|
6.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/63 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali”
COM(2013) 468 final
2014/C 67/11
Relatur: is-Sur BARÁTH
Korelatur: is-Sur MALLIA
Nhar it-3 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali
COM(2013) 468 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-4 ta' Ottubru 2013.
Matul l-493 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta' Ottubru 2013 (seduta tas-16 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’mod unanimu.
1. Introduzzjoni
|
1.1 |
F'April 2011, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni Ewropea tippreċiża l-prinċipji għat-tfassil tal-istrateġiji tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istrateġija għall-Baħar Baltiku") u għar-Reġjun tad-Danubju (minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istrateġija għad-Danubju") sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud ta' dawn l-istrateġiji u jitressaq rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew qabel Ġunju 2013. Fl-2012, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Adrijatiku u tal-Baħar Jonju qabel l-2014, skont ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni. |
|
1.2 |
Fuq stedina tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fassal opinjoni b'konformità ma' dak li jissemma' hawn fuq, fejn ġie diskuss ir-rapport dwar "il-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali". |
|
1.3 |
Loġikament, din l-opinjoni tal-KESE mhux ser tkopri t-tfassil ta' strateġiji makroreġjonali għall-kosta Atlantika (1) u r-reġjun Mediterranju (2) u lanqas il-proposti tal-Kumitat relatati ma' dan. |
2. Kummenti u konklużjonijiet
|
2.1 |
Il-KESE japprova l-konklużjonijiet prinċipali li jinsabu fir-rapport. |
|
2.1.1 |
Il-kunċett ta' makroreġjun, li jistrieħ fuq prinċipju minn isfel għal fuq, jista' ġenwinament jindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw ir-reġjuni. Il-prinċipji applikati fil-kuntest taż-żewġ esperjenzi tal-istrateġiji makroreġjonali li saru s'issa fl-Ewropa rriżultaw eċċellenti bħala għodda li tippermetti t-tisħiħ tal-koeżjoni u l-konverġenza soċjali, ekonomika u territorjali. |
|
2.1.2 |
L-approċċ makroreġjonali, kemm fis-sens politiku, ambjentali u soċjoekonomiku, jista' jikkostitwixxi għodda prezzjuża biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi jew ir-reġjuni Ewropej, jittaffew it-tendenzi nazzjonalisti permezz ta' kunsens soċjali, rispett u aċċettazzjoni reċiproċi akbar u jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, permezz tal-valur miżjud Ewropew għall-gruppi ta' interess. |
|
2.1.3 |
L-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jkunu strumenti utli biex jimtlew il-lakuni fir-rigward tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni pubblika. Il-popolazzjoni tal-lokalitajiet u r-reġjuni kkonċernati u l-intrapriżi rilevanti għandhom ikunu infurmati aħjar fir-rigward tal-programmi u l-proġetti li jkunu għaddejjin. |
|
2.1.4 |
L-iżvilupp ta' approċċ strateġiku komuni fiż-żewġ makroreġjuni, l-implimentazzjoni ta' rabtiet istituzzjonali u l-ippjanar aktar kreattiv huma eżempji tajba tal-ewwel suċċess tal-kooperazzjoni makroreġjonali f'livell indaqs, karatteristika ġdida tal-politika Ewropea. Il-proġetti u l-inizjattivi l-ġodda kif ukoll is-suċċess miksub, li jmur lil hinn minn sempliċiment impressjoni, mill-azzjoni konġunta jixhdu l-isforzi li saru mill-atturi soċjoekonomiċi fi ħdan ir-reġjuni. |
|
2.1.5 |
Il-KESE japprova l-konklużjonijiet prinċipali li jinsabu fir-rapport:
|
|
2.2 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kooperazzjoni makroreġjonali hija parti mill-proċess għat-tisħiħ tad-demokratizzazzjoni tal-UE u mit-tisħiħ tal-inizjattivi li jibdew mill-aktar livell baxx. Din il-kooperazzjoni hija katalista pożittiva, li tiddefendi u tikkompleta l-valuri fundamentali tal-UE. |
|
2.3 |
Il-KESE jirrikonoxxi li r-rapport huwa sod metodoloġikament u jaqbel li l-evalwazzjoni approfondita kienet ġustifikata, partikolarment fid-dawl tal-metodoloġija li għadha mhux żviluppata tajjeb sabiex jiġu analizzati l-istrateġiji makroreġjonali u fin-nuqqas ta' indikaturi speċifiċi ta' statistika. |
|
2.4 |
Il-KESE japprova l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2012, li skonthom jeħtieġ li jiġi approfondit is-suq intern u tiġi żviluppata l-kompetittività tal-UE. Huwa diżappuntanti li, apparti l-prinċipji ġenerali - integrazzjoni, koordinazzjoni, kooperazzjoni, governanza f'diversi livelli, sħubija - il-Kunsill ma jikkontribwixxix għat-twettiq tal-istrateġiji makroreġjonali permezz ta' strumenti addizzjonali ta' finanzjament. |
|
2.5 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fehma tal-esperti li skonthom il-problema prinċipali hija n-nuqqas ta' koerenza bejn ir-rieda politika deċentralizzata u l-finanzjament. |
|
2.6 |
Il-prijorità mogħtija lis-sostenibbiltà (pereżempju t-Tkabbir "Ikħal" u "Aħdar") u lill-iżvilupp tal-infrastruttura hija element naturali tal-ħsieb makroreġjonali. Din tiġġenera l-valur miżjud Ewropew. |
|
2.7 |
Madankollu, immedjatament u fuq perjodu qasir, l-attivitajiet ekonomiċi jistgħu jwasslu għal żieda "fil-valur miżjud Ewropew" permezz tat-tkabbir tal-PDG u tal-impjiegi. |
|
2.8 |
Skont il-KESE, ir-regola tar-"rifjut triplu" m'għadhiex tapplika: hemm finanzjament mill-qafas finanzjarju fuq perjodu medju 2014-2020, qed tiġi implimentata sistema amministrattiva u istituzzjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni u l-qafas strateġiku komuni fih ir-regolamentazzjoni neċessarja. Fl-interess tat-tisħiħ tal-innovazzjoni, l-appoġġ tal-SMEs, in-netwerking u l-impjieg, għandu jkun hemm aktar fehim tal-prinċipju ta'"aċċettazzjoni tripla" għall-istrateġiji makroreġjonali waqt l-evalwazzjoni tal-politika ta' appoġġ. |
|
2.9 |
Jeħtieġ li l-istrateġija makroreġjonali tingħata prijorità matul il-perjodu ta' programmar Ewropew 2014-2020, billi l-mudell il-"ġdid" ta' kooperazzjoni territorjali jiġi integrat fil-ftehim ta' sħubija u fil-programmi operattivi (FEŻR, FSE, FAEŻR u FEMS) u titpoġġa enfasi speċifika fuq il-kunċett ta' "żvilupp makroreġjonali mmexxi mill-komunità", li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
2.10 |
L-"iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità" ser:
|
|
2.11 |
Fuq l-inizjattiva tiegħu, il-KESE jista' jikkunsidra li jfassal analiżi globali tal-importanza tal-istrateġiji makroreġjonali għall-ġejjieni tal-Ewropa u ser iressaq proposta dwar kif dawn l-istrateġiji għandhom jiġu aġġustati biex tinkiseb prattika uniformi fil-qasam tal-iżvilupp Ewropew. |
3. Riżultati
|
3.1 |
Ir-rapport tal-Kummissjoni jinnota li, skont ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji għall-Baħar Baltiku u għad-Danubju, l-istrateġiji makroreġjonali ppermettew l-iżvilupp ta' proġetti ġodda u ħaffu t-twettiq ta' proġetti transnazzjonali eżistenti. L-istrateġiji ffaċilitaw in-netwerking u ppermettew ukoll li jiġu mnedija inizjattivi konġunti fir-reġjuni kkonċernati. Il-proġetti "ewlenin" jistgħu jservu kemm ta' xpruni eċċellenti kif ukoll ta' proġetti eżemplari għar-reġjun. |
|
3.1.1 |
Bħala l-ewwel strateġija makroreġjonali li għalhekk isservi ta' mudell, l-Istrateġija għall-Baħar Baltiku, bit-tliet għanijiet prinċipali u l-15-il prijorità tagħha, identifikat mill-bidu b'ċertezza għolja l-oqsma li jistgħu jikkostitwixxu l-għanijiet prinċipali tal-kooperazzjoni reġjonali filwaqt li kkontribwixxiet b'mod effikaċi għall-implimentazzjoni tal-politiki speċjalizzati u tal-politiki orizzontali Ewropej. |
|
3.1.2 |
L-iżvilupp tas-settur marittimu, it-tisħiħ tar-rabtiet reġjonali, l-investiment fil-futur tal-persuni u favur it-tkabbir ekonomiku s'issa huma l-oqsma mmirati li kkontribwixxew għal approċċi oħra sabiex jiġu żviluppati l-makroreġjuni. |
|
3.2 |
L-Istrateġija għad-Danubju, bħala t-tieni strateġija makroreġjonali li ġiet adottata u li tinkludi ħames għanijiet prinċipali u ħdax-il prijorità, tiffoka u ttejjeb ir-riflessjoni reġjonali u l-oqsma ta' azzjoni konġunta. |
|
3.2.1 |
Bl-istess mod tal-oqsma tematiċi tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku, jiddominaw il-prijoritajiet ambjentali u tal-infrastruttura (konnessjonijiet bejn ir-reġjuni, protezzjoni tal-ambjent, tisħiħ tar-reġjuni) iżda l-proposti u l-proġetti marbutin mat-titjib tal-prosperità ekonomika u soċjali jirriflettu r-rieda politika sabiex ikun hemm konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020. |
|
3.3 |
F'diversi studji l-KESE approva l-isforzi li saru mill-Unjoni sabiex ir-riżorsi disponibbli jintużaw bl-aktar mod effikaċi u effiċjenti possibli. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġu armonizzati l-istrumenti u jissaħħu l-azzjonijiet konġunti. Hemm bżonn ovvju li jintużaw ir-riżorsi "esterni". Anke f'dan il-qasam, l-inizjattivi makroreġjonali kisbu riżultati ġodda. (Pereżempju nistgħu nikkwotaw l-eżempji ta' Baden-Württemberg jew il-koordinazzjoni tal-fondi għall-kapital ta' riskju, imsemmija fir-rapport.) |
|
3.4 |
Kemm iż-żewġ strateġiji li qed jiġu analizzati kif ukoll l-opinjonijiet fuq inizjattiva proprja li ġew adottati s'issa mill-KESE, b'mod partikolari dwar l-istrateġiji makroreġjonali għall-Mediterran u l-kosta Atlantika, enfasizzaw l-importanza tal-kooperazzjoni politika u ekonomika mal-pajjiżi terzi u ġibdu l-attenzjoni għall-potenzjal li jitnaqqsu numru ta' riskji relatati mal-politika ta' sigurtà, is-soluzzjoni ta' problemi relatati mal-immigrazzjoni illegali, eċċ. |
|
3.5 |
Il-KESE jinsisti bis-sħiħ fuq l-importanza kruċjali tal-ftehimiet ta' sħubija li qegħdin jitħejjew u li ġew negozjati. Dawn għandhom iqisu l-kuntest makroreġjonali. Hemm bżonn ukoll ta' koordinazzjoni adegwata mal-imsieħba soċjali, l-armonizzazzjoni "orizzontali", bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, tal-proposti u l-proġetti li jidhru f'kull programm operattiv u l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati ekonomiċi, soċjali u tas-soċjetà ċivili. |
4. Proposti
|
4.1 |
Il-KESE jħoss li huwa indispensabbli u possibbli li l-prinċipji adotatti jiġu żviluppati aktar u estiżi. |
|
4.2 |
Ikun żball li l-makroreġjuni jiġu indirizzati bħala fenomenu purament ġeografiku: jeħtieġ li jitqiesu wkoll ir-relazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u storiċi kumplessi. |
|
4.3 |
L-espressjoni ta' "sfidi komuni" kif ukoll ta' "kooperazzjoni mtejba" f'termini ta' skopijiet ta' koeżjoni tnaqqas il-possibbiltà li interpretazzjoni funzjonali ta' makroreġjun lil hinn mill-fruntieri tiegħu kif ukoll tal-impatt tiegħu fuq il-proċessi ta' żvilupp u ta' koeżjoni fl-Ewropa kollha. |
|
4.4 |
Il-kunċett ta' "valur miżjud" b'rabta mal-makroreġjuni ma ġiex definit fir-rapport. Skont il-KESE, il-kunċett ta' valur miżjud fil-każ tal-istrateġiji makroreġjonali jista' jirreferi biss għall-valur li r-reġjuni jew l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jipprovdu ħlief permezz ta' investimenti ogħla jew li huma inqas effikaċi. |
|
4.5 |
Fi żmienu r-"rifjut triplu" kien jinftiehem, però issa m'hemm l-ebda dubju li dan jista' jwassal li jiġi abbandunat il-valur miżjud Ewropew fi żmien meta l-irkupru għadu fraġli u jeħtieġ jissaħħaħ. |
|
4.6 |
Is-sitwazzjoni attwali tal-istrateġiji makroreġjonali tirrifletti l-approċċ Ewropew li skontu l-istrumenti u r-riżorsi disponibbli f'kull reġjun jistgħu jkunu aktar effikaċi permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni adegwati fit-territorji tal-Istati Membri u tar-reġjuni parteċipanti (f'dan ir-rigward il-Kummissjoni Ewropea taqdi rwol pjuttost effikaċi). Il-valur miżjud Ewropew fil-livell tal-makroreġjuni qiegħed jiżdied. |
|
4.7 |
Skont il-KESE, huwa probabbli li l-valur miżjud pan-Ewropew li jista' jiġi ġġenerat fil-livell tal-makroreġjuni jiżdied b'mod sostanzjali permezz tal-iżvilupp ta' strumenti addizzjonali, it-titjib tal-kapaċità legali u istituzzjonali u l-implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali. |
|
4.8 |
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tax-xenarji differenti għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea sal-2020 u ta' ċerti proposti ta' interess Ewropew, bħal, pereżempju, l-għanijiet u l-fondi distinti tal-mekkaniżmu "Nikkollegaw l-Ewropa", jeħtieġ li tintalab responsabbiltà fil-livelli kollha għal kull "valur miżjud" maħluq, kull darba li jkun hemm investiment jew żvilupp permezz tal-użu tal-fondi Ewropej. |
|
4.9 |
L-estensjoni ta' strumenti bħal dawn fil-livell makroreġjonali hija kundizzjoni essenzjali sabiex tinkiseb l-Istrateġija Ewropa 2020. |
|
4.10 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-estensjoni tal-oqfsa politiċi, istituzzjonali, legali u finanzjarji, apparti l-kontroll tal-"valur miżjud Ewropew":
|
|
4.11 |
Il-KESE huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-governanza politika u li huwa bbażat fuq l-iżvilupp fl-ambitu tal-istrateġiji makroreġjonali joffri"valur miżjud"Ewropew sinifikanti. Huwa jqis li t-tensjonijiet politiċi ftit jew wisq qawwija bejn il-federalisti u n-"nazzjonalisti", li s'issa kkaratterizzaw l-istorja sħiħa tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jittaffew permezz tat-tisħiħ tal-livell intermedju ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni waqt li jitqiesu l-fruntieri storiċi u ġeografiċi u t-tradizzjonijiet. |
|
4.12 |
Fil-fehma tal-KESE, huwa possibbli li l-makroreġjuni jiġu interpretati b'mod funzjonali. Permezz tan-netwerks innovattivi, l-iżviluppi u miżuri oħra transkonfinali ta' interess Ewropew isaħħu t-tkabbir tal-UE u l-koeżjoni. |
|
4.13 |
Il-KESE jipproponi li jitwettaq progress politiku fir-rigward tal-indirizzar tal-makroreġjuni. Bi prinċipju, il-Kunsill għandu jiddikjara l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi li jibdew mill-aktar livell baxx kif ukoll appoġġ futur "laterali" u "li jibda mill-aktar livell għoli" tal-istituzzjonijiet kollha. B'mod ġenerali, abbażi tal-esperjenza preċedenti, dan jista' jiġi applikat għall-oqsma (funzjonijiet) li ġejjin:
|
|
4.14 |
L-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jagħtu kontribut prezzjuż lill-kooperazzjoni transkonfinali bejn il-bliet, lill-implimentazzjoni ta' netwerk ta' poli teknoloġiċi u lill-iżvilupp aktar rapidu tal-innovazzjoni. |
|
4.15 |
Ħafna minn dawn huma oqsma fejn huma ġustifikati inizjattivi li jibdew prinċipalment mill-aktar livell baxx, u fejn il-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali jistgħu jaqdu rwol miżjud. Ir-rapport ma jsemmix l-importanza li s-setturi ekonomiċi u soċjali jipparteċipaw u jiġu kkonsultati. |
5. Ħidma futura
|
5.1 |
Il-KESE jaqbel li l-parteċipanti fl-istrateġiji makroreġjonali għandhom iqisu li dawn l-istrateġiji huma responsabbiltà trasversali tal-gvernijiet tagħhom. |
|
5.2 |
Il-KESE jqis li l-kompiti amministrattivi għandhom jitnaqqsu għall-minimu u li l-Kummissjoni Ewropea għandha tfassal u tipproponi metodi ġodda sabiex jiġi involut il-pubbliku, pereżempju permezz ta' għodod tad-demokrazija elettronika. Huwa essenzjali li tiżdied il-parteċipazzjoni kemm fil-livell tat-tħejjija kif ukoll f'dak tal-implimentazzjoni. |
|
5.3 |
Jeħtieġ li jiġi appoġġjat il-prinċipju li skontu l-għanijiet makroreġjonali għandhom jiġu integrati fil-ftehimiet kollha ta' sħubija u fil-programmi operattivi kollha. |
|
5.4 |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tappoġġja l-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fir-rigward tal-istrumenti eżistenti ta' programmar, inkluż fil-każ tar-reġjuni li għandhom qed jiżviluppaw jew li qed jiġu diskussi. |
|
5.5 |
Skont il-KESE, in-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva jista' jingħeleb biss jekk jintwera li dan l-approċċ huwa fl-interess ta' użu effiċjenti tar-riżorsi. |
|
5.6 |
Il-KESE jqis neċessarju li jiġu introdotti miżuri u indikaturi realistiċi sabiex jiġi żgurat is-segwitu tal-progress. Iżda hija indispensabbli l-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni u ta' istituzzjonijiet Ewropej oħra, b'mod partikolari sabiex jitfassal l-indikatur tal-valur miżjur, minħabba n-natura multipla tiegħu. |
|
5.7 |
Il-KESE huwa favur li jissaħħaħ l-approċċ minn isfel għal fuq, li s'issa ħalla l-frott, iżda jħoss li jkun tajjeb li jiġu assoċjati aktar mill-qrib l-imsieħba ekonomiċi, ambjentali, soċjali u lokali u li jiġu żviluppati relazzjonijiet trasversali mal-makroreġjuni li jkunu għadhom kif inħolqu. |
|
5.8 |
Il-KESE huwa tal-fehma li jeħtieġ li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni tal-istrateġiji u jkun hemm l-għan li mhux biss tiġi ppreservata n-natura speċifika tagħhom iżda wkoll li tiġi estiża. |
|
5.9 |
Il-KESE jissuġġerixxi li waqt li qed tfassal forom ġodda ta' ġestjoni, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta wkoll għażla li tista' twassal għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni "ta' livell intermedju" makroreġjonali u bbażata fuq l-iżvilupp fit-territorju tal-UE. |
|
5.10 |
L-inizjattivi makroreġjonali jinkludu fundamentalment żewġ dimensjonijiet, waħda transnazzjonali u waħda Ewropea. Skont il-KESE, s'issa l-attenzjoni kienet esklussivament fuq il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi differenti. Waħda mill-konklużjonijiet l-aktar importanti tar-rapport huwa li jintlaqgħu tajjeb l-isforzi sabiex l-azzjonijiet konġunti jkollhom dimensjoni Ewropea u jwasslu għal valur miżjud Ewropew. |
|
5.11 |
Skont il-KESE, jekk l-inizjattivi makroreġjonali b'dimensjoni Ewropea jkollhom l-appoġġ xieraq, dawn jistgħu jikkontribwixxu sabiex itejbu l-kredibbiltà politika tal-Unjoni u tiġi implimentata prattika ġdida ta' żvilupp permezz ta' aktar parteċipazzjoni mis-soċjetà. |
|
5.12 |
Għal darb'oħra dan iwassal għall-mistoqsija jekk l-impenji politiċi meħuda fil-livell Ewropew li jridu jiġu żviluppati fil-livell lokali jistgħux jiġu kkomplementati permezz ta' impenji makroreġjonali li jridu jiġu implimentati fil-livell Eworpew. Il-"kooperazzjoni mtejba" imsemmija mill-Kummissjoni tista' wkoll timplika dan. |
|
5.13 |
B'mod ġust il-Kummissjoni Ewropea tindika li l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji bbażati fuq il-baċiri tal-baħar jindirizzaw aspirazzjonijiet simili, iżda dan il-punt jirrifletti b'mod ċar id-diviżjonijiet interni fi ħdan il-Kummissjoni u r-riskji marbutin mal-frammentazzjoni tal-istrateġiji. Mhuwiex possibbli li l-elementi ta' "strateġija marittima" jiġu ppreżentati bħala elementi makroreġjonali jekk il-komponenti bħall-infrastruttura tal-kosti marittimi jew tal-oċean, l-urbanizzazzjoni, il-produzzjoni, eċċ., mhumiex marbuta jew ma jistgħux jintrabtu mal-kompiti tal-kapaċitajiet jew tal-perikli marittimi jew tal-oċean li għandhom ċertu importanza mil-lat tal-produzzjoni u l-protezzjoni. |
|
5.14 |
Għalhekk għandhom jiġu approvati mingħajr riżervi l-konklużjonijiet tar-rapport li jindikaw li jeżistu possibbiltajiet oħra li għandhom ma ġewx sfruttati. Madankollu mhiex aċċettabbli l-pożizzjoni li skontha jista' jkun hemm aktar żviluppi u azzjoni intensifikata "mingħajr l-involviment tal-Kummissjoni, jew ibbażat[i] aktar esklussivament fuq programm transnazzjonali". |
|
5.14.1 |
Dan huwa l-uniku punt fl-evalwazzjoni fejn il-Kummissjoni Ewropea tindika b'mod espliċitu li ma tixtieqx tipparteċipa fit-tħejjija jew l-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali jew li taqdi l-iċken rwol, minkejja li tħoss li jistgħu jiġu żviluppati u implimentati diversi paradigmi oħra. Iżda d-dokument ma jippreċiżax liema huma dawn il-paradigmi! |
|
5.15 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tkompli taqdi rwol ċentrali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali. Huwa jitlob ukoll li l-Kunsill jagħti lill-Kummissjoni l-għodod u r-riżorsi meħtieġa biex tkun tista' taqdi dan ir-rwol kif imiss. |
|
5.16 |
Il-kunċett ta' programm transnazzjonali juri li l-programmi li għandhom valur miżjud Ewropew jistgħu jiksbu ċertu appoġġ, mingħajr ma joħorġu mill-qafas tar-rifjut triplu. Eżempju ta' dan huma l-programmi li jiżguraw konformità aħjar tad-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, tisħiħ tal-investimenti marbutin mal-UE jew massa kritika għall-innovazzjoni. |
|
5.17 |
Ir-rapport ma fihx l-iċken informazzjoni dwar kif għandu jiġi sfruttat il-valur miżjud Ewropew, l-evalwazzjoni tiegħu, il-mod kif għandhom jintużaw ir-riżultati u inċentivi oħra. |
|
5.18 |
Fil-fehma tal-KESE, il-kummenti li tqassru b'mod tassew qasir fil-"Konklużjonijiet" jistħoqqilhom li jitlaħħmu iktar biex jindirizzaw l-esiġenzi espressi fit-titolu. Il-kwistjoni tal-"governanza" bla dubju hija importanti, peress li hija l-Unjoni Ewropea li fl-aħħar mill-aħħar trid tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet ġenerali tal-governanza. |
|
5.19 |
Il-perspettiva makroreġjonali, kemm fis-sens politiku u ambjentali kif ukoll f'dak soċjoekonomiku, tista' tikkostitwixxi għodda prezzjuża sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi jew ir-reġjuni Ewropej, jittaffew it-tendenzi nazzjonalisti permezz tal-kunsens soċjali, ir-rispett u l-aċċettazzjoni reċiproċi u tikkontribwixxi, permezz tal-ħolqien ta' valur miżjud Ewropew għall-komunitajiet ta' interess, sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
|
5.20 |
L-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jkunu strumenti utli biex jimtlew il-lakuni fir-rigward tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni lill-pubbliku. Il-popolazzjoni tal-lokalitajiet u r-reġjuni kkonċernati u l-intrapriżi għandhom ikunu infurmati aħjar fir-rigward tal-programmi u l-proġetti li jkunu għaddejjin. |
Brussell, 16 ta’ Ottubru 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Opinjoni tal-KESE dwar “Niżviluppaw Strateġija Marittima għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku”, ĠU C 229, 31.7.2012, p. 24..
(2) Opinjoni tal-KESE dwar "Lejn strateġija makroreġjonali tal-UE għall-iżvilupp tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-Mediterran" (ECO/342).