi r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi  (3) , ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief  (4) , ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi  (5) , ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief  (6) . Ir-rekwiżiti tekniċi li japplikaw għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri ta’ limitu ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti li japplikaw għal-leġiżlazzjoni li tirregola t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ħsejjes. Ir-rekwiżiti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti b’mod li jiżgura li dawn l-għanijiet doppji jintlaħqu. [Em. 2]

(1b)

L-istorbju tat-traffiku jaffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem f'ħafna modi. Stress marbut mal-espożizzjoni fit-tul għall-istorbju jista' jwassal għal għejja fiżika, ifixkel il-kapaċità regolatorja tal-funzjonijiet tal-organi u b'hekk jillimita l-effikaċja tagħhom. L-istorbju tat-traffiku huwa fattur ta' riskju potenzjali għall-iżvilupp ta' kundizzjonijiet u inċidenti mediċi bħalma huma l-pressjoni għolja u l-attakki tal-qalb. Għandha ssir riċerka ulterjuri dwar l-effetti fl-istess spirtu kif previst mid-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali  (7) . [Em. 3]

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (8) armonizzat ir-rekwiżiti tekniċi differenti tal-Istati Membri dwar il-livell permissibbli tal-ħoss ta’ vetturi bil-mutur u s-sistemi tal-egżost tagħhom għat-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern. Għall-finijiet tat-tħaddim tajjeb tas-suq intern u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u konsistenti madwar l-Unjoni, huwa xieraq li din id-Direttiva tiġi ssostitwita b'Regolament.

(3)

Dan ir-Regolament huwa regolament separat fil-kuntest tal-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (9).

(4)

Id-Direttiva 70/157/KEE tirreferi għar-Regolament Nru 51 (10) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-emissjonijiet tal-istorbju, li fiha l-Unjoni hija Parti Kontraenti, li jispeċifika l-metodu tal-ittestjar għall-emissjonijiet tal-istorbju.

(5)

Minn mindu ġiet adottata, id-Direttiva 70/157/KEE ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi. It-tnaqqis tal-limiti tal-istorbju għall-vetturi bil-mutur li seħħ l-aktar riċenti, introdott fl-1995, ma kellux l-effetti mistennija. L-istudji wrew li l-metodu tal-ittestjar użat skont id-Direttiva ma baqax jirrifletti s-sewqan fit-traffiku urban fil-ħajja reali. B’mod partikolari, kif indikat fil-Green Paper dwar il-Politika Futura dwar l-Istorbju tal-1996 (11), il-kontribut tal-istorbju li ġej mid-tidwir tat-tajers għall-emissjoni totali tal-istorbju ġie sottovalutat fil-metodu tal-ittestjar.

(6)

Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jintroduċi metodu differenti fir-rigward ta’ wieħed obbligatorju tad-Direttiva 70/157/KEE. Dan il-metodu għandu jkun ibbażat fuq il-metodu ppubblikat mill-Grupp ta’Ħidma dwar l-Istorbju tal-UNECE (GRB) fl-2007 li inkorpora verżjoni tal-2007 tal-istandard ISO 362 (12). Ir-riżultati tal-monitoraġġ ta’ kemm il-metodu tal-ittestjar il-qadim kif ukoll dak ġdid ġew sottomessi lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet inerenti fil-metodu tal-ittestjar preċedenti, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tressaq valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kontribut effettiv ta' tagħmir relatat mad-dawrien tat-tajers għat-tnaqqis tal-livell tal-istorbju tal-vetturi, li tiffoka fuq l-impatt fuq l-uċuħ tat-toroq, u l-ħtiġijiet ta' riċerka f'dan il-qasam speċifiku, fid-dawl ta’ adozzjoni ta' metodu ta' ttestjar Ewropew ġdid li jqis ukoll kif jirreaġixxu l-uċuħ tat-toroq. [Em. 4]

(7)

Ir-rappreżentattività tal-metodu tal-ittestjar il-ġdid għall-emissjonijiet tal-istorbju fil-kundizzjonijiet normali tat-traffiku hija kkunsidrata tajba, imma hija inqas rappreżentattiva tal-emissjonijiet tal-istorbju fl-agħar kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa neċessarju li f’dan ir-Regolament jiġu implimentati dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjoni tal-ħoss. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu rekwiżiti preventivi maħsuba biex ikopru l-kundizzjonijiet tas-sewqan tal-vettura fi traffiku reali lil hinn miċ-ċiklu ta’ sewqan tal-approvazzjoni tat-tip. Dawn il-kundizzjonjiet tas-sewqan huma rilevanti għall-ambjent u għandu jiġi assigurat li l-emissjoni tal-ħoss ta’ vettura li tinstaq fil-kundizzjonijiet tas-sewqan fit-triq ma tvarjax b’mod sinifikanti minn dak li jista’ jkun mistenni mir-riżultat tat-test tal-approvazzjoni tat-tip għal din il-vettura speċifika.

(8)

Dan ir-Regolament għandu wkoll ikompli jnaqqas il-limiti tal-istorbju. Dan għandu jqis ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (13), li introduċa rekwiżiti ġodda u aktar stretti dwar l-istorbju tat-tajers tal-vetturi bil-mutur, u li enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ koerenti u komprensiv biex tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju tat-toroq, inkluż billi jitqies il-kontribut sinifikanti li jagħmlu l-uċuħ tat-toroq għall-istorbju tat-toroq . Dak l-approċċ orizzontali se jnaqqas b'mod aktar effiċjenti l-istorbju ġenerali ġġenerat mit-traffiku fit-triq meta mqabbel ma' approċċ settorjali u vertikali. It-tnaqqis tal-istorbju tat-traffiku fit-toroq għandu jitqies ukoll bħala objettiv tas-saħħa pubblika, fid-dawl ta' studji . Għandha tingħata attenzjoni lil dawk l-istudji li jenfasizzaw il-fastidju u l-effetti fuq is-saħħa li jkollu l-istorbju ġġenerat mit-traffiku fit-triq (14)  (15), u l-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjati miegħu (16). Dan ir-Regolament għandu jqis ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra  (17) . Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tajers ikunu tikkettati fir-rigward tal-prestazzjoni tal-ħoss tagħhom. Barra minn hekk, għandha titqies il-komparabbiltà tal-mezzi tat-trasport mill-aspett ta' storbju ambjentali. [Em. 5]

(8a)

Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għal toroq “silenzjużi”, għall-awtoritajiet tat-toroq sabiex tipprovdilhom strument utli biex ikunu konformi ma' rekwiżiti għal infrastruttura tat-toroq aktar sostenibbli. [Em. 6]

(8b)

Is-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali stabbilixxa l-qafas għat-tfassil tal-politika ambjentali fl-Unjoni għall-perjodu 2002-2012. Il-programm talab azzjonijiet fil-qasam tal-istorbju biex "inaqqsu b'mod sostanzjali n-numru ta' nies regolarment affettwati minn livelli medji tal-istorbju fit-tul, b'mod partikolari dak iġġenerat mit-traffiku. [Em. 7]

(8c)

Il-miżuri tekniċi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss tal-vetturi bil-mutur jeħtieġu jissodisfaw sett ta' rekwiżiti konkorrenti, bħalma huma dawk li jnaqqsu l-istorbju u l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu u jtejbu s-sikurezza filwaqt li fl-istess ħin il-vettura inkwistjoni tinżamm kemm jista’ jkun irħisa u effikaċi. Biex tissodisfa bl-istess mod dawn ir-rekwiżiti kollha u żżomm bilanċ bejniethom, l-industrija tal-karozzi ta’ spiss tħabbat wiċċha mal-limiti ta’ dak li hu fiżikament possibbli attwalment. Fil-każ tal-iżvilupp awtomobilistiku, dejjem kien possibbli li dan il-limitu jiġi xxiftjat permezz tal-użu ta’ materjali u ta’ metodi aktar moderni u innovattivi. Sabiex ikun hemm il-possibilità ta’ innovazzjoni, jeħtieġ li jkun hemm qafas ċar u ffundat fiż-żmien mill-aspett leġiżlattiv. Dan ir-Regolament jistabbilixxi eżattament tali qafas u b'hekk jipprovdi inċentiv immedjat għall-innovazzjoni b’konformità mal-ħtiġijiet tas-soċjetà, filwaqt li fl-istess ħin ma jillimita bl-ebda mod il-libertà ekonomika tant vitali għall-industrija. [Em. 8]

(8d)

It-tniġġis tal-istorbju huwa primarjament problema lokali li teħtieġ soluzzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-ewwel pass ta’ kwalunkwe politika sostenibbli fir-rigward tal-emissjonijiet tal-istorbju għandu jkun dak li jiġu stabbiliti miżuri mmirati lejn is-sors tal-ħoss. Is-sors tal-istorbju, li huwa l-vettura, li għalih jirreferi dan ir-Regolament, huwa sors kompletament mobbli, għalhekk il-miżuri nazzjonali esklussivi ma jistgħux jaffrontawh b’mod xieraq. [Em. 9]

(8e)

Jistgħu jittieħdu passi maġġuri biex l-infrastruttura tiġi żviluppata u mtejba b’tali mod li jimmassimizza t-tnaqqis tal-istorbju tal-vetturi, bħal pereżempju permezz tal-użu fuq skala kbira ta’ lqugħ kontra l-istorbju. [Em. 10]

(9)

Il-valuri ta’ limitu globali għandhom jitnaqqsu fir-rigward tas-sorsi kollha tal-istorbju tal-vetturi bil-mutur inklużi d-dħul tal-arja fuq il-power train u l-egżost filwaqt li jitqies il-kontribut tat-tajers għat-tnaqqis tal-istorbju indirizzat fir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

(9a)

L-għoti ta' informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-ħoss lill-konsumaturi, lill-maniġers tal-flotot tal-karozzi u lill-awtoritajiet pubbliċi jista' jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta' xiri u jħaffef il-bidla għal flotta tal-vetturi aktar silenzjuża. Sabiex tingħata l-informazzjoni meħtieġa lill-konsumaturi, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-livelli tal-istorbju tal-vetturi b'konformità mal-metodi armonizzati ta' ttestjar fil-punt tal-bejgħ u fil-materjal promozzjonali tekniku. Tikketta li tkun komparabbli għat-tikketti użati għall-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil u l-istorbju tat-tajers, għandha tinforma lill-konsumaturi dwar l-emissjonijiet tal-ħoss ta' vettura. [Em. 11]

(9b)

It-tagħrif relatat mal-istorbju, inkluża data tat-testijiet, għandu jkun disponibbli u espost b'mod ċar fil-punti ta' bejgħ u fil-materjal promozzjonali għall-vetturi. [Em. 18]

(9c)

Sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jistabbilixxu miżuri u inċentivi biex jitħaffef ix-xiri u l-użu ta' vetturi anqas storbjużi. [Em. 12]

(9d)

Il-livelli tal-istorbju tal-vetturi huma parzjalment dipendenti fuq l-ambjent li fihom ikunu qed jivvjaġġaw il-vetturi, b’mod partikolari l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq u l-ġestjoni intelliġenti tas-sistemi tat-traffiku fit-toroq. Għandha tiġi kkunsidrata, għalhekk, l-adozzjoni ta’ approċċ integrat, b’mod partikolari fiż-żoni urbani l-aktar storbjużi u f’każijiet fejn tinħtieġ azzjoni ta’ malajr. [Em. 13]

(9e)

F’dak li jirrigwarda l-karozzi, fi vjaġġ li jsir b’veloċità medja ta’ inqas minn 45 km/h, jippredomina l-istorbju tal-magna u tas-sistema tal-egżost, fil-każ ta’ vjaġġi b’veloċità aktar minn 45 km/h, jiddomina l-istorbju tat-tajers u tar-riħ. Dan l-istorbju huwa preżenti indipendentement mit-tip ta’ magna u mill-prestazzjoni tagħha. L-iżvilupp tal-vetturi sa mis-sebgħinijiet għamilha possibbli li jinbnew magni ħafna aktar silenzjużi, iżda bħala medja, aktar qawwija u itqal. Minħabba dan tal-aħħar, u sabiex ikun hemm aktar sigurtà tas-sewqan, kien hemm żieda fil-piż tal-vettura kollha, li kienet tinvolvi t-twessigħ tal-wiċċ ta’ kuntatt tat-tajers bl-għan li tiżdied l-istabilità tas-sewqan. It-twessigħ ta’ tali wċuħ jinvolvi żieda fl-istorbju tat-tidwir tat-tajers tal-vettura. [Em. 14]

(9f)

L-istorbju huwa kwistjoni multidimensjonali b'diversi sorsi u fatturi li jaffettwaw il-ħoss li jesperjenzaw il-persuni u l-impatt tiegħu fuqhom. Il-leġiżlazzjoni biex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku teħtieġ li tirrifletti dawn l-aspetti billi tqis, l-istorbju ġġenerat mill-magna, mit-tajers u mill-vettura, l-uċuħ tat-toroq, l-imġiba fis-sewqan u l-ġestjoni tat-traffiku u għandha tiġi indirizzata f’leġiżlazzjoni bħar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 u d-Direttiva 2002/49/KE. [Em. 15]

(10)

Il-benefiċċji ambjentali mistennija minn vetturi tat-trasport fit-triq li huma elettriċi u ibridi u dawk li huma purament elettriċi rriżultaw fi tnaqqis sostanzjali tal-istorbju emess minn dawn it-tipi ta' vetturi. Dan irriżulta fit-tneħħija ta’ sors importanti ta’ sinjal bil-ħoss li jintuża minn persuni mexjin fit-triq u ċiklisti li huma għomja jew ma tantx jaraw, fost nies l-oħra li jużaw it-triq, biex ikunu aktar konxji tal-avviċinament, il-preżenza jew it-tluq ta’ dawn il-vetturi. Għal dak il-għan, l-industrija qed tiżviluppa sistemi akustiċi sabiex tikkompensa għal dan in-nuqqas ta' sinjal bil-ħoss f’vetturi elettriċi u dawk elettriċi u ibridi. Il-prestazzjoni ta' sistemi li jagħmlu ħoss meta l-vettura tkun qed tavviċina u li jkunu mwaħħla mal-vetturi għandha tkun armonizzata. It-twaħħil ta’ dawn is-sistemi għandu madankollu, jibqa' alternattiva għad-diskrezzjoni tal-manifatturi tal-vetturi.

(10a)

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-potenzjal ta' sistemi attivi ta' sikurezza f'vetturi aktar siekta bħalma huma l-vetturi ibridi u elettriċi biex isir konribut aħjar għall-objettiv li tittejjeb is-sikurezza ta' utenti vulnerabbli tat-toroq f'żoni urbani, bħal persuni mexjin fit-triq, ċiklisti u tfal għomja jew li jbagħtu viżwalment u mis-smigħ. [Em. 16]

(10b)

Il-livelli tal-istorbju ta’ vetturu għandhom impatt dirett fuq il-kwalità tal-għajxien taċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari fiż-żoni urbani fejn hemm ftit jew xejn mezzi tat-trasport pubbliku li jaħdmu bl-elettriku jew taħt l-art, ċikliżmu jew mixi. Għandu jitqies ukoll l-objettiv li ffissa l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport  (18) , li jirdoppja l-għadd ta’ utenti tal-mezzi tat-trasport pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, jippromwovu t-trasport pubbliku, il-mixi u ċ-ċikliżmu, bl-għan li jitnaqqas it-tniġġis ikkawżat mill-istorbju fiż-żoni urbani. [Em. 17]

(10c)

Il-livell ta’ storbju ta’ vettura jiddependi parzjalment mill-mod ta’ kif tiġi użata u minn kemm tinżamm tajjeb wara li tkun inxtrat. F’dan ir-rigward, għandhom jittieħdu passi biex titqajjem kuxjenza pubblika fl-Unjoni dwar kemm hu importanti li jiġi adottat stil ta' sewqan b’veloċità stabbli u li dak li jkun ma jaqbiżx il-limiti tal-veloċità li jkunu fis-seħħ f'kull Stat Membru. [Em. 19]

(11)

Sabiex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni, skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport CARS 21 tal-2007 (19), huwa xieraq li dan ir-Regolament ikun ibbażat fuq ir-Regolament tal-UNECE Nru 51 dwar l-emissjonijiet tal-istorbju fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar u r-Regolament Nru 59 dwar is-sistemi tas-sajlensersajlensers (20) fir-rigward tas-sistemi tas-sajlensersajlensers tal-egżost ta’ sostituzzjoni

(12)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissostitwixxi tadatta r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament b’referenza diretta għar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59 ġaladarba l-valuri ta’ limitu dwar il-metodu tal-ittestjar ġdid ikunu stipulati f’dawn ir-Regolamenti, jew biex tkun tista’ tadatta dawn ir-rekwiżiti għal żviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emenda tad-dispożizzjonijiet fl-Annessi ma’ biex temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament dwar il-metodi tal-ittestjar u l-livelli ta' ħoss relatati mal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-livell tal-ħoss tat-tipi ta' vetturi u tas-sistemi tal-egżost, il-metodi u l-istrumenti għall-kejl tal-istorbju li jagħmlu l-vetturi bil-mutur, is-sistemi tas-sajlenser, l-istorbju tal-arja kkumpressata, il-kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tas-siti tat-testjar, il-metodi ta’ kejl għal dispożizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-emissjoni tal-ħsejjes, u l-miżuri li jiżguraw il-livell tal-ħoss tal-vetturi elettriċi u ibridi . Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti . Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 20]

(12a)

Il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-istorbju minn ras il-għajn, li hu l-għan ta’ dan ir-Regolament, huwa inferjuri għal dak tal-kisi tat-triq li jiġu f’kuntatt magħha t-tajers. It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-istorbju fil-każ ta’ dan tal-aħħar, ikun ħafna aktar sempliċi mill-aspett tekniku. Minħabba d-disponibilità tat-tipi ta’ asfalt bħall-asfalt silenzjuż, l-asfalt bi kwalitajiet ta’ tnaqqis tal-istorbju jew l-asfalt ottimizzat għall-istorbju, li jiġu integrati f’approċċ olistiku li jikkombina diversi miżuri sempliċi tal-bini, lokalment jista’ jkun akkwistat tnaqqis ta’ madwar 10 dB. Dan l-approċċ effikaċi għal sorsi ta’ storbju esklussivament lokali ma jiġix ikkunsidrat fir-Regolament attwali għax l-applikazzjoni tkun ta’ strapazz kbir għall-baġits statali, speċjalment għall-entitajiet lokali. Fiż-żminijiet tal-kriżi finanzjarja, ikun diffiċli li dan ikun sostnut u dan jista’ jaffettwa, min-naħa l-oħra, is-setturi tal-politika reġjonali u strutturali. [Em. 21]

(13)

B’konsegwenza tal-applikazzjoni ta’ qafas regolatorju ġdid permezz ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 70/157/KEE għandha tiġi rrevokata,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi ġodda kollha msemmija fl-Artikolu 2 fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħhom u sistemi tal-egżost tagħhom u għall-bejgħ u t-tħaddim ta' partijiet u tagħmir maħsub għal dawn il-vetturi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2 u N3, kif iddefinit fl-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE u għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mfassla u mibnija għal dawn it-tipi ta' vetturi.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istorbju;

(2)

“tip ta' vettura” tfisser:

(a)

għall-vetturi, ittestjati skont l-Anness II, paragrafu 4.1.2.1, sett ta' vetturi kif iddefinit fl-Anness II Parti B mad-Direttiva 2007/46/KE.

(b)

għall-vetturi, ittestjati skont l-Anness II, paragrafu 4.1.2.2, sett ta’ vetturi li mhumiex essenzjalment differenti f’tali aspetti bħalma huma:

(i)

l-għamla jew il-materjali tal-qafas (partikolarment il-kompartament tal-magna u l-protezzjoni kontra l-ħsejjes tagħha);

(ii)

it-tip ta’ magna (pereżempju tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni, b’żewġ strowks jew b’erba’ strowks, b'pistun reċiprokanti jew rotatorju), in-numru u l-kapaċità taċ-ċilindri, it-tip ta’ sistema ta’ injezzjoni, l-arranġament tal-valvoli, il-veloċità kklassifikata tal-magna (S), jew it-tip ta’ mutur elettriku. Vetturi bl-istess tip ta’ magna iżda rapporti ġenerali bejn il-gerijiet differenti, jistgħu jitqiesu bħala vetturi tal-istess tip.

Madankollu, jekk id-differenzi ta' hawn fuq jirriżultaw mill-użu ta' metodu tal-ittestjar differenti, dawn id-differenzi għandhom jitqiesu bħala bidla tat-tip. [Em. 22]

(3)

“massa massima” tfisser il-massa massima teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur tal-vettura.

B'deroga mill-punt (3), il-massa massima tista’ tkun akbar mill-massa massima awtorizzata mill-amministrazzjoni tal-Istati Membri;

(4)

“il-qawwa kkalkulata tal-magna” tfisser il-qawwa tal-magna espressa f’kW (UNECE) u mkejla bil-metodu tal-UNECE skont ir-Regolament tal-UNECE Nru 85 (21);

(5)

“tagħmir standard” tfisser il-konfigurazzjoni bażika ta’ vettura inklużi l-karatteristiċi kollha li huma mwaħħla mingħajr ma tagħti lok għall-ebda speċifikazzjoni oħra dwar il-konfigurazzjoni jew il-livell tat-tagħmir iżda mgħammra bil-karatteristiċi kollha meħtieġa skont l-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV jew l-Anness XI mad-Direttiva 2007/46/KE;

(6)

“massa tas-sewwieq” tfisser massa kkalkulata fuq 75 kg li tinsab fil-punt ta’ referenza ta’ fejn qiegħed bilqiegħda s-sewwieq;

(7)

“massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan” (mro) tfisser il-massa tal-vettura inkluża l-massa tas-sewwieq, tal-fjuwil u tal-likwidi, mgħammra bit-tagħmir standard skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

Meta mwaħħla, il-massa tal-karrozzerija, il-kabina, it-tagħmir tal-igganċjar u l-istepni(s) kif ukoll l-għodda għandhom jiġu inklużi.

It-tank(ijiet) tal-fjuwil għandu(għandhom) ikun(u) mimlija sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tiegħu(tagħhom);

(8)

“il-veloċità kklassifikata tal-magna” (S) tfisser il-veloċità ddikjarata tal-magna f’min1 (rpm) li fiha l-magna tiżviluppa l-qawwa netta massima kkalkulata tagħha skont ir-Regolament tal-UNECE Nru 85 jew, fejn il-qawwa netta massima kklassifikata tintlaħaq f’diveri veloċitajiet tal-magna, fl-ogħla veloċità;

(9)

“l-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa” (PMR) tfisser kwantità numerika kkalkulata skont il-formola stipulata fil-punt 4.1.2.1.1. tal-Anness II;

(10)

“punt ta 'referenza” tfisser wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1, N1:

(i)

għall-vetturi bil- magna quddiem, it-tarf ta’ quddiem tal-vettura;

(ii)

għall-vetturi bil- magna fin-nofs, iċ-ċentru tal-vettura;

(iii)

għall-vetturi bil- magna wara, it-tarf ta’ wara tal-vettura.

(b)

fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 it-tarf tal-magna l-eqreb tal-parti ta’ quddiem tal-vettura.

