Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija) /* COM/2012/0618 final */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja
soda[1]
jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni (FEG) permezz ta' mekkaniżmu flessibbli,
bil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun lil hinn
mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju. Ir-regoli applikabbli
għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2]. Fit-22 ta' Diċembru 2011
ir-Rumanija ppreżentat l-applikazzjoni FEG/2011/014 RU/Nokia għal
kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-FEG, li wasslet għas-sensji
fis-SC Nokia Romania SRL u f'fornitur ġewwa r-Rumanija. Wara analiżi bir-reqqa ta' din
l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'konformità mal-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li l-kundizzjonijiet għal
kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament, intlaħqu. SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta prinċipali: || Nru ta' Referenza tal-FEG || FEG/2011/014 Stat Membru || Ir-Rumanija Artikolu 2 || (a) Intrapriża primarja || SC Nokia Romania SRL Fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni || 1 Perjodu ta' referenza || 21.8.2011 – 21.12.2011 Data tal-bidu għas-servizzi personalizzati || 8.12.2011 Data tal-applikazzjoni || 22.12.2011 Sensji matul il-perjodu ta' referenza || 1 904 Sensji qabel u wara l-perjodu ta' referenza || 0 Total ta' sensji eliġibbli || 1 904 Ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri || 1 416 In-nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 4 346 200 Infiq għall-implimentazzjoni tal-FEG[3] (EUR) || 181 000 In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 4,00 Il-baġit totali (EUR) || 4 527 200 Kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 2 942 680 1. L-applikazzjoni tressqet
quddiem il-Kummissjoni fit-22 ta' Diċembru 2011 u kienet
supplimentata b'tagħrif addizzjonali sat-22 ta’ Awwissu 2012. 2. L-applikazzjoni tissodisfa
l-kundizzjonijiet għall-użu tal-FEG kif stabbilit
fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fi
żmien il-perjodu stipulat ta' 10 ġimgħat imsemmi
fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet
strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba
l-globalizzazzjoni 3. Sabiex tiġi stabbilita
r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xerjiet
kummerċjali dinjija, ir-Rumanija tisħaq li f'dawn l-aħħar
snin kien hemm tendenza ġenerali fl-Ewropa għas-settur
tal-Informatika biex jimxi lejn l-Asja. Sabiex jirreaġixxi
għall-isfidi tas-swieq, il-kwartieri tal-Korporazzjoni Nokia ġewwa
l-Finlandja elabora fuq strateġija biex imexxi s-siti tal-produzzjoni
tiegħu qrib kemm jista' jkun tas-swieq[4]. 4. Ir-raġuni
primarja għas-sensji hija t-transfer tal-funzjonijiet fi ħdan
is-settur għall-pajjiżi terzi barra l-Ewropa. L-Assemblea
tal-mowbajls, li qabel saret ġewwa Cluj u Salo[5], intbagħtet l-Asja (Fiċ-Ċina, fil-Korea t'Isfel,
fl-Indja u fil-Vjetnam, fejn l-impjant il-ġdid tan-Nokia qiegħed
jinbena). Il-Manifattura tal-komponent u l-produzzjoni b'sottokuntratt kienu
diġà ġew trasferiti barra mill-Ewropa. B'konsegwenza tal-istruzzjoni
li diġà ttieħdet mill-produzzjoni, kemm l-iżvilupp tad-disinn
kif ukoll dak tal-produzzjoni ntbagħtu jew għadhom qegħdin
jintbagħtu. 5. L-istatistiċi
tal-kummerċ tal-Korporazzjoni Nokia juru[6] li għas-snin 2010 u 2011, in-nett
tal-bejgħ beda jikber fiċ-Ċina, fl-Indja, fir-Russja u fil-Brażil
filwaqt li għall-Ewropa (indipendament mill-Ġermanja) swieq akbar li
jinkludu l-Ingilterra u Spanja bdew jonqsu. 6. Statistiċi[7] juru
wkoll li t-tkabbir fil-bejgħ tas-servizzi tal-mowbajl u l-volumi
tal-istrumenti skont iż-żoni ġeografiċi huwa b'mod
sinifikattiv ogħla fiċ-Ċina l-Kbira u fl-Amerka Latina, b'tibdil
ta' sena fuq oħra ta' 13 % u 21 % rispettivament, milli
fl-Ewropa, fejn it-tibdil ta' sena fuq oħra għas-sena 2010/2011
kienet – 2 %. 7. L-awtoritajiet Rumeni
jikkwotaw ir-rapport tal-Korporazzjoni Nokia għal Q4 tal-2011[8] fejn
l-intenzzjonijiet biex titnaqqas il-forza tax-xogħol globali b'bejn
wieħed u ieħor 17 000 sal-aħħar tas-sena 2013 huma
mfissra u l-ftuħ ta' sit ġdid ta' produzzjoni qrib Hanoi
fit-Tramuntana tal-Vjetnam huwa pjanat. 8. S'issa, is-settur tal-mowbajl
kien is-suġġett ta' ħafna applikazzjonijiet tal-FEG, li kollha
huma bbażati fuq globalizzazzjoni relatat mal-kummerċ[9]. Ħarsa lejn l-għadd ta' sensji
u l-konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(a) 9. Ir-Rumanija ppreżentat din
l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 2(a)
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jirrikjedi minn tal-inqas
500 sensja matul perjodu ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru,
li tinkludi ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-fornituri tagħha
u mill-produtturi li jinsabu aktar 'l isfel fil-proċess. 10. L-applikazzjoni tikkwota
1 809 sensji fis-SR Nokia Romania SRL u 95 f'furnitur wieħed matul
l-erba' xhur perjodu ta' referenza mill-21 ta' Awwissu 2011 sal-21 ta' Diċembru 2011.
