6.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/184


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020”

COM(2013) 552 final – 2013/0266 CNS

2014/C 67/40

Nhar is-16 ta’ Settembru 2013, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020

COM(2013) 552 final — 2013/0266 CNS.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta’ Ottubru 2013), b'149 vot favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Henri MALOSSE