DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Blueprint biex Nipproteġu r-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa /* SWD/2012/0381 final/2 */
Introduzzjoni L-UE żviluppat matul diversi snin
politika komprensiva tal-ilma li gradwalment imxiet milli prinċipalment
tindirizza tħassib dwar is-saħħa għall-impatti ambjentali
tas-setturi l-kbar li jużaw l-ilma. Mill-2000 ’l hawn, bl-adozzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD),
il-politika dwar l-ilma għamlet pass ’il quddiem f’bidla li ħadet
approċċ integrat għall-immaniġġjar tal-ilma,
abbażi tal-kunċett ta’ “immaniġġjar tal-baċin tax-xmara”
bil-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilmijiet kollha tal-UE sal-2015. Il-Valutazzjoni tal-Impatt (IA - Impact Assessment) tal-Komunikazzjoni
“Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa”
('il-Blueprint') iġġib flimkien diversi valutazzjonijiet, tidentifika
l-isfidi ewlenin għall-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma u
tevalwa għażliet alternattivi ta’ politika għal azzjonijiet
fil-livell tal-UE. Dan
is-sommarju eżekuttiv jagħti prominenza lill-messaġġi
ewlenin mir-rapport prinċipali.
1.
Kwistjonijiet Proċedurali u Konsultazzjoni tal-Partijiet
Interessati
Il-Blueprint huwa inkluż fil-Programm ta’
Ħidma tal-Kummissjoni għall-2012 taħt 2012/ENV/005. L-abbozzar
tal-IA iddependa fuq proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa interna u
esterna. Ibbenefika mill-kontribuzzjonijiet minn grupp ta’ inter servizzi, u
mir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Ġew involuti il-partijiet interassati
fil-proċess tal-IA fi stadju bikri permezz tal-Istrateġija Komuni ta’
Implimentazzjoni stabbilita għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (CIS – WFD)
li ġġib flimkien l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-pajjiżi
tal-adeżjoni, il-kandidati (potenzjali) u dawk taż-ŻEE, kif
ukoll il-partijiet interessati u l-NGOs. Fl-24-25 ta’ Mejju 2012 saret
konferenza tal-partijiet interessati (it-3 Konferenza tal-UE dwar l-Ilma) biex
ikunu diskussi l-għażliet għal abbozz ta’ politika. Saru
żewġ konsultazzjonijiet ta’ 12-il ġimgħa l-waħda:
l-ewwel waħda dwar il-Kontroll tal-Kundizzjoni tal-Politika dwar l-Ilma,
bejn is-6/12/2011 u s-27/2/2012, u t-tieni waħda, dwar
l-għażliet tal-politika, bejn is-16/3/2012 u t-8/6/2012. B’mod ġenerali, il-partijiet interessati
taw l-appoġġ tagħhom għal azzjoni mhux
leġiżlattiva tal-UE biex ikunu indirizzati l-problemi tal-ilma. Dan
kien jinkludi appoġġ għal gwida u għodod b’rabta mal-bilanci
tal-ilma, l-iffissar ta’ miri u l-irkupru tal-ispejjeż, kif ukoll azzjoni
biex titjieb l-effiċjenza fl-informazzjoni u fir-rapportar. Kien hemm
ukoll appoġġ għal xi għażliet leġiżlattivi,
bħal possibbilment regolamentazzjoni ġdida dwar standards
għall-użu mill-ġdid tal-ilma. Dwar l-introduzzjoni ta’
kondizzjonalità addizzjonali fil-finanzjament tal-UE, bħall-Politika
Agrikola Komuni (PAK), kien hemm opinjonijiet diverġenti ħafna,
għalkemm f’kull każ il-maġġoranza appoġġat
l-introduzzjoni ta’ aktar kondizzjonalità. Kien hemm ukoll appoġġ
qawwi biex jintuzaw fondi differenti tal-UE biex jappoġġaw
il-miżuri.
2.