Il-1 904 kollha ta' dawn is-sensji ġew ikkalkulati skont it-tielet
inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni rċiviet konferma mingħand
ir-Rumanija li sadanittant dawn is-sensji kollha ġew affettwati. Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista
ta' dawk is-sensji 11. L-awtoritajiet Rumeni
jargumentaw li d-deċiżjoni fuq id-delokalizzazzjoni tal-produzzjoni
Nokia u n-natura tas-sensji ma kienux previsti minħabba li l-kumpanija
kienet qiegħda tiżviluppa b'mod kostanti bejn il-perjodu 2006 u 2010
bin-numru ta ħaddiema jikber minn 102 fl-2006 għal 1 552 fl-2010
u b'żieda ta' 800 individwu li jaħdmu fuq bażi ta' kuntratt
temporanju. L-indikaturi finanzjarji għall-istess perjodu kif indikat mill-awtoritajiet
Rumeni bbażati fuq dejta mingħand il-Ministeru tal-Finanzi
Pubbliċi tar-Rumanija[10]
juru li għall–perjodu indikat, il-profitt kiber minn bejn wieħed u
ieħor EUR 300 000 fl-2006 għal EUR 42,3 miljuni
fl-2010. 12. Kien biss
fid-29 ta' Settembru 2011 li fi stqarrija għall-istampa l-kumpanija
Finlandiża stqarriet li kif previst fl-istrateġija tal-kumpanija irid
ikun hemm ''aġġustament fil-kapaċità tal-produzzjoni u titjib
tal-operazzjonijiet ta' produzzjoni sabiex jinqeda aħjar in-netwerk
globali ta' klijenti msieħba u furnituri"[11].
Il-preżentazzjoni magħmula mill-kumpanija turi li din
id-deċiżjoni li twassal għas-sensji tal-persunal fi Cluj kienet
deċiżjoni korporattiva u parti minn deċiżjoni globali biex
tespandi fi swieq emerġenti barra l-Unjoni Ewropea. Identifikazzjoni tal-intrapriżi li
taw is-sensji u l-ħaddiema identifikati għall-għajnuna 13. L-applikazzjoni tirrelata
mal-1 904 sensji li minnhom 1 809 seħħew fis-SC Nokia
Romania SLR u 95 oħra f'furnitur wieħed, jiġifieri is-SC Eurest
SRL. Ir-Rumanija tikkalkula li l-1 416 il-ħaddiem ikun jixtieq li
jibbenefika mill-miżuri tal-FEG. 14. Ir-rendikont tal-1 416
il-ħaddiem fil-mira tal-assistenza huwa kif ġej: Kategorija || Numru || Persentaġġ Irġiel || 439 || 31,00 Nisa || 977 || 69,00 Ċittadini tal-UE || 1 416 || 100,00 Ċittadini mhux tal-UE || 0 || 0,00 Bejn 15 u 24 sena || 330 || 23,31 Bejn 25 u 54 sena || 1 034 || 73,02 Bejn 55 u 64 sena || 52 || 3,67 > 64 sena || 0 || 0,00 15. L-awtoritajiet Rumeni jindikaw
fl-applikazzjoni li fost il-ħaddiema li tilfu xogħolhom hemm
ħamsa bi problema ta' saħħa li ilha teżisti jew
b'diżabiltà. 16. Fir-rigward ta' kategoriji ta’
xogħol, it-tqassim huwa kif ġej: Kategorija || Numru || Persentaġġ Professjonisti || 30 || 2,12 Tekniċi u professjonisti assoċjati || 248 || 17,51 Skrivana || 119 || 8,40 Ħaddiema fis-servizzi u ħaddiema fil-bejgħ fil-ħwienet u s-swieq || 6 || 0,42 Operaturi tal-impjanti u tal-magni u dawk li jimmuntaw il-magni || 963 || 68,01 Okkupazzjonijiet elementari || 50 || 3,53 17. Skont l-Artikolu 7
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, ir-Rumanija kkonfermat li ġiet
applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll
mingħajr diskriminazzjoni, u li din se tkompli tapplika matul l-istadji
varji tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, fir-rigward
tal-aċċess għalih. Deskrizzjoni tat-territorju
kkonċernat u tal-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu 18. Ir-reġjun prinċipali
affetwat mid-deċiżjoni tal-Korporazzjoni Nokia sabiex jerġa'
jqiegħed il-produzzjoni fl-Asja huwa ż-żona metropolitana ta'
Cluj-Napoca b'mod ġenerali s-suq tax-xogħol fin-NUTS III Cluj County.
