29.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/25


DEĊIŻJONI SABIEX TINGĦALAQ IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA L-IRTIRAR MINN STAT MEMBRU

Għajnuna mill-Istat – Il-Greċja

(L-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika

Għajnuna mill-Istat C 21/09 – (ex N 105/08, N 168/08 u N 169/08) – Il-Greċja

Il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura u t-tagħmir fil-port ta' Piraeus – parti notifikata fl-ambitu tal-każ ex N 169/08

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 402/10

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura formali ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, mibdija fit-13 ta’ Lulju 2009 (1) fir-rigward tal-iffinanzjar tal-akkwist ta’ tagħmir tat-tagħbija u tal-ħatt fit-taqsima tat-Terminal tal-Kontejners tal-Port ta’ Piraeus (notifikat taħt N 169/08), u ħadet nota tal-fatt li l-Greċja rtirat in-notifika fl-1 ta' Ottubru 2010 u mhux se tkompli taħdem aktar fuq dan il-proġett li jinvolvi għajnuna.


(1)  ĠU C 245, 13.10.2009, p. 21.