9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/33


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 71/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“CARNE MARINHOA”

Nru tal-KE: PT-PDO-0117-0233-09.01.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott effettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Image

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rapport

Image

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi speċifikat)

2.   Tip ta' bidla:

Emenda fid-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju

Image

Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju

Emenda fl-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja fl-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott:

L-għan huwa li jkun żgurat li l-“Carne Marinhoa” jista’ jitqiegħed fis-suq fi klassifikazzjonijiet ta’ età u piż f’konformità mal-leġislazzjoni kurrenti skont il-bażi tal-piż attwali tal-annimali fid-data tat-tbiċċir, fid-dawl tat-titjib ġenetiku immirat biex jipprijoritizza l-“laħam” aktar milli l-aspett ta’ “xogħol”.

In-nomini varji tal-klassijiet tal-prodotti huma konformi mal-leġislazzjoni fis-seħħ, f’termini ta età u piż tal-annimali għat-tbiċċir.

3.2.   Żona ġeografika:

Dawk li jrabbu fil-muniċipalitajiet ta’ Coimbra, Figueira da Foz, Montemor-o-Velho u Soure, fil-bordura taż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-“Carne Marinhoa”, talbu lill-Agrupamento de Produtores Gestor da Denominação de Origem sabiex din iż-żona tiġi estiża abbażi tal-fatt li l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jinkiseb il-prodott, speċifikament f’termini ta’ għalf, it-trobbija tal-annimali, l-ammont ta’ bhejjem, il-metodu tat-trobbija, ir-razza u t-tradizzjonjiet, jiġu ssodisfati. F’dawn il-muniċipalitajiet, dawn li ġejjin huma simili jekk mhux identiċi: il-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-prattiki ta’ trobbija, l-ammont ta’ bhejjem, il-flora dominanti, ir-razza Marinhoa nfisha, il-prattiki agrikoli u l-metodu tat-trobbija u l-għalf, li kollha jirriżultaw fi prodott bl-istess fatturi fiżiċi, kimiċi u sensorji eżatt bħal dawk tal-“Carne Marinhoa”.

3.3.   Prova tal-oriġini:

L-għan huwa li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 510/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 fir-rigward tal-provi ta’ oriġini, li jiżguraw li l-proċeduri li min irabbi, il-biċċiera, l-impjanti tat-tqattigħ u l-impjanti tal-ippakkjar għandhom jimplimentaw huma aktar ċari u espliċiti sabiex ikunu żgurati l-garanziji rigward l-oriġini ġeografika tal-prodott.

3.4.   Tikkettar:

Id-dispożizzjonijiet hawn fuq qed jiġu rfinuti u ċċarati u dispożizzjonijiet oħra qed ikunu adottati sabiex jipprevjenu partijiet terzi milli jieħdu vantaġġ mill-valur u l-prestiġju tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini, u sabiex jipprojbixxu t-tehmiż ta’ ismijiet u distributuri u aġenti oħra mad-DPO. Madanakollu, ma hemm l-ebda projbizzjoni fuq jekk dawn il-marki għandhomx jidhru fuq it-tikketta tal-prodott.

Saru wkoll xi bidliet editorjali u lingwistiċi fl-Ispeċifikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CARNE MARINHOA”

Nru tal-KE: PT-PDO-0117-0233-09.01.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Carne Marinhoa”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.1.

Laħam frisk (u l-intern)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):

Laħam tari ħafna u sukkulenti li ġej mir-razza tal-baqar Marinhoa, li hija kkaratterizzata minn kemm hija mlaħħma u l-geddum twil tagħha. Il-lewn tal-laħam tal-Marinhoa jvarja minn roża ċar fil-vitella għal aħmar skur fil-laħam taċ-ċanga; għandu konsistenza soda, u huwa kemxejn umdu u għalhekk sukkulenti. Il-lewn tax-xaħam ukoll ivarja bejn abjad u safrani, jiddependi fuq l-età tal-annimal. Il-laħam jinbiegħ kif ġej:

Vitella – karkassi jew qatgħat minn annimali mbiċċra sal-età ta’ 8 xhur. Piż tal-karkassa bejn 70 kg u 180 kg.

Laħam taċ-ċanga – karkassi jew qatgħat minn annimali mbiċċra ta' età bejn 8 u 12-il xahar. Piż tal-karkassa sa 240 kg.

Annimal bovin maskili jew femminili – karkassi jew qatgħat minn annimali maskili jew femminili mbiċċra ta’ età bejn 12 u 30-il xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 180 kg.

Baqra – karkassi jew qatgħat minn annimli femminili li jaqbżu l-età ta’ 30 xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 220 kg.

Barri – karkassa jew biċċiet minn annimali maskili ta' età ta' aktar minn 30 xahar. Piż tal-karkassa ta’ aktar minn 220 kg.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss):

Mhux applikabbli.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

It-trobbija tal-merħla Marinhoa, kif ipprattikat fiż-żona ġeografika inkwistjoni, huwa bbażat fuq l-għalf tradizzjonali bħall-art miksija bil-ħaxix permanenti f’dan ir-reġjun.

Matul iż-żmien fis-sena meta l-merħla tinżamm ġewwa, jingħataw għalf ibbażat fuq is-sikrana, qamħirrum (imżiewed), qamħ u tiben prodotti fuq ir-razzett innifsu jew minn irziezet fir-reġjun.