(11)

“aċċelerazzjoni mira” tfisser aċċelerazzjoni f’kundizzjoni meta l-aċċelleratur ikun parzjalment miftuħ fi traffiku urban kif derivat minn investigazzjonijiet statistiċi;

(12)

“aċċelerazzjoni ta’ referenza” tfisser l-aċċelerazzjoni meħtieġa waqt it-test tal-aċċelerazzjoni fuq il-mogħdija tat-test;

(13)

“fattur differenzjat tal-proporzjon tal-ger” (k) tfisser kwantità numerika li tintuża biex tiġbor flimkien ir-riżultati tat-test taż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test tal-aċċelerazzjoni u għat-test tal-veloċità kostanti;

(14)

“fattur ta’ qawwa parzjali” (kP) tfisser kwantità numerika bl-ebda dimensjoni li tintuża għall-kombinazzjoni differenzjata tar-riżultati tat-testijiet tat-test tal-aċċelerazzjoni u tat-test tal-veloċità kostanti għall-vetturi;

(15)

“preaċċelerazzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta’ tagħmir għall-kontroll tal-aċċelerazzjoni qabel AA' sabiex tintlaħaq aċċelerazzjoni stabbli bejn AA' u BB' kif imsemmi fil-figura 1 fl-Appendiċi 1 tal-Anness II;

(16)

proporzjonijiet ta’ gerijiet illokjati” tfisser il-kontroll tat-trażmissjoni b’tali mod li matul test il-ger tat-trażmissjoni ma jistax jitbiddel;

(17)

“familja tad-disinn ta’ sistema ta' sajlensersajlensers jew komponenti ta’ sistema ta’ sajlensersajlensers” tfisser grupp ta' sistemi ta’ sajlensersajlensers jew komponenti tagħhom li fihom il-karatteristiċi kollha li ġejjin huma l-istess:

(a)

il-preżenza ta’ fluss tal-gass nett tal-gassijiet tal-egżost permezz tal-materjal fibruż assorbenti meta f'kuntatt ma' dak il-materjal;

(b)

it-tip tal-fibri;

(c)

fejn applikabbli, speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-lega;

(d)

dimensjonijiet medji tal-fibra;

(e)

id-densità minima tal-materjal bil-kwantità tal-imballaġġ f’kg/m3;

(f)

il-wiċċ ta’ kuntatt massimu bejn il-fluss tal-gass u l-materjal assorbenti;

(18)

“sistema ta’ sajlenser” tfisser sett komplut ta’ komponenti meħtieġa biex ikun limitat l-istorbju magħmul minn magna u l-egżost tagħha;

(19)

“sistema ta’ sajlenser ta’ tipi differenti” tfisser sistemi ta' sajlenser li huma differenti b’mod sinifikanti fir-rigward ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ismijiet kummerċjali jew marki kummerċjali tal-komponenti tagħhom;

(b)

il-karatteristiċi tal-materjali li jikkostitwixxu l-komponenti tagħhom, minbarra l-kisi ta’ dawn il-komponenti;

(c)

il-forma jew id-daqs tal-komponenti tagħhom;

(d)

il-prinċipji operattivi ta' mill-inqas wieħed mill-komponenti tagħhom;

(e)

l-armar tal-komponenti tagħhom;

(f)

l-għadd ta’ sistemi ta’ sajlensers jew il-komponenti tagħhom;

(20)

“sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni jew il-komponenti tal-imsemmija sistema” tfisser kull parti tas-sistema ta' sajlensers definita fil-punt (17) maħsuba għall-użu fuq vettura, minbarra parti mit-tip imwaħħla fuq din il-vettura meta sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament;

(21)

“Sistemi Akustika ta’ Twissija tal-Vettura” (AVAS) huma sistemi għall-vetturi tat-trasport fit-triq elettriċi u dawk elettriċi u ibridi li jipprovdu informazzjoni dwar it-tħaddim tal-vetturi lil persuni mexjin fit-triq u lil dawk li jużaw it-triq u li huma vulnerabbli;

(21a)

“punt tal-bejgħ” tfisser post fejn il-vetturi jinħażnu u jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumaturi; [Em. 23]

(21b)

“materjal promozzjonali tekniku” tfisser fuljetti, katalogi u manwali tekniċi, (kemm jekk f’sura stampata, elettronika jew onlajn), kif ukoll siti fuq l-Internet, li l-għan tagħhom ikun li jippromwovu vetturi fost il-pubbliku ġenerali. [Em. 24]

Artikolu 4

Obbligi ġenerali tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri ma jistgħux, fuq kriterji relatati mal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ egżost, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew dik nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur jew tip ta’ sistema tal-egżost jew komponent ta’ tali sistema meqjusa bħala unità teknika separata fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

(a)

il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I,

(b)

is-sistema tal-egżost jew kull komponent tagħha, ikkunsidrata bħala unità teknika separata fi ħdan it-tifsira tal-punt (25) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness X ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati mal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-egżost, jirrifjutaw jew jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kull vettura li fiha l-livell tal-ħoss u s-sistema tal-egżost jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness I.

3.   L-Istati Membri ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati mal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-egżost, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ sistema tal-egżost jew kull komponent tagħha kkunsidrati bħala unità teknika separata fi ħdan it-tifsira tal-punt (25) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE jekk din tkun konformi ma' tip li fir-rigward tiegħu ngħatat approvazzjoni skont dan ir-Regolament.

3a.     Meta jkunu qegħdin iwettqu verifiki tekniċi fuq il-vetturi, l-Istati Membri għandhom ikejlu l-livell tal-istorbju abbażi ta' data fl-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal kull tip ta' vettura. [Em. 25]

Artikolu 4a

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti  (22) , jiggarantixxu l-monitoraġġ effettiv tas-suq tagħhom. Għandhom jagħmlu kontrolli adegwati fuq il-karatteristiċi ta' prodotti fuq skala adegwata, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament. [Em. 26]

Artikolu 5

Obbligi ġenerali tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-vettura, il-magna tagħha u s-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju hija mfassla, mibnija u mmuntata b’tali mod li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, minkejja l-vibrazzjoni li tista’ tkun soġġetta għaliha.

2.   Il-manifatturi għandhom jassiguraw li s-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju tkun imfassla, mibnija u mmuntata b’tali mod li tkun tista’ tirreżisti raġonevolment il-fenomeni korrożivi li tiġi esposta għalihom filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u d-differenzi tal-klimi reġjonali . [Em. 27]

3.   Il-manifattur hu responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' approvazzjoni u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni, kemm jekk il-manifattur ikun involut direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kif ukoll jekk le.

Artikolu 6

Valuri ta’ limitu

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar stipulati fl-Anness II għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tipiċi tas-sewqan fit-triq u r-rekwiżiti tal-ittestjar tal-komponenti essenzjali oħra tal-vettura, li diġà huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 661/2009. Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ ma għandux jaqbeż il-limiti stipulati fl-Anness III. [Em. 28]

Artikolu7

Klawsola ta’ reviżjoni

1. Fi żmien tliet snin Wara d-data msemmija fl-Anness III, it-tielet kolonna, fażi 1, ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq studju ddettaljat biex taċċerta jekk il-limiti tlesti rieżami tal-limiti tal-istorbju jkunux xierqa jew le. fl-Anness III. Dak ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt li tinkludi valutazzjoni ġenerali tal-impatt fuq l-industrija tal-karozzi u b'mod partikolari fuq l-industriji li jiddependu minnha, filwaqt li titqies l-influwenza ta' Regolamenti oħra – bħal dawk fil-qasam tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2, u tas-sikurezza – fuq il-livell tal-ħoss ta' vetturi bil-mutur . Abbażi tal-konklużjonijiet tal-istudju, ta' tali rieżami u tal-valutazzjoni tal-impatt tagħha il-Kummissjoni tista', fejn għandha , jekk ikun xieraq, tippreżenta l-proposti għall-emenda ta’ tagħmel proposta sabiex temenda dan ir-Regolament b'mod li jkun newtrali kemm jista' jkun mill-aspett tal-kompetizzjoni . Il-valuri ta' limitu msemmija fl-Anness III, ir-raba' kolonna fażi 2, għandhom jidħlu fis-seħħ sitt snin wara l-konferma tal-valutazzjoni tal-impatt u t-tlestija tal-proċess ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. [Em. 29].

Il-proposti għal emendi għal dan ir-Regolament imressqa skont l-ewwel paragrafu għandhom iqisu l-istandards il-ġodda stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b’mod partikolari l-istandard ISO 10844:2011. [Em. 30]

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet dwar l-emissjoni tal-ħoss addizzjonali (ASEP)

1.   Għandhom japplikaw il-paragrafu 2 sal-paragrafu 6 u t-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna.

Il-vetturi għandhom awtomatikament jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness X jekk il-manifattur tal-vetturi jressaq id-dokumenti tekniċi lill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip li juru d-differenza bejn il-veloċità massima u minima tal-magna tal-vetturi għal BB'1 ≤ 0,15 x S, għal kwalunkwe kundizzjoni ta' test fi ħdan il-firxa ta' kontroll ASEP iddefinita fil-punt 3.3. tal-Anness VIII rigward il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Il-vetturi tal-kategorija N1 huma eżentati mill-ASEP jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta:

(a)

Il-kapaċità tal-magna ≤ 660 ccm u l-indiċi tal-proporzjon bejn il-potenza u l-massa PMR ikkalkulati bl-użu tal-massa tal-vettura massima awtorizzata ≤ 35;

(b)

Tagħbija ≤ 850 kg u l-indiċi tal-proporzjon bejn il-potenza u l-massa PMR ikkalkulat bl-użu tal-massa tal-vettura massima awtorizzata ≤ 40. [Em. 31]

Il-vetturi għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness X, jekk il-manifattur tal-vettura jipprovdi d-dokumenti tekniċi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li juru li d-differenza bejn il-veloċità massima u dik minima tal-magna tal-vetturi f’BB’ (23), għal kull kundizzjoni tat-test ġewwa l-medda ta’ kontroll ASEP definita fil-punt 3.3. tal-Anness VIII, fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II, mhijiex aktar minn 0,15 x S.

Il-vetturi tal-kategorija N1 huma eżentati mill-ASEP jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kapaċità tal-magna ma taqbiżx is-660 ccm u l-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa (PMR) ikkalkolat bl-użu tal-massa massima awtorizzata tal-vettura ma jaqbiżx il-35;

(b)

It-tagħbija kummerċjali hija tal-anqas ta’ 850 kg u l-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa (PMR) ikkalkolat bl-użu tal-massa massima awtorizzata tal-vettura ma jaqbiżx l-40; [Em. 32]

2.   L-emissjoni tal-ħoss tal-vettura f'kundizzjonijiet tipiċi ta' sewqan fit-triq, li huma differenti minn dawk li fihom sar it-test għall-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Anness II, ma għandhomx jiddevjaw mir-riżultat tat-test b’mod mhux raġonevoli. [Em. 33]

3.   Il-manifattur tal-vettura ma għandux jibdel, jimmodifika, jew jintroduċi intenzjonalment tagħmir mekkaniku, elettroniku, termali jew tagħmir ieħor jew proċeduri li ma jintużawx fis-sewqan tipiku fit-triq skont il-kundizzjonijiet applikabbli għall-ASEP bl-intenzjoni biss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjoni tal-istorbju skont dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri tipikament jissejħu ‘cycle beating. [Em. 34]

4.   Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness VIII ma’ dan ir-Regolament.

5.   Fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni sostnuta bl-eżitu tar-riżultati xierqa tat-test, stabbilita b’konformità mal-mudell stipulat fl-Appendiċi 1 tal-Anness VIII, li t-tip ta’ vettura li se tiġi approvata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 8(1) u 8(2). tal-Artikolu 8. [Em. 35]

Artikolu 8a

Informazzjoni għal konsumatur

Il-manifatturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jiżguraw li l-livell tal-istorbju f'decibels (dB(A)) b'konformità mal-metodi armonizzati ta' ttestjar tal-approvazzjoni tat-tip għal kull vettura jintwerew f'post prominenti fil-punt tal-bejgħ u fil-materjal promozzjonali tekniku.

Wara valutazzjoni tal-impatt komprensiva, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn mis-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, u b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar informazzjoni tal-konsumatur. Tali proposta tista' tiġi integrata fid-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodd  (24) . [Em. 36]

Artikolu 8b

Il-klassifikazzjoni u l-kwalità tas-superfiċje tat-triq

Il-Kummissjoni għandha, b’konformità mal-għażla taż-żmien għar-rieżami stipulata fid-Direttiva 2002/49/KE, tivvaluta l-possibilità li tiġi introdotta sistema ta’ klassifikazzjoni tat-toroq li tikkaratterizza l-ħoss tipiku tad-dawrien fuq kull triq fl-Unjoni, u jekk ikun xieraq tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inkorporazzjoni fil-proposta tagħha ta' rekwiżit fuq l-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kwalitajiet tas-superfiċje tat-triq fil-mapep strateġiċi tal-istorbju li hemm provvediment għalihom fid-Direttiva 2002/49/KE. [Em. 37]

Artikolu 9

Sistema Akustika ta’ Twissija tal-Vettura (AVAS)

Meta Il-manifatturi jagħżlu għandhom jinstallaw l-AVAS fil-vetturi Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni lil persuni għaddejjin bil-mixi u utenti vulnerabbli tat-toroq, li vettura qiegħda titħaddem. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u jista’ jkun simili għall-ħoss ta’ vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet, u r-rekwiżiti tal-Anness IX , ir-rekwiżiti tal-Anness X għandhom jiġu sodisfatti.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tivvaluta l-ħtieġa li terġa' teżamina dan ir-Regolament, filwaqt li tqis, inter alia, jekk is-sistemi attivi ta' sikurezza jistgħux iservu aħjar l-objettiv li tittejjeb is-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-toroq fiż-żoni urbani, flimkien ma', jew b'paragun ta’, sistemi akustiċi li jwissu dwar il-preżenza ta’ vettura u għandha, fejn ikun xieraq u b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tipprevedi livell massimu tal-ħoss għall-AVAS installati fil-vetturi. [Em. 66]

Artikolu 10

Emenda tal-Annessi

1.   Il-Kummissjoni għandha, sabiex tadatta r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 11 biex temenda l-Annessi I sa XI. l-Annessi I sa II u IV sa XII . [Em. 39]

2.   Meta il-valuri ta’ limitu relatati mal-metodu tal-ittestjar ikunu stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 51, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-possibilità li tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness III b’referenza diretta għar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59 bil-kundizzjoni li dawn ma jwasslux għal dgħufija tal-istandards ambjentali u tas-saħħa tal-Unjoni, u filwaqt li tqis kif xieraq l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, jekk ikun xieraq, għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex l-Anness III jiġi emendat b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. [Em. 40].

Artikolu 11

Eżerċitar tad-Delegazzjoni

1.   Is-setgħat tal-adozzjoni ta' Is-setgħa li tadotta atti ddelegati huma kkonferiti hija kkonferita lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. [Em. 41]

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom ikunu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat ħames snin mid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu. [Em. 42]

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 44]

Artikolu 12

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

2.   Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni Ewropea li huma ddeċidew li ma joġġezzjonawx, l-att iddelegat jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fid-dispożizzjonijiet tiegħu.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat. [Em. 45]

Artikolu 13

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 10(1) għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

2.   Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. [Em. 46]

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandu jinvalida l-ebda approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija għal vetturi jew għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati qabel id-data stipulata fl-Artikolu 16.

2.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom ikomplu jagħtu estensjoni tal-approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont it-termini tad-Direttiva 70/157/KEE.

3.   Sa … (25), vetturi b’ingranaġġ tas-serje ibridi, li għandhom magna tal-kombustjoni addizzjonali bl-ebda gganċjar mekkaniku għall-ingranaġġ, għandhom ikunu esklużi mir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu 8.

Artikolu 15

Revoka

1.   Id-Direttiva 70/157/KEE hija rrevokata.

2.   Ir-referenzi għad-Direttiva rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness XII.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika minn… (26)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 76.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013.

(3)   ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(4)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(6)   ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(7)   ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

(8)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16.

(9)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(10)  ĠU L 137, 30.5.2007, p. 68.

(11)  COM(1996)0540 finali.

(12)  ISO 362-1, Measurement of noise emitted by accelerating road vehicles – Engineering method – Part 1 (Il-kejl tal-istorbju emess minn vetturi tat-triq li jaċċeleraw- Metodu ta’ Inġinerija – Parti 1): Kategoriji M u N, ISO, Ġinevra, l-Isvizzera, 2007.

(13)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(14)  Knol, A.B., Staatsen, B.A.M., Trends in the environmental burden of disease in the Netherlands (Xejriet fil-piż ambjentali tal-mard fil-Pajjiżi l-Baxxi) 1980 – 2020, rapport RIVM 500029001, Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi, 2005; http://www.rivm.nl/bibliotheek/rapporten/500029001.html.

(15)  WHO-JRC study on the burden of disease from environmental noise, quantification of healthy life years lost in Europe (studju dwar il-piż tal-mard li ġej mill-istorbju ambjentali, kwantifikazzjoni ta’ snin ta’ ħajja b’saħħitha mitlufa fl-Ewropa); http://www.euro.who.int/en/what-we-do/health-topics/environment-and-health/noise/publications/2011/burden-of-disease-from-environmental-noise.-quantification-of-healthy-life-years-lost-in-europe.

(16)  Evalwazzjoni tal-Istorbju – Dokument ta’ Pożizzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Saħħa u l-Aspetti Soċjoekonomiċi, il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġeneral tal-Ambjent, Brussell, 4 ta’ Diċembru 2003; www.ec.europa.eu/environment/noise/pdf/valuatio_final_12_2003.pdf

(17)   ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.

(18)   Testi adottati P7_TA(2011)0584.

(19)  CARS 21: A Competitive Automotive Regulatory System for the 21st Century (Sistema Regolatorja Kompetittiva tal-Karozzi għas-seklu 21), 2006: http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/automotive/files/pagesbackground/competitiveness/cars21finalreport_en.pdf

(20)  ĠU L 326, 24.11.2006, p. 43.

(21)  ĠU L 326, 24.11.2006, p. 55.

(22)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(23)  Kif imsemmi fil-Figura 1 fl-Appendiċi 1 tal-Anness II ma' dan ir-Regolament.

(24)   ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.

(25)  Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(26)  Sentejn wara d-data tal-adozzjoni ta ' dan ir-Regolament.

ANNESS I

Approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-livell tal-ħoss ta' tip ta' vettura

1.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE TA’ TIP TA’ VETTURA

1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħha għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura.

1.2.

Il-mudell ta’ dokument ta’ informazzjoni jinsab fl-Appendiċi 1.

1.3.

Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih tintalab l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet mill-manifattur tal-vettura.

1.4.

Fuq talba tas-servizz tekniku, għandhom jiġu ppreżentati wkoll kampjun tas-sistema tal-egżost u magna ta’ mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u qawwa massima valorizzata bħal dik installata fil-vettura li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip.

2.

IL-MARKI

2.1.

Il-komponenti tas-sistema tal-egżost u tad-dħul, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

2.1.1.

il-marka kummerċjali jew l-isem tal-manifattur tas-sistemi u l-komponenti tagħhom;

2.1.2.

id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.

2.2.

Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux, anki meta s-sistema titwaħħal mal-vettura.

3.

L-GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE GĦAL TIP TA’ VETTURA

3.1.

Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, għandha tingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE b’konformità mal-Artikolu 9(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.2.

Il-mudell ta’ ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE jinsab fl-Appendiċi 2.

3.3.

Numru tal-approvazzjoni skont l-Anness VII mad-Direttiva 2007/46/KE għandu jkun assenjat lil kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

4.

EMENDI FL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP

 

Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13, 14, 15, 16 u 17(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

5.

IL-KONFORMITÀ TAL-ARRANĠAMENTI TAL-PRODUZZJONI

5.1.

Għandhom jittieħdu l-miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.

5.2.

Dispożizzjonijiet speċjali:

5.2.1.

It-testijiet stipulati fl-Anness VI ma’ dan ir-Regolament jikkorrispondu għal dawk imsemmija fil-punt 2.3.5 tal-Anness X mad-Direttiva 2007/46/KE

5.2.2.

Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Anness X mad-Direttiva 2007/46/KE normalment għandha tkun darba kull sentejn.

5.2.2.a

Il-valuri ta' limitu stipulati fit-tabella fl-Anness III japplikaw b'marġni ta' tolleranza raġonevoli waqt il-kejl. [Em. 47]

Appendiċi 1

Dokument ta’ informazzjoni Nru … skont l-Anness I mad-Direttiva 2007/46/KE (1) li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura fir-rigward tal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-egżost

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi l-werrej. Kwalunkwe illustrazzjoni trid tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’biżżejjed dettall fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu dettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati għandhom xi kontrolli elettriċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar kif jaħdmu.

0.   Ġenerali

0.1.

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (b):

0.3.1.

Il-post fejn tinsab il-marka:

0.4.

Kategorija tal-vettura (c):

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8.

Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar:

1.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

1.1.

Ritratti u/jew illustrazzjonijiet ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

1.3.3.

Fusien mgħammra (powered axles) (l-għadd, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni):

1.6.

Il-pożizzjoni u l-arranġament tal-magna:

2.   Il-massa u d-dimensjonijiet (e) (f’kg u mm) (Irreferi għall-illustrazzjoni fejn applikabli)

2.4.

Firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (b’kollox)

2.4.1.

Għal xażi mingħajr karrozzerija

2.4.1.1.

Tul (j):

2.4.1.2.

Wisa’ (k):

2.4.2.

Għal xażi bil-karrozzerija

2.4.2.1.

Tul (j):

2.4.2.2.

Wisa’ (k):

2.6.

Il-massa tal-vettura mixgħula? bil-karrozzerija, jew il-massa tax-xażi bil-kabina jekk il-fabbrikant ma jinstallax il-karozzerija (b’tagħmir standard, inkluż il-coolant, iż-żjut, il-fjuwil, l-għodda, l-istepni u s-sewwieq) (o) (massimu u minimu):

3.   Il-mutur ta’ propulsjoni (q)

3.1.

Il-manifattur:

3.1.1.

Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur: (Kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni)

3.2.

Magna li taħdem bil-kombustjoni interna

3.2.1.1.

Il-prinċipju ta’ tħaddim: tqabbid bl-ispark plaggs/tqabbid bil-kompressjoni, erba’ strowks/żewġ strowks (2)

3.2.1.2.

In-numru u t-tqassim taċ-ċilindri:

3.2.1.2.3.

L-ordni tal-qbid:

3.2.1.3.

Il-kapaċità tal-magna (s): cm3

3.2.1.8.

Il-qawwa netta massima (t): kW at min–1 (valur iddikjarat mill-manifattur)

3.2.4.

L-alimentazzjoni tal-fjuwil

3.2.4.1.

Bil-karburatur(i): iva/le (3)

3.2.4.1.2.

It-tip(i):

3.2.4.1.3.

Numru mwaħħal:

3.2.4.2.

B’injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bl-ispark plaggs biss): iva/le (4)

3.2.4.2.2.

Il-prinċipju ta’ tħaddim: Injezzjoni diretta/pre-chamber/swirl chamber (5)

3.2.4.2.4.

Ir-regolatur

3.2.4.2.4.1.

It-tip:

3.2.4.2.4.2.1.

Il-punt tal-qtugħ taħt tagħbija: min–1

3.2.4.3.

B’injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bl-ispark plaggs biss): iva/le (6)

3.2.4.3.1.

Il-prinċipju ta’ tħaddim: Il-manifold tad-dħul (punt wieħed/ħafna punti (7))/injezzjoni diretta/oħrajn (speċifika) (8)

3.2.8.

