21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/5


Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

2012/C 117/04

Il-Qorti Għolja tal-Irlanda

FIL-KWISTJONI TAL-IRISH LIFE & PERMANENTI PLC (“ILP”) U FIL-KWISTJONI TAL-ATT TAL-2010 DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TAL-KREDITU (STABBILIZZAZZJONI)

Il-High Court (Il-Qorti Għolja) tal-Irlanda fit-28 ta' Marzu 2012 għamlet Ordinanza skont it-Taqsima 9 tal-Att tal-2010 dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu (Stabbilizzazzjoni), kif emendat mill-Att tal-2011 dwar il-Bank Ċentrali u l-Istituzzjonijiet tal-Kreditu (Riżoluzzjoni), (“l-Att”) fit-termini li ġejjin:

Għoti ta' struzzjonijiet lill-ILP biex fost l-oħrajn tieħu ċerti passi għall-iskop li teffettwa l-bejgħ tal-Irish Life Limited (“Irish Life”), sussidjarja b'sjieda sħiħa tal-ILP, u tas-sussidjarji tagħha, lill-Ministru tal-Finanzi tal-Irlanda (“il-Ministru”) bħala parti mir-rikapitalizzazzjoni tal-ILP; tali passi li jinkludu iżda mhux limitati għal ftehim ta' xiri ta' ishma mal-Ministru fir-rigward tal-ishma kapitali kollha maħruġa tal-Irish Life u passi oħra li jippermettu s-separazzjoni tan-negozju tal-assigurazzjoni u dak bankarju tal-ILP inkluż li jitlesta l-ħolqien ta’ strutturi bħal dawn skont il-ħtieġa biex jiffaċilitaw din is-separazzjoni u d-dħul fi ftehim bħal dan skont il-ħtieġa biex tiġi ffaċilitata din is-separazzjoni.

Il-Qorti ddikjarat fost l-oħrajn li dik l-Ordinanza u kull parti minnha, safejn hija indirizzata u magħmula fir-rigward tal-ILP hija miżura ta' riorganizzazzjoni għall-iskopijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001.

Skont it-Taqsima 11 tal-Att, tista’ ssir applikazzjoni lill-Qorti Għolja tal-Irlanda f’Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, l-Irlanda, biex titwarrab l-Ordinanza skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha, sa mhux iktar tard minn 14-il jum wara t-30 ta' Marzu 2012, li hija d-data tal-pubblikazzjoni tal-Ordinanza skont it-Taqsima 9A(1)(b) tal-Att. Skont it-Taqsima 64(2) tal-Att ma jista’ jsir l-ebda appell bis-saħħa tal-Ordinanza quddiem il-Qorti Suprema mingħajr il-kunsens tal-Qorti Għolja.

Il-kopji sħaħ tal-Ordinanza jinsabu disponibbli fl-Uffiċċju Ċentrali tal-High Court permezz tal-posta elettronika fl-indirizz listroomhighcourt@courts.ie