7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/3 |
Komunikazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 dwar il-kompożizzjoni tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni maħtur fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
2012/C 199/05
Il-Kummissjoni ġeddet il-mandat tas-Sinjura SANCHEZ TRUJILLANO u tas-Sur TREVELYAN bħala membri tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-31 ta’ Lulju 2013.