Is-sistema tal-bokka (dħul tal-arja)

3.2.8.4.2.

Il-filtru tal-arja, illustrazzjonijiet; jew

3.2.8.4.2.1.

L-għamla(/iet):

3.2.8.4.2.2.

It-tip(i):

3.2.8.4.3.

Is-sajlenser tal-bokka (dħul tal-arja), illustrazzjonijiet; jew

3.2.8.4.3.1.

L-għamla(/iet):

3.2.8.4.3.2.

It-tip(i):

3.2.9.

Is-sistema tal-egżost

3.2.9.2.

Deskrizzjoni u/jew illustrazzjoni tas-sistema tal-egżost:

3.2.9.4.

Is-sajlenser(s) tal-egżost:

Għas-sajlenser ta’ quddiem, tan-nofs, ta’ wara: binja, tip, marka, fejn rilevanti għal storbju estern: miżuri ta’ tnaqqis fil-kompartiment tal-magna u fuq il-magna:

3.2.9.5.

Fejn tinsab il-bokka tal-egżost:

3.2.9.6.

Is-sajlenser tal-egżost li jkun fih materjali fibrużi:

3.2.12.2.1.

Il-konvertitur katalittiku: iva/le (9)

3.2.12.2.1.1.

In-numru ta’ konvertituri katalittiċi u elementi:

3.3.

Il-mutur tal-elettriku

3.3.1.

It-tip (koljatura, eċitazzjoni):

3.3.1.1.

L-output massimu fis-siegħa: kW

3.3.1.2.

Il-vultaġġ tat-tħaddim: V

3.4.

Magni oħra jew muturi jew tlaqqigħ tagħhom (dettalji li għandhom x’jaqsmu mal-partijiet ta’ dawn il-magni jew muturi):

4.   It-trażmissjoni (v)

4.2.

It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ.)

4.6.

Il-proporzjonijiet tal-ger

Il-ger

Il-proporzjonijiet interni tal-gerboks

(il-proporzjonijiet tal-magna mat-tidwir tax-xaft tal-output tal-gerboks)

Il-proporzjon(ijiet) finali tas-sewqan

(il-proporzjon tax-xaft tal-output tal-gerboks mat-tidwir tar-roti motorizzati)

It-total tal-proporzjonijiet tal-ger

Il-massimu għal CVT (10)

1

2

3

Il-minimu għal CVT (10)

Ir-rivers

 

 

 

4.7.

Il-veloċità massima tal-vettura (u l-ger li fih tinkiseb) (f’km/h) (w):

6.   Is-sospensjoni

6.6.

It-tajers u r-roti

6.6.2.

Il-limiti ta’ fuq u t’isfel tar-radji tad-dawrien

6.6.2.1.

Fus 1:

6.6.2.2.

Fus 2:

6.6.2.3.

Fus 3:

6.6.2.4.

Fus 4:

eċċ..

9.   Il-karrozzerija (mhux applikabbli għall-vetturi tal-kategorija M1)

9.1.

It-tip ta’ karrozzerija:

9.2.

Il-materjali użati u l-metodi tal-binja

12.   Mixxellanji

12.5.

Dettalji ta' kull tagħmir mhux marbut mal-magna intiż biex inaqqas l-istorbju (jekk mhux koperti minn punti oħra):

Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ vetturi off-road:

1.3.

In-numru ta’ fusien u roti:

2.4.1.

Għal xażi mingħajr karrozzerija

2.4.1.4.1.

Angolu ta’ avviċinament (na): … gradi

2.4.1.5.1.

Angolu ta’ tluq (nb): … gradi

2.4.1.6.

Għoli mill-art (kif iddefinit fil-punt 4.5 tat-Taqsima A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE)

2.4.1.6.1.

Bejn il-fusien:

2.4.1.6.2.

Taħt il-fus(ien) ta' quddiem:

2.4.1.6.3.

Taħt il-fus(ien) ta' wara:

2.4.1.7.

Angolu tar-rampa (nc): … gradi

2.4.2.

Għal xażi bil-karrozzerija

2.4.2.4.1.

Angolu ta’ avviċinament (na): … gradi

2.4.2.5.1.

Angolu ta’ tluq (nb): … gradi

2.4.2.6.

Għoli mill-art (kif iddefinit fil-punt 4.5 tat-Taqsima A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE)

2.4.2.6.1.

Bejn il-fusien:

2.4.2.6.2.

Taħt il-fus(ien) ta' quddiem:

2.4.2.6.3.

Taħt il-fus(ien) ta' wara:

2.4.2.7.

Angolu tar-rampa (nc): … gradi

2.15.

Kapaċità ta’ aċċelerazzjoni minn wieqaf f’telgħa (vettura waħedha): … %

4.9.

Lokk differenzjali: iva/le/possibbli (11)

Data, Fajl


(1)  In-numri tal-entrati u n-noti ta’ qiegħ il-paġna użati f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stipulati fl-Anness I mad-Direttiva 2007/46/KE. L-entrati mhux rilevanti għall-għan ta' din id-Direttiva tħallew barra.

(2)  Ħassar kif xieraq.

(3)  Ħassar kif xieraq.

(4)  Ħassar kif xieraq.

(5)  Ħassar kif xieraq.

(6)  Ħassar kif xieraq.

(7)  Ħassar kif xieraq.

(8)  Ħassar kif xieraq.

(9)  Ħassar kif xieraq.

(10)  Trażmissjoni kontinwament varjabbli.

(11)  Ħassar kif xieraq.

Appendiċi 2

Mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

(Format Massimu: A4 (210 × 297 mm))

Timbru tal-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna

l-approvazzjoni tat-tip (1)

l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (2)

ir-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip (3)

l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip (4)

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (5) fir-rigward tad-Direttiva …/…/UE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/UE.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (6)  (7)

0.3.1.

Il-post fejn tinsab din il-marka:

0.4.

Il-kategorija tal-vettura (8):

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.

Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-UE:

0.8.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Appendiċi 3.

2.

Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3.

Data tar-rapport tat-test:

4.

Numru tar-rapport tat-test:

5.

Rimarki (jekk ikun hemm): Ara l-Appendiċi 3.

6.

Post:

7.

Data:

8.

Firma:

9.

L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.


(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Ħassar kif xieraq.

(3)  Ħassar kif xieraq.

(4)  Ħassar kif xieraq.

(5)  Ħassar kif xieraq.

(6)  Ħassar kif xieraq.

(7)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura, ta' komponent jew ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: “?” (eż. ABC??123??).

(8)  Kif iddefinit fl-Anness IIA mad-Direttiva 2007/46/KE.

Appendiċi 3

Dejta dwar il-vettura u t-test  (1)

1.

L-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-vettura

2.

It-tip ta’ vettura

2.1.

Il-massa massima inkluż is-semi-trejler (fejn ikun applikabbli)

3.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur

4.

Fejn rilevanti, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur

5.

Il-magna:

5.1.

Il-manifattur:

5.2.

It-tip:

5.3.

Il-mudell:

5.4.

Il-potenza massima nominali (KEE): … kW at … min-1 (rpm).

5.5.

It-tip ta’ magna: eż. tqabbid bl-ispark plaggs, tqabbid bil-kompressjoni, eċċ. (2)

5.6.

Iċ-ċikli: two stroke jew four-stroke (jekk ikun applikabbli)

5.7.

Iċ-ċilindrata (jekk ikun applikabbli)

6.

It-trażmissjoni: gerboks mhux awtomatika/gerboks awtomatika (3)

6.1.

In-numru ta’ gerijiet

7.

It-tagħmir:

7.1.

Is-sajlenser tal-egżost:

7.1.1.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm)

7.1.2.

Il-mudell:

7.1.3.

It-tip: … skont id-disinn Nru..: …

7.2.

Is-sajlenser tad-dħul:

7.2.1.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm)

7.2.2.

Il-mudell:

7.2.3.

It-tip: … skont id-disinn Nru.: …

7.3.

L-elementi tal-kapsulazzjoni

7.3.1.

L-elementi tal-enkapsulazzjoni tal-ħsejjes kif iddefiniti mill-manifattur tal-vettura

7.3.2.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat (jekk ikun hemm)

7.4.

It-tajers

7.4.1.

Id-daqs(ijiet) tat-tajers (skont il-fus):

8.

Il-qisien:

8.1.

It-tul tal-vettura (lveh): … mm

8.2.

Il-punt meta jingħafas l-aċċeleratur: … m qabel il-linja AA'

8.2.1.

Il-veloċità tal-magna fil-ger i bi:

AA'/PP' (2) … min-1 (rpm)

 

BB' … min-1 (rpm)

8.2.2.

Il-veloċità tal-magna fil-ger (i+1) bi:

AA'/PP' (2) … min-1 (rpm)

 

BB' … min-1 (rpm)

8.3.

In-numru ta’ approvazzjoni tat-tip tat-tajer(s):

 

jekk ma jkunx disponibbli, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

8.3.1.

Il-manifattur tat-tajers

8.3.2.

Id-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali tat-tip ta’ tajer (skont il-fus), (eż. l-isem kummerċjali, l-indiċi tal-veloċità, l-indiċi tat-tagħbija): …

8.3.3.

Id-daqs tat-tajer (skont il-fus):

8.3.4.

In-numru ta’ approvazzjoni tat-tajer (jekk ikun disponibbli): …

8.4.

Il-livell tal-ħoss ta’ vettura li qed tiċċaqlaq:

 

Ir-riżultat tat-test (Lurban): … dB(A)

 

Ir-riżultat tat-test (Lwot): … dB(A)

 

Ir-riżultat tat-test (Lcruise): … dB(A)

 

Fattur kP: …

8.5.

Il-livell tal-ħoss ta’ vettura wieqfa:

 

Il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-mikrofonu (skont il-Figura 2 fl-Appendiċi 1 għall-Anness II)

 

Ir-riżultat tat-test għal test b’vettura wieqfa:… dB(A)

8.6.

Il-livell tal-istorbju tal-ħoss tal-arja kkompressata:

 

Ir-riżultat tat-test għal

 

il-brejk tas-servizz: … dB(A)

 

il-brejk tal-ipparkjar: … dB(A)

 

waqt l-attwazzjoni tar-regolatur tal-pressjoni: … dB(A)

9.

Il-vettura tressqet għall-approvazzjoni fi:

10.

Is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:

11.

Id-data tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-servizz:

12.

In-numru tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-servizz:

13.

Il-pożizzjoni tal-marka ta’ approvazzjoni fuq il-vettura

14.

Il-post

15.

Id-data

16.

Firma

17.

Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom fuqhom in-numru ta’ approvazzjoni li ntwera aktar ’il fuq, huma annessi ma’ dan id-dokument:

 

 

disinji u/jew ritratti, dijagrammi u pjanijiet tal-magna u tas-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju;

 

lista tal-komponenti, li ġew identifikati b’mod xieraq, li jikkostitwixxu s-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju.

18.

Ir-raġuni għal estensjoni tal-approvazzjoni:

19.

Rimarki


(1)  Mhemmx għalfejn tiġi ripetuta l-informazzjoni li ġiet irrapporta fl-Appendiċi 1 tal-Anness I

(2)  Jekk tintuża magna mhux konvenzjonali, dan għandu jiġi ddikjarat.

(3)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

ANNESS II

Il-metodi u l-istrumenti biex jitkejjel il-ħoss magħmul mill-vetturi bil-mutur

1.

METODI TA' KEJL

1.1.

Il-ħoss magħmul skont it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni għandu jitkejjel biż-żewġ metodi li ġew deskritti f'dan l-Anness għall-vettura li qed tiċċaqlaq u għall-vettura meta tkun wieqfa (1). Fil-każ ta' vettura li għandha magna tal-kombustjoni interna li ma taħdimx meta l-vettura tkun wieqfa, il-ħoss li tagħmel jiġi mkejjel biss meta l-vettura tkun qed tiċċaqlaq.

Il-vetturi li jkollhom massa massima permissibbli li taqbeż l-2 800 kg iridu jkunu soġġetti għal kejl addizzjonali tal-ħoss tal-arja kkompressata bil-vettura wieqfa skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness V, jekk it-tagħmir korrispondenti tal-brejkijiet ikun parti mill-vettura.

1.2.

Iż-żewġ valuri mkejla skont it-testijiet stabbiliti fil-punt 1.1. għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test u fuq formola li tikkonforma mal-mudell fl-Appendiċi 3 tal-Anness I.

2.

L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

2.1.

Il-kejl akustiku

 

L-apparat li jintuża biex jitkejjel il-livell tal-ħoss irid ikun miter ta’ preċiżjoni tal-livell tal-istorbju jew sistema ta’ kejl ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windskrin rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti huma deskritti f'“IEC 61672-1:2002: Miters ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss”, it-tieni edizzjoni, tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC).

 

Il-qisien għandhom jittieħdu billi tintuża r-reazzjoni “mgħaġġla” tal-istrument tal-kejl akustiku u l-kurva tat-tagħbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal “A” li kienet ukoll deskritta fl-“IEC 61672-1:2002”. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell iddifferenzjat-A tal-pressjoni tal-ħoss, għandu jittieħed qari f’intervall ta’ ħin mhux itwal minn 30 ms (millisekondi).

 

L-istrumenti għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.

2.2.

Il-konformità mar-rekwiżiti

 

Il-konformità tal-istrumentazzjoni tal-kejl akustiku għandha tkun ivverifikata permezz tal-eżistenza ta’ ċertifikat validu ta’ konformità. Għandu jitqies li dawn iċ-ċertifikati jkunu validi jekk iċ-ċertifikazzjoni ta’ konformità mal-istandards tkun twettqet fit-12-il xahar preċedenti għal strument tal-kalibrazzjoni tal-ħoss u fil-perjodu preċedenti ta’ 24 xahar għas-sistema ta’ strumentazzjoni. L-ittestjar għall-konformità kollu jrid jitwettaq minn laboratorju, li huwa awtorizzat biex iwettaq il-kalibrazzjonijiet li jistgħu jitqabblu mal-istandards xierqa.

2.3.

Il-kalibrazzjoni tas-Sistema ta’ Kejl Akustiku kollha għal Sessjoni ta’ Kejl

 

Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta’ kejl, is-sistema ta’ kejl akustiku kollha għandha tkun ikkontrollata permezz ta’ kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-klassi ta’ preċiżjoni 1 skont l-IEC 60942: 2003. Mingħajr ebda aġġustament ieħor, id-differenza bejn il-qari għandha tkun inqas minn jew daqs 0,5 dB. Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti ma għandux jitqies.

2.4.

L-istrumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità

 

Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel bi strumentazzjoni li għandha preċiżjoni ta’ ± 2 fil-mija jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-qisien li qed jittieħdu.

Il-veloċità fit-triq tal-vettura għandha titkejjel bi strumentazzjoni li jkollha preċiżjoni ta’ mill-inqas ± 0,5 km/siegħa, meta jintużaw strumenti ta’ kejl kontinwu.

Jekk l-ittestjar juża qisien tal-veloċità indipendenti, din l-istrumentazzjoni trid tissodisfa l-limiti ta’ speċifikazzjoni ta’ mill-inqas ± 0,2 km/siegħa.

2.5.

L-istrumentazzjoni meterjoloġika

 

L-istrumentazzjoni meterjoloġika li tintuża biex jiġu sorveljati l-kundizzjonijiet ambjentali matul it-test għandha tinkludi l-istrumenti li ġejjin, li jissodisfaw għall-inqas il-preċiżjoni tal-kejl kif elenkata hawn taħt:

strument għall-kejl tat-temperatura, ±1 oC;

strument għall-kejl tal-veloċità tar-riħ, ±1,0 m/s;

strument għall-kejl tal-pressjoni barometrika, ± 5 hPa;

strument għall-kejl tal-umdità relattiva, ± 5 fil-mija.

3.

IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL

3.1.

Is-sit tat-test (2) u l-kundizzjonijiet ambjentali

 

Is-sit tat-test għandu jkun sostanzjalment invell. Il-wiċċ tal-mogħdija tat-test irid ikun niexef. Is-sit tat-test għandu jkun tali li meta sors ta’ ħoss omni-direzzjonali jitqiegħed fuq il-wiċċ tiegħu fil-punt ċentrali (l-intersezzjoni tal-linja tal-mikrofonu PP' (3) u l-linja ċentrali tal-lejn tal-vetturi CC' (4)), id-devjazzjonijiet mid-diverġenza akustika emisferika ma għandhomx jaqbżu ± 1 dB.

 

Jitqies li din il-kundizzjoni ġiet sodisfatta jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a)

F'radju ta’ 50 m miċ-ċentru tal-mogħdija l-ispazju jkun ħieles minn oġġetti kbar li jirriflettu bħal xtiebi, ġebel, pontijiet jew bini;

(b)

Il-mogħdija tat-test u l-wiċċ tat-sit ikunu niexfa u ħielsa minn materjali assorbenti bħal silġ f’forma ta’ trab, jew reżidwi mhux magħqudin;

(c)

Ma jkun hemm ebda ostaklu li jista’ jinfluwenza l-kamp akustiku fil-viċinanzi tal-mikrofonu, u ma jkun hemm ebda persuna bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter joqgħod f’pożizzjoni li ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.

 

Il-qisien ma għandhomx jittieħdu f’kundizzjonijiet tat-temp ħżiena. Irid ikun żgurat li r-riżultati ma jkunux affetwati mill-buffuri tar-riħ.

 

L-istrumentazzjoni meterjoloġika għandha titqiegħed f’pożizzjoni qrib iż-żona tat-test f’għoli ta’ 1,2 m ± 0,02 m. Il-qisien għandhom jittieħdu meta t-temperatura tal-arja ambjentali tkun bejn + 5 oC u + 40 oC.

 

It-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu jaqbżu l-5 m/s, matul l-intervall tal-kejl tal-ħoss.

Waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss għandu jkun irreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-veloċità u tad-direzzjoni tar-riħ, tal-umdità relattiva, u tal-pressjoni barometrika.

 

Meta jittieħed il-qari, kull livell għoli ħafna ta’ storbju li jidher li mhux relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħsejjes tal-vettura għandu jkun injorat.

 

Il-ħsejjes fl-isfond għandhom jitkejlu għal 10 sekondi immedjatament qabel u wara serje ta’ testijiet fuq vettura. Il-qisien għandhom jittieħdu bl-istess mikrofoni li ntużaw matul it-test u fil-postijiet fejn tqiegħed il-mikrofonu matul it-test. Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss iddifferenzjat-A għandu jiġi rrappurtat.

 

Il-ħsejjes fl-isfond (inkluż kull ħoss tar-riħ) għandu jkun mill-inqas 10 dB taħt il-livell iddifferenzjat-A tal-pressjoni tal-istorbju prodott mill-vettura li qed tiġi ttestjata. Jekk id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss imkejjel huwa bejn 10 u 15 dB(A), biex jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test trid titnaqqas il-korrezzjoni rilevanti mill-qari fuq il-miter tal-livell tal-ħoss, bħal fit-tabella li ġejja:

 

Id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-istorbju li għandu jitkejjel dB(A)

10

11

12

13

14

15

Il-korrezzjoni dB(A)

0,5

0,4

0,3

0,2

0,1

0,0


3.2.

Il-vettura

3.2.1.

Il-vettura ttestjata għandha tingħażel b’mod li l-vetturi kollha tal-istess tip tirrappreżenta lill-vetturi li għandhom jitqiegħdu fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. kif speċifikat mill-manifattur . Il-qisien għandhom jittieħdu mingħajr trejler, ħlief fil-każ ta’ vetturi li ma jistgħux jiġu sseparati. Il-qisien għandhom jittieħdu fuq vetturi bil-massa tat-test mt speċifikata skont it-tabella li ġejja: [Em. 48]


Il-kategorija tal- vettura

Il-massa tat-test tal-vettura (mt)

M1

mt = mro

N1

mt = mro

N2, N3

mt = 50 kg għal kull kW ta’ potenza tal-magna

It-tagħbija żejda biex tintlaħaq il-massa tat-test tal-vettura għandha titqiegħed ’il fuq mill-fus(fisien) ta’ wara. It-tagħbija żejda hija limitata għal 75 fil-mija tal-massa massima permessa għall-fus ta’ wara. Il-massa tat-test trid tinkiseb b’tolleranza ta’ ± 5 fil-mija.

Jekk iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija żejda ma jistax jiġi allinjat maċ-ċentru tal-fus ta’ wara, il-massa tat-test tal-vettura ma għandiex taqbeż it-total tat-tagħbija tal-fus ta’ quddiem u tal-fus ta’ wara f’kundizzjoni mhux mgħobbija flimkien mat-tagħbija żejda.

Il-massa tat-test għall-vetturi b’aktar minn żewġ fisien għandha tkun l-istess bħal dik għall-vetturi b’żewġ fisien.

M2, M3

mt = mro – massa tal-membru tal-ewkipaġġ (fejn applikabbli)


3.2.2.

L-emissjonijiet tal-ħoss tad-dawrien tat-tajers qegħdin stipulati fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur. It-tajers li għandhom jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-vettura u għandhom jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Appendiċi 3 tal-Anness I ma' dan ir-Regolament. Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa, jew se jkun, fis-suq, disponibbli għax-xiri fl-istess żmien tal-vettura (5). It-tyres għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur għall-massa tat-test tal-vettura. It-tajers iridu jkollhom mill-inqas il-fond legali tal-flieli tal-wiċċ ta' barra.

3.2.3.

Qabel ma jibdew jittieħdu l-qisien, il-magna għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet operattivi normali tagħha.

3.2.4.

Jekk il-vettura tingaġġja b’aktar minn żewġ roti, għandha tiġi ttestjata bl-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.

3.2.5.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b’fann wieħed jew b'iżjed minn wieħed li jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma għandiex tkun imbagħbsa waqt il-kejl.

3.2.6.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b’sistema tal-egżost li fiha materjali fibrużi, is-sistema tal-egżost għandha tiġi kundizzjunata skont l-Anness IV qabel it-test.

 

 

4.

IL-METODI TAL-ITTESTJAR

4.1.

Il-kejl tal-ħsejjes tal-vetturi li qed jiċċaqilqu

4.1.1.

Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test

 

Żewġ linji, AA' u BB', paralleli għal-linja PP' u li jinsabu rispettivament 10 m ’il quddiem u 10 m lura mil-linja PP' għandhom ikunu mmarkati fuq il-korsa tat-test.

 

Għandhom jittieħdu mill-inqas erba’ qisien fuq kull naħa tal-vettura u għal kull ger. Il-qisien preliminari jistgħu jittieħdu għal finijiet ta’ aġġustament, imma ma għandhomx jitqiesu.

 

Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 7,5 m ± 0,05 m mil-linja ta’ referenza CC' tal-mogħdija u 1,2 m ± 0,02 m ’il fuq mill-art.

 

L-assi ta’ referenza għal kundizzjonijiet ta’ użu normali fit-triq (ara l-IEC 61672-1:2002) għandu jkun orizzontali u dirett b’mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC' tal-vettura.

4.1.2.

Il-kundizzjonjiet speċifiċi tat-test għall-vetturi

4.1.2.1.

Il-vetturi tal-kategorija M1, M2 ≤ 3 500 kg, N1

 

Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli waqt it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'. Jekk il-vettura tingaġġja b’aktar minn żewġ roti, ittestjaha fl-għażla tal-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.

 

Jekk il-vettura hija mgħammra bi trażmissjoni manwali awżiljarja jew b’fus b’ħafna gerijiet, għandha tintuża l-pożizzjoni għas-sewqan normali urban. Fil-każi kollha, għandhom jiġu esklużi l-proporzjonijiet tal-ingranaġġ għal movimenti bil-mod, għall-ipparkjar jew għal meta jintużaw il-brejkijiet.

