6.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/104 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”
COM(2013) 451 final – 2013/0218 (COD)
u “L-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”
COM(2013) 452 final – 2013/0220 (COD)
2014/C 67/21
Relatur ġenerali: is-Sur PEGADO LIZ
Nhar is-16 ta' Settembru 2013 u l-4 ta' Lulju 2013, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew iddeċidew, rispettivament, b'konformità mal-Artikolu 33, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 64(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 172, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207 u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
COM(2013) 451 final – 2013/0218 (COD).
Nhar l-4 ta’ Lulju 2013, il-Parlament Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
COM(2013) 452 final – 2013/0220 (COD).
Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur Pegado Liz relatur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b’110 voti favur u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
L-għan taż-żewġ proposti għal Regolament COM(2013) 451 final u COM(2013) 452 tas-27 ta' Ġunju 2013, li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) intalab Opinjoni dwarhom, hu li jsir avvanz lejn "l-allinjament kollettiv" tar-reġim il-ġdid tal-atti ddelegati ta' 165 strument leġiżlattivli inizjalment kienu soġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju (PRS). |
1.2 |
Dan l-eżerċizzju ntalab mill-Parlament Ewropew bl-appoġġ tal-Kunsill bil-għan li l-prattiki preċedenti tal-"komitoloġija" jiġu allinjati mal-proċedura ta' delega prevista fl-Artikolu 290 tat-TFUE. |
1.3 |
Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni peress li hija meħtieġa għas-sigurtà tas-sorsi tal-liġi tal-Unjoni u timmira li tikseb l-għan tas-semplifikazzjoni u l-effikaċja. |
1.4 |
Il-KESE jfakkar li r-rapport dettaljat tiegħu dwar il-proċedura ta' delega ġie adottat dal-aħħar u jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat biex din l-Opinjoni tinfiehem. |
1.5 |
Dan l-allinjament kollettiv ta' 165 strument legali (regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet) li jolqtu tnax-il qasam differenti jqajjem bosta kwistjonijiet legali u prattiċi. |
1.6 |
Ċerti elementi tal-proċedura ta' delega għadhom mhumiex ċari. Barra minn hekk, l-idea ta' "elementi mhux essenzjali" għad trid tiġi definita. Għad trid issir ukoll valutazzjoni preċiża tat-tħaddim tal-mekkaniżmu. |
1.7 |
Uħud mill-proposti għal regolament għandhom għażliet li ma jqisux il-qafas stabbilit mill-atti leġiżlattivi bażiċi u jaslu biex jipprevedu li d-delega titwettaq matul perjodu indeterminat jew li jistabbilixxu skadenzi qosra ħafna għall-iskrutinju mill-Parlament u l-Kunsill. |
1.8 |
Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ġenerali u partikolari li għamel, il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tadatta l-eżerċizzju tagħha ta' "allinjament kollettiv" billi tqis iktar l-ispeċifiċitajiet ta' ċerti atti leġiżlattivi bażiċi. |
1.9 |
Il-KESE jirrakkomanda wkoll lill-Kunsill u lill-Parlament li jkunu viġilanti kemm jista' jkun u li jevalwaw bir-reqqa l-atti kollha inklużi f'dan l-eżerċizzju ta' "allinjament". |
2. Introduzzjoni
2.1 |
It-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, stabbilixxa distinzjoni bejn is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' natura ġenerali li jikkomplementaw jew li jimmodifikaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv, prevista fl-Artikolu 290 tat-TFUE (proċedura ta' delega), u s-setgħa li tadotta atti ta' eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 291 tat-TFUE (proċedura ta' implimentazzjoni). |
2.2 |
Dawn is-setgħat huma soġġetti għal oqfsa legali differenti. |
2.2.1 |
L-implimentazzjoni tas-setgħa ta' delega hija prevista minn strumenti mingħajr ma tkun vinkolanti:
