17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/9


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/388/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 641/2012 dwar miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

2012/C 210/07

L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/388/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 641/2012 (2).

Fis-17 ta' Frar 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont UNSCR 751 (1992) dwar is-Somalja aġġorna l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi.

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU stabbilit skont UNSCR 751 (1992), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet biex jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar tagħrif irreferi: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom ikunu inklużi fil-listi tal-persuni u l-entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 356/2010, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill fl-indirizz segwenti, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, li d-deċiżjoni biex huma jkunu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Unità tal-Koordinazzjoni – DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275 (2) u l-Artikolu 263 (4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 38.

(2)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 3.