 

Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun dik stabbilita fit-Tabella fil-punt 3.2.1

 

Il-veloċità tat-test vtest hija ta' 50 km/siegħa ± 1 km/siegħa. Il-veloċità tat-test trid tintlaħaq meta l-punt ta' referenza jkun mal-linja PP'.

4.1.2.1.1.

L-indiċi tal-proporzjon tal-potenza mal-massa (PMR)

 

Il-PMR jiġi ddefinit kif ġej:

 

PMR = (Pn/mt) x 1 000 fi [kW/1 000kg]

 

L-indiċi tal-proporzjon tal-potenza mal-massa (PMR) jintuża biex tkun ikkalkulata l-aċċelerazzjoni.

4.1.2.1.2.

Il-kalkolu tal-aċċelerazzjoni

 

Il-kalkoli tal-aċċelerazzjoni huma applikabbli għal M1, N1 u M2 għall-kategoriji ≤ 3 500 kg biss.

 

L-aċċelerazzjonijiet kollha jiġu kkalkulati billi jintużaw veloċitajiet differenti tal-vettura fuq il-mogħdija tat-test (6) Il-formuli mogħtija jintużaw għall-kalkolu ta’ test awot i, awot i+1 and awot . Il-veloċità jew mal-linja AA jew mal-linja PP' hija ddefinita bħala l-veloċità tal-vettura meta l-punt ta’ referenza jgħaddi l-linja AA' (vAA') jew il-linja PP' (vPP'). Il-veloċità mal-linja BB' hija ddefinita meta l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB' (vBB'). Il-metodu li jintuża għad-determinazzjoni tal-aċċelerazzjoni għandu jkun indikat fir-rapport tat-test.

 

Minħabba d-definizzjoni tal-punt ta’ referenza għall-vettura, it-tul tal-vettura (lveh) jitqies b’mod differenti fil-formula ta’ hawn taħt. Jekk il-punt ta’referenza jkun fin-naħa ta' quddiem tal-vettura, mela l = lveh, in-nofs: l = ½ lveh u wara:: l = 0.

4.1.2.1.2.1

Il-proċedura ta’ kalkolu għall-vetturi bi trażmissjoni manwali, bi trażmissjoni awtomatika, bi trażmissjonijiet adattivi u bi trażmissjonjiet bi proporzjonijiet tal-gerijiet li jvarjaw (CVTs (7)) li ġew ittestjati bi proporzjonijiet ta’ gerijiet illokjati hija kif ġej:

 

awot test = ((vBB'/3,6)2 – (vAA'/3,6)2)/(2*(20+l))

 

awot test użat fid-determinazzjoni tal-għażla tal-gerijiet għandu jkun il-medja ta’ erba’ awot test, i, waqt kull darba li jitkejjel qies validu.

 

Tista’ tintuża l-preaċċelerazzjoni. Il-punt ta’ meta jingħafas l-aċċeleratur qabel il-linja AA' għandu jiġi irrappurtat fid-dejta tal-vettura u tat-test (ara l-Appendiċi 3 tal-Anness I).

4.1.2.1.2.2.

Il-proċedura ta’ kalkolu għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi u bi trażmissjonijiet kontinwament varjabbli (CVTs) ittestjati bi proporzjonjiet tal-gerijiet mhux illokjati kif jif jidher hawn taħt:

 

awot test użat fid-determinazzjoni tal-għażla tal-gerijiet għandu jkun il-medja ta’ erba’ awot test, i, waqt kull darba li jitkejjel qies validu.

 

Jekk l-istrumenti jew il-qisien li ġew deskritti fil-punt 4.1.2.1.4.2., jistgħu jintużaw biex ikun ikkontrollat it-tħaddim tat-trażmissjonijiet sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tat-test, ikkalkula awot test billi tuża l-ekwazzjoni:

 

awot test = ((vBB'/3,6)2 – (vAA'/3,6)2)/(2*(20+l))

 

Tista’ tintuża l-pre-aċċelerazzjoni.

 

Jekk ma jintużawx l-istrumenti jew il-qisien deskritti fil-punt 4.1.2.1.4.2., ikkalkula awot test billi tuża l-ekwazzjoni:

 

awot_testPP-BB = ((vBB'/3,6)2 – (vPP'/3,6)2)/(2*(10+l))

 

Tista’ tintuża l-pre-aċċelerazzjoni.

 

Il-post fejn jingħafas l-aċċeleratur għandu jkun fejn il-punt ta’ referenza tal-vettura jgħaddi l-linja AA'.

4.1.2.1.2.3.

L-aċċelerazzjoni mmirata

 

L-aċċelerazzjoni mmirata a urban tiddefinixxi l-aċċelerazzjoni tipika fit-traffiku urban u hija derivata minn investigazzjonijiet statistiċi. Hija funzjoni li tiddependi mill-PMR ta’ vettura.

 

L-aċċelerazzjoni mmirata a urban hija ddefinita permezz ta’:

 

urban = 0,63 * log10 (PMR) – 0,09

4.1.2.1.2.4.

L-aċċelerazzjoni ta’ referenza

 

L-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref tiddefinixxi l-aċċelerazzjoni meħtieġa waqt it-test aċċelerat fuq il-mogħdija tat-test. Hija funzjoni li tiddependi fuq il-proporzjon bejn il-potenza u l-massa ta’ vettura. Dik il-funzjoni hija differenti għal kategoriji speċifiċi ta’ vetturi.

 

L-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref hija ddefinita permezz ta’:

 

wot ref = 1,59 * log10 (PMR) - 1,41 għal PMR ≥ 25

 

wot ref = a urban = 0,63 * log10 (PMR) - 0,09 għal PMR < 25

4.1.2.1.3.

Il-fattur parzjali tal-potenza kP

 

Il-fattur parzjali tal-potenza kP (ara l-punt 4.1.3.1.) jintuża għall-kombinazzjoni mgħobbija tar-riżultati tat-testijiet tat-test ta’ aċċelerazzjoni u tat-test tal-veloċità kostanti għall-kategoriji ta' vetturi M1 u N1.

 

F’każijiet li mhumiex ta' test b’ger wieħed għandha tintuża wot ref minflok awot test (ara l-punt 3.1.3.1.).

4.1.2.1.4.

L-għażla tal-proporzjonijiet tal-ingranaġġ

 

L-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test tiddependi mill-potenzjal għall-aċċelerazzjoni speċifiku tagħhom awot meta il-valv tal-aċċelleratur jkun miftuħ kollu, skont l-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref meħtieġa għat-test tal-aċċelerazzjoni il-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu.

 

Xi vetturi jistgħu jkollhom programmi ta' software jew modi ta' trażmissjoni differenti (pereżempju sportiva, tax-xitwa, addattiva). F'każi fejn il-vettura jkollha modi differenti li jwasslu għal aċċelerazzjonijiet validi, il-manifattur tal-vettura għandu jipprova għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku, li l-vettura qed tiġi ttesjata bil-mod li jikseb aċċelerazzjoni li tkun l-eqreb ta’ wot ref.

4.1.2.1.4.1.

Il-vetturi bi trażmissjoni manwali, bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi jew b’CVTs ittesjati bi proporzjonijiet tal-ingranaġġ illokjati

 

Huma possibbli l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-għażla tal-proporzjonijiet tal-ingranaġġ:

 

(a)

Jekk proporzjon tal-ingranagg wieħed speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f’faxxa ta’ tolleranzi ta’ ± 5 % tal-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref, mingħajr ma jinqabżu it-3,0 m/s2 2,0 m/s2 , ittestja b’dak il-proporzjon tal-ingranaġġ.

(b)

Jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-ingranaġġ ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-gerijiet i, b’aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-gerijiet i+1, b’aċċelerazzjoni iżgħar mill-aċċelerazzjoni ta’ referenza. Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-ingranaġġ i ma jaqbiżx it-3,0 m/s2 2,0 m/s2 , uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test. Il-proporzjon tat-tagħbija b’relazzjoni għall-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta’:

k = (a wot ref – a wot (i+1))/(a wot (i) – a wot (i+1))

(c)

jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-ingranaġġ i jaqbeż it-3,0 m/s2 2,0 m/s2 , għandu jintuża l-ewwel proporzjon tal-ingranaġġ li jagħti aċċelerazzjoni inqas minn 3,0 m/s2 2,0 m/s2 ħlief jekk il-proporzjon tal-ingranaġġ i+1 jipprovdi aċċelerazzjoni iżgħar minn aurban. F’dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i u i+1, inkluż il-ger i b’aċċelerazzjoni li taqbeż it-3,0 m/s2 2,0 m/s2 . F’każi oħra, ma għandu jintuża l-ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-potenza kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref. [Em. 50]

(d)

Jekk il-vettura għandha trażmissjoni fejn hemm għażla waħda għall-proporzjon tal-ingranaġġ, it-test ta’ aċċelerazzjoni jitwettaq f’din l-għażla tal-gerijiet tal-vettura. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-potenza kP imbagħad tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa minflok awot ref.

(e)

Jekk il-veloċità nominali tal-magna tinqabeż fi proporzjon tal-ingranaġġ qabel ma l-vettura tgħaddi l-linja BB', għandu jintuża l-ogħla ger li jmiss.

4.1.2.1.4.2.

Il-vetturi bi trażmissjoni awtomatika, bi tranżmissjonjiet adattivi u b’CVTs ittestjati bi proporzjonijiet tal-ingranaġġ mhux illokjati:

 

Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal operazzjoni għalkollox awtomatika.

 

Il-valur ta’ aċċelerazzjoni awot test għandu jiġi kkalkulat kif ġie ddefinit fil-punt 4.1.2.1.2.2.

 

It-test imbagħad jista’ jinkludi bidla fil-gerijiet għal firxa aktar baxxa u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-gerijiet għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhumiex permessi. Għandha tkun evitata bidla fil-gerijiet għal proporzjon tal-ingranaġġ li ma jintużax fi traffiku urban.

 

Għalhekk, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw strumenti elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternati tas-selettur tal-gerijiet, biex tkun ipprevenuta waqgħa fil-gerijiet għal proporzjon tal-ingranaġġ li tipikament ma jintużax fil-kondizzjoni speċifikata tat-test fi traffiku urban.

 

L-awot test tal-aċċelerazzjoni milħuqa għandu jkun ikbar jew daqs aurban.

 

Jekk ikun possibbli, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri biex jevita valur ta’ aċċelerazzjoni awot test li jkun akbar minn 2,0 m/s2.

 

Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-potenza kp imbagħad tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa a wot test (ara l-punt 4.1.2.1.3.) minflok awot ref.

4.1.2.1.5.

It-test tal-aċċelerazzjoni

 

Il-manifattur għandu jiddefinixxi l-pożizzjoni tal-punt ta’ referenza quddiem il-linja AA' ta’ meta jingħafas għalkollox l-aċċeleratur. L-aċċeleratur għandu jingħafas għalkollox (malajr skont kemm ikun prattiku) meta l-punt ta’ referenza tal-vettura jilħaq il-punt iddefinit. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tilħaq il-linja BB'. L-aċċeleratur mbagħad għandu jiġi rilaxxat malajr kemm jista’ jkun. Il-punt fejn l-aċċeleratur jkun magħfus l-iżjed 'l isfel għandu jiġi rrappurtat fid-dejta tal-vettura u tat-test skont l-Appendiċi 3 tal-Anness II. Is-servizz tekniku għandu jkollu l-possibbiltà li jagħmel it-testijiet minn qabel.

 

Fil-każ ta’ vetturi artikulati li jikkonsistu f’żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu sseparati li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semi-trejler ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta’ meta tinqasam il-linja BB'.

4.1.2.1.6.

It-test tal-veloċità kostanti

 

It-test tal-veloċità kostanti għandu jitwettaq bl-istess ger(ijiet) li ġie(ġew) speċifikat(i) għat-test tal-aċċelerazzjoni u b’veloċità kostanti ta’ 50 km/siegħa b’tolleranza ta’ ± 1 km/siegħa bejn il-linji AA' u BB'. Waqt it-test tal-veloċità kostanti, il-kontroll tal-aċċelerazzjoni għandu jitqiegħed f’pożizzjoni biex tinżamm veloċità kostanti bejn il-linji AA' u BB' kif ġie speċifikat. Jekk għat-test ta’ aċċelerazzjoni jiġi llokjat il-ger, l-istess ger għandu jiġi llokjat għat-test tal-veloċità kostanti.

 

It-test tal-veloċità kostanti mhux meħtieġ għall-vetturi b’PMR < 25.

4.1.2.2.

Il-vetturi tal-kategoriji M2 > 3 500 kg, M3, N2, N3

 

Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli matul it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'. It-test għandu jitwettaq mingħajr trejler jew semi-trejler. Jekk trejler ma jistax jiġi sseparat faċilment mill-vettura tal-irmonk, it-trejler ma għandux jitqies meta ssir il-valutazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB'. Jekk il-vettura tinkorpora tagħmir bħal apparat li jħallat il-konkrit, kompressur, eċċ., dan it-tagħmir ma għandux ikun qed jaħdem waqt it-test. Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun skont it-tabella li tidher fil-punt 3.2.1.

 

Il-kundizzjonijiet mira tal-kategorija M2 > 3 500 kg, N2

 

Meta l-punt ta’ referenza jgħaddi l-linja BB', il-veloċità tal-magna nBB' għandha tkun bejn 70 fil-mija u 74 fil-mija tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-potenza massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta’ 35 km/siegħa ± 5 km/siegħa. Bejn il-linji AA' u BB' għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli.

 

Il-kundizzjonijiet mira tal-kategoriji M3, N3:

 

Meta l-punt ta’ referenza jgħaddi l-linja BB', il-veloċità tal-magna nBB' għandha tkun bejn 85 fil-mija u 89 fil-mija tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-potenza massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta’ 35 km/siegħa ± 5 km/siegħa. Bejn il-linji AA' u BB' għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli.

4.1.2.2.1.

L-għażla tal-proporzjonijiet tal-ingranaġġ

4.1.2.2.1.1.

Il-vetturi bi trażmissjonijiet manwali

 

Għandha tkun żgurata kundizzjoni ta’ aċċelerazzjoni stabbli. L-għażla tal-gerijiet tiġi ddeterminata mill-kundizzjonijiet mira. Jekk id-differenza fil-veloċità taqbeż it-tolleranza speċifika, għandhom jiġu ttestjati żewġ gerijiet, wieħed ’il fuq u l-ieħor taħt il-veloċità mira.

 

Jekk ikun hemm iżjed minn ger wieħed li jilħaq il-kundizzjonijiet mira, agħżel l-iżjed ger qrib il-35 km/siegħa. Jekk l-ebda ger ma jasal għall-kundizzjoni mira għall-vtest, għandhom jiġu ttestjati żewġ gerijiet, wieħed 'il fuq mill-vtest u wieħed 'l isfel minnu. Il-veloċità mira tal-magna għandha tintlaħaq fi kwalunkwe kundizzjoni.

 

Għandha tkun żgurata kundizzjoni ta’ aċċelerazzjoni stabbli. Jekk ma tistax tkun żgurata aċċelerazzjoni stabbli, dan il-ger ma għandux jitqies.

4.1.2.2.1.2.

Il-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi u bi trażmissjonijiet bi proporzjon varjabbli tal-ingranaġġ (CVTs)

 

Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal operazzjoni għalkollox awtomatika. It-test imbagħad jista’ jinkludi bidla fil-gerijiet għal firxa aktar baxxa u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-gerijiet għal medda ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhumiex permessi. Għandha tkun evitata bidla fil-gerijiet għal proporzjon tal-ingranaġġ li ma jintużax fit-traffiku urban, fil-kundizzjoni speċifikata tat-test. Għalhekk, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw strumenti elettroniċi jew mekkaniċi li jimpedixxu waqgħa fil-gerijiet għal proporzjon tal-ingranaġġ li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifika tat-test fit-traffiku urban.

 

Jekk il-vettura tinkludi disinn tat-trażmissjoni, li jipprovdi biss għażla waħda ta’ ger (ingaġġ), li tillimita l-veloċità tal-magna waqt it-test, il-vettura għandha tkun ittesjata billi tintuża biss veloċità mira tal-vettura. Jekk il-vettura tuża kombinazzjoni ta’ magna u ta’ trażmissjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżit tal-punt 4.1.2.2.1.1., il-vettura għandha tkun ittestjata billi tintuża l-veloċità mira biss tal-vettura. Il-veloċità mira tal-vettura (vBB') għat-test hija = 35 km/siegħa ± 5km/siegħa. Bidla fil-gerijiet għal medda ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar jiġu permessi wara li l-punt ta’ referenza jgħaddi l-linja PP'. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet, wieħed bil-veloċità aħħarija tal-vtest = vBB' + 5 km/siegħa, u ieħor bil-veloċità aħħarija ta' vtest = vBB' – 5 km/siegħa. Il-livell ta' ħoss irrappurtat huwa dak ir-riżultat li hu marbut mat-test bl-ogħla veloċità miksuba waqt it-test mil-linja AA' għal-linja BB'.

4.1.2.2.2.

It-test tal-aċċelerazzjoni

 

Meta l-punt ta’ referenza tal-vettura jilħaq il-linja AA', il-kontroll tal-aċċeleratur għandu jingħafas għalkollox (mingħajr ma titħaddem il-waqgħa awtomatika tal-gerijiet għal firxa aktar baxxa minn dik normalment użata f’sewqan urban) u jinżamm magħfus għalkollox sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB', imma l-punt ta’ referenza għandu jkun mill-inqas 5 m wara l-linja BB'. Imbagħad għandu jiġi rilaxxat il-kontroll tal-aċċeleratur.

 

Fil-każ ta’ vetturi artikulati li jikkonsistu f’żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu sseparati li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semitrejler ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta’ meta tinqasam il-linja BB'.

4.1.3.

L-interpretazzjoni tar-riżultati

 

Għandu jkun innotat il-livell massimu u ddifferenzjat-A tal-pressjoni tal-ħoss li ġiet indikata waqt kull passaġġ tal-vettura bejn iż-żewġ linji AA' u BB'. Jekk jiġi osservat livell għoli ferm tal-istorbju, li jidher biċ-ċar li ma jaqbilx mal-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, il-qies ma għandux jitqies. Għandhom jittieħdu mill-inqas erba’qisien għal kull kundizzjoni tat-test fuq kull naħa tal-vettura u għal kull proporzjon tal-ingranaġġ. In-naħa xellugija u dik leminija jistgħu jitkejlu fl-istess ħin jew wara xulxin. Għall-kalkolu tar-riżultat finali għal naħa partikolari tal-vettura, għandhom jintużaw l-ewwel erba’ qisien konsekuttivi validi, (ara l-punt 3.1.), fit- 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi. Il-medja tar-riżultati ta’ kull naħa għandha tiġi kkalkualata b’mod separat. Ir-riżultat intermedju huwa l-ogħla valur minn fost iż-żewġ medji li tqarrbu matematikament għall-ewwel post deċimali.

 

Il-qisien tal-veloċità mal-linji AA', BB', u PP' għandhom jiġu nnotati u jintużaw fil-kalkoli sal-ewwel numru sinifikanti wara l-punt deċimali.

 

L-aċċelerazzjoni kkalkulata awot test għandha tiġi nnotata sat-tieni numru wara l-punt deċimali.

4.1.3.1.

Il-vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 ≤ 3 500 kg

 

Il-valuri kkalkulati għat-test tal-aċċelerazzjoni u għat-test tal-veloċità kostanti jingħataw permezz ta’:

Lwot rep = Lwot (i+1) + k * (Lwot(i)- Lwot (i+1))

Lcrs rep = Lcrs(i+1) + k * (Lcrs (i) – Lcrs (i+1))

Fejn k = (awot ref – awot (i+1))/(awot (i) – awot (i+1))

 

Fil-każ ta’ test bi proporzjon wieħed tal-ingranaġġ, il-valuri huma r-riżultat tat-test ta’ kull test.

Ir-riżultat finali jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati Lwot rep u Lcrs rep. L-ekwazzjoni hija:

Lurban = Lwot rep – kP * (Lwot rep– Lcrs rep)

 

Il-fattur tat-tagħbija kP jagħti l-fattur parzali tal-potenza għas-sewqan urban. F’każijiet għajr it-test b’ger wieħed, il-kP jiġi kkalkulat permezz ta’:

 

kP = 1 – (aurban/awot ref)

Jekk għat-test jiġi speċifikat ger wieħed biss, kP jingħata permezz ta’:

kP = 1 – (aurban/awot test)

F’każijiet fejn awot test huwa inqas minn aurban:

kP = 0

4.1.3.2.

Il-vetturi tal-kategoriji M2 > 3 500 kg, M3, N2, N3

 

Meta ger wieħed jiġi ttestjat, ir-riżultat finali huwa daqs ir-riżultat intermedju. Meta jiġu ttestjati żewġ gerijiet, għandu jiġi kkalkulat il-valur intermedju aritmetiku tar-riżultati intermedji.

4.2.

Il-kejl tal-ħoss emess mill-vetturi wieqfa

4.2.1.

Il-livell tal-ħoss fil-viċinanzi tal-vetturi

 

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test li jissemma fl-Appendiċi 3 tal-Anness I.

4.2.2.

Il-kejl akustiku

 

Għall-qisien għandu jintuża miter ta’ preċiżjoni tal-livell tal-ħoss, jew sistema ta’ kejl ekwivalenti, kif ġie ddefinit fil-punt 2.1..

4.2.3.

Is-sit tat-test – kundizzjonijiet lokali kif deskritt fil-figura 1 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II

4.2.3.1.

Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista’ jinfluwenza l-kamp akustiku qrib il-mikrofonu u l-ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu joqgħod f’pożizzjoni fejn ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.

4.2.4.

Il-ħsejjes li jfixklu u l-interferenza mir-riħ

 

Il-qari fuq l-istrumenti tal-kejl prodotti mill-ħsejjes ambjentali u mir-riħ għandhom ikunu għall-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss biex jitkejlu. Jistgħu jiġu mmuntati paraventi xierqa kontra r-riħ mal-mikrofonu, iżda l-effett tagħhom fuq is-sensittività tal-mikrofonu jrid jitqies (ara l-punt 2.1.).

4.2.5.

Il-metodu ta’ kejl

4.2.5.1.

In-natura u n-numru ta’ qisien

 

Waqt il-perjodu operattiv li jissemma fil-punt 4.2.5.3.2.1, għandu jitkejjel il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels iddifferenzjat-A (dB(A)).

 

Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet qisien f’kull punt tal-kejl.

4.2.5.2.

It-tqegħid f’pożizzjoni u l-preparazzjoni tal-vettura

 

Il-vettura għandha titqiegħed fil-parti ċentrali taż-żona tat-test bis-selettur tal-gerijiet fil-pożizzjoni newtrali u bil-klaċċ ingaġġjat. Jekk id-disinn tal-vettura ma jippermettix dan, il-vettura għandha tiġi ttestjata skont il-preskrizzjonijiet tal-manifattur għall-ittestjar fuq magna wieqfa. Qabel kull sensiela ta’ qisien, il-magna trid tinġieb fil-kundizzjoni operattiva normali tagħha, kif ġie speċifikat mill-manifattur.

 

Jekk il-vettura hija mgħammra b’fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma għandiex tkun imbagħbsa matul il-kejl tal-livell tal-ħoss.

