20.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/1


Notifika għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/159/PESK (1), u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

2012/C 81/01

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (2) u fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stabbilixxa li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/172/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 270/2011.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 270/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Unità tal-Koordinazzjoni DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qiegħda wkoll tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 80, 20.3.2012, p. 18.

(2)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63.

(3)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4.