15.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 332/104 |
Il-Ħamis 14 ta’ Ġunju 2012
Ġimgħa Ewropea ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-arrest kardijaku
P7_TA(2012)0266
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar l-istabbiliment ta' ġimgħa Ewropea ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-arrest kardijaku
2013/C 332 E/22
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fl-Ewropa madwar 400 000 persuna kull sena tbati minn arrest kardjaku f'daqqa li jseħħ barra l-isptar, b'rata ta' sopravivenza ta' inqas minn 10 %; |
B. |
billi s-sopravivenza ta' ħafna vittmi li jkunu jidhru b'saħħithom tiddependi mir-risuxxitazzjoni kardjopulmonari amministrata mill-persuni fil-qrib u d-defibrillazzjoni bikrija, u billi l-intervent fl-ewwel 3 sa 4 minuti jista' jżid l-opportunità ta' sopravivenza għal iktar minn 50 %; |
C. |
billi fl-Ewropa, il-programmi ta' defibrillaturi esterni awtomatizzati huma implimentati parzjalment biss; |
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iħeġġu:
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu ġimgħa Ewropea ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-arrest kardijaku mmirata lejn it-titjib tal-kuxjenza u l-edukazzjoni tal-pubbliku ġenerali, tat-tobba u tal-professjonisti tas-saħħa; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali għal aċċess ugwali għal risuxxitazzjoni kardjopulmonari ta' kwalità għolja; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni armonizzata fl-UE kollha sabiex jipprovdu l-immunità mir-responsabilità għall-persuni mhux mediċi li jirreaġixxu l-ewwel biex joffru l-assistenza volontarja f'emerġenzi kardijaki; |
5. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tal-14 ta' Ġunju 2012 (P7_PV(2012)06-14(ANN1)).