Hija wkoll prattika komuni li l-annimali jiġu pprovduti b’għalf prodott fir-razzett ibbażat fuq il-qamħirrum, ir-ross jew ċereali oħra u prodotti sekondarji tal-oriġini minn pjanti li wieħed isib f’razzett.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:

L-annimali li jipproduċu l-“Carne Marinhoa” jridu jkunu twieldu, trabbew u tbiċċru fiż-żona ġeografika definita. L-annimali kollha għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru tat-Twelid, filwaqt li l-friegħ tal-baqar li jiddaħħlu fil-ktieb tal-merħla tar-razza Marinhoa, għandhom ukoll jiddaħħlu f’dan il-ktieb tal-merħla.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Tkun kif tkun il-preżentazzjoni kummerċjali tal-laħam, il-kliem “Carne Marinhoa — Denominação de Origem Protegida” iridu jidhru fuq it-tikketti, flimkien mal-marka għall-konformità indelibbli u għal kontra t-tbagħbis għall-“Carne Marinhoa”.

Image

L-isem tal-kummerċjalizzazzjoni – “Carne Marinhoa DPO” – ma jistax ikollu miegħu xi referenza oħra jew imsemmi mod ieħor, lanqas mill-isem tad-ditta tad-distributuri jew oħrajn, għalkemm dawn jistgħu jidhru fuq it-tikketti.

4.   definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika li fiha jitwieldu, jitrabbew u jitbiċċru l-annimali li jipproduċu l-“Carne Marinhoa” tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Águeda, Albergaria-a-Velha, Anadia, Aveiro, Cantanhede, Coimbra, Estarreja, Figueira da Foz, Ílhavo, Mealhada, Mira, Montemor-o-Velho, Murtosa, Oliveira do Bairro, Ovar, Sever do Vouga, Soure u Vagos, u wkoll il-parroċċi ta’ Ul, Loureiro, Pinheiro da Bemposta u Palmaz fil-muniċipalità ta’ Oliveira de Azeméis.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika hija waħda mill-aktar żoni fertili fil-Portugall, u tkopri l-baċiri tax-xmajjar Vouga, Águeda u Antuã. Iż-żona tal-Marinha għandha ħamrija relattivament imtajna u fertili, b’ilma ta’ taħt l-art li mhux fond ħafna, u għandu kapaċità kbir ta’ għalf. It-tkabbir taċ-ċereali, b’mod partikolari l-qamħirrum, huwa predominanti fiż-żoni anqas mistagħdra. Minħabba l-karatteristiċi ta’ din it-tip ta’ ħamrija, il-mekkanizzazzjoni kienet diffiċli, għalhekk kienu meħtieġa baqar kbar li kienu kapaċi jaħdmu fuq ħamrija tqila ħafna. Huma għaldaqstant kienu nġiebu hawnhekk għal żewġ raġunijiet: ix-xogħol u l-laħam.

Minħabba dawn il-kundizzjonijiet, l-annimali jirgħu fil-libertà fuq biċċiet żgħar ta’ art jew jiġu mgħalfa għalf u prodotti taċ-ċereali.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-baqar Marinhoa, li huma adattati sew għar-reġjun, fil-bidu inġiebu hemm għal żewġ raġunijiet – ix-xogħol u l-laħam. Filwaqt li l-għelejjel tradizzjonali u l-għalf baqgħu jitkabbru, il-baqar ma għadhomx jintużaw aktar għax-xogħol. It-titjib tar-razez għalhekk twettaq bil-għan li tittejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni tal-laħam tal-baqar.

Il-baqar Marinhoa għandhom il-konformazzjoni u l-fattizi fiżiċi kompatibbli mat-tip ta’ ħamrija tqila li tinstab fir-reġjun; it-trobbija tal-annimali prattikata hija karatteristika ta' dawn il-kundizzjonijiet.

Il-karkassi miksuba minn din is-sistema ta' produzzjoni huma relattivament kbar. Il-lewn tal-laħam miksub minn dawn il-karkassi jvarja minn roża ċar fil-vitella għal aħmar skur fil-laħam taċ-ċanga; għandu konsistenza soda, u huwa kemxejn umdu. Il-lewn tax-xaħam ukoll ivarja bejn abjad u safrani, jiddependi fuq l-età tal-annimal.

Il-laħam huwa sukkulenti ħafna u b’ħafna togħma.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi fir-reġjun, il-karatteristiċi tar-razza u t-tip ta’ għalf ipprovdut b’mod naturali jipproduċu annimali kbar jew ta' daqs medju b’karkassi xi drabi tqal ikkumparati mal-età tat-tbiċċir, bi ftit depożiti ta’ xaħam fuq u fil-karkassi u fil-kavitajiet. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-laħam huma s-sukkulenza u l-irtubija, togħma qawwija, sawra soda u konsistenza pjaċevoli fl-immastikar u, fuq kollox, riħa u togħma karatteristiċi li mhumiex intensi ħafna minħabba l-ambjent u l-ħaxix li l-annimali ragħaw fuqu fil-libertà jew l-għalf naturali li ngħataw.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.gpp.pt/Valor/doc/CE_Carne_marinhoa_DOP.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.