Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli /* COM/2012/0595 final - 2012/0288 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Sfond Id-Direttiva 2009/28/KE[1] dwar il-promozzjoni tal-użu
tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ("id-Direttiva dwar l-Enerġija
Rinnovabbli") stabbiliet miri mandatorji li għandhom jintlaħqu sal-2020
għal sehem globali ta’ 20 % ta’ enerġija rinnovabbli fl-UE u għal sehem
ta’ 10 % għal enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport. Fl-istess waqt
emenda għad-Direttiva 98/70/KE[2]
("id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti") introduċiet mira
mandatorja biex jinkiseb sal-2020 tnaqqis ta’ 6 % fl-intensità
tal-gassijiet b’effett ta’ serra ta’ karburanti użati fit-trasport stradali u
f’makkinarju mobbli mhux tat-triq. Il-kontribuzzjoni tal-bijokarburanti għal dawn
il-miri hija mistennija li tkun sinifikanti. Filwaqt li ż-żewġ Direttivi
jinkludu kriterji ta’ sostenibbiltà, inklużi limiti minimi ta’ tnaqqis ta’
gassijiet b’effett ta’ serra, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra
assoċjati ma’ tibdiliet fil-ħażna ta’ karbonju ta’ art li tirriżulta minn
tibdiliet indiretti fl-użu tal-art (ILUC) mhumiex soġġetti għal rekwiżiti ta'
rappurtar skont il-leġiżlazzjoni attwali. Id-Direttivi jistiednu[3]
lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid l-impatt ta’ tibdil indirett fl-użu
tal-art fuq emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u, jekk ikun jixraq,
tipproponi modi biex timminimizzah filwaqt li tirrispetta investimenti
eżistenti magħmulin fil-produzzjoni tal-bijokarburanti. Skont din l-istedina, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni
fit-22 ta’ Diċembru 2010[4]
li tiġbor fil-qosor il-konsultazzjonijiet u x-xogħol analitiku mwettqa dwar din
it-tema mill-2008 s'issa. F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni identifikat għadd
ta’ inċertezzi u limitazzjonijiet assoċjati mal-mudelli numeriċi disponibbli
użati biex ikun ikkwantifikat it-tibdil indirett fl-użu tal-art, filwaqt li
rrikonoxxiet li tibdil indirett fl-użu tal-art jista’ jnaqqas t-tnaqqis ta’
emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra assoċjat mal-bijokarburanti u
mal-bijolikwidi, u, għalhekk, irrakkomandat li din il-kwistjoni kellha tiġi
indirizzata b’approċċ prekawzjonarju. 2. Għanijiet tal-proposta Xogħol xjentifiku jindika li emissjonijiet minn
tibdil indirett fl-użu tal-art jistgħu jvarjaw sostanzjalment bejn materja
prima għal ipproċessar industrijali u produttiv u jistgħu jġibu fix-xejn xi
ftit mit-tnaqqis jew it-tnaqqis kollu ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ta’
bijokarburanti individwali relattivi għall-karburanti fossili li jissostitwixxu[5]. L-għan tal-proposta attwali
huwa li jingħata bidu għat-tranżizzjoni għal bijokarburanti li jservu biex
jitnaqqsu b’mod sostanzjali gassijiet b’effett ta’ serra meta jiġu rrappurtati
wkoll emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art. Filwaqt li
investimenti eżistenti għandhom ikunu protetti, l-għanijiet tal-proposta
attwali huma li: –
tiġi limitata l-kontribuzzjoni li bijokarburanti
konvenzjonali (b’riskju ta’ emissjonijiet ILUC) jagħmlu biex jintlaħqu l-miri
tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli; –
titjieb il-prestazzjoni tal-gassijiet b’effett ta’
serra ta’ proċessi ta’ produzzjoni ta’ bijokarburanti (tnaqqis ta’
emissjonijiet assoċjati) billi jiżdied il-livell limitu ta’ tnaqqis ta’
gassijiet b’effett ta’ serra għal installazzjonijiet ġodda bil-kundizzjoni li
jiġu protetti l-installazzjonijiet[6]
li diġà jkunu qed joperaw fl-1 ta' Lulju 2014; –
titħeġġeġ penetrazzjoni akbar fis-suq ta’
bijokarburanti avanzati (ILUC baxxa) billi jkun permess li karburanti bħal dawn