Cluj-Napoca bħalissa jipproduċi 49 % tal-valur miżjud
tal-kontea. L-attivitajiet prinċipali tal-kontea ekonomika huma ffukati
fiż-żona ta' Cluj-Napoka: produzzjoni, servizzi kummerċ u
kostruzzjoni, kif ukoll attivitajiet agrikulturali, billi ż-żona
tinsab fuq il-Plateau Transilvjan fejn il-kundizzjoni tal-klima tgħin
lill-biedja. 19. Il-kapitali ta' Cluj County
hija l-muniċipalità ta' cluj-Napoca mdawra b'17-il komun li jammontaw
għal 379 705 abitanti. Iż-żona metropolitana ta'
Cluj-Napoca tikkonsisti f'territorju li hu l-aktar wieħed affetwat
mid-deċiżjoni tal-Korporazzjoni Nokia sabiex jerġa'
jqiegħed il-produzzjoni tiegħu, peress li ħafna
mill-ħaddiema mkeċċija jgħixu fiż-żona
metropolitana amministrattiva. 20. Skont id-dejta publikata
mid-Direttorat Reġjonali tal-Istatistika fi Cluj (tmiem is-sena 2008)[12]
il-popolazzjoni ċivili mħaddma fil-kontea, li tinkludi magħha
l-popolazzjoni fiż-żona metropolitana, hija mqassma kif imsemmi
fil-klassifikazzjoni nazzjonali CAEN (clasificarea activitatilor din
economia nationala) kif ġej: l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd:
72,300 ruħ; l-industrija: 76,000 ruħ; il-bini: 29 500 ruħ;
u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut: 52 100 ruħ. 21. Il-parti nteressata ewlenija
hija l-muniċipalità ta’ Cluj-Napoca. Iċ-Ċentru Transitorju
"Minn IMPJIEG għal IMPJIEG Intelliġenti" imwaqqaf sabiex
jassisti lill-ħaddiema sensjati għandu jiġi stabbilit
fil-muniċipalità ta' Cluj-Napoca bħala trasport infrastrutturali
ġewwa jew barra l-villaġġ biex jaqdi lil-lokalitajiet kollha
taż-żona affetwata. L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-impjiegi lokali, reġjonali u nazzjonali 22. Skont l-awtoritajiet Rumeni,
L-Istħarriġ tax-Xogħol publikat mid-Direttorat Reġjonali
tal-Istatistika fi Cluj[13]
joffri dejta li fl-IT u fil-qasam tal-komunikazzjoni – il-kategorija ta' SC
Nokia Romania SRL (il-manifattura tat-tagħmir fil-komunikazzjoni,
jiġifieri ir-Reviżżjoni NACE klassi 2 26.30) – fl-2008 kien hemm
5 700 ħaddiem, li minnhom 1 255 kienu jaħdmu ma' SC Nokia
Romania SRL, jiġifieri 30 % tat-total. Fl-2011, in-numru ta'
ħaddiema fis-SC Nokia Romania SRL laħaq l-1 956 persuna, bejn
wieħed u ieħor 40 % tat-total ta' ħaddiema f'dan il-qasam
f'din iż-żona. 23. Id-dokumentazzjoni fuq
is-sensji kollettivi mibgħuta mill-Korporazzjoni Nokia, tniżżel
il-persuni li ser jitkeċċew bħala dawk li ġejjin minn dawn
iż-żoni: 694 persuna – żona rurali taż-żona
metropolitana ta' Cluj-Napoca, 235 persuna _ muniċipalità ta' Cluj-Napoca;
212-il persuna – muniċipalità ta' Gherla; 386 persuna – muniċipalità
ta' Dej; u fl-aħħar nett 282 persuna minn kontej barra minn Cluj. 24. Għaldaqstant,
id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni Nokia hija l-aktar affettiva
fil-kontea ta' Cluj partikolarment fiż-żona metropolitana ta'
Cluj-Napoca nnifisha. Pakkett ikkoordinat ta' servizzi
personalizzati li jridu jiġu ffinanzjati u t-tqassim tal-ispejjeż
stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà mal-azzjonijiet
iffinanzjati mill-Fondi Strutturali 25. Il-miżuri kollha proposti
mill-awtoritajiet Rumeni jikkombinaw biex jiffurmaw pakkett ta' servizzi
personalizzati ikkoordinat li jiffoka fuq l-integrazzjoni mill-ġdid
tal-ħaddiema bla xogħol biex isibu impjieg. –
Servizzi qabel is-sensji Is-servizzi li ser ikunu provduti taħt din il-miżura
jinkludu presentazzjoni tal-proviżżjonijiet legali fuq il-protezzjoni
