|
5.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/39 |
Avviż dwar miżuri ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' siliko-manganiż li joriġina fil- inter alia, Kazakistan
2012/C 102/15
Bis-sentenza tagħha tat-30 ta’ Novembru 2011 fil-każ T-107/08, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ħassret l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/2007 (1) tal-4 ta’ Diċembru 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ silikomanganiż li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Kazakistan u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ silikomanganiż li joriġinaw fl-Ukraina safejn l-Artikolu japplika għall-importazzjonijiet ta’ silikomanganiż manifatturati minn Transnational Company “Kazchrome” AO.
Konsegwentement, id-dazji definittivi anti-dumping imħallsa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/2007 fuq l-importazzjonijiet ta’ silikomanganiż (inkluż ferrosilikomanganiż) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7202 30 00 u ex 8111 00 11 (kodiċi TARIC 8111001110) manifatturati minn Transnational Company “Kazchrome” AO, għandhom jitħallsu jew jinħafru. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandhom jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.
Bħala konsegwenza tas-sentenza tat-30 ta’ Novembru 2011, Transnational Company “Kazchrome” AO (kodiċi addizzjonali TARIC B271) ma għadux suġġett għall-miżuri imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/2007.
(1) ĠU L 317, 5.12.2007, p. 5.