jikkontribwixxu aktar għall-miri tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli minn
bijokarburanti konvenzjonali; –
jittejjeb ir-rappurtar ta’ emissjonijiet ta’
gassijiet b’effett ta’ serra billi jkun hemm l-obbligu li l-Istati Membri u
l-fornituri ta’ karburanti jirrappurtaw emissjonijiet stmati ta’ bijokarburanti
minn tibdil indirett fl-użu tal-art; Il-proposta għandha l-għan ukoll li tipproteġi
investimenti eżistenti sal-2020. Il-proposta ma tiħux pożizzjoni dwar il-ħtieġa
attwali għal għajnuna finanzjarja għal bijokarburanti qabel l-2020. Madankollu,
il-Kummissjoni hija tal-fehma li fil-perjodu wara l-2020 il-bijokarburanti li
ma jwasslux għal tnaqqis sostanzjali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (meta
jkunu inklużi l-emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art) u li ma
jkunux prodotti minn għelejjel użati għal ikel u għalf ma għandhomx ikunu
ssussidjati. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Sommarju tal-azzjoni proposta Il-karatteristiki ewlenin ta’ din il-proposta
fir-rigward tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli huma: –
l-introduzzjoni ta’ limitu għall-kontribuzzjoni
magħmula minn bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn għelejjel tal-ikel,
bħal dawk b’bażi ta’ ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta'
lamtu, għelejjel ta' pjanti taz-zokkor u ta' pjanti li minnhom jiġi estratt
ż-żejt, għall-miri tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-livelli attwali
ta’ konsum, mingħajr ma jkunu previsti l-ebda limiti fuq il-konsum ġenerali
tagħhom; –
skema ta’ inċentivi mtejba fl-Artikolu 3(4)
biex jiġu promossi aktar il-bijokarburanti sostenibbli u avanzati minn materja
prima għal ipproċessar industrijali u produttiv li ma toħloqx domanda
addizzjonali għal art; –
l-introduzzjoni tar-rappurtar tal-emissjonijiet
stmati minn tibdil fil-ħażna tal-karbonju kkawżat minn tibdil indirett fl-użu
tal-art, abbażi tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, għall-finijiet tal-kalkolu
tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra prodotti minn
bijokarburanti u bijolikwidi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, kif irrappurtat
mill-Istati Membri fl-Artikolu 22; –
proċess ta’ eżami mill-ġdid biex ikun żgurat li din
il-metodoloġija tkun aġġornata u adattata skont żviluppi xjentifiċi; –
li jiżdied il-livell limitu minimu ta’ tnaqqis ta’
gassijiet b’effett ta’ serra għal bijokarburanti u bijolikwidi prodotti
f’installazzjonijiet ġodda b’effett mill-1 ta' Lulju 2014 biex
jitjieb il-bilanċ kumplessiv ta’ gassijiet b’effett ta’ serra
tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi kkunsmati fl-UE, kif ukoll biex ma jitħeġġux
investimenti ulterjuri f’installazzjonijiet bi prestazzjoni baxxa fir-rigward
ta’ gassijiet b’effett ta’ serra; –
is-simplifikazzjoni tal-kalkolu tat-tnaqqis ta’
gassijiet b’effett ta’ serra għall-produtturi Ewropej tal-bijokarburanti, biex
ikun hemm kondizzjonijiet ekwi bejn produtturi tal-UE u produtturi f’pajjiżi
terzi; –
it-tneħħija ta’ dispożizzjonijiet temporanji biex
ikun indirizzat tibdil indirett fl-użu tal-art, li kien hemm fid-Direttivi u li
ma għadhomx aktar meħtieġa fid-dawl ta’ approċċ komprensiv li qed jiġi adottat; –
l-adattament tad-Direttiva dwar l-Enerġija
Rinnovabbli għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, notevolment il-konferiment ta’ setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta
atti skont l-Artikolu 290 u l-Artikolu 291 tiegħu. Il-karatteristiki ewlenin ta’ din il-proposta
fir-rigward tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti huma: –
l-introduzzjoni tar-rappurtar tal-emissjonijiet
stmati minn tibdil fil-ħażna ta’ karbonju kkawżat minn tibdil indirett fl-użu
