30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/302


P7_TA(2013)0025

Ftehima interim li tistabbilixxi qafas għal Ftehima ta' Sħubija Ekonomika bejn il-KE u l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (11699/2012 – C7-0193/2012 – 2008/0251(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2015/C 440/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11699/2012),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar minn naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-Artikolu 209(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0193/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0431/2012),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati tal-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles u ż-Żimbabwe.


(1)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.