|
2.2.1.1 |
Il-Kumitat dan l-aħħar adotta rapport ta' informazzjoni dettaljat dwar il-proċedura ta' delega, u jirrakkomanda bil-qawwa li dan jinqara biex din l-Opinjoni tinfiehem b'mod sħiħ (3). |
2.2.2 |
L-implimentazzjoni tas-setgħa ta' implimentazzjoni prevista fl-Artikolu 291 tat-TFUE taqa' taħt il-qafas tal-istrumenti legali vinkolanti:
|
2.2.3 |
Il-PRS tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jemendaw l-elementi mhux essenzjali tal-atti leġiżlattivi bażiċi. Il-kliem previst fl-Artikolu 5 tad-"Deċiżjoni dwar il-komitoloġija" (6) huwa qrib ħafna tad-definizzjoni tal-atti ddelegati. Att iddelegat bħal dak definit fl-Artikolu 290 tat-TFUE huwa att kważi leġiżlattiv adottat mill-Kummissjoni biex tikkompleta jew timmodifika l-elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. |
2.2.4 |
Kien minħabba f'din is-similarità li bejn l-2009 u l-2014 l-Artikolu 5(a) tad-deċiżjoni dwar il-komitoloġija u l-PRS baqgħu provviżorji, peress li l-għan tal-Kummissjoni kien li tuża dan il-perjodu limitat biex tadatta d-dispożizzjonijiet eżistenti li jipprevedu PRS għar-reġim tal-atti ddelegati. |
2.2.5 |
Wara li saret "talba" mill-Parlament Ewropew (7), il-Kummissjoni nediet eżerċizzju ta' allinjament ta' xi regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet, bl-appoġġ tal-Kunsill (8). L-għan tal-proposti tar-regolamenti omnibus, li l-Kumitat intalab konsultazzjoni dwarhom, hu li jipproċedu b'mod kollettiv lejn dan l-allinjament. |
3. Proposti tal-Kummissjoni
3.1 |
Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ proposti għal regolament:
It-tielet pakkett ta' proposti għadu qed jiġi analizzat u għandu jitlesta dalwaqt. |
3.2 |
Il-proposta dwar "għadd ta' atti leġiżlattivi" għandha l-għan li, b'mod kollettiv, tgħaddi 160 att leġiżlattiv (regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet) mill-PRS għall-proċedura ta' delega, minn 11-il qasam differenti:
|
3.2.1 |
Hija tikkonsisti f'memorandum ta' spjegazzjoni, proposta għal regolament u anness li jelenka l-atti konċernati mill-trasferiment ta' PRS għall-proċedura ta' delega. |
3.3 |
Il-proposta dwar "għadd ta' atti leġiżlattivi fil-qasam tal-Ġustizzja" hija ttrattata f'test separat peress li l-bażi ġuridika tagħhom tidher fil-Kapitolu V tat-TFUE u ma jikkonċernawx l-Istati Membri kollha. B'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-TFUE, dan l-Istat Membru ma jistax jiġi soġġett għar-regolament propost. |
3.3.1 |
Il-proposta għal regolament li tipprevedi l-adattar tal-Artikolu 290 tat-TFUE tal-atti legali fil-qasam tal-ġustizzja tittratta ħames regolamenti dwar:
|
4. Kummenti ġenerali
4.1 |
Il-Kummissjoni tipproponi regolamenti omnibus għall-allinjament kollettiv ta' ħafna regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet, minflok ma tadotta proposta għal regolament għal kull wieħed mill-istrumenti konċernati. |
4.1.1 |
Il-Kummissjoni diġà użat dan il-metodu fl-2006 biex tintroduċi l-PRS. Hija kellha rikors għal komunikazzjoni biex tadatta b'urġenza 25 regolament, fosthom, b'mod partikolari, id-Direttiva 2005/1/KE tad-9 ta' Marzu 2005 intiża biex tiġi organizzata struttura ġdida tal-kumitati kompetenti fis-servizzi finanzjarji (9). Hemm ukoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2007 dwar l-adattar ta' għadd ta' atti speċifikati f'4 annessi għall-PRS (10). Il-KESE kien ħareġ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar dan (11). |
4.1.2 |
Il-Kummissjoni għadha qatt ma wettqet allinjament daqshekk kbir. |
4.1.3 |
Il-Kumitat jinnota li l-proposti għal regolament juru t-tifrix tal-poteri tal-Kummissjoni peress li jipprevedu l-firxa, it-tifrix u l-perjodu ta' żmien li fihom il-Kunsill u l-Parlament jistgħu jressqu oġġezzjoni. |
4.1.4 |
Din l-għażla hija loġika mil-lat tas-semplifikazzjoni u r-rapidità tal-proċedura, imma tqajjem bosta kwistjonijiet. |