tal-art, abbażi tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, għall-finijiet
tar-rappurtar dwar emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra prodotti tul
iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijokarburanti, kif deskritt fl-Artikolu 7a; –
proċess ta’ eżami mill-ġdid biex ikun żgurat li din
il-metodoloġija tkun aġġornata u adattata skont żviluppi xjentifiċi; –
żieda fil-livell limitu minimu ta’ tnaqqis ta’
gassijiet b’effett ta’ serra għal bijokarburanti prodotti f’installazzjonijiet
ġodda b’effett mill-1 ta' Lulju 2014 biex jitjieb il-bilanċ
kumplessiv ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tal-bijokarburanti kkunsmati fl-UE,
kif ukoll biex ma jitħeġġux investimenti ulterjuri f’installazzjonijiet bi
prestazzjoni baxxa fir-rigward tal-gassijiet b’effett ta’ serra; –
is-simplifikazzjoni tal-kalkolu tat-tnaqqis ta’
gassijiet b’effett ta’ serra għall-produtturi Ewropej tal-bijokarburanti, biex
ikun hemm kondizzjonijiet ekwi bejn il-produtturi tal-UE u l-produtturi
f’pajjiżi terzi; –
it-tneħħija ta’ dispożizzjonijiet temporanji biex
jiġi indirizzat tibdil indirett fl-użu tal-art, li kien hemm fid-Direttivi u li
ma għadhomx aktar meħtieġa fid-dawl ta’ approċċ komprensiv li qed jiġi adottat; –
l-adattament tad-Direttiva dwar il-Kwalità
tal-Karburanti għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, l-aktar il-konferiment ta’ setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta atti
skont l-Artikolu 290 u l-Artikolu 291 tiegħu. Il-proposta tinkludi wkoll korrezzjonijiet u
kjarifiki żgħar fiż-żewġ Direttivi fir-rigward ta’ kwistjonijiet li mhumiex
dwar bijokarburanti. Il-miżuri inklużi f’din il-proposta jillimitaw
il-kontribuzzjoni li bijokarburanti konvenzjonali jistgħu jagħmlu biex
jintlaħqu l-miri tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Il-Kummissjoni se
tqis kwalunkwe impatt dwar jekk ikunux jistgħu jintlaħqu dawn il-miri li
joħorġu minn din il-proposta fir-rapporti tagħha għall-ġejjieni skont
l-Artikoli 23 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. 3.2. Bażi legali L-objettiv primarju tad-Direttivi huwa l-ħarsien
tal-ambjent u l-funzjonament tas-suq intern. Din il-proposta hija, għalhekk,
ibbażata fuq l-Artikoli 192(1) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea. 3.3. Il-prinċipju
tas-sussidjarjetà L-Artikoli 19(6) u 7d(6) tad-Direttivi
rispettivi jistiednu lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni dwar
it-tibdil indirett fl-użu tal-art. L-objettiv kumplessiv tad-Direttivi dwar
il-Kwalità tal-Karburanti u dwar l-Enerġija Rinnovabbli huwa li jikkontribwixxu
għall-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra
fis-setturi ekonomiċi kollha. Biex jagħmlu dan huma joħolqu suq fl-UE kollha
għal bijokarburanti sostenibbli. L-Istati Membri ma jistgħux jilqgħu dawn
l-isfidi individwalment minħabba li impatti minn tibdil indirett fl-użu tal-art
neċessarjament ikollhom aspetti transnazzjonali li ma jistgħux ikunu ttrattati
b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri waħidhom. 3.4. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: ·
Hija ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex
jinkiseb l-objettiv tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’
serra prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijokarburanti kkunsmati fl-UE, billi
tqis l-impatt indirett tagħhom fuq tibdil fl-użu tal-art. ·
Il-proposta tieħu l-għamla ta’ Direttiva li
tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni minima ta’ karburanti għal raġunijiet ta’
ħarsien ambjentali. Aspetti tekniċi oħra ta’ speċifikazzjonijiet ta’ karburanti
mhumiex indirizzati fid-Direttiva imma jitħallew biex jiġu rregolati minn