Kuntest tal-politika, Definizzjoni tal-problemi u s-Sussidjarjetà
Id-WFD stabbilixxiet qafas legali biex tikseb
immaniġġjar sostenibbli tal-ilma fl-UE. Id-WFD hija implimentata
f’sistema ta’ ċikli li jerġgħu jseħħu kull sitt snin. L-Istati
Membri kien jeħtiġilhom li jagħtu l-ewwel Pjanijiet ta’
Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara (RBMPs – River Basin Management
Plans) tagħhom sa tmiem l-2009 u għandhom jeżaminaw
mill-ġdid dawn il-pjanijiet kull 6 snin. Il-Programmi ta’ Miżuri
(PMs) żviluppati taħt il-pjanijiet għandhom ikunu oeprattivi sa
tmiem l-2012. It-2 ċiklu tar-RBMPs jeħtieġ li jkun daħal
fis-seħħ sa tmiem l-2015. Sal-2019, id-WFD għandha tkun
ġiet eżaminata u, jekk ikun meħtieġ, riveduta. L-ilmijiet Ewropej jaffaċċaw diversi
sfidi, li d-dettalji tagħhom jinsabu fir-Rapport dwar l-Istat tal-Ilma: ·
L-informazzjoni rrappurtata fl-ewwel RBMPs tindika
li aktar min-nofs l-korpi tal-ilma tal-wiċċ fl-Ewropa jinsabu fi status
ekoloġiku mhux daqshekk tajjeb, u se jkunu jeħtiġu
miżuri addizzjonali għal dawk stabbiliti skont Direttivi oħrajn
(tan-Nitrati, l-Ilma Urban Mormi, l-Emissjonijiet Industrijali) biex
jintlaħqu dawk l-għanijiet. ·
L-iskarsezza tal-ilma qed tinfirex fl-Ewropa.
Żoni kbar, partikolarment fin-nofsinhar tal-Ewropa, qed jintlaqtu minn
skarsezza tal-ilma, filwaqt li l-użijiet li jikkompetu qed iżidu
d-domanda madwar il-kontinent. ·
Il-frekwenza u l-intensità tal-għargħar
u n-nixfa u l-ħsara ambjentali u ekonomika tagħhom jidher li
żdiedu tul dawn l-aħħar tletin sena. Dan jista’ jkun attribwit
kemm għal tibdil fil-klima kif ukoll għal pressjonijiet
antropoġeniċi oħrajn (eż. il-bidliet fl-użu tal-art). Pressjonijiet sinifikanti fuq l-ilmijiet
tal-UE jirriżultaw mir-rilaxx ta’ sustanzi li jniġġsu,
l-alterazzjonijiet idromorfoloġiċi u l-astrazzjoni tal-ilma, li
jseħħu l-aktar minħabba t-tkabbir demografiku, l-użu
tal-art u l-attività ekonomika. Biex din tingħeleb, hemm il-bżonn ta’
aktar implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mmaniġġjar
tar-riżorsi tal-ilma biex jitjiebu l-effiċjenza u s-sostenibbiltà
fl-użu tar-riżorsi tal-ilma, inkluż: ·
Miżuri Naturali għar-Ritenzjoni
tal-Ilma (NWRM - Natural Water Retention Measures)
għas-salvagwardja u t-tisħiħ tal-potenzjal ta’ ħżin
tal-ilma mill-ħamrija u l-ekosistemi, li jwasslu benefiċċji
reċiproki, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-bijodiversità,
il-prevenzjoni tad-diżastri, l-adattament għat-tibdil fil-klima u
l-mitigazzjoni tagħha. ·
Miżuri ta’ effiċjenza fl-użu
tal-ilma li spiss ikunu metodi sostenibbli u kosteffettivi biex jittrattaw
sitwazzjonijiet ta’ stress tal-ilma għaliex joffru, pereżempju
fil-bini, potenzjal ta’ ffrankar sinifikanti tal-enerġija assoċjat
mal-iffrankar tal-ilma. ·
Provvista alternattiva tal-ilma bħall-użu mill-ġdid tal-ilma jew id-desalinizzazzjoni. F’konformità mal-prinċipju
tas-sussidjarjetà, il-Blueprint jiffoka fuq problemi u strumenti tal-politika
li huma rilevanti għall-immaniġġjar tal-ilma fil-livell
tal-UE, fejn titqies ukoll l-evalwazzjoni mwettqa fil-kuntest tal-Kontroll
tal-Kundizzjoni, il-valutazzjoni tar-RBMPs u l-eżami mill-ġdid
tal-politika dwar l-Iskarsezza tal-Ilma u l-Perjodi ta’ Nixfa (WSD – Water
Scarcity and Droughts). Ġew identifikati l-4 kategoriji ta’ problemi ma’ 12-il
problema ewlenija li ġejjin. ·
L-ewwel, hemm użu insuffiċjenti ta’
strumenti ekonomiċi biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-swieq li ma jtellfu l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmijin hawn fuq. Partikolarment: (1)
Skemi attwali ta’ pprezzar fl-Ewropa spiss
jonqsu milli jikkombinaw l-għanijiet ta’ effiċjenza u imparzjalità u