 

Il-kisi jew l-għata tal-kompartiment tal-magna, jekk imwaħħal b’dan il-mod, għandu jingħalaq.

4.2.5.3.

Il-kejl tal-ħoss qrib l-egżost kif imsemmi fil-Figura 1 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II.

4.2.5.3.1.

Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu

4.2.5.3.1.1.

Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta’ referenza tal-pajp tal-egżost li ġie ddefinit fil-Figura 1, f’angolu ta’ 45o(± 5o) għall-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp. Il-mikrofronu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta’ referenza, imma mhux inqas minn 0,2 m minn wiċċ l-art. L-assi ta’ referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel għal wiċċ l-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta’ referenza fuq l-iżbokk tal-egżost. Jekk huma possibbli żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu, għandu jintuża l-post l-aktar ’il bogħod lateralment mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura. Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp ta’ żbokk tal-egżost tkun f’angolu ta’ 90o għal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’dak il-punt, li huwa l-aktar ’il bogħod mill-magna.

4.2.5.3.1.2.

Għall-vetturi li jkollhom egżost mogħni bi żbokki li jkollhom bejniethom spazju ta’ 0,3 m, għandhom jittieħdu qisien għal kull żbokk. Għandu jiġi rreġistrat l-ogħla livell.

4.2.5.3.1.3.

Fil-każ ta’ egżost mogħni b’żewġ żbokki jew aktar bi spazju bejniethom ta’ inqas minn 0,3 m u li jkunu konnessi mal-istess sajlenser, jittieħed qies wieħed biss; il-pożizzjoni tal-mikrofonu tkun relatata mal-iżbokk li jkun l-eqreb ta’ tarf estrem wieħed tal-vettura jew, meta żbokk ta’ din ix-xorta ma jkunx jeżisti, mal-iżbokk li jkun l-ogħla ’l fuq mill-art.

4.2.5.3.1.4.

Għall-vetturi b’egżost vertikali (eż. il-vetturi kummerċjali), il-mikrofonu għandu jitqiegħed fl-għoli tal-iżbokk tal-egżost. L-assi tiegħu għandu jkun vertikali u orjentat ’il fuq. Għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta’ referenza tal-pajp tal-egżost, imma qatt inqas minn 0,2 m min-naħa tal-vettura li tkun l-eqreb tal-egżost.

4.2.5.3.1.5.

Għall-iżbokki tal-egżost li jinsabu taħt il-bodi tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed minimu ta’ 0,2 m mill-eqreb parti tal-vettura, f’punt li huwa l-eqreb ta’ 0,5 m mill-punt ta’ referenza tal-pajp tal-egżost, imma qatt inqas minn hekk, u f’għoli ta’ 0,2 m ’il fuq mill-art, u mhux f’linja mal-fluss tal-egżost. F’uħud mill-każi, ir-rekwiżit tal-angolarità fil-punt 4.2.5.3.1.1. jista’ ma jkunx sodisfatt.

4.2.5.3.2.

Il-kundizzjonijiet ta' tħaddim tal-magna

4.2.5.3.2.1.

Il-veloċità mira tal-magna

 

Il-veloċità mira tal-magna tiġi ddefinita bħala:

 

75 fil-mija tal-veloċità tal-magna S għall-vetturi b’veloċità nominali tal-magna ta’ ≤ 5 000 min-1

3 750 min-1 għall-vetturi b’veloċità nominali tal-magna akbar minn 5 000 min-1 u iċken minn 7 500 min-1

50 fil-mija tal-veloċità tal-magna S għall-vetturi b’veloċità nominali tal-magna ta’ ≥ 7 500 min-1.

 

Jekk il-vettura ma tistax tilħaq din il-veloċità tal-magna, il-veloċità mira tal-magna għandha tkun ħamsa fil-mija taħt il-veloċità massima possibbli tal-magna għal dak it-test meta l-vettura tkun wieqfa.

4.2.5.3.2.2.

Il-proċedura tat-test

 

Il-veloċità tal-magna għandha tiżdied b’mod gradwali minn tħaddim tal-magna mhux ingranata (idle) għall-veloċità mira tal-magna, mingħajr ma tinqabeż faxxa ta’ tolleranza ta’ ± 3 fil-mija tal-veloċità mira tal-magna, u għandha tinżamm kostanti. Imbagħad il-kontroll tal-valv tal-aċċelleratur għandu jiġi rilaxxat malajr u l-veloċità tal-magna għandha titreġġa’ għal tħaddim tal-magna mhux ingranata. Il-livell tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu ta’ tħaddim li jikkonsisti f’li tinżamm veloċità kostanti tal-magna għal sekonda waħda u matul il-perjodu kollu ta’ deċelerazzjoni, il-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss, imqarreb matematikament għall-ewwel post deċimali, jitqies bħala l-valur tat-test.

4.2.5.3.2.3.

Il-validazzjoni tat-test

 

Il-kejl għandu jitqies bħala validu jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma tiddevjax mill-veloċità mira tal-magna b’aktar minn ± 3 fil-mija għal mill-inqas sekonda waħda.

4.2.6.

Ir-riżultati

 

Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet qisien għal kull pożizjoni tat-test. Għandu jiġi rreġistrat il-livell massimu u ddifferenzjat-A tal-pressjoni tal-ħoss indikat waqt kull wieħed mit-tliet qisien. L-ewwel tliet riżultati konsekuttivi validi tal-kejl, fi ħdan 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi (filwaqt li jiġu meqjusa l-ispeċifikazzjonijiet tas-sit tat-test kif imsemmi fil-punt 3.1.), għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tar-riżultat finali għall-pożizzjoni partikolari tal-kejl. Il-livell massimu tal-ħoss, għall-pożizzjonijiet tal-kejl kollha, u tat-tliet riżultati tal-kejl, jikkostitwixxi r-riżultat finali.


(1)  Isir test fuq vettura wieqfa biex jipprovdi valur ta' referenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu biex jiċċekkjaw il-vetturi li jkunu qegħdin jintużaw

(2)  Skont l-Anness VII ma' dan ir-Regolament.

(3)  Kif imsemmi fil-Figura 1 fl-Appendiċi 1 tal-Anness II ma' dan ir-Regolament.

(4)  Kif imsemmi fil-Figura 1 fl-Appendiċi 1 tal-Anness II ma' dan ir-Regolament.

(5)  Minħabba li l-kontribut tat-tajers għall-emissjonijiet tal-ħoss huwa sinifikanti, iridu jitqiesu d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss tat-tajers mat-triq. It-tajers tat-trazzjoni, it-tajers għas-silġ u tajers ta' użi speċjali għandhom jiġu esklużi mit-teħid tal-qisien għall-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità, fuq talba tal-manifattur, skont ir-Regolament Nru 117 tal-UNECE (ĠU L 231, 29.8.2008, p. 19). l-aħħar emendi għar-Regolament tal-UNECE Nru 117 [Em. 49]

(6)  Ara l-figura 1 fl-Anness VII

(7)  Trażmissjonijiet kontinwament varjabbli.

Appendiċi 1

Image

Image

T = id-dehra minn fuq

S = id-dehra mill-ġenb

A = pajp iggradat

B = pajp milwi 'l isfel

C = pajp dritt

D = pajp wieqaf

1 = punt ta' referenza

2 = il-wiċċ tat-triq

Figura 2: Punt ta' Referenza

Image

Image

Figura 3a

Figura 3b


Image

Image

Figura 3c

Figura 3d

Il-Figuri 3 a – d:

Eżempji tal-pożizzjoni tal-mikrofonu, skont il-pożizzjoni tal-pajp tal-egżost

ANNESS III

Valuri ta' limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II, u mqarreb ’l isfel għall-eqreb numru sħiħ meta l-parti frazzjonali tkun inqas minn 0,5 u mqarreb ’il fuq għall-eqreb numru sħiħ jekk il-parti frazzjonali tkun daqs jew ikbar minn 0,5, ma għandux jaqbeż il-limiti li:

Il-kategorija tal-vettura

Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

Il-valuri ta’ limitu

espressi f’dB(A)

[decibels(A)]

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta’ limitu għal reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda

L-ewwel fażi valida minn

[sentejn wara l-pubblikazzjoni]

It-tieni fażi valida minn

[5 snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tielet fażi valida minn

[7 snin wara l-pubblikazzjoni]

Ġenerali

Off-road  (1)

Ġenerali

Off-road  (1)

Ġenerali

Off-road  (1)

M

Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri

 

 

 

 

 

 

M1

nru ta' sits ≤ 9

70

71  (2)

68

69  (2)

68

69  (2)

M1

nru ta' sits ≤ 9;

Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 150 kW/ton

71

71

69

69

69

69

M2

nru ta' sits > 9; massa ≤ 2 tunnellati

72

72

70

70

70

70

M2

nru ta' sits > 9; 2 tunnellati < massa ≤ 3,5 tunnellati

73

74

71

72

71

72

M2

nru ta' sits > 9; 3,5 tunnellata < massa ≤5 tunnellati

Potenza nominali tal-magna < 150 kW

74

75

72

73

72

73

M2

nru ta' sits > 9; 3,5 tunnellata < massa ≤ 5 tunnellati

Potenza nominali tal-magna ≥ 150 kW

76

78

74

76

74

76

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati;

Potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N

Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

 

 

 

 

N1

massa ≤ 2 tunnellati

71

71

69

69

69

69

N1

2 tunnellati ≤ massa < 3,5 tunnellati

72

73

70

71

70

71

N2

3,5 tunnellata ≤ massa < 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 75 kW

74

75

72

73

72

73

N2

3,5 tunnellata < massa ≤ 12-il tunnellata

75 ≤ potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

N2

3,5 tunnellata < massa ≤ 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna ≥ 150 kW

77

79

75

77

75

77

N3

massa > 12-il tunnellata;

75 ≤ potenza nominali tal-magna < 150 kW

77

78

75

76

75

76

N3

massa > 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna ≥ 150 kW

80

82

78

80

78

80


Il-kategorija tal-vettura

Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi espressi f'dB(A)

[decibels(A)]  (1)

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi u għal reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda espressi f'dB(A)

[decibels(A)]  (1)

L-ewwel fa ¿i valida minn

[6 snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tieni fa ¿i valida minn

[8 snin wara l-pubblikazzjoni]

M

Vetturi użati għall-garr tal-passiġġieri

M1

nru ta' sits ≤9; ≤ 125 kW/ton

68

68

nru ta' sits ≤ 9; 125kW/ton < il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa ≤ 150kW/ton

70

70

nru ta' sits ≤ 9, proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 150kW/ton

73

73

M1

nru ta' sits ≤ 4, inklu ¿ is-sewwieq; proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 200kW/ton; Punt R tas-sit tas-sewwieq < 450 mm mill-art

74

74

M2

nru ta' sits > 9; massa ≤ 2,5 tunnellati

69

69

nru ta' sits > 9; 2,5 tunnellati < massa < 3,5 tunnellati

72

72

nru ta' sits > 9; 3,5 tunnellati < massa < 5 tunnellati;

75

75

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati; potenza nominali tal-magna ≤ 180kW

74

74

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati; 180 kW < potenza nominali tal-magna ≤ 250kW

77

77

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati; potenza nominali tal-magna > 250kW

78

78

N

Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

N1

massa < 2,5 tunnellati

69

69

2,5 tunnellati < massa < 3,5 tunnellati

71

71

N2

3,5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

75

3,5 tunnellata < massa ≤ 12-il tunnellata; potenza nominali tal-magna < 150 kW

76

76

N3

massa > 12-il tunnellata; potenza nominali tal-magna ≤ 180 kW

77

77

massa > 12-il tunnellata; 180 < potenza nominali tal-magna ≤ 250 kW

79

79

massa > 12-il tunnellata; potenza nominali tal-magna < 250 kW

81

81


(1)  Il-valuri ta' limitu miżjuda għandhom ikunu validi biss jekk il-vettura tikkonforma ma jiżdiedu b’1db għall-vetturi li jissodisfaw d-definizzjoni rilevanti għall-vetturi off-road stabbilita fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva tal-UE 2007/46/KE.

(2)  Għall-vetturi M1 il-valuri ta' limitu miżjuda għall-vetturi off-road ikunu validi biss jekk il-massa massima awtorizzata tkun ta' > 2 tunnellati [Em. 61]

ANNESS IV

Sistemi tas-Sajlenser li Fihom il-Materjali Fibrużi li Jtaffu l-Ħsejjes

1.

Ġenerali

Il-materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes jistgħu jintużaw fis-sistemi tas-sajlenser jew fil-komponenti tagħhom fejn jintlaħqu kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet;

(a)

il-gass tal-egżost ma jkunx f'kuntatt mal-materjali fibrużi;

(b)

is-sistemi tas-sajlenser jew il-komponenti tagħhom ikunu tal-istess familja ta' tifsil tas-sistemi jew tal-komponenti tas-sistemi li għalihom ġie ppruvat, waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal tip ieħor ta' vettura, li mhumiex suġġetti għad-deterjorament.

Meta l-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tintlaħaq, is-sistema sħiħa tas-sajlenser jew il-komponenti tagħha jkollhom iġarrbu kundizzjonament konvenzjonali permezz ta' waħda fost tliet installazzjonijiet u proċeduri deskritti hawn taħt.

1.1.

Tħaddim kontinwu fit-triq għal 10 000 km.

1.1.1.

50 ± 20 ta' din l-operazzjoni għandu jikkonsisti minn sewqan urban u l-bqija tal-operazzjoni għandha tkun ġirjiet ta' distanzi twal b'veloċità għolja; It-tħaddim kontinwu fit-triq jista’ jiġi sostitwit bi programm korrispondenti ta’ testijiet fil-mogħdija tat-test.

1.1.2.

Iż-żewġ reġimi ta’ veloċità għandhom jalternaw mill-inqas darbtejn.

1.1.3.

Il-programm tat-test kollu għandu jinkludi minimu ta’ 10 waqfiet ta’ mill-inqas tliet sigħat biex jiġu riprodotti l-effetti ta’ tberrid u xi kondensazzjoni li tista’ sseħħ.

1.2.

L-ikkundizzjonar fuq bank tat-test

1.2.1.

Il-partijiet standard tas-sistema tal-egżost jew il-komponenti tagħha jridu jitwaħħlu mal-vettura msemmija fil-punt 1.3. tal-Anness I jew mal-magna msemmija fil-punt 1.4. tal-Anness I filwaqt li wieħed isegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fil-każ tal-vettura msemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I, il-vettura trid tittella' fuq dinamometru tar-romblu. Fil-każ ta' magna msemmija fil-punt 1.4 tal-Anness I, il-magna trid tiġi mqabbda ma' dinamometru.

1.2.2.

It-test għandu jkun imwettaq f’sitt perjodi ta’ sitt sigħat b’waqfa ta’ mill-anqas 12-il siegħa bejn kull perjodu biex jiġu riprodotti l-effetti tat-tberrid u xi kondensazzjoni li tista’ sseħħ.

1.2.3.

Waqt kull perjodu ta’ sitt sigħat, il-magna għandha titħaddem, fil-kundizzjonijiet li ġejjin, waħda wara l-oħra:

 

(a)

Ħames minuti b’veloċità mingħajr ingranaġġ;

(b)

Sekwenza ta’ siegħa taħt tagħbija ta’ 1/4 bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

(c)

Sekwenza ta’ siegħa taħt tagħbija ta’ 1/2 bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

(d)

Sekwenza ta’ 10 minuti b’tagħbija sħiħa bi 3/4 tal-veloċità massima nominali(S);

(e)

Sekwenza ta’ 15-il minuta b’1/2 tagħbija b’veloċità massima nominali(S);

(f)

Sekwenza ta’ 30 minuta b’1/4 tagħbija b’veloċità massima nominali(S).

 

It-tul totali tas-sitt sekwenzi: tliet sigħat.

 

Kull perjodu għandu jkun magħmul minn żewġ settijiet maqsumin f'sekwenza ta' dawk il-kundizzjonijiet f'ordni konsekuttiva minn (a) sa (f).

1.2.4.

Matul it-test, is-sistema tas-sajlenser ma għandhiex titberred b’riħ sfurzat li jissimula l-arja li normalment tgħaddi madwar il-vettura. B’danakollu, fuq talba tal-manifattur, is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti tagħha jistgħu jitberrdu sabiex ma tinqabiżx it-temperatura reġistrata fil-bokka tagħha meta l-vettura tkun għaddejja b’veloċità massima.

1.3.

L-ikkondizzjonar bil-pulsazzjoni

1.3.1.

Is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti tagħha għandhom jitwaħħlu mal-vettura msemmija fil-punt 1.3. tal-Anness I jew mal-magna msemmija fil-punt 1.4. tal-Anness I. Fil-każ tal-ewwel, il-vettura trid tittella' fuq dinamometru tar-romblu.

 

Fit-tieni każ, il-magna trid tiġi mmuntata fuq dinanometru. L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu qed tintwera fil-Figura 1 tal-Appendiċi għal dan l-Anness, irid jitwaħħal fl-iżbokk tas-sistema tal-egżost. Kull apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

1.3.2.

L-apparat tat-test irid ikun aġġustat b’tali mod li l-fluss tal-gass tal-egżost ikun interrott u stabbilit mill-ġdid, b’mod alternat, permezz tal-valv ta’ azzjoni rapida għal 2 500 ċiklu.

1.3.3.

Il-valv trid tinfetaħ meta l-kontrapressjoni tal-gass tal-egżost, imkejla mill-inqas 100 mm 'l isfel mil-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta’ bejn 0,35 u 0,40 kpa. Għandha tingħalaq meta din il-pressa ma tvarjax b’aktar minn 10 % mill-valur stabilizzat bil-valv miftuħ.

1.3.4.

It-time-delay switch għandu jkun iffissat għal kemm idum l-egżost f’forma ta’ gass li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.3.3.

1.3.5

Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta' 75 % tal-veloċità (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima.

1.3.6.

Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun ugwali għal 50 % tal-potenza bil-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu mkejjel f'75 % tal-veloċità tal-magna (S).

1.3.7.

Kull toqba għall-iskular ta’ likwidi għandha tingħalaq matul it-test.

1.3.8.

It-test kollu għandu jkun imwettaq fi żmien 48 siegħa.

Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża perjodu wieħed ta’ tberrid wara kull siegħa.

Appendiċi 1

Image

1.

Il-flanġ tal-bokka jew qoxra għall-konnessjoni man-naħa ta' wara tas-sistema tal-egżost tat-test.

2.

Il-valv tar-regolazzjoni li jitħaddem bl-idejn.

3.

Ir-riserva li tikkumpensa b’kapaċità massima ta’ 40 l u ħin biex timtela ta’ mhux inqas minn sekonda.

4.

Is-swiċċ li jaħdem bil-pressjoni b’firxa operattiva ta’ bejn 0,05 u 2,5 bar.

5.

It-time-delay switch.

6.

L-apparat li jgħodd il-pulsazzjonijiet.

7.

Il-valvola ta’ azzjoni ta' malajr, bħall-valvola tal-egżost tal-brejk b’dijametru ta’ 60 mm, li titħaddem permezz ta’ ċilindru pnewmatiku b’output ta’ 120 N f’4 bar. Il-ħin tar-rispons, kemm tal-ftuħ kif ukoll tal-għeluq, ma għandux jaqbeż iż-0,5 ta' sekonda.

8.

L-evakwazzjoni tal-gass tal-egżost.

9.

Pajp flessibbli.

10.

L-apparat li jkejjel il-pressjoni.

L-ANNESS V

Il-ħoss tal-arja kkompressata

1.

Il-metodu tal-kejl

 

Il-kejl jitwettaq fil-pożizzjonijiet tal-mikrofonu 2 u 6 skont il-Figura 1, bil-vettura wieqfa. L-ogħla livell tal-ħoss iddiferenzjat-A għandu jiġi rreġistrat waqt l-ivventjar tar-regolatur tal-pressjoni u waqt il-ventilazzjoni wara l-użu kemm tal-brejkijiet tas-servizz kif ukoll ta' dawk tal-ipparkjar.

 

Il-ħoss waqt l-ivventjar tar-regolatur tal-pressjoni jitkejjel bil-magna tkun bil-magna taħdem mingħajr ingranaġġ. Il-ħoss tal-ventilazzjoni jiġi rreġistrat waqt li jitħaddmu l-brejkijiet tas-servizz u tal-ipparkjar; qabel kull kejl, l-unità tal-kompressur tal-ajra trid tinġieb għall-ogħla pressjoni operattiva permissibbli, u mbagħad għandha tintefa’ l-magna.

2.

L-evalwazzjoni tar-riżultati

 

Għall-pożizzjonijiet tal-mikrofonu kollha jittieħdu żewġ qisien. Sabiex ikun hemm kumpens għan-nuqqasijiet fil-preċiżjoni tat-tagħmir tal-kejl, il-qari tal-miter jitnaqqas b’1 dB(A), u l-valur imnaqqas jitqies bħala r-riżultat tal-kejl. Ir-riżultati jitqiesu bħala validi jekk id-differenza bejn il-qisien f’pożizzjoni waħda tal-mikrofonu ma taqbiżx iż-2 dB(A). L-ogħla valur imkejjel jitqies bħala r-riżultat. Jekk dan il-valur jaqbeż il-limitu tal-istorbju b’1 dB(A), għandhom jittieħdu żewġ qisien addizzjonali fil-pożizzjoni tal-mikrofonu korrispondenti. F’dan il-każ, tlieta mill-erba’ riżultati tal-kejl miksuba f’din il-pożizzjoni għandhom jikkonformaw mal-limitu tal-istorbju.

3.

Il-valur li jillimita

 

Il-livell tal-ħoss ma għandux jaqbeż il-limitu ta’ 72 dB(A).

Appendiċi 1

Figura 1: Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu għall-kejl tal-ħoss tal-arja kkompressata

Image

Il-kejl irid isir bil-vettura wieqfa skont il-Figura 1, bil-mikrofonu mqiegħed f'żewġ pożizzjonijiet f'distanza ta' 7 m mill-kontorn tal-vetturi, u 1,2 m 'l fuq mill-art.

ANNESS VI

Il-kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni għall-vetturi

1.

Ġenerali

 

Dawn ir-rekwiżiti jaqblu mat-test li jsir biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-produzzjoni (COP) skont il-punt 5 tal-Anness I.

2.

Il-proċedura tal-ittestjar

 

Is-sit tat-test u l-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu dawk li ġew deskritti fl-Anness II.

2.1.

Il-vetturi li qed jiġu ttestjati għandhom ikunu soġġetti għat-test tal-kejl tal-ħoss tal-vettura miexja kif stabbilit fil-punt 4.1. tal-Anness II.

2.2.

Il-ħoss tal-arja kkompressata

 

Il-vetturi li għandhom massa massima li taqbeż l-2 800 kg u li huma mgħammra b’sistemi tal-arja kkompressata iridu jiġu soġġetti għal test addizzjonali għall-kejl tal-ħoss tal-arja kkompressata kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness V.

2.3.

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss

 

Il-manifattur tal-vettura għandu jagħmel stima tal-konformità mal-ASEP permezz ta' valutazzjoni xierqa, jew jista' jwettaq it-test deskritt fl-Anness VIII.

3.

Teħid tal-kampjuni u evalwazzjoni tar-riżultati

 

Trid tintgħażel vettura waħda li mbagħad tiġi soġġetta għat-testijiet stabbiliti fil-punt 2. Jekk ir-riżultati tat-testijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura għandha titqies li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-COP. Ir-rekwiżiti tal-COP applikabbli huma l-valuri ta’ limitu stipulati fl-Anness III bil-marġni addizzjonali ta’ 1 dB(A). [Em. 52]

 

Jekk ikun hemm wieħed mir-riżultati tat-testijiet li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE, għandhom jiġu ttestjati żewġ vetturi oħra tal-istess tip skont il-punt 2 ta' dan l-Anness.