standards Ewropej f’konformità ma’ prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar. ·
Il-proposta ma żżidx il-piż finanzjarju jew amministrattiv
fuq l-Unjoni u fuq il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali. Ir-rekwiżiti
b’rabta ma’ dawn il-korpi ma nbidlux minn dawk tad-Direttiva eżistenti. ·
Fl-iżvilupp tal-proposti, l-implikazzjonijiet
il-kbar kollha ġew analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni
baġitarja għall-baġit tal-Unjoni. 5. KUMMENTI OĦRA Din il-proposta tal-Kummissjoni hija akkumpanjata
minn Valutazzjoni tal-Impatt. 2012/0288 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar
il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE
dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1)
tiegħu, flimkien mal-Artikolu 114 tiegħu b’rabta mal-Artikolu 1(2) sa
1(9) u mal-Artikolu 2(5) sa 2(7) ta’ din id-Direttiva, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat
lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[8], Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-Artikolu 3(4)
tad-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn
sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE
u 2003/30/KE[9]
jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi
rinnovabbli ta’ enerġija f’kull għamla ta’ trasport fl-2020 ikun mill-anqas ta’
10 % tal-konsum tal-enerġija finali tagħhom. It-taħlita ta’ bijokarburanti
hija waħda mill-metodi disponibbli għall-Istati Membri biex jilħqu din il-mira,
u hija mistennija li tkun kontributriċi ewlenija. (2) Fid-dawl tal-objettivi
tal-Unjoni li jkun hemm tnaqqis ulterjuri fl-emissjonijiet ta’ gassijiet
b’effett ta’ serra u minħabba l-kontribuzzjoni sinifikanti li l-karburanti
fit-trasport stradali jagħmlu għal dawk l-emissjonijiet, l-Artikolu 7a(2)
tad-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti u tad-diżil u li
temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KE[10]
jeżiġi li fornituri ta’ karburanti jnaqqsu mill-anqas b’6 %
sal-31 ta’ Diċembru 2020 emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett
ta’ serra għal kull unità ta’ enerġija ("intensità tal-gassijiet b’effett
ta’ serra") prodotti tul ċiklu tal-ħajja tal-karburanti użati fl-Unjoni
minn vetturi tat-triq, makkinarju mobbli mhux tat-triq, trakters agrikoli u
forestali u inġenji ta’ rikreazzjoni meta ma jkunux fuq il-baħar. It-taħlita
ta’ bijokarburanti hija waħda mill-metodi disponibbli għal fornituri ta’
karburanti fossili biex inaqqsu l-intensità tal-gassijiet b’effett ta’ serra
tal-karburanti fossili fornuti. (3) L-Artikolu 17
tad-Direttiva 2009/28/KE jistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà li
l-bijokarburanti u l-bijolikwidi jeħtiġilhom ikunu konformi magħhom biex
jingħaddu mal-miri tad-Direttiva u biex jikkwalifikaw biex ikunu inklużi fi
skemi pubbliċi ta’ appoġġ. Dawn il-kriterji jinkludu rekwiżiti dwar it-tnaqqis
minimu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra li l-bijokarburanti u
l-bijolikwidi jeħtiġilhom jiksbu meta mqabblin mal-karburanti fossili. Hemm
stabbiliti kriterji identiċi ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti skont
l-Artikolu 7b tad-Direttiva 98/70/KE. (4) Fejn art agrikola jew mergħa
li qabel kienet iddestinata għas-swieq tal-ikel, tal-għalf u tal-fibra tinbidel
għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti, id-domanda li ma tkunx għall-karburanti
xorta waħda trid tiġi ssodisfata jew bl-intensifikazzjoni tal-produzzjoni
attwali jew billi art mhux agrikola tinbidel għall-produzzjoni band’oħra. Dan
l-aħħar każ jirrappreżenta tibdil indirett fl-użu tal-art u meta jkun jinvolvi
l-bidla ta’ art b’ħażna kbira ta’ karbonju dan jista’ jwassal għal
emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.