ma jippermettux grad sostenibbli ta’ rkupru ta’ spejjeż
għall-finanzjament tal-miżuri. (2)
Hemm metraġġ insuffiċjenti
tal-konsum tal-ilma minkejja l-fatt li dan huwa kundizzjoni minn qabel
meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ prezzar
inċentivat. (3)
Hemm sensibilizzazzjoni insuffiċjenti
min-naħa tal-konsumaturi u tan-negozji dwar il-kwistjoni tal-ilma kontenut
u nuqqas ta’ skemi ta’ tikkettar adegwat, partikolarment għal
prodotti kummerċjalizzati globalment. ·
It-tieni, hemm riskju
li l-miri tad-WFD mhux se jinkisbu għaliex hemm nuqqas ta’
integrazzjoni u koerenza ma’ oqsma oħrajn tal-politika, inkluż
l-agrikoltura, il-koeżjoni, l-industrija u l-ippjanar tal-użu
tal-art. Għall-politika tal-PAK u l-Koeżjoni hemm potenzjal għal
iktar integrazzjoni tal-politika li tista’ toħroġ
mill-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE propost.
Iżda, meħtieġ appoġġ ulterjuri: (4)
għall-integrazzjoni ta’ miżuri
għal użu tal-art, (5)
għal effiċjenza fl-użu tal-ilma
fil-bini u fl-apparati, (6)
biex tkun indirizzata it-tnixxija
fl-infrastruttura tal-ilma u (7)
biex jibda jintuża l-ilma mill-ġdid
permeżż ta’ standards komuni tal-UE. ·
It-tielet,
jeħtieġ titjieb il-governanza preżentament ineffettiva
billi: (8)
Jiġu indirizzati l-ippjanar u l-immaniġġjar
ineffettiv tal-ilma biex jiġu indirizzati l-problemi ta’
koordinazzjoni, għaliex dan jista’ jaffettwa l-istabbilment
tal-għanijiet globali għal qbid, kif ukoll l-applikazzjoni
kosteffettiva ta’ miżuri u strumenti individwali. (9)
Jiġi żviluppat sett tad-dejta xieraq u
metodoloġija konsistenti għall-kalkolu tal-bilanċi tal-ilma,
il-flussi u l-miri ekoloġiċi. (10)
Jitjieb l-ippjanar tal-immaniġġjar
tar-riskju tan-nixfa f’xi Stati Membri biex tintlaqa’ l-isfida
għall-protezzjoni tal-ekonomiji u tas-soċjetà minn impatti ta’
perjodi ta’ nixfa. ·
Ir-raba’,
jeħtieġ li jkunu indirizzati l-lakuni fl-għarfien: (11)
Hemm lakuni konsiderevoli fl-informazzjoni,
partikolarment fir-rigward ta’ metodoloġija konsistenti għall-kalkolu
tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-PMs jew tan-nuqqas ta’
azzjoni. (12)
Meta l-informazzjoni hija disponibbli, għad
hemm problemi fir-rigward tal-konsistenza, it-tixrid u
l-aċċessibbiltà fil-livell adatt tat-teħid
tad-deċiżjonijiet. Hemm lok ukoll għal titjib fl-effiċjenza
tal-istatistika preżenti u r-rekwiżiti tar-rapportar. Dawn il-problemi madwar l-UE
tal-immaniġġjar tal-ilma qed ifixklu l-kisba ta’ status tajjeb u
t-tnaqqis tal-istress tal-ilma u tal-vulnerabbiltà għal avvenimenti
estremi. Dan iħalli impatti negattivi fl-ambjent tal-ilma u, bħala konsegwenza,
fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi. Minbarra dan, hemm impatti
soċjoekonomiċi sostanzjali: għadd ta’ setturi ekonomiċi
(produzzjoni tal-ikel u l-enerġija, it-trasport, it-turiżmu u
s-servizzi ta’ rikreazzjoni) jiddependu direttament mid-disponibbiltà tal-ilma
ta’ livelli speċifiċi ta’ kwalità u minn servizzi tal-ekosistemi
relatati mal-ilma. Avvenimenti estremi bħall-għargħar u n-nixfa
wkoll jikkawżaw ħsara sustanzjali ħafna lis-setturi
ekonomiċi u lill-popolazzjoni b’mod ġenerali. L-impatti spiss huma
konċentrati f’pajjiżi bi dħul aktar baxx u f’reġjuni
b’livelli baxxi ta’ żvilupp, b’mod partikolari f’żoni rurali,
minħabba r-rata aktar baxxa ta’ implimentazzjoni ta’ regolamenti dwar
l-ilma tax-xorb u t-trattament tal-ilma mormi, l-infurzar dgħajjef jew
nuqqas ta’ ppjanar tal-użu tal-art f’żoni li għandhom tendenza
għall-għargħar, u anqas aċċess għal
teknoloġiji tal-iffrankar tal-ilma, u l-għarfien. Minbarra dan,
l-aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb u s-sanità
għandhom jitqiesu fi ħdan qafas tad-drittijiet tal-bniedem.
