15.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 388/86 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija
2012/C 388/15
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”), li tinsab f’Vigo, twaqqfet permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li torganizza l-koordinazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri sabiex tiżgura applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Aġenzija, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
Ir-responsabbiltà tal-Maniġment
4. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi (7) l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (8) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Awditur
5. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9), abbażi tal-verifika tagħha, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. |
6. |
Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari. |
7. |
Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżit tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. |
8. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt. |
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
9. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Aġenzija (10) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni (11). |
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha. |
11. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-AĠENZIJA
12. |
Il-Qorti identifikat ħtieġa ta’ titjib tal-proċeduri tal-akkwist. L-Aġenzija ma ddokumentatx b’mod adegwat l-istima tal-valuri tal-kuntratti fil-fajls tal-akkwist. Xi wħud mill-kriterji ta’ għażla għal offerenti jeħtieġu li jkunu aktar speċifiċi biex itejbu aktar it-trasparenza tal-proċeduri. |
13. |
L-Aġenzija għad m’għandhiex proċeduri adegwati fis-seħħ biex tirreġistra u tagħti rendikont ta’ spejjeż relatati mal-ġenerazzjoni ta’ attivi intanġibbli interni. |
KUMMENTI OĦRA
14. |
Matul il-perjodu tal-proċedura ta’ ħatra tad-Direttur eżekuttiv, membru tal-Bord Amministrattiv kiser ir-regolamenti li jmexxu l-ħatriet għal karigi prinċipali billi ħabbar il-kandidat li l-Kummissjoni kienet bi ħsiebha tivvota għalih. |
15. |
Il-Qorti identifikat ħtieġa li ttejjeb aktar il-proċeduri tal-għażla tal-persunal. Avviżi ta’ postijiet vakanti ma tawx informazzjoni dwar proċeduri ta’ ilmenti u appelli. Il-laqgħat tal-Bord ta’ Għażla ġew dokumentati b’mod insuffiċjenti u f’każ wieħed ta’ reklutaġġ l-Awtorità tal-Ħatra ma segwietx l-ordni tal-lista tal-Bord ta’ Għażla mingħajr ma tat raġuni. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Settembru 2012.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.
(4) Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(7) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(8) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(9) L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(10) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fid-29 ta' Ġunju 2012 u rċevuti mill-Qorti fil-05 ta' Lulju 2012. Il-Kontijiet Annwali Finali, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. Dawn jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://cfca.europa.eu/.
(11) Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.
ANNESS
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (1) (Vigo)
Il-kompetenzi u l-attivitajiet
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Art. 43 TFUE) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevvista fl-Artikolu 40(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd. |
||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009) |
L-għanijiet
Il-kompiti / missjoni
Nitolbuk tinnota li, fost kompetenzi oħra, wara l-emendar tar-Regolament ta’ stabbiliment tal-Aġenzija mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
It-tmexxija |
Il-Bord Amministrattiv Il-kompożizzjoni Jikkonsisti f'rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni. Il-kompiti Jadotta l-baġit, il-programm ta’ ħidma u r-rapport annwali. Jadotta l-baġit finali u t-Tabella tal-persunal. Jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali. Ir-Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord Amministrattiv minn lista ta’ mill-anqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni. Il-Verifika Esterna Il-Qorti tal-Awdituri Il-kontroll intern Is-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni. L-Awtorità ta’ Kwittanza Il-Parlament, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2011 (2010) |
Il-baġit finali Il-Baġit Totali: EUR 12,85 (11,01) miljun
Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011 53 (53) Aġent Temporanju prevvisti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 52 (52) + 5 (5) Aġenti b'Kuntratt prevvisti li minhom okkupati 4 (2) It-total tal-persunal prevvist: 58 (58), li minnhom okkupati 56 (54) |
||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 (2010) |
Il-Koordinazzjoni Operattiva
Il-Bini tal-Kapaċità
(ara l-Programm ta’ Ħidma 2011 tal-Aġenzija għad-dettalji.) |
||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
(1) Nitolbuk tinnota li isem l-Aġenzija nbidel minn “Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd” għal “Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd” fl-01 ta' Jannar 2012.
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.
IT-TWEĠIBIET TAL-AĠENZIJA
12. |
L-Aġenzija stabbiliet sett ta’ proċeduri interni biex tiżgura bażi soda għall-istima tal-valuri tal-kuntratti u tiddokumenta dan il-proċess. Madankollu, l-Aġenzija tieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti u se ttejjeb id-dokumentazzjoni fil-fajls ta’ akkwist. L-Aġenzija aċċetat ukoll l-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-kriterji tal-għażla. |
13. |
L-Aġenzija tiġbed l-attenzjoni li l-ispiża interna li għandha tiġi rreġistrata u kkunsidrata, hija limitata ħafna. Madankollu, l-Aġenzija bħalissa qed tagħmel reviżjoni tal-attivitajiet amministrattivi u operattivi u se tieħu l-kummenti tal-Qorti matul dan il-proċess. |
14. |
L-aġir tal-Membri tal-Bord Amministrattiv ma jaqax taħt il-kontroll tal-aġenzija, u għalhekk id-Direttur Eżekuttiv mhuwiex responsabbli mill-proċeduri. |
15. |
L-Aġenzija se żżid din l-informazzjoni mal-avviżi tagħha ta’ postijiet battala u se tadatta l-mudell standard tal-minuti għas-suġġerimenti tal-Qorti. L-Aġenzija tifhem li l-kandidati kollha fuq il-lista li tressqu mill-Bord tal-Għażla huma eliġibbli għal impjieg. Fil-każ speċifiku li ssemma, kien hemm żewġ kandidati b’marki ħafna ogħla mill-oħrajn. Minħabba d-differenza minima bejn il-marki taż-żewġ kandidati, l-Awtorità tal-Ħatra għażlet wieħed miż-żewġ kandidati li fl-aħħar tqies li kien l-aktar wieħed adegwat. |