11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/5


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantità mhux mitluba li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-setturi tal-laħam tat-tjur, tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

2012/C 38/06

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (1), (KE) Nru 536/2007 (2), (KE) Nru 539/2007 (3), (KE) Nru 1384/2007 (4) u (KE) Nru 1385/2007 (5) fetħu kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-setturi tal-laħam tat-tjur, tal-bajd u tal-albumina tal-bajd. L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2011 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2012, għall-kwoti 09.4068, 09.4070, 09.4169, 09.4015, 09.4402, 09.4091, 09.4411 u 09.4421 kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (6), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet huma miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2012, u jidhru fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.


(1)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.

(2)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.

(4)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.

(5)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.

(6)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

Nru tal-ordni tal-kwota

Kwantità li għaliha ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012

(f'kg)

09.4068

6 002 900

09.4070

876 750

09.4169

12 477 750

09.4015

108 000 000

09.4402

8 706 011

09.4091

140 000

09.4411

1 275 000

09.4421

161 000