 

Jekk ir-riżultati tat-testijiet tat-tieni u tat-tielet vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura għandha titqies li tikkonforma mal-COP.

 

Jekk wieħed mir-riżultati tat-testijiet tat-tieni jew it-tielet vetturi ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE, it-tip tal vettura jitqies li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa li jwasslu mill-ġdid għall-konformità.

ANNESS VII

L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-test

1.

Introduzzjoni

 

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u mat-tqegħid tal-mogħdija tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet, li huma bbażati fuq standard (1) jiddeskrivu l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa kif ukoll il-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.

2.

Il-karatteristiċi meħtieġa tas-superfiċje

 

Wiċċ jitqies li jikkonforma ma' dan l-istandard jekk il-kompożizzjoni u l-ispazji jew il-ko-efficjent tal-assorbiment tal-ħoss ikunu tkejlu u nstabu li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-punti 2.1. sa 2.4., u jekk ikunu ntlaħqu wkoll ir-rekwiżiti tad-disinn stabbiliti fil-punt 3.2.

2.1.

Il-kontenut tal-ispazji vojta residwi

 

Il-kontenut tal-ispazji vojta residwi, VC, tat-taħlita għall-pavimentar tal-mogħdija tat-test ma għandux jaqbeż it-8 %. Għall-proċedura tat-tikjil, ara l-punt 4.1.

2.2.

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

 

Jekk il-wiċċ ma jikkonformax mar-rekwiżit tal-kontenut tal-ispazji vojta residwi, ikun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent tal-assorbiment tal-ħoss tiegħu jkun α ≤ 0,10. Għall-proċedura tat-tikjil, ara l-punt 4.2. Ir-rekwiżiti tal-punt 2.1. u ta' dan il-punt għandhom jitqiesu li ntlaħħqu wkoll jekk ġie mkejjel l-assorbiment tal-ħoss biss u nstab li hu α ≤ 0,10.

 

Ta' min jinnota li l-aktar karatteristika rilevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut tal-ispazji residwi vojta huwa aktar familjari mal-kostrutturi tat-toroq. Madanakollu, jeħtieġ li l-assorbiment tal-ħoss jitkejjel biss jekk il-wiċċ ma jikkonformax mar-rekwiżit tal-ispazji. Ir-raġuni għal dan hi li l-ispazji huma konnessi ma’ inċertezzi relattivament kbar f’termini kemm ta’ qisien kif ukoll ta’ rilevanza u wħud mill-uċuħ għalhekk jistgħu jiġu rifjutati, b’mod żbaljat, fuq il-bażi biss tal-kejl tal-ispazji.

2.3.

Il-fond tal-kompożizzjoni

 

Il-fond tal-kompożizzjoni (TD) imkejjel skont il-metodu volumetriku (ara l-punt 4.3. hawn taħt) għandu jkun:

TD >0,4 mm

2.4.

L-omoġeneità tal-wiċċ

 

Għandu jsir kull sforz prattiku biex ikun żgurat li l-wiċċ ikun kemm jista’ jkun omoġenju fis-sit tat-test. Dan jinkludi l-kompożizzjoni u l-kontenut tal-ispazji, imma għandu jkun osservat ukoll li jekk il-proċess tal-irromblar jirriżulta f’irromblar aktar effettiv f’xi bnadi milli f’oħrajn, il-konsistenza tista’ tkun differenti u n-nuqqas ta’ uniformità jista’ jagħti lok għal ħotob.

2.5.

Il-perjodu tal-ittestjar

 

Biex jiġi kkontrollat jekk il-wiċċ ikomplix jikkonforma mal-konsistenza u mal-kontenut tal-ispazji jew mar-rekwiżiti tal-assorbiment tal-ħoss stipulati f’dan l-istandard, għandu jsir ittestjar perjodiku fl-intervalli li ġejjin:

 

(a)

Għall-kontenut tal-ispazji residwi jew għall-assorbiment tal-ħoss:

meta l-wiċċ ikun ġdid;

 

jekk il-wiċċ jissodisfa r-rekwiżiti meta jkun ġdid, mhuwiex meħtieġ ebda ttestjar perjodiku ieħor. Jekk ma jissodisfax ir-rekwiżit meta jkun ġdid, jista’ jissodisfahom aktar tard għaliex l-uċuħ għandhom it-tendenza li jinstaddu u jsiru kompatti maż-żmien.

 

(b)

Għall-fond tal-kompożizzjoni (TD):

 

meta l-wiċċ ikun ġdid;

 

meta jibda l-ittestjar tal-ħoss (NB: mhux qabel ma jgħaddu erba' ġimgħat wara li jkun tqiegħed);

 

imbagħad kull 12-il xahar.

3.

Il-pjanta tal-wiċċ tat-test

3.1.

Erja

 

Meta jiġi ppjanat l-arranġament tal-mogħdija tat-test huwa importanti li jkun żgurat, li bħala rekwiżit minimu, l-erja fejn jaqsmu l-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b’marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan jirrikjedi li l-wisà tal-mogħdija tkun ta' mill-inqas 3 m u li t-tul tagħha jibqa' ħiereġ 'il barra mil-linji AA u BB għal mill-inqas 10 m fuq kull naħa. Il-figura 1 turi pjanta ta' sit tat-test addattat u tindika l-erja minima li trid titqiegħed titrassas bil-magni bil-materjal speċifikat għall-wiċċ tal-ittestjar. Skont il-punt 4.1.1. tal-Anness II, il-kejl għandu jittieħed minn kull naħa tal-vettura. Dan jista’ jsir jew billi jsir kejl b’żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofoni (wieħed fuq kull naħa tal-mogħdija) u s-sewqan isir f’direzzjoni waħda, jew isir kejl b’mikrofonu biss fuq naħa waħda tal-mogħdija iżda l-vettura tinsaq f’żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-metodu tal-aħħar, ma jkunx hemm rekwiżiti dwar il-wiċċ fuq in-naħa tal-mogħdija fejn ma jitqiegħedx mikrofonu.

Image

3.2.

Id-disinn u t-tħejjija tal-wiċċ

3.2.1.

Ir-rekwiżiti bażiċi tad-disinn

 

Il-wiċċ tat-test għandu jissodisfa erba’ rekwiżiti tad-disinn.

3.2.1.1.

Għandu jkun magħmul minn konkrit dens asfaltat.

3.2.1.2.

Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6,3 sa 10 mm).

3.2.1.3.

Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta’ > 30 mm.

3.2.1.4.

Is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum mhux modifikat bi grad ta’ penetrazzjoni diretta.

3.2.2.

Il-linji ta’ gwida għad-disinn

 

Bħala gwida għall-kostruttur tal-wiċċ, fil-Figura 2 qed tintwera kurva għall-gradazzjoni aggregata li se tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tagħti wħud mil-linji gwida għall-kisba tal-istruttura u d-durabilità mixtieqa. Il-kurva tal-gradazzjoni taqbel mal-formula li ġejja:

 

P (% ta’ dak li jgħaddi) = 100 . (d/dmax)1/2

 

meta:

d = id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel, f’mm

dmax = 8 mm għall-kurva medja

dmax = 10 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ taħt

dmax = 6,3 mm għall-kurva ta' tolleranza ta' fuq

Image

 

Barra r-rekwiżiti stipulati taħt il-punti 1 sa 3.2.2, ir-rekwiżiti li ġejjin tal-ISO 108:2011 għandhom jiġu ssodisfati jew għandu jsir riferiment għall-ISO 10844:1994 għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' 5 snin : [Em. 54]

(a)

Il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 % ramel naturali u mill-inqas 45 % ramel mitħun;

(b)

Il-bażi u s-sottobażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajba, skont l-aħjar prattika fil-kostruzzjoni tat-toroq;

(c)

Iż-żrar għandu jitfarrak (100 % tal-uċuh imfarrka) u jkun ta’ materjal b’reżistenza għolja għat-tifrik;

(d)

Iż-żrar użat fit-taħlit għandu jinħasel;

(e)

L-ebda żrara żejda ma għandha tiġi miżjuda mal-wiċċ;

(f)

L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad espressa bħala l-valur PEN għandha tkun ta' 40-60, 60-80 jew saħansitra ta' 80-100, skont il-kundizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż. Għandu jintuża materjal li jgħaqqad li jkun iebes kemm jista' jkun, sakemm dan ikun konsistenti mal-prattika komuni;

(g)

It-temperatura tat-taħlita qabel jgħaddi r-romblu minn fuqha għandha tingħażel b'mod li jinkiseb il-kontenut ta’ spazji meħtieġ permezz ta' passati tar-romblu sussegwenti. Sabiex tiżdied il-probabbiltà li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet tal-punti 2.1. sa 2.4., il-kumpattezza għandha tiġi studjata mhux biss permezz ta' għażla addattata tat-temperatura tat-taħlita, iżda wkoll permezz ta' numru adegwat ta' passati u permezz tal-għażla tal-vettura li trassas it-taħlita.

 

Tabella 1: Il-linji gwida għad-disinn

 

Il-valuri fil-mira

Tolleranzi

Bil-massa totali tat-taħlita

Bil-massa tal-aggregat

Il-massa tal-ġebel, b'qies tax-xibka tal-għarbiel b'toqob kwadri (SM) > 2 mm

47,6 %

50,5 %

± 5

Massa ta 'ramel 0,063 < SM < 2 mm

38,0 %

40,2 %

± 5

Massa ta’ filler SM < 0,063 mm

8,8 %

9,3 %

± 2

Il-massa tas-sustanza li tgħaqqad (bitum)

5,8 %

Mhux applikabbli

±0,5

Id-daqs massimu taż-żrar

8 mm

6,3 – 10

L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad

(ara l-punt 3.2.2. (f)

 

Il-valur tal-ġebel ippolixxjat (PSV)

> 50

 

Kumpattezza, relattiva għall-kumpattezza Marshall

98 %

 

4.

Il-metodu tat-test

4.1.

Il-kejl tal-kontenut tal-ispazji vojta residwi

 

Għall-fini ta’ dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni mill-mogħdija f’minn tal-inqas erba’ pożizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b’mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Figura 1). Biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ omoġeneità u ta’ uniformità fil-mogħdiji tar-roti, ma għandhomx jittieħdu kampjuni fil-mogħdiji tar-roti stess, imma qribhom. Żewġ kampjuni (bħala minimu) għandhom jittieħdu qrib il-mogħdija tar-roti, u kampjun ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-mogħdija tar-roti u l-pożizzjoni ta’ kull mikrofonu.

 

Jekk ikun hemm xi suspett li l-ħtieġa tal-omoġeneità ma tkunx se tintlaħaq (ara l-punt 2.4.), għandhom jittieħdu kampjuni minn partijiet oħra addizzjonali tal-erja tat-test.

 

Il-kontenut ta' spazji residwi għandu jiġi stabbilit għal kull kampjun, imbagħad il-valur medju mill-kampjuni kollha għandu jiġi kkalkulat u mqabbel mar-rekwiżit tal-punt 2.1. Barra minn hekk, l-ebda kampjun uniku ma għandu jkollu valur ta’ spazji ogħla minn 10 %. Il-kostruttur tal-wiċċ tat-test għandu jżomm f’moħħu l-problema li tista’ tinqala’ meta l-erja tat-test tkun imsaħħna b’pajpijiet jew b’wajers tal-elettriku, u jridu jittieħdu kampjuni minn din l-erja. Installazzjonijiet ta’ din ix-xorta iridu jiġu ppjanati sew fejn għandhom x’jaqsmu l-postijiet futuri għat-tħaffir tal-kampjuni. Huwa rakkomandat li jitħallew ftit postijiet li jkunu bejn wieħed u ieħor tad-daqs 200 mm x 300 mm fejn ma jkunx hemm l-ebda wajer/pajp jew fejn tal-aħħar jinsabu biżżejjed fil-fond biex ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni li ttieħdu mis-saff tal-wiċċ.

4.2.

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

 

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu tal-impedenza fejn tintuża l-proċedura speċifikata fl-ISO 10534-1: “Acoustics – Determination of sound absorption coefficient and impedance by a tube method.” (2) (“L-akustika – Id-determinazzjoni tal-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss u l-impedenza b’metodu tat-tubu”).

 

Fir-rigward tal-kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess rekwiżiti applikati għall-kontenut tal-ispazji vojta residwi (ara l-punt 4.1). L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fl-iskala ta' bejn 400 Hz u 800 Hz u fl-iskala ta' bejn 800 Hz u 1,600 Hz (għal tal-inqas fil-frekwenzi tan-nofs ta' frekwenzi ta' terz ta' ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ skali ta' frekwenzi. Imbagħad għanda tiġi kkalkulata l-medja ta’ dawn il-valuri, għall-kampjuni tat-test kollha, biex jiġi kkostitwit ir-riżultat finali.

4.3.

Il-kejl volumetriku tal-makrostruttura

 

Għall-fini ta’ dan l-istandard, il-qisien tal-fond tal-istruttura għandhom jittieħdu fuq mill-inqas 10 pożizzjonijiet li bejniethom hemm l-istess spazju tul il-mogħdija tar-roti tal-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jitqabbel mal-fond minimu tal-istruttura speċifikat. Ara l-ISO 10844:1994 ISO10844:2011 għad-deskrizzjoni ta’ din il-proċedura. [Em. 55]

5.

L-istabbiltà biż-żmien u l-manutenzjoni

5.1.

L-influwenza taż-żmien

 

Bħal kwalunkwe wiċċ ieħor, huwa mistenni li l-livell tal-istorbju tat-tajers/triq imkejjel fuq il-wiċċ tat-test jista’ jiżdied bi ftit matul l-ewwel 6 sa 12-il xahar wara l-kostruzzjoni.

 

Il-wiċċ jikseb il-karatteristiċi meħtieġa mhux qabel ma jgħaddu erba’ ġimgħat wara l-kostruzzjoni. L-influwenza taż-żmien fuq l-istorbju mit-trakkijiet ġeneralment huwa inqas minn dawk mill-karozzi.

 

L-istabbilità biż-żmien tiġi ddeterminata prinċipalment bl-ippolixxjar u bil-kompattezza ikkawżati mill-vetturi li jinsaqu fuq il-wiċċ. Għandha tiġi ċċekkjata skont il-perjodu ta' testjar msemmi fil-punt 2.5.

5.2.

Il-manutenzjoni tal-wiċċ

 

Fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet li jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti il-fond effettiv tal-istruttura jridu jitneħħew mill-wiċċ. F’pajjiżi bi klimi xitwin, xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll is-silġ. Il-melħ jista’ jimmodifika l-wiċċ b’mod temporanju jew saħansitra b’mod permanenti b’tali mod li jżid l-istorbju u għalhekk, il-melħ mhux rakkomandat.

5.3.

Il-pavimentar mill-ġdid tal-erja tat-test

 

Jekk ikun meħtieġ li l-mogħdija tat-test tiġi pavimentata mill-ġdid, normalment ikun meħtieġ li tiġi pavimentata mill-ġdid biss l-istrixxa tat-test (wiesgħa 3 m fil-Figura 1) fejn jinsaqu l-vetturi, sakemm l-erja tat-test barra l-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontenut ta’ spazji residwali jew tal-assorbiment tal-ħoss meta tkejlet.

6.

Id-dokumentazzjoni tal-wiċċ tat-test u tat-testijiet imwettqa fuqha

6.1.

Id-dokumentazzjoni tal-wiċċ tat-test

 

Id-dejta li ġejja għandha tingħata f’dokument li jiddeskrivi l-wiċċ tat-test

6.1.1.

Fejn tinsab il-mogħdija tat-test.

6.1.2.

It-tip ta’ sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip tal-aggregat, id-densità massima teoretika tal-konkrit (DR), il-ħxuna tal-kisi tal-wiċċ u l-kurva ta’ gradazzjoni li ġiet iddeterminata minn kampjuni mill-mogħdija tat-test.

6.1.3.

Il-metodu tal-kompatezza (eż. it-tip ta’ romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta’ passati).

6.1.4.

It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ matul it-tqegħid tal-wiċċ.

6.1.5.

Id-data ta' meta tqiegħed il-wiċċ u isem il-kuntrattur.

6.1.6.

Ir-riżultati tat-testijiet kollha jew għall-inqas l-aktar wieħed reċenti, inkluż:

6.1.6.1.

Il-kontenut tal-ispazji vojta residwi ta’ kull kampjun.

6.1.6.2.

Il-postijiet fl-erja tat-test minn fejn ittieħdu l-kampjuni biex jitkejlu l-ispazji vojta.

6.1.6.3.

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss ta’ kull kampjun (jekk dan ikun tkejjel). Speċifika r-riżultati kemm għal kull kampjun kif ukoll għal kull firxa ta’ frekwenzi u l-medja ġenerali.

6.1.6.4.

Il-postijiet fiż-żona tat-test minn fejn ittieħdu l-kampjuni biex jitkejjel l-assorbiment.

6.1.6.5.

Il-fond tal-istruttura, inkluż in-numru ta’ testijiet u d-devjazzjoni standard.

6.1.6.6.

L-istituzzjoni responsabbli mit-testijiet skont il-punti 6.1.6.1. u 6.1.6.2. u t-tip ta' tagħmir użat.

6.1.6.7.

Id-data tat-test(ijiet) u d-data ta’ meta ttieħdu l-kampjuni mill-mogħdija tat-test.

6.2.

Id-dokumentazzjoni tat-testijiet tal-istorbju tal-vetturi li twettqu fuq il-wiċċ

 

Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-istorbju tal-vetturi, għandu jkun iddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-istandard ġewx sodisfatti jew le. Skont il-punt 6.1. għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.


(1)  ISO10844:1994. Għall-ewwel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-manufatturi jistgħu jużaw il-mogħdijiet tat-test ċertifikati skont l-ISO 10844:1994 jew l-ISO 10844:2011 . Wara dik id-data, il-manufatturi għandhom jużaw biss il-mogħdijiet tat-test li jikkonformaw mal-ISO 10844:2011 [Em. 53]

(2)  Għandha tiġi ppubblikata.

ANNESS VIII

Metodu tal-kejl biex jevalwa l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-emissjoni tal-ħoss addizzjonali

1.

Kummenti ġenerali

 

Dan l-Anness jiddeskrivi il-metodu ta' kejl li jevalwa l-konformità tal-vettura ma' dispożizzjonijiet tal-emissjoni tal-ħoss addizzjonali (ASEP) stipulati fl-Artikolu 8.

 

Mhux mandatorju li jitwettqu testijiet proprji mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. Il-manifattur għandu jiffirma d-dikjarazzjoni tal-konformità stipulata fl-Appendiċi 1 ma' dan l-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ titlob informazzjoni addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni ta’ konformità u twettaq it-testijiet deskritti hawn taħt.

 

L-analiżi tal-Anness VIII teħtieġ li jsir test skont l-Anness II. It-test speċifikat fl-Anness II għandu jitwettaq fuq l-istess mogħdija tat-test f'kundizzjonijiet simili għal dawk meħtieġa fit-testijiet preskritti f'dan l-Anness.

2.

Il-metodu tal-kejl

2.1.

L-istrumenti tal-kejl u l-kundizzjoni tal-qisien

 

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-istrumenti tal-kejl, il-kundizzjonijiet tal-qisien u l-kundizzjoni tal-vettura huma ekwivalenti għal dawk speċifikati fil-punti 2 u 3 tal-Anness II.

 

Jekk il-vettura jkollha modalitajiet differenti li jaffettwaw l-emissjonijiet tal-ħsejjes, il-modalitajiet kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti f'dan l-Anness. Fil-każijiet fejn il-manifattur ikun wettaq testijiet biex jingħataw provi lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, il-modalitajiet użati matul dawk it-testijiet għandhom jiġu rrappurtati f'rapport tat-test.

2.2.

Il-metodu tal-ittestjar

 

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-punti 4.1 sa 4.1.2.1.2.2. tal-Anness II. Għall-iskop ta' dan l-Anness, għandhom jitkejlu u jiġu evaluwati testijiet tas-sewqan uniċi.

2.3.

Firxa ta' kontroll

 

Il-kundizzjonijiet tal-operazzjoni huma kif ġej:

 

Il-veloċità tal-vettura VAA_ASEP: vAA ≥ 20 km/h

 

L-aċċelerazzjoni tal-vettura aWOT_ASEP: aWOT5,0  4,0  m/s2 [Em. 56]

 

Il-veloċità tal-magna nBB ASEP nBB ≤ 2,0 * PMR-0,222 * s jew

 

nBB ≤ 0,9 * s, liema minnhom huwa l-inqas

Il-veloċità tal-vettura VBB ASEP:

jekk l- nBB ASEP jintlaħaq f'ger wieħed vBB ≤ 70 km/h

fil-każijiet l-oħra kollha: vBB ≤ 80 km/h

il-ġerijiet, k ≤ il-proporzjon tal-ingranaġġ i kif iddeterminat fl-Anness II

 

Jekk il-vettura, fl-inqas ger validu, ma tiksibx il-veloċità massima tal-magna ta' inqas minn 70 km/h, il-limitu tal-veloċità tal-vettura ikun ta' 80 km/h.

2.4.

Il-proporzjonijiet tal-ingranaġġ

 

Ir-rekwiżiti ASEP li japplikaw għal kull proporzjon ta' ingranaġġ k li jwassal għal riżultati tat-test fi ħdan firxa ta' kontroll kif iddefinita fil-punt 2.3. ta’ dan l-Anness.

 

Fil-każ ta' vetturi bi trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi u CVTs (1) ittestjati ma' proporzjonijiet tal-ingranaġġ mhux illokjati, it-test jista' jinkludi bidla fil-proporzjon tal-ingranaġġ għal firxa iktar baxxa u aċċellerazzjoni ogħla. Bidla fil-gerijiet għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhijiex permessa. Taqlib tal-ger (gear shift) li jwassal għal kundizzjoni li mhijiex skont il-kundizzjonijiet ta' limitu għandu jiġi evitat. F’każ bħal dan, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw mezzi mekkaniċi jew elettroniċi, inklużi pożizzjonijiet alternati tas-selettur tal-gerijiet.

 

Sabiex it-test ASEP ikun rappreżentattiv u ripetibbli (għall-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip), il-vetturi għandhom ikunu ttestjati bl-użu tal-kalibrar tal-gerboks ta' produzzjoni. [Em. 57]

2.5.

Kundizzjonijiet fil-mira

 

L-emissjoni tal-ħoss għandha titkejjel f’kull proporzjon tal-ingranaġġ validu fl-erba’ punti tat-test kif speċifikat hawn taħt.

 

L-ewwel punt tat-test P1 huwa ddefinit billi tintuża l-veloċità tad-dħul vAA ta' 20 km/h. Jekk ma' tkunx tista' tintlaħaq kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli, il-veloċita għandha tiżdied kull darba b'żieda ta' 5km/h sakemm tintlaħaq aċċelerazzjoni stabbli.

 

Ir-raba’ punt tat-test P4 huwa ddefinit permezz tal-veloċità massima tal-vettura fil-linja BB' f’dak il-proporzjon tal-ingranaġġ fil-kundizzjonijiet ta' limitu skont il-punt 2.3.

