1.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 127/3 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping
2012/C 127/03
1. Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Il-proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba għandha tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.
3. Il-limitu ta' żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2), fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Il-Prodott |
Il-Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Il-Miżuri |
Ir-Referenza |
Id-Data tal-iskadenza (3) |
Lajters taż-żnied tal-but li jaħdmu bil-gass u li ma jistgħux jerġgħu jimtlew u ċerti lajters taż-żnied tal-but li jistgħu jerġgħu jimtlew |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 (ĠU L 326, 12.12.2007, p. 1) |
13.12.2012 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Fax +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.