tal-ħaddiema, presentazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tal-persuni
assigurati, presentazzjoni tal-benefiċċji u l-opportunitajiet offruti
mill-FEG, presentazzjoni tas-servizzi disponibbli għall-ħaddiema,
presentazzjoni tal-postijiet battala tax-xogħol, preżentazzjoni
tal-azzjonijiet rigward is-suq tax-xogħol għal raġunijiet ta'
xogħol. fieri dwar l-impjieg, inċentivi finanzjarji, il-proġetti
finanzjarji ESF u dawk tal-Aġenzija tal-County għal Okkupazzjoni
tal-Forza tax-Xogħol (f'forma mqassra AJOMF) Cluj –
Reġistrazzjoni tal-ħaddiema bħala dawk li qegħdin ifittxu xogħol
fiċ-Ċentru tat-Transizzjoni "Minn IMPJIEG għal IMPJIEG
Intelliġenti": Din il-miżura tkopri l-mili tal-formola
tar-reġistrazzjoni biex tidentifika l-bżonnijiet tal-persuni,
il-validitazzjoni tal-istatus tal-ħaddiema u twaqqaf l-iskema tal-fluss fi
ħdan l-attivitajiet taċ-Ċentru, l-istatus personali
tal-ħaddiema waqt ir-reġistrazzjoni fiċ-Ċentru. Il-pjan ta’ xogħol jinkludi: li jiġi
stabbilit il-profil inizjali tal-ħaddiem, billi timtela il-karta
tar-reġistrazzjoni, bit-tfassil ta' passsaġġ
issuġġerit, bid-deċiżjoni fuq l-attivitajiet li jridu
jiġu koperti, bil-ftehim fuq ir-riżultati mixtieqa, li jinkludu
l-istatus finali tal-ħaddiem. L-oġġettiv huwa li tinkiseb atitudni
posittiva lejn l-għarfien soċjali tal-valur tiegħu u tagħha
innifsu/innifisha u x-xewqa biex isib/issib xogħol ieħor, li jwassal
għal suċċess fil-ksib ta' impjieg ġdid permezz ta'
attivitajiet li hu/hi jkun/tkun wettaq/wettqet. –
Informazzjoni, Pariri u Gwida Professjonali: Din l-attività hija bbażata fuq l-iżvilupp personali
prinċipali u jinvolvi awtonomija ta' kuraġġ u żieda
fil-livell ta' motivazzjoni tal-persuna fi kriżi. Hi tikkonsisti fi
preparazzjoni individwali ta' pjanijiet ta' azzjoni jew ċart bil-pariri
għal kull individwu u tiddetermina l-iskema tal-fluss fi ħdan
iċ-Ċentru, billi tinforma lill-individwu fuq is-suq tax-xogħol,
fuq il-leġislazzjoni, u l-opportunitajiet ta' taħriġ
vokazzjonali, fuq opportunitajiet ta' xogħol; pariri dwar il-karriera:
identifikazzjoni ta' skopijiet, evalwazzjoni psikoloġika, billi
tagħmel lin-nies konxji biex ikunu jistgħu jieħdu
deċiżjonijiet dwar il-ħajja tax-xogħol, bid-determinazzjoni
ta' ċerti għażliet, billi jintgħażlu l-aħjar
soluzzjonijiet; preżentazzjoni ta' metodi u teknika sabiex wieħed
jidentifika l-pożizzjoni ta' xogħlu; preżentazzjoni ta' modi kif
wieħed javviċina sid potenzjali; preżentazzjoni ta' modi kif
wieħed iġib ruħu qabel u wara intervista; rakkomandazzjonijiet
għall-attivitajiet Ċentrali oħrajn: programmi ta'
stħarriġ, konsultazzjoni u assistenza fil-bidu ta' attività
indipendenti jew biex tibda negozju. –
Benefiċċji għall-mobilità Dawn se jiġu offruti lil dawk li rnexxilhom jibdew in-negozju
tagħhom jew biex jingħata impjieg f'post ġdid tax-xogħol
aktar minn 50 km bogħod minn fejn jgħixu. Dan il-benefiċċju
jingħata lill-ħaddiem ladarba jiġu preżentati d-dokumenti
ta' prova neċċessarji. –
Benefiċċji tat-trasport: Dan jikkonsisti f'rimbors għall-infiq li jsir meta
l-ħaddiem ikollu bżonn jivvjaġġa biex jipparteċipa
fl-attivitajiet organizzati miċ-Ċentru kif ukoll waqt li jkun
attivament qed ifittex xogħol. –
Benefiċċji għal meta wieħed
ikun qed ifittex impjieg: Dan is-servizz jikkonsisti
f'somma li tingħata lill-ħaddiema li jsegwu minn tal-inqas
żewġ attivitajiet fiċ-Ċentru, jipparteċipaw
fis-selezzjonijiet organizzati minn min iħaddem għal raġunijiet