 

Iż-żewġ punti tat-test l-oħra huma ddefiniti bil-formula segwenti:

 

Punt tat-test Pj: vBB_j = vBB_1 + ((j – 1)/3) * (vBB_4 – vBB_1) għal j = 2 u 3

Meta:

 

vBB_1 = il-veloċità tal-vettura fil-linja BB' tal-punt tat-test P1

vBB_4 = il-veloċità tal-vettura fil-linja BB' tal-punt tat-test P4

Tolleranza għal vBB_j:: ±3 km/h

Għal kull punt tat-test għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' limitu kif speċifikat fil-punt 2.3.

2.6.

It-test tal-vettura

 

Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli waqt it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'.

 

Fuq il-linja AA' l-aċċeleratur għandu jkun magħfus għal kollox. Biex tinkiseb aċċelerazzjoni aktar stabbli jew biex jiġi evitat taqlib 'l isfel tal-ger bejn il-linja AA' u BB' tista' tintuża l-preaċċellerazzjoni qabel il-linja AA'. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tilħaq il-linja BB'.

 

Għal kull prova tat-test separata, il-parametri li ġejjin għandhom ikunu determinati u nnutati:

 

Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss differenzjat-A taż-żewġ naħat tal-vettura, indikat matul kull passaġġ tal-vettura bejn iż-żewġ linji AA' u BB', għandha tkun matematikament imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali (Lwot, kj). Jekk jiġi osservat livell għoli ferm fil-ħoss, li jidher biċ-ċar li ma jaqbilx mal-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, il-kejl ma għandux jitqies. Il-naħa xellugija u dik leminija jistgħu jitkejlu f'daqqa jew separatament.

 

Il-qari tal-veloċità tal-vettura fil-linja AA' u l-linja BB' għandhom jiġu rrappurtati bl-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali. (vAA, kj; vBB, kj)

 

Fejn hu applikabbli, il-qari tal-veloċità tal-magna fil-linja AA' u l-linja BB' għandu jiġi rrappurtat bħala valur ta' numru sħiħ (nAA, kj; nBB, kj).

 

L-aċċelerazzjoni ikkalkulata għandha tkun iddeterminata skont il-formula fil-punt 4.1.2.1.2. tal-Anness II u rrapurtata bit-tieni ċifra wara l-punt deċimali (awot, test, kj).

3.

Analiżi tar-riżultati

3.1.

Determinazzjoni tal-anchor point (punt ta' rbit) għal kull proporzjon tal-ingranaġġ

 

Fir rigward tal-qisien fil-ger i jew ger iżjed baxx, l-anchor point (il-punt ta' rbit) jikkonsisti minn livell massimu tal-ħoss Lwoti, il-veloċità tal-magna rrapportata u l-veloċità tal-vettura nwoti fil-linja BB' tal-proporzjon tal-ingranaġġ i tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II.

 

Lanchor, i = Lwoti, Anness II

nanchor, i = nBB, woti, Annex II

vanchor, i = vBB, woti, Anness II

 

Fir-rigward tal-qisien fil-ger i+1, l-anchor point (il-punt ta' rbit) jikkonsisti minn livell massimu tal-ħoss Lwoti, il-veloċità tal-magna rrapportata u l-veloċità tal-vettura nwoti+1 f'BB' tal-proporzjon tal-ingranaġġ i+1 tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II.

 

Lanchor, i+1 = Lwoti+1, Anness II

nanchor, i+1 = nBB, woti+1, Anness II

vanchor, i+1 = nBB, woti+1, Anness II

3.2.

L-Inklinazzjoni (Slope) tal-linja tar-rigressjoni għal kull ger

 

Il-qisien tal-ħoss għandhom jiġu vvalutati bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna skont il-punt 3.2.1.

3.2.1.

Il-kalkolu tal-inklinazzjoni (Slope) tal-linja ta' rigressjoni għal kull ger

 

Il-linja ta’ rigressjoni lineari hija kkalkolata bl-użu tal-anchor point (il-punt ta' rbit) u l-erba' qisien addizzjonali kkorrelati.

 

Image

(f'dB/1000 min-1)

 

Bi:

Image

u

Image

 

fejn nj = veloċità tal-magna mkejla fuq il-linja BB’

3.2.2.

L-inklinazzjoni (Slope) tal-linja tar-rigressjoni għal kull ger

 

L-inklinazzjonik (Slope) partikolari tal-ger għal aktar kalkolazzjoni hija ir-riżultat idderivat minn kalkolu fil-punt 3.2.1 imqarrab sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, iżda mhux ogħla minn 5 dB/1000 min-1."

3.3.

Il-kalkolu taż-żieda lineari tal-livell tal-istorbju mistennija għal kull kejl

 

Il-livell tal-ħoss LASEP, kj għall-punt tal-kejl j u l-ger k għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-veloċitajiet tal-magna mkejla għal kull punt tal-kejl, bl-użu tal-iSlope (inklinazzjoni) speċifikat fil-punt 3.2. għall-anchor point (punt ta' rbit) speċifiku għal kull proporzjon tal-ingranaġġ.

 

Għal nBB_k, j ≤ nanchor, k:

 

LASEP_k, j = Lanchor_k + (Slopek – Y) * (nBB_k, j – nanchor, k)/1000

Għal nBB_k, j ≤ nanchor, k:

LASEP_k, j = Lanchor_k + (Slopek – Y) * (nBB_k, j – nanchor, k)/1000

Meta Y = 1

3.4.

Kampjuni

 

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jitwettqu żewġ testijiet addizzjonali fil-limitu tal-kundizzjonijet skont il-punt 2.3 ta' dan l-Anness.

4.

Interpretazzjoni tar-riżultati

 

Kull kejl ta' strobju individwali għandu jiġi evalwat.

 

Il-livell tal-ħoss ta' kull punt tal-kejl speċifikat ma għandux jaqbeż il-limiti mogħtija hawn taħt:

Lkj ≤ LASEP_k.j + x

Meta:

x = 3 dB(A) għal vettura bi trasmissjoni awtomatika jew CVTs li ma jillokkjawx

x = 2 dB(A) + valur ta' limitu Lurban tal-Anness II għall-vetturi kollha

 

Jekk il-livell tal-istorbju imkejjel f'ċertu punt jaqbeż il-limitu, għandu jittieħed il-kejl darbtejn oħra fl-istess punt biex tkun ivverifikata l-inċertezza tal-kejl. Il-vettura tkun għadha konformi mal-ASEP, jekk il-medja tat-tliet qisien validi f'dan il-punt speċifiku tissodisfa l-ispeċifikazzjoni.

5.

Referenza għal valutazzjoni tal-ħoss

 

Il-ħoss ta' referenza huwa vvalutat f'punt wieħed f'ger wieħed diskret, billi ssir simulazzjoni ta' kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni li tibda b'veloċita ta' dħul ta' vaa ugwali għal 50 km/h u li tassumi veloċità ta' ħruġ ta' vbb ugwali għal 61 km/h. Il-konformità tal-ħsejjes f'dan il-punt tista' tiġi kkalkulata jew permezz tal-użu tar-riżultati fil-punt 3.2.2 u l-ispeċifikazzjoni ta' hawn taħt jew jiġu evalwati permezz tal-kejl dirett billi jintuża l-ger kif speċifikat hawn taħt.

5.1.

Id-determinazzjoni tal-ger k huwa kif ġej:

 

k = 3 għal kull trasmissjoni manwali u għal trasmissjoni awtomatika b'sa 5 gerijiet;

k = 4 għal trasmissjoni awtomatika b'6 gerijiet jew iktar

 

Jekk l-ebda ger diskret ma jkun disponibbli, eż. għal trasmissjonijiet awtomatiċi jew għal CVTs li ma jillokkjawx, il-proporzjon tal-ingranaġġ għal aktar kalkolu għandu jkun iddeterminat mir-riżultat tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II bl-użu tal-veloċità rrapportata tal-magna u l-veloċità tal-vettura fuq il-linja BB'.

5.2.

Determinazzjoni ta’ veloċità ta' referenza tal-magna nref_k

 

Il-veloċità ta' referenza tal-magna, nref_k, għandha tkun ikkalkolata bl-użu tal-proporzjon tal-ingranaġġ K fil-veloċità ta' referenza ta' vref = 61 km/h.

5.3.

Kalkolu ta' Lref

 

Lref = Lanchor_k + Slopek * (nref_k – nanchor_k)/1000

Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 76 dB(A).

 

Għall-vetturi mgħammra b’gerboks manwali li jkollha aktar minn erba gerijiet 'il quddiem (forward gears) u mgħammra b'magna li tiżviluppa potenza massima akbar minn 140 kW (UNECE) u proporzjon ta' potenza massima/massa massima ikbar minn 75 kW/t, l-Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 79 dB (A).

 

Għall-vetturi mgħammra b’gerboks manwali li jkollha aktar minn erba gerijiet 'il quddiem u mgħammra b'magna li tiżviluppa potenza massima akbar minn 140 kW (UNECE) u proporzjon ta' saħħa massima/massa massima ikbar minn 75 kW/t, l-Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 78 dB (A).

6.

Evalwazzjoni tal-ASEP bl-użu tal-prinċipju tal-L_Urban

6.1.

Kummenti ġenerali

 

Din il-proċedura ta' evalwazzjoni hija alternattiva magħżula mill-manifattur tal-vettura għall-proċedura deskritta fil-punt 3 ta' dan l-Anness u hija applikabbli għat-teknoloġiji tal-vetturi kollha. Hija r-responsabbiltà tal-manifattur tal-vettura biex jiddetermina l-mod korrett tal-ittestjar. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-testijiet kollha u l-kalkulazzjoni għandha tkun kif speċifikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

6.2.

Kalkolu tal-Lurban ASEP

 

Minn kull LwotASEP kif imkejjel skont dan l-Anness, l-Lurban ASEP għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

 

(a)

Ikkalkula awottest ASEP bl-użu tal-kalkolu tal-aċċelerazzjoni mill-punt 4.1.2.1.2.1. jew mill-punt 4.1.2.1.2.2. tal-Anness II għal dan ir-Regolament, kif applikabbli;

(b)

Iddetermina l-veloċità tal-vettura (VBB ASEP) f'BB matul it-test tal-LwotASEP;

 

(c)

Ikkalkula l-kp ASEP kif ġej:

Kp ASEP = 1 – (aurban/awottestASEP)

Ir-riżultati tat-test fejn l-awottestASEP ikunu inqas minn a_urban għandhom jitwarrbu.

 

(d)

Ikkalkula l-Lurban measured ASEP kif ġej:

urban measured ASEP =

LwotASEP – kp_ASEP * (LwotASEP – Lcrs)

Għal aktar kalkoli, uża l-Lurban mill-Anness II għal dan ir-Regolament mingħajr it-tqarrib, inkluż in-numru wara d-deċimali (xx.x).

 

(e)

Ikkalkula l-Lurban normalised kif ġej:

Lurban normalized = L_Urban_Measured_ASEP – L_Urban

 

(f)

Ikkalkula l-Lurban ASEP kif ġej:

urban ASEP =

Lurban normalized – (0,15 * (VBBASEP – 50))

 

g)

Konformità mal-limiti:

Lurban ASEP għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 3,0 dB.


(1)  Trasmissjonijiet Kontinwament Varjabbli.

Appendiċi 1

Dikjarazzjoni ta' konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjonijiet tal-Ħsejjes

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

(L-isem tal-manifattur) jafferma li vetturi ta’ dan it-tip (tip fir-rigward tal-emissjonijiet tal-istorbju tagħha skont ir-Regolament tal-UE Nru. …) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru. .

(L-isem tal-manifattur) jagħmel din id-dikjarazzjoni in bona fede, wara li tkun saret evalwazzjoni xierqa dwar il-prestazzjoni tal-emissjoni tal-ħoss tal-vetturi.

Data:

L-isem tar-rappreżentant awtorizzat:

Firma tar-rappreżentant awtorizzat:

Anness IX

Miżuri li jiżguraw il-livell tal-ħsejjes tal-vetturi elettriċi u ibridi

Dan l-Anness jindirizza s-Sistema ta' Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS) għal vetturi tat-trasport tat-triq elettriċi puri jew ibridi (HEV u EV).

A

Sistema ta' Twissija Akustika ta' Vettura

1.

Definizzjoni

 

Is-Sistema ta' Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS) hija mezz li tiġġenera l-ħoss maħluqa biex tinforma sistema għall-vetturi tat-trasport fit-triq elettriċi ibridi u elettriċi, li tipprovdi informazzjoni dwar it-tħaddim tal-vettura lil min ikun bil-mixi fit-triq u l-utenti vulnerabbli tat-toroq. [Em. 58]

2.

Prestazzjoni tas-sistema

 

Jekk l-AVAS tkun installata fuq il-vettura, għandha tissodisfa r-rekwiżiti msemmija hawn taħt.

3.

Il-kundizzjonijiet tal-operat

(a)

Metodu tal-ġenerazzjoni tal-ħoss

 

L-AVAS għandha awtomatikament tiġġenera ħoss fil-firxa minima tal-veloċità tal-vettura mill-bidu sa madwar 20 km/h u matul l-irriversjar jekk applikabbli għal dik il-kategorija ta' vetturi. Meta l-vettura tkun mgħammra b'magna ta' kombustjoni interna li qed topera fil-firxa tal-veloċità tal-vettura ddefinita hawn fuq, l-AVAS tista' ma jkollhiex bżonn li tiġġenera ħoss.

Għall-vetturi b'apparat ta' twissija bil-ħoss għar-rivers, ma huwiex neċessarju li l-AVAS tiġġenera ħoss matul r-rivers.

(b)

Pause switch (Swiċċ għal pawża)

 

L-AVAS tista' jkollha swiċċ li jwaqqaf l-operazzjoni tagħha temporanjament (“pause switch”).

Jekk il-pause switch jiġi introdott, madankollu, il-vettura għandha tkun mgħammra wkoll b’apparat li jindika l-istat ta' pawża tal-apparat li jinforma li qed toqrob vettura lis-sewwieq fis-sit tax-xufier.

L-AVAS għandha tibqa' kapaċi li topera mill-ġdid wara li tkun twaqqfet permezz tal-pause switch.

Jekk jitwaħħal fil-vettura, il-pause switch għandu jitqiegħed f’pożizzjoni tali li s-sewwieq ikun jista' jsibu u jimmanipulah faċilment.

(c)

L-attenwazzjoni

 

Il-livell tal-ħoss tal-AVAS jista' jiġi mnaqqas matul il-perjodi ta’ tħaddim tal-vettura.

4.

It-tip u l-volum tal-ħoss

(a)

Il-ħoss li jrid ikun iġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lill-utenti vulnerabbli tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u għandu jkun simili għall-ħoss ta' vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna .

Madankollu, l-ħsejjes li ġejjin u tipi simili ta' ħsejjes mhumiex aċċettabbli:

(i)

Sirena, tromba, sett ta' qniepen intunati (chime), qanpiena u ħsejjes ta' vettura ta' emerġenza

(ii)

Ħsejjes tal-allarm eż. allarm tan-nar, tas-serq, jew tad-duħħan

(iii)

Ħoss intermittenti

Dawn il-ħsejjes li ġejjin u tipi simili ta' ħsejjes għandhom jiġu evitati:

(iv)

Ħsejjes melodjużi, ħsejjes tal-annimali u l-insetti

(v)

Ħsejjes li jfixklu l-identifikazzjoni ta' vettura u/jew tat-tħaddim tagħha (eż. aċċelerazzjoni, deċelerazzjoni, eċċ.) [Em. 59]

(b)

Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jeħtieġ li jkun indikattiv faċilment tal-imġiba tal-vettura u d-direzzjoni tal-vettura , per eżempju, permezz ta' varjazzjoni awtomatika tal-livell tal-ħoss jew il-karatteristiċi f'sinkronizzazzjoni mal-veloċità tal-vettura.

(c)

Il-livell tal-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS ma għandux jistax jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura simili tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet.

Konsiderazzjonijiet għall-ambjent:

L-iżvilupp tal-AVAS għandu jagħti konsiderazzjoni għall-impatt tal-istorbju ġenerali tal-komunità. [Em. 60]

ANNESS X

L-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-livell tal-ħoss ta’ sistemi tal-egżost bħala unitajiet tekniċi separati (sistemi tal-egżost ta’ sostituzzjoni)

1.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP tal-UE

1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skont l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE fir-rigward ta’ sistema tal-egżost ta’ sostituzzjoni jew ta’ komponent tagħha bħala unità teknika separata għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur tal-unità teknika separata kkonċernata.

1.2.

L-Appendiċi 1 tinkludi mudell tad-dokument ta’ informazzjoni.

1.3.

Fuq talba tas-servizz tekniku kkonċernat, l-applikant għandu jippreżenta:

1.3.1.

żewġ eżempji tas-sistema li għaliha saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE,

1.3.2.

sistema tal-egżost tat-tip oriġinarjament installat fil-vettura meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE,

1.3.3.

vettura rappreżentattiva tat-tip li fuqha għandha titwaħħal is-sistema, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 2.1 tal-Anness VI, għal dan ir-Regolament.

1.3.4.

magna separata li tikkorrispondi għat-tip ta’ vettura deskritta hawn fuq.

2.

IL-MARKI

2.4.1.

Is-sistema tal-egżost ta' sostituzzjoni jew il-komponenti tagħha, esklużi l-biċċiet għall-immuntar tal-komponenti mal-karozza u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

2.4.1.1.

il-marka kummerċjali jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema ta’ sostituzzjoni u l-komponenti tagħha,

2.4.1.2.

id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur,

2.4.2.

Dawn il-marki għandhom jinqraw biċ-ċar u ma jitħassrux, anki meta s-sistema titwaħħal mal-vettura.

3.

L-GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

3.1.

Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 9(3) u, fejn japplika, l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.2.

L-Appendiċi 2 tinkludi mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

3.3.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ sistema tal-egżost ta’ sostituzzjoni jew komponent tagħha approvat bħala unità teknika separata; it-taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip għandha tindika n-numru tad-Direttiva li temenda li kienet applikabbli fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ sistema tal-egżost ta’ sostituzzjoni jew lil xi komponent tagħha.

4.

IL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

4.1.

Kull sistema tal-egżost ta’ sostituzzjoni, jew komponent tagħha, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE.

4.2.

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tikkonsisti f’rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” u warajha l-ittra(i) jew numru distintiv(i) tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

“1” għall-Ġermanja

“2” għal Franza

“3” għall-Italja

“4” għall-Pajjiżi l-Baxxi

“5” għall-Isvezja

“6” għall-Belġju

“7” għall-Ungerija

“8” għar-Repubblika Ċeka

“9” għal Spanja

“11” għar-Renju Unit

“12” għall-Awstrija

“13” għal-Lussemburgu

“17” għall-Finlandja

“18” għad-Danimarka

“19” għar-Rumanija

“20” għall-Polonja

“21” għall-Portugall

“23” għall-Greċja

“24” għall-Irlanda

“26” għas-Slovenja

“27” għas-Slovakkja

“29” għall-Estonja

“32” għal-Latvja

“34” għall-Bulgarija

“36” għal-Litwanja

“49” għal Ċipru

“50” għal Malta

Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu “in-numru bażiku tal-approvazzjoni” li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip imsemmmi fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE, ippreċedut biż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-aktar reċenti għal dan ir-regolament li kienet applikabbli fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.

4.3.

Il-marka għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar anke meta s-sistema tal-egżost ta’ sostituzzjoni, jew komponent tagħha, tkun installata fil-vettura.

4.4.

Eżempju tal-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE jidher fl-Appendiċi 3.

5.

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.

L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali

5.1.1.

Is-sistema tal-egżost ta' sostituzzjoni, jew il-komponenti tagħha, għandhom ikunu iddisenjati, mibnija u li kapaċi jkunu mmuntati b’tali mod li jassiguraw li l-vettura tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva waqt il-kundizzjonijiet normali tal-użu, minkejja xi vibrazzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta.

5.1.2.

Is-sistema tas-sajlenser, jew il-komponenti tagħha, għandhom ikunu ddisinjati, kostruwiti u kapaċi li jiġu mmuntati b’tali mod li jkun hemm resistenza raġjonevoli għall-fenomenu tal-korużjoni li għalih ikunu esposti wara li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura.

5.1.3.

Il-preskrizzjonijiet addizzjonali relatati mal-manipulazzjoni u s-sistemi ta' multimodalità manwalment aġġustabbli tal-egżost jew tas-sajlensers.

5.1.3.1.

Is-sistemi tas-sajlensers jew tal-egżost kollha għandhom jinbnew b'tali mod li ma jippermettux it-tneħħija faċli tal-baffles, l-exit-cones u partijiet oħra li l-funzjoni primarja tagħhom hija bħala parti miċ-chambers tas-sajlensers/espansjoni. Meta l-inkorporazzjoni ta' parti bħal din tkun inevitabbli, il-metodu tat-twaħħil tagħha għandu jkun tali li t-tneħħija ma tkunx iffaċilitata faċilment (eż. bil-fixings bil-kamin konvenzjonali) u għandha tkun imwaħħla b'tali mod ukoll li t-tneħħija tagħha tikkawża ħsara permanenti/irrikoverabbli lill-assemblaġġ.

5.1.3.2.

Sistemi tas-sajlensers jew tal-egżost, b'modalitajiet multipli operattivi manwalment aġġustabbli għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha fil-modalitajiet operattivi kollha. Il-livelli tal-istorbju rrapportati għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-modalità bl-ogħla livelli ta' storbju.

5.2.

L-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-istorbju

5.2.1.

Il-kundizzjonijiet tal-kejl

5.2.1.1.

It-test tal-istorbju tas-sistema tas-sajlenser u s-sistema tas-sajlenser tas-sostituzzjoni għandu jitwettaq bl-istess tajers “normali” (kif iddefinit fil-paragrafu 2.8. tar-Regolament tal-UNECE Nru 117 (ĠU L 231, 29.8.2008 p. 19). It-testijiet ma għandhomx jitħallew li jsiru b'tajers ta' “użu speċjali” jew tajers “tas-silġ” kif iddefinit fil-paragrafi 2.9 u 2.10 tar-Regolament tal-UNECE Nru 117. Tajers bħal dawn jistgħu jzidu l-livell tal-istorbju tal-vettura jew ikollhom effett ta' masking fuq it-tqabbil tal-prestazzjoni tat-tnaqqis tal-istorbju. It-tajers jistgħu jkunu ta' kundizzjoni użata iżda għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti legali għall-użu fit-traffiku.

5.2.2.

Il-prestazzjoni tat-tnaqqis tal-istorbju tas-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni jew tal-komponenti ta' din is-sistema għandha tiġi vverifikata permezz tal-metodi deskritti fl-Artikolu 7 u 8 u l-punt 1 tal-Anness II. B'mod partikolari, għall-applikazzjoni ta' dan il-punt, se ssir referenza għal-livell ta' emendi ta' dan ir-Regolament li kien fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura l-ġdida.

 

(a)

Il-kejl bil-vettura miexja

Meta sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni, jew il-komponenti tagħha, jiġu mmuntati fuq il-vettura deskritta fil-punt 1.3.3., il-livelli tal-istorbju miksuba għandhom jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Il-valur imkejjel (imqarrab sal-eqreb numru sħiħ) ma għandhux jaqbeż b’aktar minn 1 dB (A) il-valur tal-approvazzjoni tat-tip miksub skont dan ir-Regolament bit-tip ta’ vettura kkonċernata.

