|
3.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 353/312 |
Il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012
L-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali ***I
P7_TA(2012)0348
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (COM(2011)0599 – C7-0306/2011 – 2011/0263(COD)) (1)
2013/C 353 E/52
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||
|
Emenda 1 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 3 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 2 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 3 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 4 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 5 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 5 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 6 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 6 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 7 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 7 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 8 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 8 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 8 a (ġdid) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 9 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 10 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 12 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 11 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 14 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 12 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 13 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 14b (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 14 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 15 |
|||||
|
Proposta għal regolament Premessa 16b (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 16 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt b |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 17 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt ea (ġdid) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 18 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2a (ġdid) |
|||||
|
|
Artikolu 2a Monitoraġġ 1. Il-Kummissjoni timmonitorja l-evoluzzjoni tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-prodotti tal-Amerika Ċentrali, partikolarment f'setturi sensittivi, fosthom dak tal-banana. Għaldaqstant, se tikkoopera u twettaq skambju ta' data b'mod regolari mal-Istati Membri u l-industrija tal-Unjoni u mal-partijiet interessati kollha. 2. Fuq talba ġġustifikata kif xieraq mill-industriji kkonċernati, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-monitoraġġ għal setturi oħra. 3. Il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali ta' monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar statistika aġġornata dwar l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-Amerika Ċentrali fis-setturi sensittivi u f'dawk is-setturi li għalihom ġie estiż il-monitoraġġ, inkluż dak tal-banana. 4. Fir-rapport ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni tagħmel ħilta biex tinkludi r-rati ta' impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-produtturi tal-banana fl-Amerika Ċentrali bil-għan li jiġi evitati l-forom kollha ta' dumping. |
||||
|
Emenda 19 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 |
|||||
|
1. Investigazzjoni għandha tinfetaħ fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5), li tiġġustifika tali ftuħ. |
1. Investigazzjoni għandha tinfetaħ fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, mill-Parlament Ewropew jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5), li tiġġustifika tali ftuħ. |
||||
|
|
Meta jkun xieraq, il-Parlament Ewropew jista' jikkonsulta u jirreferi għall-analiżi minn korpi indipendenti, bħat-trade unions, l-ILO, id-dinja akkademika jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
||||
|
Emenda 20 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 |
|||||
|
2. It-talba għall-ftuħ ta' investigazzjoni għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet biex tiġi imposta l-miżura ta' salvagwardja stipulata fl-Artikolu 2(1) ikunu ġew sodisfatti. It-talba għandha ġeneralment tinkludi t-tagħrif li ġej: ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjonijiet miżjuda, u l-bidliet fil-livelli ta' bejgħ, produzzjoni, produttività, użu tal-kapaċità, qligħ u telf, u impjiegi. |
2. It-talba għall-ftuħ ta' investigazzjoni għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet biex tiġi imposta l-miżura ta' salvagwardja stipulata fl-Artikolu 2(1) ikunu ġew sodisfatti. It-talba għandha ġeneralment tinkludi t-tagħrif li ġej: ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjonijiet miżjuda, u l-bidliet fil-livelli ta' bejgħ, produzzjoni, produttività, użu tal-kapaċità, qligħ u telf, impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol . |
||||
|
Emenda 21 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 |
|||||
|
3. Investigazzjoni tista' tinfetaħ ukoll fil-każ li jkun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed jew f'għadd ta' Stati Membri, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ikunu ġew sodisfatti, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5). |
3. Investigazzjoni tista' tinfetaħ ukoll fil-każ li jkun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed jew f'għadd ta' Stati Membri jew ta' reġjuni ultraperiferiċi , bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ikunu ġew sodisfatti, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5). |
||||
|
Emenda 22 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 |
|||||
|
4. Il-Kummissjoni għandha titlob it-tagħrif kollu li jidhrilha li jkun meħtieġ biex tkun tista' tiddetermina dwar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) , u , fejn jidhrilha li jkun xieraq, tfittex li tivverifika dan. |
4. Il-Kummissjoni għandha titlob it-tagħrif kollu li jidhrilha li jkun meħtieġ biex tkun tista' tiddetermina dwar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u tfittex li tivverifika dan. |
||||
|
Emenda 23 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 |
|||||
|
5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, it-tibdil fil-livelli tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjiegi. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista' tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma il-ħażniet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandhom mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni. |
5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, it-tibdil fil-livelli tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjiegi. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista' tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma il-ħażniet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandhom mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni , bħall-ilħuq tal-volumi limitu fil-qafas tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana, inklużi dawk inklużi fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament . |
||||
|
Emenda 24 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 7 |
|||||
|
7. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dejta u l-istatistika kollha li jintużaw għall-investigazzjoni jkunu disponibbli, jinftiehmu, trasparenti u verifikabbli. |
7. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data u l-istatistika kollha li jintużaw għall-investigazzjoni jkunu disponibbli, jinftiehmu, trasparenti , aġġornati, affidabbli u verifikabbli. |
||||
|
Emenda 25 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid) |
|||||
|
|
1a. Fil-każ li jkun hemm żieda qawwija fl-importazzjonijiet ta' prodotti li jidħlu fi ħdan is-setturi sensittivi kkonċentrati f'wieħed jew aktar minn fost l-Istati Membri jew ir-reġjuni ultraperiferiċi, il-Kummissjoni tista' tintroduċi miżuri ta' sorveljanza preventivi. |
||||
|
Emenda 26 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 |
|||||
|
4. Kull estensjoni skont il-paragrafu 3 għandha tiġi ppreċeduta minn investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 jkunu sodisfatti, abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5). |
4. Kull estensjoni skont il-paragrafu 3 għandha tiġi ppreċeduta minn investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, minn partijiet interessati, mill-Parlament Ewropew, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 jkunu sodisfatti, abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5). |
||||
|
Emenda 27 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid) |
|||||
|
|
Artikolu 11a Rapport 1. Il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tar-Regolament. Ir-rapport jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi, miżuri ta' sorveljanza preventivi, miżuri ta' sorveljanza u ta' salvagwardja reġjonali, it-tmiem tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u tar-rispett tal-obbligi li ġejjin minnu, inkluża l-informazzjoni rċevuta mill-partijiet interessati. 2. It-taqsimiet speċjali tar-rapport jittrattaw ir-rispett tal-obbligi skont it-Titolu VIII "Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli" tal-Parti IV tal-Ftehim u l-azzjoni meħuda f'dak ir-rigward mill-Amerika Ċentrali fl-ambitu tal-mekkaniżmi interni tagħha u mill-Forum għad-Djalogu mas-Soċjetà Ċivili. 3. Ir-rapport jippreżenta wkoll sinteżi tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Amerika Ċentrali. 4. Ir-rapport jinkludi statistika aġġornata u affidabbli dwar l-importazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali tal-banana u l-impatt dirett u indirett tagħhom fuq l-evoluzzjoni tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur produttiv tal-Unjoni. 5. Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan ir-Regolament. 6. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tippubblika r-rapport. |
||||
|
Emenda 28 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid) |
|||||
|
|
4a. Jekk l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura tiġi konkluża mingħajr riżultati meta, sat-terminu għall-preżentazzjoni tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi f'dan is-sens jew fuq talba tal-maġġoranza tal-membri tal-kumitat. |
||||
|
Emenda 29 |
|||||
|
Proposta għal regolament KAPITOLU Ia - Artikolu 12a (ġdid) |
|||||
|
|
Kapitolu Ia Artikolu 12a 12a. Id-dispożizzjoni applikabbli bl-għan li jiġu adottati r-regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regoli inklużi fl-Appendiċi 2A tal-Anness II "Dwar il-Kunċett ta' "Prodotti Oriġinarji" u Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva" u l-Appendiċi 2 tal-Anness I "L-eliminazzoni tad-dazji doganali" tal-Ftehim, hija l-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. |
||||
|
Emenda 30 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid) |
|||||
|
|
1a. L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana fl-ebda ċirkostanza ma timpedixxi l-attivazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-klawżola bilaterali ta' salvagwardja. |
||||
|
Emenda 31 u 32 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 |
|||||
|
2. Volum ta' importazzjoni annwali separat ta' skattar huwa stabbilit għall-importazzjonijiet minn pajjiż tal-Amerika Ċentrali għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 kif indikat fit-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkiem mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness III (Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti tal-oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Ladarba jintlaħaq il-volum tal-iskattar matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni , b'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), għandha tissospendi temporanjament id-dazji doganali preferenzjali matul l-istess sena għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur, u li ma jmurx lil hinn minn tmiem is-sena kalendarja. |
2. Volum limitu ta' importazzjoni annwali separat ta' skattar huwa stabbilit għall-importazzjonijiet minn pajjiż tal-Amerika Ċentrali għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 kif indikat fit-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkiem mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness III (Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti tal-oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Dan l-obbligu ta' preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni, madankollu, ma għandu jimplika għall-esportatur la piż amministrattiv akbar, la spejjeż addizzjonali u lanqas limitazzjonijiet kummerċjali. Ladarba jintlaħaq il-volum limitu matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni għandha tissospendi temporanjament id-dazji doganali preferenzjali matul l-istess sena għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur, u li ma jmurx lil hinn minn tmiem is-sena kalendarja. Is-sospensjoni tista' tkun attivata biss minħabba kawżi ta' forza maġġuri. |
||||
|
Emenda 33 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid) |
|||||
|
|
5a. Il-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-istatistika għall-importazzjonijiet tal-banana mill-Amerika Ċentrali. Ir-rati ta' impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll il-produzzjoni u l-konsum organiċi u l-flussi tal-Kummerċ Ġust jiffurmaw parti mill-proċess ta' monitoraġġ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tikkoopera u twettaq skambju ta' informazzjoni b'mod regolari mal-Istati Membri, mal-industriji tal-Unjoni u mal-partijiet interessati. |
||||
|
Emenda 34 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid) |
|||||
|
|
5b. Fuq talba motivata tal-Parlament Ewropew, ta' Stat Membru, tal-industrija tal-Unjoni, ta' kwalunkwe parti interessata, jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-banana li jiġu mill-Amerika Ċentrali, u jekk applikabbli, tadotta l-miżuri ta' sorveljanza preventivi, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5. |
||||
|
Emenda 35 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5c (ġdid) |
|||||
|
|
5c. Il-miżuri ta' sorveljanza preventivi jiġu adottati mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2) ladarba l-volum limitu tal-mekkaniżmu jintlaħaq matul is-sena ta' kalendarju korrispondenti. |
||||
|
Emenda 36 |
|||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5d (ġdid) |
|||||
|
|
5d. Fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jistedinha għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli sabiex tippreżentalu u tispjegalu kwalunwke kwistjoni marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim li se tolqot is-settur tal-banana. |
||||
(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0237/2012).