ta' reklutaġġ, u jipprepara pjanijiet ta' back-up f'każ li
tfalli xi intervista. –
Taħriġ: Din
l-attività tikkonsisti f'reġistrazzjoni għal kors bħala
riżultat tal-pariri vokazzjonali rċevuti; jiġi stabbilit il-grupp
tal-kors (l-inqas 7, l-aktar 28 persuna f'kull grupp); It-tħaddim
tal-attività tal-kors ta' stħarriġ; evalwar tal-kors u koordinazzjoni
tal-attivitajiet (ittestjar parzjali), evalwar ta' sitt xhur u segwitu ta' dak
li qiegħed jitħarreġ. –
Benefiċċji għat-taħriġ
intern: Dan
is-servizz jikkonsisti fil-benefiċċju għall-partiċipazzjoni
f'taħriġ intern bejn ġimgħatejn u erba' ġimgħat
organizzat minn sidien potenzjali futuri. Dan it-taħriġ intern se
jiġi organizzat speċifikament għall-ħaddiema li kellhom
posizzjonijiet simili fi ħdan in-Nokia imma għandhom nuqqas
fl-abilitajiet partikolari prattikabbli jew fl-esperjenza. –
Assistenza finanzjarja
għaċ-ċertifikazzjoni tal-programmi ta' stħarriġ: Malli
jitlesta l-kors b'suċċess ikun hemm ċertifikat tal-ħiliet
miksuba li jiġi maħruġ fiż-żmien legali stipulat.
Sapport finanzjarju jiġi offrut lill-parteċipanti li jkunu gradwaw
b'suċċess b'ċertifikat mill-kors tal-programm ta'
taħriġ vokazzjonali. –
Promozzjoni tal-intraprenditorjat: Mill-assistenza finanzjarja u ta' parir għall-inizjattiva
t'attività indipendenti jew għall-bidu ta' negozju, din is-sensiela
t'attivitajiet li ġejja hija proposta: jiġu stabbiliti gruppi ta'
taħriġ skont il-karatteristiċi identifikati u
l-ħtieġijiet: gruppi t'attività indipendenti (freelancers
awtorizzati, intrapriżi individwali, assoċjazzjonijiet familjari),
gruppi biex jibdew negozju; pariri individwali -. prinċiparjament
assistenza teknika sabiex tiġi stabbilita kumpanija, prezentazzjoni ta'
sfond legali relatat, preparazzjoni ta' memorandum u artikli
tal-assoċjazzjoni, li jiddeterminaw l-objettiv tal-attività,
bir-reġistrazzjoni tal-persuna legali jew il-persuna naturali, t-twettiq
ta' kuntratti, il-leġislazzjoni ta' dokumenti; It-tfassil ta' pjan
tan-negozju; stħarriġ tal-grupp imprenditorjali: moduli fuq
il-ġestjoni, il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknika,
l-leġislazzjoni, l-kontabilità u kwistjonijiet basiċi taż-żamm
tal-kotba; Studji ta' każijiet: Eżempji ta' negozji f'oqsma differnti
tal-attività, fażijiet inizjattivi u ta' żvilupp, attivitajiet
għall-monitoraġġ. –
Assistenza finanzjarja għat-tnedija
t'attivitajiet indipendenti: Din tikkonsisti
f'għajnuna finanzjarja sabiex wieħed jibda attività indipendenti jew
negozju. Dan l-ammont ta' bejn wieħed u ieħor EUR 1 800
għal kull persuna huwa neċċessarju għax-xiri
tat-tagħmir li hemm bżonn sabiex tibda attività indipendenti jew
negozju ġdid (jiġifieri dak imsejjaħ "start-up tool
kit" li hu tant importanti fil-ħin tat-tnedija t'attività
ġdida). –
Sapport ta' gwida u ta' wara
l-ingaġġar: Dan is-servizz jimmira lejn
il-faċilitajiet integrazzjonali u l-adattament għall-kundizzjonijiet
ta' xogħol ġdid. L-attivitajiet jibqgħu għaddejjin
għal aktar minn sitt xhur u jilħqu l-ħtiġijiet
tal-ħaddiema l-ġodda li għadhom kemm ġew impjegati. –
Assistenza finanzjarja għal persuni
bit-tfal: Sapport finanzjarju personalizzat se jkun
offrut lill-ħaddiema li huma l-uniċi li jdaħħlu l-paga huma
d-dar f'familji b'ġenitur wieħed bit-tfal kif ukoll ħaddiema li
għandhom it-tfal u ma jistgħux jieħdu ħsiebhom waqt
l-attivitajiet fil-proġett, li jinkludu l-intervisti waqt
l-ingaġġar. L-għan ta' dan il-benifiċċju huwa sabiex