(ii)

Il-valur imkejjel (qabel kull tqarrib sal-eqreb numru sħiħ) ma għandux jaqbeż b’aktar minn 1 dB(A) il-valur imkejjel tal-istorbju (qabel kull tqarrib għall-eqreb numru sħiħ) fuq il-vettura msemmija fil-punt 1.3.3., meta din tkun mgħammra b'sistema ta' sajlenser li tikkorrispondi mat-tip mwaħħal mal-vettura meta tiġi ppreżentata għal approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

Meta jintgħażel li jsir tqabbil inkruċjat tas-sistema ta' sostituzzjoni mas-sistema oriġinali, għall-applikazzjoni tal-punt 4.1.2.1.4.2. u/jew il-punt 4.1.2.2.1.2. tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, ikun permess li jkun hemm bidla fil-ger għal aċċellerazzjonijiet ogħla, u l-użu ta' mezzi mekkaniċi jew elettroniċi li jipprevjenu din il-waqgħa fil-ger mhuwiex obbligatorju. Jekk f'dawn il-kundizzjonijiet il-livell tal-istorbju tal-vettura tat-test jogħla iktar mill-valuri tal-konformità tal-produzzjoni (conformity of production – COP), is-servizz tekniku għandu jiddeċiedi dwar ir-rappreżentattività tal-vettura tat-test.

 

(b)

Kejl bil-vettura wieqfa

Meta s-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni, jew il-komponenti tagħha, jiġu mmuntati fuq il-vettura deskritta fil-punt 1.3.3., il-livelli tal-istorbju miksuba għandhom jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Il-valur imkejjel (imqarrab sal-eqreb numru sħiħ) ma għandux jaqbeż b’aktar minn 2 dB(A) tal-valur tal-approvazzjoni tat-tip miksub skont dan ir-Regolament bit-tip ta’ vettura kkonċernata.

(ii)

Il-valur imkejjel (qabel kull tqarrib għall-eqreb numru sħiħ) ma għandhux jaqbeż b’aktar minn 2 dB(A) il-valur tal-ħoss imkejjel (qabel kull tqarrib għall-eqreb numru sħiħ) fuq il-vettura msemmija fil-punt 1.3.3., meta din tkun mgħammra b'sistema ta' sajlensers li tikkorrispondi għat-tip li jkun imwaħħal mal-vettura meta tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

5.2.3.

Barra mir-rekwiżiti tal-Anness II, kull sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni, jew komponent, trid/irid t/jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-Anness VIII ta' dan ir-Regolament. Għal tipi ta’ vetturi approvati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari ir-rekwiżiti tal-Anness VIII (ASEP) l-ispeċifikazzjonijiet tal-punti 5.2.3.1. sa 5.2.3.3. ta' dan l-Anness ma japplikawx.

5.2.3.1.

Meta s-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni, jew komponent tagħha, ikunu sistemi jew komponenti b'ġeometrija varjabbli, fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni (b'konformità mal-Appendiċi 1 tal-Anness VIII) li tgħid li t-tip ta' sistema ta' sajlensers li jrid jiġi approvat jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 5.2.3 ta' dan l-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista' tirrikjedi li kull test relevanti jivverifika l-konformità tat-tip tas-sistema tas-sajlensers mad-dispożizzjonijiet addizzjonali tal-emissjonijiet tal-ħsejjes.

5.2.3.2.

Meta s-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni, jew komponent tagħha, ma jkunux sistemi b'ġeometrija varjabbli, huwa biżżejjed li għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip il-manifattur jipprovdi dikjarazzjoni (skont l-Appendiċi 1 tal-Anness VIII) li tistqarr li t-tip ta' sistema tas-sajlensers li jrid jiġi approvat huwa konformi mar-rekwiżiti tal-punt 5.2.3 ta' dan l-Anness.

5.2.3.3.

Din id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tgħid hekk: "(L-isem tal-manifattur) jixhed li s-sistema ta' sajlensers ta' dan it-tip tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 5.2.3. tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru …. [dan ir-Regolament]. (L-isem tal-manifattur) jagħmel din id-dikjarazzjoni in bona fede, wara li ssir valutazzjoni xierqa ta’ inġinerija tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tal-ħsejjes applikabbli fuq il-firxa applikabbli ta' kundizzjonijiet.

5.3.

Kejl tal-prestazzjonijiet tal-vettura

5.3.1.

Is-sistema tal-egżost tas-sostituzzjoni, jew il-komponenti tagħha, għandhom ikunu tali li jassiguraw li l-imġieba tal-vettura tkun komparabbli ma' dik miksuba bit-tgħamir oriġinali tas-sistema tas-sajlenser jew tal-komponenti tagħha.

5.3.2.

Is-sistema tas-sajlenser ta' sostituzzjoni jew, skont l-għażla tal-manifattur, il-komponenti ta’ din is-sistema għandhom jitqabblu mas-sistema tas-sajlenser oriġinali jew il-komponenti, li huma ukoll f’kundizzjoni tajba, suċċessivament immuntati fuq il-vettura msemmija fil-punt 1.3.3.

5.3.3.

Il-verifika għandha titwettaq billi titkejjel il-kontrapressjoni skont il-punt 5.3.4.

Il-valur imkejjel bis-sistema tas-sajlensers ta' sostituzzjoni ma għandux jaqbeż il-valur imkejjel bit-tgħamir tas-sistema oriġinali tas-sajlenser b’aktar minn 25 % skont il-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt.

5.3.4.

Il-metodu tat-test

5.3.4.1.

Il-metodu tat-test bil-magna

 

Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-magna msemmija fil-punt 1.3.4 igganċjata ma’ dinamometru. Bil-valv tal-aċċeleratur kompletament miftuħ, il-bank għandu jkun aġġustat b’tali mod li jikseb il-veloċità tal-magna (S) li tikkorrispondi mal-potenza massima nominali tal-magna.

 

Għall-kejl tal-kontrapressjoni, id-distanza li fiha vit tal-pressjoni għandu jitqiegħed mill-manifold tal-eġżost hija indikata fl-Appendiċi 5.

5.3.4.2.

Il-metodu tat-test bil-vettura

 

Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-vettura msemmija fil-punt 1.3.3. It-test għandu jsir jew fuq it-triq jew fuq dinamometru romblu.

Bil-valv tal-aċċelleratur kompletament miftuħ, il-magna għandha tiġi mgħobbija b’tali mod li tikseb il-veloċità tal-magna (S) li tikkorrispondi mal-potenza massima nominali tal-magna.

Għall-kejl tal-kontrapressjoni, id-distanza li fiha il-vit tal-pressjoni għandu jitqiegħed mill-manifold tal-eġżost hija indikata fl-Appendiċi 5.

5.4.

Speċifikazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tas-sistemi tas-sajlensers ta' sostituzzjoni jew komponenti li fihom materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes

5.4.1.

Kummenti ġenerali

 

Il-materjali fibrużi li jtaffu l-ħsejjes jistgħu jintużaw biss fis-sistemi tas-sajlenser jew fil-komponenti tagħhom fejn titlaħaq kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet;

(a)

Il-gass tal-egżost ma jkunx f'kuntatt mal-materjali fibrużi;

(b)

Is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti tagħha ikunu tal-istess familja ta' disinn tas-sistemi jew tal-komponenti tas-sistemi li għalihom ġie ppruvat, waqt il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, li mhumiex suġġetti għad-deterjorament.

Jekk l-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tintlaħaq, is-sistema sħiħa tas-sajlenser jew il-komponent tagħha jkollhom iġarrbu kundizzjonament konvenzjonali permezz ta' waħda fost tliet installazzjonijiet u proċeduri deskritti hawn taħt.

5.4.1.1.

Tħaddim kontinwu fit-triq għal 10 000 km

5.4.1.1.1.

50 ± 20 % ta' din l-operazzjoni għandu jikkonsisti minn sewqan urban u l-bqija tal-operazzjoni għandha tikkonsisti minn ġirjiet ta' distanzi twal b'veloċità għolja; it-tħaddim kontinwu fit-triq jista’ jiġi sostitwit minn programm korrispondenti fuq il-mogħdija tat-test.

Iż-żewġ reġimi ta’ veloċità għandhom jalternaw mill-inqas darbtejn.

Il-programm komplut tat-test irid jinkludi minimu ta’ 10 waqfiet ta’ mill-inqas tliet sigħat sabiex ikunu riprodotti l-effetti ta’ tberrid u ta’ xi kondensazzjoni li tista’ tkun iffurmat.

5.4.1.2.

L-ikkondizzjonar fuq bank tat-test

5.4.1.2.1.

Bl-użu ta’ partijiet standard u billi jiġu osservati l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura, is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti tagħha iridu jitwaħħlu mal-vettura li tissemma fil-punt 1.3.3. jew mal-magna li tissemma fil-punt 1.3.4.. Fl-ewwel każ, il-vettura trid tkun immuntata fuq dinanometru romblu. Fit-tieni każ, il-magna trid tkun igganċjata ma’ dinanometru.

5.4.1.2.2.

It-test għandu jitwettaq f’perjodi ta’ sitt sigħat b’waqfa ta’ mill-anqas 12-il siegħa bejn kull perjodu sabiex ikunu riprodotti l-effetti tat-tberrid u xi kondensazzjoni li tista’ sseħħ.

5.4.1.2.3.

Matul kull perjodu ta’ sitt sigħat, il-magna għandha titħaddem skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)

Ħames minuti b’veloċità mingħajr ingranaġġ;

(b)

Sekwenza ta’ siegħa bi 1/4 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

(c)

Sekwenza ta’ siegħa b’1/2 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

(d)

Sekwenza ta’ 10 minuti b’tagħbija sħiħa bi 3/4 tal-veloċità massima nominali (S);

(e)

Sekwenza ta’ 15-il minuta b’1/2 tagħbija b’veloċità massima nominali (S);

(f)

Sekwenza ta’ 30 minuta bi 1/4 tagħbija b’veloċità massima nominali (S).

Kull perjodu għandu jkun magħmul minn żewġ settijiet maqsumin f'sekwenza ta' dawk il-kundizzjonijiet f'ordni konsekuttiva minn (a) sa (f).

5.4.1.2.4.

Matul it-test, is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti tagħha ma għandhomx jitberrdu b’riħ sfurzat li jissimula l-arja li normalment tgħaddi madwar il-vettura.

Madankollu, fuq talba tal-manifattur, is-sistema tas-sajlenser tista’ titberred sabiex ma taqbiżx it-temperatura rreġistrata fil-bokka tagħha meta l-vettura tkun għaddejja b’veloċità massima.

5.4.1.3.

L-ikkondizzjonar bil-pulsazzjoni

5.4.1.3.1.

Is-sistema tas-sajlenser jew il-komponenti tagħha għandhom ikunu mmuntati mal-vettura msemmja fil-punt 1.3.3 jew mal-magna imsemmija fil-punt 1.3.4. Fl-ewwel każ, il-vettura għandha titqiegħed fuq dinanometru romblu, u, fit-tieni każ, il-magna għandha titqiegħed fuq dinamometru.

5.4.1.3.2.

L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu qed tintwera fil-Figura 1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness IV, irid jitwaħħal fil-bokka tas-sistema tas-sajlenser. Kwalunkwe apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

5.4.1.3.3.

L-apparat tat-test għandu jkun aġġustat b’tali mod li l-fluss tal-gass tal-egżost ikun interrott alternattivament u jerġa jitqabbad permezz ta’ valv ta’ azzjoni rapida għal 2 500-il ċiklu.

5.4.1.3.4.

Il-valv għandu jiftaħ meta l-kontrapressjoni tal-gass tal-egżost, imkejjel mill-anqas 100 mm 'l isfel mil-flanġ tad-dħul, jilħaq valur ta’ bejn 35 u 40 kPa. Għandu jagħlaq meta din il-pressa ma tvarjax b’aktar minn 10 % mill-valur stabilizzat tiegħu bil-valv miftuħ.

5.4.1.3.5.

It-time-delay switch għandu jkun stabbilit għad-dewmien tal-ħruġ tal-gass tal-egżost li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.4.1.3.4.

5.4.1.3.6.

Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta' 75 % tal-veloċità (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima.

5.4.1.3.7.

Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun ugwali għal 50 % tal-potenza bil-valv tal-aċċeleratur miftuħ kollu mkejla b'75 % tal-veloċità tal-magna (S).

5.4.1.3.8.

Kull toqba għall-iskular tal-likwidi għandha tingħalaq matul it-test.

5.4.1.3.9.

It-test kollu għandu jitwettaq fi żmien 48 siegħa. Jekk jinħtieġ, wara kull siegħa se jkun osservat perjodu wieħed ta’ tberrid.

5.4.1.3.10.

Wara l-kondizzjonament, il-livell tal-ħoss jiġi kkontrollat skont il-punt 5.2.

6.

Estensjoni tal-approvazzjoni

 

Il-manifattur tas-sistema tas-sajlenser jew ir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu jistgħu jitolbu estensjoni tal-approvazzjoni għal tipi oħra ta' vetturi mingħand id-dipartiment amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni għas-sistema tas-sajlensers għal tip wieħed jew diversi tipi ta' vetturi.

 

Il-proċedura hija dik deskritta fil-punt 1. Avviż tal-estensjoni tal-approvazzjoni (jew ir-rifjut ta’ estensjoni) għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri skont il-proċedura speċifikata fid-Direttiva 2007/46/KE.

7.

Modifika tat-tip ta’ sistema tas-sajlenser

 

Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-Artikoli 13 sa 16 u l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2007/46/KE.

8.

Il-konformità tal-produzzjoni

8.1.

Il-miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.

8.2.

Dispożizzjonijiet speċjali:

8.2.1.

It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE huma dawk preskritti fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

8.2.2.

Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE normalment hija darba kull sentejn.

Appendiċi 1

Dokument ta' Informazzjoni Nru … rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-UE bħala unità teknika separata ta’ sistemi tal-egżost għal vetturi bil-mutur (ir-Regolament …)

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi ppreżentata fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kull illustrazzjoni għandha tiġi ppreżentata fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq daqs ta’ A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ikollhom il-kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar kif jaħdmu.

0.

Kummenti ġenerali

0.1.

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur

0.7.

Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-UE:

0.8.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar:

1.

Id-deskrizzjoni tal-vettura li għaliha huwa maħsub it-tagħmir (jekk it-tagħmir huwa maħsub li jiġi installat fuq aktar minn tip wieħed ta’ vettura, l-informazzjoni mitluba taħt dan il-punt għandha tingħata għal kull tip ikkonċernat)

1.1.

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

1.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura:

1.4.

Il-kategorija tal-vettura:

1.5.

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-livell tal-ħoss:

1.6.

L-informazzjoni kollha msemmija fil-punti 1.1. sa 1.4. taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip li jikkonċerna l-vettura (l-Anness I, l-Appendiċi 2 ta’ dan ir-Regolament):

1.

Informazzjoni addizzjonali

1.1.

Il-kompożizzjoni tal-unità teknika separata:

1.2.

Il-marka kummerċjali jew l-isem kummerċjali tat-tip(i) ta’ vettura bil-mutur li magħha għandu jiġi installat is-sajlenser (1)

1.3.

It-tip(i) ta’ vettura u n-numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip tagħha/tagħhom:

1.4.

Il-magna

1.4.1.

It-tip (tqabbid bl-ispark plaggs, dijżil):

1.4.2.

Iċ-ċikli: two-stroke, four-stroke:

1.4.3.

Il-kapaċità ċilindrika totali:

1.4.4.

Il-potenza massima nominali tal-magna … kW at … min–1

1.5.

In-numru ta’ proporzjonijiet tal-ingranaġġ:

1.6.

Il-proporzjonijiet tal-ingranaġġ użati:

1.7.

Il-proporzjonijiet(s) tal-fusijiet motorizzati:

1.8.

Il-valuri tal-livell tal-ħsejjes:

vettura miexja: … dB (A), veloċità stabbilizzata qabel l-aċċelerazzjoni

fi … km/h;

vettura wieqfa dB (A), bil- … min–1

1.9.

Il-valur tal-kontrapressjoni:

1.10.

Kull restrizzjoni fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ użu u ta’ mmuntar:

2.

Rimarki:

3.

Deskrizzjoni tat-tagħmir

3.1.

Deskrizzjoni tas-sistema tal-egżost ta’ sostituzzjoni li tindika l-pożizzjoni relattiva ta’ kull komponent tas-sistema, flimkien mal-istruzzjonijiet tal-immuntar:

3.2.

Illustrazzjonijiet dettaljati ta’ kull komponent, b’mod li jkunu jistgħu jinstabu u jiġu identifikati b’mod faċli, u referenza għall-materjali użati. Dawn l-illustrazzjonijiet għandhom jindikaw il-post li jkun hemm ipprovdut għat-twaħħil obbligatorju tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Data, Fajl

Appendiċi 2

MUDELL

IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

(Format Massimu: A4 (210 × 297 mm))

It-timbru tal-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna

l-approvazzjoni tat-tip (1)

l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (1)

ir-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip (1)

l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip (1)

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (1) fir-rigward tar-Regolament Nru. .

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip.

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.

Il-meżżi tal-identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (1)  (2):

0.3.1.

Fejn tinsab dik il-marka:

0.4.

Il-kategorija tal-vettura (3):

0.5.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.

Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-UE:

0.8.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar:

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum

2.

Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3.

Id-data tar-rapport tat-test:

4.

In-numru tar-rapport tat-test:

5.

Rimarki (jekk ikun hemm): Ara l-Addendum

6.

Post:

7.

Data:

8.

Firma:

9.

L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż


(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta' vettura, ta' komponent jew ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: “?” (eż.ABC??123??).

(3)  Kif iddefinit skont it-Taqsima A tal-Anness IIA tad-Direttiva 2007/46/KE

Appendiċi 3

Mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Image

Is-sistema tal-egżost, jew il-komponent tagħha, li jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE kif tidher hawn fuq huwa tagħmir li ġie approvat fi Spanja (e 9) skont ir-Regolament Nru. bin-numru tal-approvazzjoni bażiku 0148.

Iċ-ċifri użati huma biss indikattivi.

Appendiċi 4

L-apparat tat-test

Image

1.

Flanġ tal-bokka jew sleeve – konnessjoni man-naħa ta' wara tas-sistema sħiħa tas-sajlenser li trid tiġi ttestjata.

2.

Il-valv li jirregola (mħaddem bl-idejn).

3.

Kompartiment kompensatorju minn 35 sa 40 l.

4.

L-iswiċċ tal-pressa 5 kPa sa 250 kPa – biex jiftaħ il-komponent 7.

5.

Time delay switch – biex jagħlaq il-komponent 7.

6.

L-apparat li jgħodd l-impulsi.

7.

Quick response valve (valv tar-reazzjoni rapida) – bħall-valv ta' sistema tal-brejk tal-egżost b'dijametru ta' 60 mm, imħaddem b'ċilindru pnewmatiku b'output ta' 120 N b'400 kPa. Il-ħin ta’ reazzjoni, kemm biex jinfetaħ kif ukoll biex jingħalaq, ma jridx jaqbeż iż-0,5 ta’ sekonda.

8.

L-evakwazzjoni tal-gass tal-egżost.

9.

Il-pajp flessibbli.

10.

L-apparat li jkejjel il-pressjoni.

Appendiċi 5

Il-punti tal-kejl – Kontrapressjoni

Eżempji possibbli ta’ punti ta’ kejl għal testijiet għal telf ta' pressjoni. Il-punt preċiż tal-kejl għandu jiġi speċifikat fir-rapport tat-test. Għandu jkun f'erja fejn il-fluss tal-gass huwa regolari.

1.   Figura 1

Pajp wieħed

Image

2.   figura 2

Partly twin pipe 1

Image

1

Jekk mhux possibbli, irreferi għall-figura 3.

3.   Figura 3

Twin pipe

Image

2

Żewġ punti ta’ kejl, qari wieħed.

ANNESS XI

Il-kontrolli fuq il-konformità tal-produzzjoni għal sistema tal-egżost bħala unità teknika separata

1.

Kummenti ġenerali

 

Dawn ir-rekwiżiti jaqblu ma’ testijiet li jsiru biex tiġi kkontrollata l-konformità ta’ produzzjoni (COP) skont il-punt 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.

Il-proċeduri u l-ittestjar

 

Il-metodi tal-ittestjar, l-istrumenti tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu dawk deskritti fil-punt 5 tal-Anness X. Is-sistema tal-egżost, jew il-komponent, li qed jiġu ttestjati għandhom ikunu suġġetti għat-test kif deskritt fil-punti 5.2, 5.3 u 5.4 tal-Anness X.

3.

Il-kampjunar u l-evalwazzjoni tar-riżultati

3.1.

Sistema waħda ta' sajlensers jew komponent wieħed għandhom jintgħażlu u jiġu sottoposti għat-testijiet tal-punt 2. Jekk ir-riżultati tat-test jissodisfaw il-konformità tal-ħtiġijiet tal-produzzjoni tal-punt 8.1. tal-Anness X, it-tip ta’ sistema ta' sajlensers jew tal-komponent hu kkunsidrat li jkun konformi mas-COP.

3.2.

Jekk wieħed mir-riżultati tat-test ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-konformità tal-produzzjoni tal-punt 8.1. tal-Anness X, żewġ sistemi jew aktar ta' sajlensers jew komponenti tal-istess tip għandhom ikunu ttestjati skont il-punt 2

3.3.

Jekk ir-riżultati tat-test għat-tieni u t-tielet sistema ta' sajlensers jew komponent jissodisfaw il-konformità tal-ħtiġijiet tal-produzzjoni tal-punt 8.1 tal-Anness X, it-tip ta’ sistema ta' sajlensers jew tal-komponent jitqiesu li jissodisfaw il-konformità tal-produzzjoni.

3.4.

Jekk wieħed mir-riżultati tat-testijiet tat-tieni jew it-tielet sistema ta' sajlensers jew tal-komponent ma jissodisfawx il-konformità tal-ħtiġijiet tal-produzzjoni tal-punt 8.1. tal-Anness X, it-tip ta' sistema ta' sajlensers, jew il-komponent, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tkun stabbilita l-konformità mill-ġdid.

ANNESS XII

Tabella ta' korrelazzjoni

(Imsemmija fl-Artikolu 15.2)

Id-Direttiva 70/157/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 4(1)

Artikolu 2a

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikoli 10, 11, 12 u 13

Artikolu 14

Artikolu 15

 

Artikolu 16

Anness I, punt 1

Anness I, punt 1

Anness I, punt 3

Anness I, punt 2

Anness I, punt 4

Anness I, punt 3

Anness I, punt 5

Anness I, punt 4

Anness I, punt 6

Anness I, punt 5

Anness I, Appendiċi 1,

Anness I, Appendiċi 1,

Anness I, Appendiċi 2 (mingħajr l-Addendum)

Anness I, Appendiċi 2

Anness I, Appendiċi 3

Anness II

Anness I, punt 2

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness VI

Anness VII

Anness VIII

 

Anness IX

Anness II, punt 1, 2, 3 u 4

Anness X, il-punti 1, 2, 3 u 4

Anness X, il-punti 5 u 6

Anness II, il-punti 5 u 6

Anness X, il-punti 7 u 8

Anness II, Appendiċi 1

Anness X, Appendiċi 1 (+ informazzjoni addizzjonali)

Anness II, Appendiċi 2 (mingħajr l-Addendum)

Anness X, Appendiċi 2

Anness II, Appendiċi 3

Anness X, Appendiċi 3

Anness X, Appendiċijiet 4 u 5

 

Anness XI

Anness XII

Anness III, il-punt 1

Anness III, il-punt 2