22.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/115


P7_TA(2013)0034

Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fil-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (COM(2010)0767 – C7-0003/2011 – 2010/0370(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 024/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0767),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikoli 42 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0003/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-15 ta’ Marzu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Novembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0319/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni

3.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 82.


P7_TC1-COD(2010)0370

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Frar 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 229/2013.)


Anness mar-riżoluzzjoni leġiżlattiva

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-miżuri favur l-agrikoltura fil-gżejjer minuri tal-Eġew taħt l-iskema SAI, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li l-ftehim li ntlaħaq dwar kwestjonijiet ta' allinjament għal dan ir-regolament mhuwa se jippreġudika l-pożizzjoni tal-ebda waħda mit-tliet Istituzzjonijiet dwar kwestjonijiet simili li jistgħu jitressqu għal proposti leġiżlattivi oħra tal-UE.