a) Perjodu indeterminat
4.2 |
L-Artikolu 2 taż-żewġ proposti għal regolament jipprevedu li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati f'dan l-eżerċizzju hija "konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat". |
4.2.1 |
Il-Kumitat ifakkar li skont l-Artikolu 290 tat-TFUE l-perjodu ta' żmien tas-setgħa ta' delega għandu jiġi previst espliċitament mill-att leġiżlattiv bażiku u li s'issa, apparti eċċezzjonijiet rari, id-delegi, fil-prinċipju, jiġu stabbiliti għal perjodu determinat, jekk hemm bżonn b'tiġdid, permezz ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tad-delega. |
4.2.2 |
Huwa jinnota li l-Parlament (12) mhuwiex tal-istess fehma tal-Kummissjoni fir-rigward tal-preferenza għad-delegi ta' perjodu ta' żmien indeterminat (13). Barra minn hekk, il-proposta għal regolament omnibus tneħħi l-obbligu li jiġu preżentati rapporti perjodiċi dwar l-applikazzjoni ta' miżuri previsti fl-atti bażiċi (14). |
4.2.3 |
Għalhekk, il-KESE jistaqsi jekk ir-regolamenti ta' allinjament proposti mill-Kummissjoni jistgħux jaslu biex jipprevedu li d-delega tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat fil-każijiet kollha, ikun xi jkun il-qasam konċernat. |
b) Skrutinju mill-PE u l-Kunsill
4.3 |
Barra minn hekk, kif speċifika l-Kumitat fir-rapport ta' informazzjoni tiegħu dwar l-atti ddelegati, id-delega tas-setgħa hija soġġetta għall-iskrutinju tal-Kunsill u l-Parlament li jistgħu jirrevokaw is-setgħa ta' delega f'kull ħin, jippreżentaw oġġezzjoni għall-att iddelegat adottat mill-Kummissjoni, fil-prinċipju fi żmien xahrejn minn meta l-Kunsill u l-Parlament jiġu notifikati dwar it-tali att iddelegat, jew jinfurmaw lill-Kummissjoni fl-istess żmien ta' xahrejn dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjoni. Dan il-perjodu ta' żmien ta' xahrejn fil-prinċipju jista' jiġi estiż fuq talba tal-Parlament jew tal-Kunsill. |
4.3.1 |
L-Artikoli 5bis(3) sa (6), tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, jipprevedu reġim kumpless ta' perjodi ta' żmien differenti skont jekk il-miżuri previsti mill-Kummissjoni humiex konformi jew le mal-Opinjoni tal-Kumitat u dawn jistgħu jinbidlu minn 4 xhur għal xahrejn, skont jekk huwiex ikkonċernat il-Kunsill jew il-Parlament Ewropew. B'deroga minn dan ir-reġim "normali" l-Artikolu 5bis(5)(b) jistabbilixxi li dawn il-perjodi ta' żmien jistgħu jitqassru "jekk dan ikun ġustifikat minn raġunijiet ta’ effikaċja" iżda mingħajr ma jistabbilixxi skadenza preċiża. Barra minn hekk, il-paragrafu 6 jipprevedi reġim speċjali ta' perjodu ta' żmien ta' xahar previst b'mod obbligatorju qabel l-att bażiku, għall-każijiet speċifikati fejn ir-reġim normali ma jkunx jista' jiġi applikat "għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza". |
4.3.2 |
L-Artikolu 2(6) tal-proposta għal Regolament li jadatta għadd ta' atti legali għall-Artikolu 290 tat-TFUE jirreferi għal din il-possibbiltà ta' deroga imma jipprevediha biss f'każijiet eċċezzjonali ġustifikati, meta l-perjodu ta' żmien normali għal oġġezzjoni min-naħa tal-Kunsill u l-Parlament għal att iddelegat jista' jitnaqqas għal xahar (15). |
4.3.3 |
Ir-reġim il-ġdid jidher li jillimita l-flessibbiltà li għandhom il-Kunsill u l-Parlament biex jeżerċitaw is-setgħat ta' skrutinju. |
4.3.4 |
Il-Kumitat jistaqsi b'mod partikolari dwar kemm huwa possibbli li l-Kunsill u l-Parlament jeżerċitaw b'mod effettiv is-setgħat ta' skrutinju fuq 165 att iddelegat f'perjodi ta' żmien daqshekk qosra. |
c) Elementi mhux essenzjali
4.4 |
Il-Kumitat ifakkar, kif kien enfasizza fir-rapport ta' informazzjoni tiegħu, li l-proċedura ta' delega hija intiża għall-adozzjoni ta' atti ddelegati li jikkonċernaw elementi "mhux essenzjali" previsti f'atti leġiżlattivi adottati b'mod konġunt mill-Kunsill u l-Parlament. |
4.4.1 |