tingħata l-possibiltà lill-ħaddiema biex iħallsu
għas-servizzi ta' kindergartens privati jew għas-servizzi tal-baby
sitter li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb lit-tfal waqt
l-attivitajiet tal-ġenituri tagħhom fiċ-Ċentru. Dan
il-benifiċċju personalizzat ser jinvolvi servizzi ta' sottokuntrattar
minn kindergartens jew kumpaniji speċjalizzati. Xi vouchers se jkunu
mqassma waqt il-perjodu ta' transizzjoni lill-ħaddiema assistiti biex huma
mbagħad jagħmluhom disponibbli għall-fornituri li huma lesti
biex jipprovdu s-servizzi meħtieġa mill-ħaddiem. Il-vouchers ser
jitħallsu lill-fornitur miċ-Ċentru. 26. In-nefqa
għall-implimentazzjoni tal-FEG, li hija inkluża fl-applikazzjoni,
skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri
l-attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni u ta' kontroll kif ukoll
l-informazzjoni u l-pubbliċità. 27. Is-servizzi personalizzati
preżentati mill-awtoritajiet Rumeni huma miżuri attivi tas-suq
tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli definiti fl-Artikolu
3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Rumeni jistmaw li l-ispejjeż
totali huma EUR 4 527 200, li minnhom
EUR 4 346 200 huma nefqa għas-servizzi personalizzati u
n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG hija ta' EUR 181 000
(4,00 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija
ta' EUR 2,942,680 (65 % tal-kostijiet totali). Azzjonijiet || In-numru stmat ta' ħaddiema identifikati || Il-kost stmat għal kull ħaddiem identifikat (EUR) || Il-kostijiet totali (il-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR) Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Servizzi qabel is-sensji || 1 416 || 120 || 169 920 Reġistrazzjoni tal-ħaddiema || 1 416 || 10 || 14 160 Informazzjoni, Pariri u Gwida Professjonali || 1 416 || 1 100 || 1 557 600 Benefiċċji għall-mobilità || 40 || 580 || 23 200 Benefiċċji tat-trasport || 1 000 || 100 || 100 000 Benefiċċji għal meta wieħed ikun qed ifittex impjieg || 800 || 200 || 160 000 Taħriġ || 1 000 || 800 || 800 000 Benefiċċji għat-taħriġ intern || 150 || 1 000 || 150 000 Assistenza finanzjarja għaċ-ċertifikazzjoni tal-programmi ta' stħarriġ || 850 || 200 || 170 000 Promozzjoni tal-intraprenditorjat || 150 || 700 || 105 000 Assistenza finanzjarja għat-tnedija t'attivitajiet indipendenti || 150 || 1 800 || 270 000 Sapport ta' gwida u ta' wara l-ingaġġar || 1 416 || 520 || 736 320 Assistenza finanzjarja għal persuni bit-tfal || 150 || 600 || 90 000 Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 4 346 200 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Attivitajiet preparatorji || || 131 000 Ġestjoni || || 15 000 Informazzjoni u pubbliċità || || 20 000 Attivitajiet ta' kontroll || || 15 000 Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 181 000 Total stmat tal-kostijiet || || 4 527 200 Kontribuzzjoni tal-FEG (65 % tal-ispejjeż totali) || || 2 942 680 28. Ir-Rumanija tikkonferma li
l-miżuri deskritti hawn fuq huma kumplimentari għall-azzjonijiet
iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li l-miżuri meħudin
qegħdin hemm biex jipprevjenu l-finanzjament doppju ma' strumenti
oħra tal-UE. 29. L-awtoritajiet Rumeni ffirmaw
qafas ta' protokoll li jippermetti biex ssir il-verifika akkurata
tad-dejtabejżis tal-Ministeru tax-Xogħol, Familja u Protezzjoni
Soċjali, il-Programm ko-finanzjat Operattiv Settorali tal-Awtorità
Ġestjonali tal-ESF l-"Iżvilupp tar-Riżorsi Umani".
(SOPHRD) kif ukoll l-Aġenzija Nazzjonali għall-Impjieg sabiex tevita
finanzjar doppju tal-attivitajiet taħt l-ESF u l-FEG. L-obligazzjonijiet
ta' min iħaddem fir-rigward tas-sensji kollettivi u l-attivitajiet
relevanti se jiġu wkoll verifikati sabiex ikunu esklużi mill-pakkett
personalizzat provdut bl-għajnuna tal-ko-finanzjament tal-FEG. 30. L-Aġenzija Nazzjonali
għall-Impjieg kitbet Linji ta' Gwida ta' Prodeċura
għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni mill-FEG; dawn huma maħsuba
għall-impjegati li jiġġesjonaw l-assistenza tal-FEG skont
il-ġestjoni ta' iffinanzjar ieħor tal-UE. Id-data/i meta nbdew jew meta huwa
maħsub li jinbdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema
affettwati 31. Ir-Rumanija bdiet toffri
s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati inklużi
fil-pakkett ko-ordinat propost lill-FEG għall-kofinanzjament fit-8 ta'
Diċembru 2011. Għalhekk din id-data tirrappreżenta l-bidu
tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal kull għajnuna li tista'
tingħata mill-FEG. Proċeduri għall-konsultazzjoni
mal-imsieħba soċjali 32. L-awtoritajiet Rumeni
rrapportaw li l-proċeduri għal konsultazzjoni tal-imsieħba
soċjali fuq il-pakkett ikkoordinat propost ta' servizzi personalizzati
inkludew żewġ laqgħat li saru f'Ottubru 2011. L-ewwel waħda
kienet saret fi Cluj bir-rappreżentattivi tal-unjins,
l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u l-instituzzjonijiet pubbliċi
u t-tieni waħda fil-kwartieri tal-Awtorità Ġestjonali li matulha kien
miftiehem l-involviment tal-imsieħba soċjali fil-proċess
tal-preparazzjoni ta' talba għall-mobilizzazzjoni tal-FEG fil-każ
tan-Nokia fuq livell nazzjonali. 33. L-awtoritajiet Rumeni
kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik tal-UE dwar is-sensji kollettivi. Informazzjoni dwar azzjonijiet li huma
obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew skont il-ftehim kollettiv 34. Fir-rigward tal-kriterji li
jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Rumeni
fl-applikazzjoni tagħhom: · ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tiħux post
il-miżuri li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi
nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi; · urew li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ lil ħaddiema
individwali u ma għandhomx jintużaw għar-ristrutturar ta'
kumpaniji jew setturi; · ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma
jirċevux għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE. Sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll
35. Ir-Rumanija avżat
lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestjonata
mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Impjieg li kienet maħsuba biex
tkun l-awtorità nazzjonali risponsabbli għall-ġestjoni tal-fondi
provduti lill-Rumanija mill-FEG. Id-deċiżjoni governattiva
Nru 1086/2010 li waqqfet qafas instituzzjonali għall-koordinazzjoni u
l-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja provduta lill-Rumanija mingħand
il-FEG ġiet fis-seħħ. 36. L-awtoritajiet Rumeni avżaw
ukoll lill-Kummisssjoni li Manwal speċjali ta' proċeduri ġie
abbozzat u approvat mill-Ministru tax-Xogħol, Familja u Protezzjoni
Soċjali speċifikament għall-ġestjoni ta' fondi provduti
lir-Rumanija mingħand il-FEG. Il-manwal jiddeskrivi l-mod ta' kif
għandha tkun ġestita il-FEG ir-relazzjonijiet tal-interservizzi u
r-responsabilitajiet tas-servizzi differenti u jassigura konformità
mal-prinċipji ġenerali għall-ġestjoni tal-FEG kif ukoll
mal-qafas legal relevanti. 37. Ir-Rumanija infurmat
lill-Kummissjoni li bil-liġi Rumena Nru 200/2010, b'konformità
mal-provizzjonijiet taħt l-Artikolu 62 tar-Regulazzjoni tal-Kunsill
(KE) Nru 1083/2006, l-Awtorità tal-Awditjar marbuta mal-Qorta
tal-Kontijiet Rumena nħatret bħala l-awtorità tal-awditjar
għall-FEG. Finanzjament 38. Fuq il-bażi
tal-applikazzjoni mir-Rumanija, il-kontribut propost mill-FEG
għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati (inkluża
n-nefqa biex jiġi implimentat il-FEG) huwa ta'
EUR 2 942 680, li jirrappreżenta 65 % tal-ispiża
totali. L-allokazzjoni proposta mill-Kummissjoni minn dan il-Fond hija
bbażata fuq l-informazzjoni li ngħatat mir-Rumanija. 39. Filwaqt li tqis l-ammont
massimu possibbli ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont
l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll il-kamp
ta' applikazzjoni tal-allokazzjoni mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet,
il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont totali msemmi
hawn fuq, li għandu jiġi allokat skont l-intestatura 1a tal-qafas
finanzjarju. 40. L-ammont propost ta'
kontribuzzjoni finanzjarja jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont
annwali massimu allokat għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat
matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat
fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. 41. Permezz
tal-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex timmobilizza l-FEG,
il-Kummissjoni qed tibda l-proċedura ssimplifikata ta' trijalogu, kif
mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tiżgura l-qbil
taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar
il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ.
Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ
fergħat tal-awtorità baġitarja biex taqbel mal-abbozz tal-proposta
għall-mobilizzazzjoni biex, fuq livell politiku xieraq, tgħarraf
lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha.
F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ
fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha tissejjaħ
laqgħa formali ta' trijalogu. 42. B'mod separat, il-Kummissjoni
tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit tal-2012
iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji,
kif mitlub fil-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006. Sors tal-approprjazzjonijiet
għall-ħlasijiet 43. L-ammont
tal-approprjazzjonijiet tal-pagament li fil-bidu daħal fil-linja
baġitarja 04 05 01 fl-2012 se jkun konsumat bi sħiħ wara
l-addozzjoni tal-proposta miż-żewġ armi tal-awtorità
baġitarja preżentata sad-data stabbilita għall-mobilazzjoni
tal-FEG u allura ma kienx hemm biżżejjed biex ikopri l-ammont
meħtieġ għall-applikazzjoni preżenti. Rinfurzar
tal-approprjazzjonijiet tal-pagament tal-linja baġitarja tal-FEG se jkun
mitlub jew permezz ta' transfer f'każ ta' identifikazzjoni tas-sors
tal-approprjazzjonijiet, jew b' baġit ta' modifika. Approprjazzjonijiet
minn din il-linja baġitarja se jintużaw biex ikopru l-ammont ta'
EUR 2 942 680 meħtieġa għal din l-applikazzjoni. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill
u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja
soda (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[14],
u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru
1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[15], u b'mod
partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta li saret
mill-Kummissjoni Ewropea[16], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi
appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw sensja
minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinija
minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jintegraw mill-ġdid
fis-suq tax-xogħol. (2) Il-kamp ta' applikazzjoni
tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet ippreżentata
mill-1 ta’ Mejju 2009
sat-30 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ
għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat
dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG
fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. (4) Ir-Rumanija ressqet
applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji
fl-intrapriża SC Nokia Romania SRL u furnitur wieħed,
fid-22 ta' Diċembru 2011 u sostnietha b'informazzjoni
addizzjonali sal-22 ta' Awwissu 2012. Din l-applikazzjoni hija
konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet
finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza
l-ammont ta' EUR 2 942 680. (5) Il-FEG għandu,
għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja
għall-applikazzjoni mressqa mir-Rumanija, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 942 680
f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlas. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill, Il-President Il-President [1] ĠU
C 139, 14.6.2006, p. 1. [2] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [3] B'konformità
mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. [4] http://press.nokia.com/2011/09/29/nokia-continues-to-align-its-workforce-and-operations [5] EGF/2012/006
FI/Nokia Salo [6] http://www.nokia.com/global/about-nokia/investors/financials/reports/results---reports/ [7] http://www.results.nokia.com/results/Nokia_results2011Q4e.pdf [8] http://press.nokia.com/2012/01/26/nokia-q4-2011-net-sales-eur-10-0-billion-non-ifrs-eps-eur-0-06-reported-eps-eur-0-29-nokia-2011-net-sales-eur-38-7-billion-non-ifrs-eps-eur-0-29-reported-eps-eur-0-31/ [9] Aġġornamenti regolari
disponibbli hawn : http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=4558&langId=en [10] www.mfinante.ro [11] http://press.nokia.com/2011/09/29/nokia-continues-to-align-its-workforce-and-operations [12] http://www.cluj.insse.ro/cmscluj/rw/resource/2010r_struct_pop_sectcaen_t_3_29.htm?download=true [13] http://www.cluj.insse.ro/cmscluj/rw/pages/index.ro.do [14] ĠU
C 139, 14.6.2006, p. 1. [15] ĠU
L 406, 30.12.2006, p. 1. [16] ĠU C
[…], […], p. […].