3.
Għanijiet
Il-Blueprint jippreżenta t-tweġiba
politika għall-isfidi deskritti hawn fuq bl-għan fit-tul li tkun żgurata
d-disponibbiltà tal-ilma ta’ kwalità tajba għal użu sostenibbli u
ekwitabbli tal-ilma. Dan
jikkontribwixxi għat-3 dimensjonijiet kollha tal-istrateġija Ewropa 2020
(Tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv). Biex jintlaħaq dan l-għan, hemm il-ħtieġa li
fil-livell tal-UE jiġi implimentat approċċ bilanċjat, li
jiffoka fuq: ·
Il-Kisba ta’ Status Tajjeb f’korpi tal-ilma
tal-UE sal-2015 bħala regola, jew sa mhux aktar tard mill-2027 għal
korpi speċifiċi tal-ilma koperti mill-eżenzjonijiet tad-WFD ·
It-tnaqqis tal-istress tal-ilma billi
titqies il-ħtieġa li jinżammu flussi ekoloġiċi
fil-livell kompatibbli mal-kisba tal-għanijiet tad-WFD ·
It-tnaqqis tal-vulnerabbiltà
għat-tibdil fil-klima u l-avvenimenti estremi Dwar l-istress tal-ilma u l-vulnerabbiltà,
għandhom ikunu stabbiliti għanijiet konkreti fil-livell
tal-baċin tax-xmara u integrati fit-2 sessjoni tar-RBMPs. Ġew identifikati erba’ settijiet ta’ għanijiet
speċifiċi li jirriflettu l-erba’ kategoriji msemmijin hawn fuq
ta’ mmaniġġjar ta’ problemi tal-ilma. Dawn huma: –
Li jiżdied l-użu ta’ strumenti
ekonomiċi għall-allokazzjoni aħjar ta’ riżorsi u
l-internalizzazzjoni ta’ spejjeż esterni. –
Li titrawwem l-integrazzjoni ta’
tħassib dwar l-ilma f’politiki settorjali sabiex ikun żgurat
l-użu ulterjori ta’ miżuri naturali ta’ ritenzjoni tal-ilma,
miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-ilma fil-bini u fl-apparati,
użu mill-ġdid tal-ilma u għodod biex tonqos it-tnixxija
fl-infrastruttura tal-provvista tal-ilma. –
Li tinkiseb governanza aktar effiċjenti
tal-ilma u relazzjoni effettiva fil-ħidma ta’ bejn l-istituzzjonijiet,
u jkunu integrati b’mod sħiħ il-kwalità u l-kwantità tal-ilma u
t-tħassib dwar l-idromorfoloġija fl-immaniġġjar tal-ilma. –
Li jitjiebu l-għarfien u l-għodod
disponibbli għall-maniġers tal-ilma, li jgħinu fit-teħid
effettiv tad-deċiżjonijiet u fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv.
4.
Għażliet tal-Politika
L-għażliet tal-politika vvalutati
għall-Blueprint għandhom l-għan li jipprovdu "sett ta’
għodod" għall-Istati Membri, li jappoġġa
l-implimentazzjoni tal-miżuri l-aktar rilevanti, u li jistgħu
jitqiegħdu fi gruppi taħt 4 approċċi differenti: –
L-ewwel sett ta’ għażliet jikkonsisti f’approċċ
volontarju li jinkludi l-iżvilupp ta’ varjetà ta’ għodod
differenti u gwida biex jappoġġaw l-immaniġġjar prattiku
tal-ilma fil-livelli tal-UE u tal-baċini tax-xmajjar. –
Għażliet skont approċċ
regolatorju għandhom l-għan li jiksbu ħafna mill-istess
għanijiet biex jappoġġaw l-immaniġġjar prattiku
tal-ilma, iżda permezz ta’ mezzi leġiżlattivi. –
Għażliet oħra huma dwar
l-isfruttament sħiħ possibbilment tal-kondizzjonalità
għall-fondi QKA (FEŻR, FK, FAEŻR) ta’ wara l-2013 u
għall-finanzjament tal-pilastru I tal-PAK, f’konformità mal-proposti
tal-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-PAK u mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
(QFP). –
- Fl-aħħar nett, għażliet
oħra għandhom l-għan li jiżguraw il-prijorità
għall-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma fl-infiq ta’ Fondi ta’
QKA (Oqfsa Komunitarji ta’ Appoġġ) u b’self mill-BEI. Din l-għażla ma ġġibx
magħha xi tibdil għall-qafas preżenti tal-politika fil-Qafas
Finanzjarju Pluriennali kif propost mill-Kummissjoni iżda tista’
sseħħ biss jekk il-prijoritajiet tal-ilma jitwettqu mill-Istati
Membri fl-ipprogrammar u l-ippjanar tal-infiq. Ġew
identifikati 37 għażla tal-politika għall-4 kategoriji ta’
problemi msemmijin hawn fuq u 12-il kwistjoni ewlenija. Din il-lista preliminari ta’ għażliet ġiet sottomessa
għall-konsultazzjoni pubblika u tal-partijiet interessati u ġiet
ivvalutata ulterjorment bil-ħsieb li jkun identifikat il-pakkett preferut
ta’ għażliet. Is-37 għażla jinsabu ppreżentati hawn
taħt, b’konnessjoni mal-għan speċifiku li jwieħbu
għal, u huma skont, l-approċċ ta’ politika li jinsabu kontenuti
fiha. Tabella
1: Lista ta’ għażliet meqjusin fil-Valutazzjoni tal-Impatt –
l-għażliet bl-aħmar u sottolinjati
huma miżmumin || Approċċi għan speċifiku || a) Volontarju || b) Regolamentazzjoni || c) Kondizzjonalità || d) Prijorità f’finanzjament 1 ipprezzar || Gwida għal skemi kummerċjali || mhux applikabbli || Inklużjoni fil-pilastru I tal-PAK tal-kundizzjonalità || mhux applikabbli 2 metraġġ || Użu tal-GMES || Emenda tad-WFD || Inklużjoni fil-pilastru I tal-PAK tal-kundizzjonalità || mhux applikabbli 3 tikkettar ta’ oġġetti kummerċjalizzati globalment || Tikkettar volontarju || Tikkettar mandatorju || mhux applikabbli || mhux applikabbli 4 NWRM || Gwida tas-CIS || Emenda tad-WFD || Skont regoli ta’ implimentazzjoni tal-QKA || Skont il-QKA u self mill-BEI 5.1 Apparati/Prodotti relatati mal-ilma || Tikkettar volontarju || Tikkettar mandatorju Inklużjoni fi Programm ta’ Ħidma għal Ekodisinn[1] || mhux applikabbli || mhux applikabbli 5.2 Bini || Għotja volontarja ta’ rati || Għotja mandatorja ta’ rati Rekwiżiti minimi Direttiva || mhux applikabbli || mhux applikabbli 6 Tnixxija || Gwida || mhux applikabbli || mhux applikabbli || Skont il-QKA u self mill-BEI 7 Użu mill-ġdid tal-ilma || Gwida tas-CIS Standard tas-CEN || Regolamentazzjoni || mhux applikabbli || Skont il-QKA u self mill-BEI 8 Governanza || Evalwazzjoni bejn il-pari || Emenda tad-WFD Emenda tad-Direttiva VAS || mhux applikabbli || mhux applikabbli 9 Iffissar ta’ miri || Gwida tas-CIS || Emenda tad-WFD || mhux applikabbli || mhux applikabbli 10 Ippjanar għal perjodi ta’ nixfa || Rakkomandazzjoni || Emenda għad-WFD Direttiva dwar perjodi ta’ nixfa || mhux applikabbli || mhux applikabbli 11 Spejjeż u benefiċċji || Gwida tas-CIS || Emenda tad-WFD || mhux applikabbli || mhux applikabbli 12 Tixrid ta’ tagħrif || Żvilupp ulterjuri ta’ WISE || Eżaminazzjoni mill-ġdid tar-rapportar u r-rekwiżiti legali tal-istatistika || mhux applikabbli || mhux applikabbli
5.
Identifkazzjoni tal-Pakkett Preferut ta’ Għażliet u
l-Impatti tiegħu
Il-valutazzjoni tal-għażliet tista’
titqies bħala eżami analitiku tad-diversi approċċi
għal kull waħda mit-12-il kwistjoni identifikati. Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa, jidher li
fżħafna mill-każijiet, l-għażliet l-aktar xierqa huma
skont approċċ ta’ gwida. Huwa
rrakkomandat l-approċċ regolatorju għal 3 kwistjonijiet biss
(l-effiċjenza fl-użu tal-ilma fl-apparati/fi prodotti relatati
mal-ilma, l-użu mill-ġdid tal-ilma u t-tixrid tal-għarfien)
għaliex l-kuntest tal-politika preżenti, partikolarment fir-rigward
tal-implimentazzjoni tad-WFD u tal-QFP, iwassal għall-posponiment
tal-għażliet regolatorji u ta’ kondizzjonalità tal-politika
kważi kollha għal stadju aktar tard. L-għażliet preferuti
huma dawk bl-aħmar u sottolinjati fit-tabella 1. Għandu jkun enfasizzat li l-elementi li
jkunu jinvolvu bidliet leġiżlattivi mhux se jkunu proposti flimkien
mal-Blueprint, iżda se jkunu s-suġġett ta’ analiżi
ulterjuri u se jkunu proposti biss abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt
għal strument speċifiku. Il-gwida u l-għodod proposti se jesploraw
l-interazzjoni ma’ strumenti ekonomiċi speċifiċi u kif
dawn jiġu integrati fi Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar ta’ Baċin
tax-Xmara, l-Għargħar u l-Perjodi ta’ Nixfa. Se jipprovdu
informazzjoni biex jappoġġaw żieda fl-użu ta’ strumenti
ekonomiċi. Madankollu, il-pakkett propost mhux vinkolanti u l-użu
ulterjuri ta’ strumenti bħal dawn mhux garantit. Il-pakkett propost jippromwovi integrazzjoni
usa’ tal-ilma f’politiki settorjali permezz ta’ linji gwida, ippjanar
imtejjeb u għodod li jiffissaw il-miri li jkopru diversi aspetti
tal-integrazzjoni settorjali. Se jgħin biex it-tħassib dwar
l-immaniġġjar tal-ilma jitqies aħjar fl-għażla tal-proġett
applikabbli għall-PAK u għall-finanzjament tal-Politika ta’
Koeżjoni. Madankollu, ma hemmx garanzija li l-miżuri jiġu
implimentati, għaliex l-implimentazzjoni tibqa’ volontarja. Il-gwida inkluża fil-pakkett propost,
eż. dwar il-kummerċ fl-ilma u dwar il-bilanċi/miri
għall-ilma, kif ukoll is-sistema ta’ evalwazzjoni bejn il-pari
prospettata, se jindirizzaw l-effiċjenza tal-governanza fl-ippjanar
ta’ riżorsi tal-ilma li twassal għal aktar trasparenza u teħid
ta’ deċiżjonijiet aktar effettiv. Għandhom jitneħħew
il-piżijiet mhux meħtieġa minn rekwiżiti eżistenti ta’
rapportar skont il-liġi tal-UE dwar l-ilma. Il-pakkett propost jinkludi firxa wiesgħa
ta’ gwida u għodod ġodda biex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet
l-aktar urġenti li jaffaċċaw il-maniġers tal-ilma. L-informazzjoni
dwar il-bilanċi tal-ilma u l-flussi ekoloġiċi għandha timla
l-lakuni kbar fl-għarfien għal maniġers tal-ilma. Titjib
fil-pjattaformi tal-informazzjoni u l-għoti ta’ informazzjoni fil-livell
tal-UE għandhom jipprovdu aċċess akbar għal dejta aktar f’waqtha
u interoperabbli biex jitwasslu deċiżjonijiet aktar effettivi dwar
l-immaniġġjar tal-ilma u l-iżvilupp ta’ politika fil-livelli
tal-UE, nazzjonali u tal-baċini tax-xmajjar. Madankollu, dan isir b’mod