Il-proposti għal regolament tal-Kummissjoni jikkonċernaw tnax-il qasam differenti. |
4.4.2 |
Peress li n-natura legali eżatta tal-atti ddelegati hija pjuttost vaga u l-oqsma kkonċernati minn dawn il-proposti għal regolament huma kemm mifruxa kif ukoll sensittivi, jista' jkun hemm dubju, kif se nuru iktar 'l isfel, dwar il-karattru "mhux essenzjali" ta' ċerti miżuri. |
4.4.3 |
Barra minn hekk, l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-idea ta' "miżura mhux essenzjali" tvarja skont l-oqsma kkonċernati. Nhar il-5 ta' Settembru 2012, l-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet li d-drittijiet fundamentali tal-persuna ma jaqgħux taħt il-prerogattivi tal-leġiżlatur u għalhekk qatt ma jistgħu jagħmlu parti minn delega lill-Kummissjoni (16). |
4.4.4 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għadha ma ħarġitx deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kompetenza ddelegata tal-Kummissjoni. Il-Qorti għadha kif intalbet għall-ewwel darba għal konsultazzjoni fl-hekk imsejħa kawża tal-bijoċidji, ta' rikors għal annullament introdott mill-Kummissjoni kontra l-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) nru 528/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2012 (17). Ir-rikors sar fid-19 ta' Settembru 2012 u l-Qorti għandha tiddeċiedi sal-aħħar tal-2013/bidu tal-2014, wara li tkun semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali. |
5. Kummenti speċifiċi
5.1 |
Fil-maġġoranza tal-proposti eżaminati f'din l-Opinjoni, il-Kummissjoni tadotta b'mod adegwat u raġonevoli l-PRS għar-reġim ta' atti ddelegati previst fl-Artikolu 290 tat-TFUE. Madankollu, xi sitwazzjonijiet jqajmu dubji u diffikultajiet partikolari. |
a) Impreċiżjonijiet fir-reġim
5.2 |
Il-maġġoranza tal-istrumenti legali konċernati għandhom referenza ċara għall-Artikolu 5bis tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (18), id-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija, li tintroduċi l-PRS u tipprevedi l-bżonn ta' rikors għal din il-proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri ġenerali li l-għan tagħhom hu li jimmodifikaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku. Minkejja li din il-modifika tar-reġim ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tat-28 ta' Ġunju 1999, ma daħlitx fis-seħħ qabel l-24 ta' Lulju 2006. |
5.2.1 |
B'hekk, l-ebda strument legali intiż għall-eżerċizzju ta' allinjament qabel din id-data ma jispeċifika liema miżuri huma soġġetti għar-reġim tal-PRS. Fil-fatt, kien biss bid-Deċiżjoni ta' Lulju 2006 li żdied paragrafu ġdid nru 2 mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Ġunju 1999. Din tipprevedi għall-ewwel darba l-adozzjoni ta' miżuri ġenerali li l-għan tagħhom hu li jimmodifikaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku. |
5.2.2 |
Għalhekk, kull att leġiżlattiv jinkludi biss frażijiet (19) bħal "ċerti miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999", "il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat" u "fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha". |
5.2.3 |
Il-Kumitat ifakkar li t-trasferiment tal-PRS għar-reġim tad-delega jfisser li jitneħħew l-opinjonijiet tal-kumitati rekwiżiti fil-qafas tal-PRS. Għall-kuntrarju, dawn jinżammu għall-miżuri ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 291 tat-TFUE. |
5.2.4 |
Għaldaqstant, tneħħa wieħed mill-istadji tal-iskrutinju ta' natura "mhux essenzjali" ta' "ċerti elementi" tal-att leġiżlattiv bażiku. |
5.2.5 |
L-atti preċedenti tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija b'mod partikolari jidhru fil-lista annessa mal-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni. Madankollu, dawn kienu ġew ippubblikati qabel ma l-proċedura ta' komitoloġija ġiet sistemizzata, fejn ir-referenzi għall-miżuri kienu estremament vagi, bħal pereżempju l-adattar għall-progress tekniku (Direttiva tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-aerosols) (20). |
b) Identifikazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni
5.3 |
Għad hemm ħafna xi jsir fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5bis għall-"elementi mhux essenzjali" ta' ċerti atti leġiżlattivi bażiċi. Pereżempju, il-formulazzjoni ġenerali: "il-miżuri (…) mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament" fir-Regolament KE 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, mingħajr l-ebda preċiżjoni oħra, mhijiex sodisfaċenti. |
5.3.1 |
F'xi partijiet, l-Artikolu 5bis huwa applikat għal elementi li hemm id-dubji dwar kemm il-karattru tagħhom "mhux essenzjali". Dan huwa l-każ, pereżempju:
|
c) Oqsma relatati mad-drittijiet fundamentali
5.4 |
Il-miżuri msejħa "mhux essenzjali", bħall-adattar tal-annessi tad-direttivi, madankollu jistgħu jqajmu d-dubji fir-rigward tal-konsegwenzi tagħhom dwar il-protezzjoni ta' ċerti drittijiet fundamentali. |
5.4.1 |
Pereżempju nistgħu nikkwotaw:
|
5.4.2 |
Hemm każijiet iktar sensittivi li għandhom jiġu identifikati, bħal dawk li għandhom parti fundamentali fir-regolazzjoni ta' suġġett partikolari previst mill-atti ddelegati, bħal pereżempju:
|
Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) COM(2009) 673 final, 9.12.2009.
(2) Dok. A7-0072/2012.
(3) Rapport ta' Informazzjoni dwar "Regolamentazzjoni aħjar: atti ta' implimentazzjoni u atti ddelegati" http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.int-opinions&itemCode=24245.
(4) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. (Mhux disponibbli bil-Malti).
(6) Imdaħħla mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). (Mhux disponibbli bil-Malti).
(7) Riżoluzzjoni tal-PE tal-5 ta' Mejju 2010 (P7-TA (2010) 0127) punt 18.
(8) Stqarrijiet tal-Kummissjoni ĠU L 55, 28.2.2011 p. 19.
(9) COM(2006) 900 - 926 final.
(10) COM(2007) 740 final, COM(2007) 741 final, COM(2007) 824 final, COM(2007) 822 final COM(2008) 71 final.
(11) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45 u ĠU C 224, 30.8.2008, p. 35.
(12) Common Understanding punt IV.
(13) COM(2009) 673 final, 9.12.2009, punt 3.2.
(14) Pereżempju, tliet snin, fid-Direttiva 2006/21/KE tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni.
(15) Għall-kuntrarju, il-proposta għal Regolament li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja għall-Artikolu 290 ma tipprevedix din il-possibbiltà.
(16) Kawża C-355/10, il-Parlament vs il-Kunsill, dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar tal-Unjoni u s-setgħa tal-gwardji tal-fruntiera b'mod partikolari l-iżbark tal-persuni immigranti f'pajjiż terz f'każ li l-bastiment spezzjonat ikun telaq.
(17) Kawża C-427/12, il-Kummissjoni Ewropea vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Kawża dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti bijoċidji, fid-dawl tal-adozzjoni ta' att ta' eżekuzzjoni f'termini tal-Artikolu 291 tat-TFUE, sabiex jiġu stabbiliti taxxi dovuti lill-Aġenzija Ewropea għall-prodotti kimiċi, u mhux b'att iddelegat b'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. Skont il-Kummissjoni l-att li qed tintalab tadotta abbażi tal-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-fatt hu meqjus bħala att iddelegat fis-sens tal-Artikolu 290 tat-TFUE, li huwa intiż biex jikkompleta ċertu elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv.
(18) ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11. (Mhux disponibbli bil-Malti).
(19) Ara pereżempju d-Direttiva 2006/25/KE, id-Direttiva 89/391/KEE jew id-Direttiva 2003/10/KE.
(20) Wieħed mill-modi korretti għal referenza għal progress tekniku u xjentifiku jinsab fir-Regolament KE 1272/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tikkettar u l-imballaġġ jew fid-Direttiva 2008/56/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin.