|
5.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 197/21 |
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju għas-saħħa transkonfinali
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-EDPS http://www.edps.europa.eu)
2012/C 197/05
I. Daħla
|
1. |
Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju għas-saħħa transkonfinali (“il-Proposta”) u fl-istess jum bagħtitha lill-KEPD għal konsultazzjoni. Fid-19 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill bagħat il-Proposta għal konsultazzjoni wkoll. |
|
2. |
Diġà qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD kellu l-opportunità li jipprovdi kummenti informali dwar abbozz tat-test. Il-KEPD jilqa’ din il-konsultazzjoni fi stadju bikri u bi pjaċir jinnota li xi wħud mill-kummenti tiegħu ġew ikkunsidrati. |
|
3. |
Il-Proposta għandha l-għan li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 li tistabbilixxi netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u l-kontroll tal-mard li jinxtered fil-Komunità (1), li hija l-bażi legali attwali (flimkien mad-Deċiżjoni implimentattiva tiegħu tal-Kummissjoni 2000/57/KE (2)) għas-Sistema ta’ Twissija fil-Pront u ta’ Reazzjoni Bikrija (“EWRS”). L-EWRS titħaddem miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (“ECDC”) (3) f’isem il-Kummissjoni u tintuża mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri sabiex jiskambjaw informazzjoni meħtieġa għas-sorveljanza epidemoloġika u l-kontroll ta’ mard li jinxtered fil-livell Ewropew. L-EWRS intużat b’suċċess f’għadd ta’ sitwazzjonijiet bħas-SARS, l-influwenza tal-għasafar fil-bnedmin u mard ewlieni ieħor li jinxtered. Hija tikkostitwixxi għodda importanti għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
|
4. |
Il-Proposta għandha l-għan li żżid il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-theddid għas-saħħa transkonfinali. Fost oħrajn, il-Proposta twessa’ l-ambitu tal-EWRS eżistenti, li attwalment tkopri biss il-mard li jinxtered, għal tipi oħrajn ta’ theddid għas-saħħa transkonfinali, inklużi riskji ta’ oriġini bijoloġika, kimika, ambjentali jew mhux magħrufa li aktarx jinxterdu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. |
|
5. |
L-EWRS innifisha kienet is-suġġett ta’ Opinjoni dwar verifika minn qabel tal- KEPD maħruġa fis-26 ta’ April 2010. (4) Fis-segwitu għal dik l-Opinjoni, is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta għall-EWRS tjiebu b’mod konsiderevoli. Fost oħrajn, fil-qafas tal-proċedura ta’ segwitu, ġiet adottata wkoll rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida għall-protezzjoni tad-dejta għall-EWRS. (5) |
|
6. |
Din l-Opinjoni għandha tinqara fid-dawl tal-progress li diġà sar u fiha rakkomandazzjonijiet sabiex jittejjeb aktar il-livell tal-protezzjoni tad-dejta skont il-Proposta. |
|
7. |
Il-KEPD jilqa’ r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE fil-premessa 18 u fl-Artikolu 18 tal-Proposta u r-referenza għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Artikolu 18 issa tinkludi l-ipproċessar kollu tad-dejta personali taħt l-ambitu tal-Proposta. Huwa jilqa’ wkoll is-salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-dejta għar-rintraċċar tal-kuntatt stabbiliti, jew li jeħtieġu li jkunu adottati mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 18. |
|
8. |
Madankollu, l-elementi tal-Proposta li ġejjin għadhom jeħtieġu, jew ikun aħjar jekk ikollhom, kjarifika, aktar dettalji jew titjib ieħor mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta:
|
|
9. |
Bħala rimarka preliminari, il-KEPD jinnota li diversi aspetti tal-Proposta mhumiex elaborati fit-test innifsu, iżda sejrin ikunu s-suġġett ta’ atti delegati u implimentattivi, bħal-lista ta’ mard li jinxtered li għalihom għandha tapplika l-Proposta (6) u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni fl-EWRS. (7) Aspetti oħrajn sejrin ikunu ċċarati f’linji gwida u rakkomandazzjonijiet li sejrin jiġu adottati mill-Kummissjoni, bħal-linji gwida dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-EWRS. (8) |
|
10. |
L-atti ddelegati huma maħsuba biex jemendaw u jispeċifikaw ċerti aspetti mhux essenzjali ta’ atti legali (Artikolu 290 tat-TFUE), filwaqt li l-atti implimentattivi għandhom l-għan li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (Artikolu 291 tat-TFUE). Għalkemm id-dettalji jistgħu naturalment jiġu regolati f’atti ddelegati u implimentattivi, u dawn id-dispożizzjonijiet addizzjonali huma ċertament ta’ benefiċċju kbir, il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta nnifisha tipprovdi wkoll aktar gwida dwar xi wħud mill-punti msemmija f’punt 8, kif ser ikun diskuss hawn taħt. |
II. Konklużjoni
|
34. |
B’mod ġenerali, il-KEPD jirrakkomanda li xi elementi essenzjali, inklużi ċerti salvagwardji essenzjali għall-protezzjoni tad-dejta, għandhom jiġu nklużi wkoll fit-test tal-Proposta nnifisha. Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ xi kjarifiki minħabba t-twessigħ tal-ambitu tal-Proposta għal theddid għas-saħħa ieħor minbarra l-mard li jinxtered, li ma kienx soġġett għall-proċedura dwar verifika minn qabel u wkoll ma kienx diskuss fil-linji gwida. |
|
35. |
B’mod aktar partikolari, il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta għandha:
|
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-EDPS http://www.edps.europa.eu)
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2012.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.
(2) ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.
(3) L-ECDC huwa stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).
(4) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-KEPD: http://www.KEPD.europa.eu/KEPDWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Supervision/Priorchecks/Opinions/2010/10-04-26_EWRS_EN.pdf
(6) Artikolu 6(5)(a) tal-Proposta.
(7) Artikolu 8(2) tal-Proposta.
(8) Artikolu 18(6) tal-Proposta.