volontarju. Il-pakkett propost itejjeb l-effiċjenza
tal-politika tal-UE dwar l-ilma billi jimla l-lakuni fl-għarfien,
itejjeb il-governanza u jiffoka fuq rekwiżiti ta’ rapportar biex jitnaqqas
il-piż amministrattiv. Iħalli l-flessibbiltà għat-tfassil ta’
strumenti għal sitwazzjonijiet fejn il-kost effettività hija għolja. L-emendi
li jistgħu jiġu proposti għar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar
il-liġi tal-ilma għandhom jegħelbu l-problemi eżistenti
dwar il-koerenza. Il-pakkett propost għandu jżid il-koerenza bejn
il-politiki rilevanti tal-UE (partikolarment tal-PAK, ta’ Koeżjoni,
tas-Saħħa u l-Enerġija). Il-pakkett propost se jikkontribwixxi biex
ikunu indirizzati l-problemi tal-istatus ekoloġiku tal-ilmijiet tal-UE,
l-istress tal-ilma u l-vulnerabbiltà għal avvenimenti estremi.
Ix-xogħol ta’ mmudellar magħmul għall-Blueprint, flimkien
mal-valutazzjoni ta’ miżuri individwali, jipprovdu elementi
għall-valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi, ambjentali u
soċjali tal-implimentazzjoni fil-livell tal-UE tal-kategoriji
differenti ta’ miżuri, partikolarment tal-kisbiet fl-effiċjenza
fl-ekonomija kollha permezz ta’ miżuri ta’ mmaniġġjar
tal-użu tal-art, titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-ilma u tkun
żgurata d-disponibbiltà tal-ilma nadif. Madankollu, l-impatti attwali
tal-miżuri se jkunu jidhru biss fil-livell ta’ kull wieħed mill-110
baċin tax-xmara tal-UE li huwa l-livell pertinenti tal-analiżi. L-għodod
żviluppati fil-kuntest tal-Blueprint (il-bilanċi tal-ilma,
l-immudellar idroekonomiku, il-bażi tad-dejta tal-miżuri) se
jappoġġaw lill-Istati Membri biex iwettqu din l-analiżi
fil-kuntest tat-tħejjija tar-RBMPs li jmiss u biex jagħżlu
t-taħlita l-aktar adatta tal-miżuri.
6.
Monitoraġġ u Evalwazzjoni
L-implimentazzjoni u l-monitoraġġ
tal-Blueprint se jiddependu fuq l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni
Komuni tad-WFD[2]
(is-CIS tad-WFD) bħala pjattaforma. L-implimentazzjoni se ssir f’żewġ fażijiet li
jikkorrispondu maż-żewġ perjodi li ġejjin tas-CIS: ·
Fl-ewwel fażi (2013-2015), l-għan se jkun
li tiġi influwenzata t-tħejjija tar-RBMPs li jmiss, li
għandhom ikunu sottomessi mill-Istati Membri sal-aħħar tal-2015,
u li tissaħħaħ il-bażi tal-għarfien u l-għodod li
se jappoġġaw il-valutazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet u l-eżami
mill-ġdid tad-WFD. ·
- It-tieni fażi (2016-2018) se tkun iddedikata
għall-valutazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet u għat-tħejjija
tal-eżami mill-ġdid tad-WFD. Għandha tkun żviluppata Tabella
ta’ Valutazzjoni tal-Blueprint biex timmonitorja l-implimentazzjoni
tal-proposti tal-Blueprint u tevalwa l-progress. Din se tkun diskussa kull sena mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni
Strateġika tas-CIS u mid-Diretturi responsabbli għall-qasam tal-Ilma. [1] L-inklużjoni ta’
tagħmir li juża l-ilma qed tkun diskussa fil-kuntest tal-Pjan ta’
Ħidma għad-Direttiva dwar l-Ekodisinn 2012-2014. [2] http://ec.europa.eu/environment/water/water-framework/objectives/implementation_en.htm