22.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/116


P7_TA(2013)0035

Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (COM(2010)0498 – C7-0284/2010 – 2010/0256(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 024/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0498),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikoli 42 u l-Artikolu 43 (2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0284/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tas-17 ta' Frar 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Novembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, kif ukoll il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0321/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 33.


P7_TC1-COD(2010)0256

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Frar 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 228/2013.)


Anness mar-riżoluzzjoni leġiżlattiva

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-miżuri favur l-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda taħt l-iskema POSEI, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li l-ftehim li ntlaħaq dwar kwestjonijiet ta' allinjament għal dan ir-regolament mhuwa se jippreġudika l-pożizzjoni tal-ebda waħda mit-tliet Istituzzjonijiet dwar kwestjonijiet simili li jistgħu jitressqu għal proposti leġiżlattivi oħra tal-UE.