Id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE għandhom, għalhekk, jinkludu dispożizzjonijiet
biex jindirizzaw tibdil indirett fl-użu tal-art minħabba li l-bijokarburanti
bħalissa jinħadmu l-aktar minn għelejjel imkabbrin fuq art agrikola eżistenti. (5) Abbażi ta’ previżjonijiet
tad-domanda għall-bijokarburanti pprovduti mill-Istati Membri u ta’ stimi ta’
emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art għal materja prima differenti
għal ipproċessar industrijali u produttiv ta’ bijokarburanti, aktarx li
emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’rabta ma’ tibdil indirett
fl-użu tal-art ikunu sinifikanti u jistgħu jġibu fix-xejn xi ftit mit-tnaqqis
jew it-tnaqqis kollu ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ta’ bijokarburanti
individwali. Dan iseħħ għaliex il-produzzjoni kważi kollha tal-bijokarburanti
fl-2020 hi mistennija li tiġi minn għelejjel imkabbrin fuq art li tkun tista’
tintuża biex taqdi s-swieq tal-ikel u tal-għalf. Biex emissjonijiet bħal dawn
jitnaqqsu, ikun jixraq li ssir distinzjoni bejn gruppi ta’ għelejjel, bħal
għelejjel tal-pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt, għelejjel taċ-ċereali,
għelejjel tal-pjanti taz-zokkor u għelejjel oħra ta' pjanti b'kontenut ta'
lamtu, skont dan. (6) Karburanti likwidi
rinnovabbli aktarx li jkunu meħtieġa mis-settur tat-trasport biex dan inaqqas
l-emissjonijiet tiegħu ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Bijokarburanti
avanzati, bħal dawk magħmulin minn skart u alka, jipprovdu tnaqqis għoli ta’
gassijiet b’effett ta’ serra b’riskju baxx li jinħoloq tibdil indirett fl-użu
tal-art u ma jikkompetux direttament għal art agrikola għas-swieq tal-ikel u
tal-għalf. Ikun jixraq, għalhekk, li titħeġġeġ produzzjoni akbar ta’
bijokarburanti avanzati bħal dawn għax dawn bħalissa ma jistgħux jinkisbu
kummerċjalment fi kwantitajiet kbar, parzjalment minħabba kompetizzjoni għal
sussidji pubbliċi ma’ teknoloġiji stabbiliti ta’ bijokarburanti b’bażi ta’
għelejjel tal-ikel. Għandhom jiġu pprovduti aktar inċentivi billi l-ippeżar
tal-bijokarburanti avanzati jiżdied għal 10 % tal-mira għat-trasport
stabbilita fid-Direttiva 2009/28/KE meta mqabbel ma’ bijokarburanti
konvenzjonali. F’dan il-kuntest, bijokarburanti avanzati b’impatti stmati baxxi
minn tibdil indirett fl-użu tal-art u tnaqqis kumplessiv għoli ta’ gassijiet
b’effett ta’ serra biss għandhom ikunu appoġġati bħala parti mill-qafas
tal-politika tal-enerġija rinnovabbli għal wara l-2020. (7) Biex tkun żgurata
l-kompetittività fit-tul tas-setturi industrijali b’bażi bijoloġika, u
f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-2012 "Ninnovaw għal Tkabbir
Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa"[11]
u mal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi [12], li jippromwovu
bijoraffineriji integrati u diversifikati fl-Ewropa kollha, għandhom jiġu
stabbiliti inċentivi mtejba skont id-Direttiva 2009/28/KE b’mod li
tingħata preferenza lill-użu ta’ materja prima ta’ bijomassa għal ipproċessar
industrijali u produttiv li ma jkollhiex valur ekonomiku għoli. (8) Il-livell limitu minimu ta’
tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għal bijokarburanti u bijolikwidi
prodotti f’installazzjonijiet ġodda għandu jiżdied b’effett
mill-1 ta' Lulju 2014 biex jittejjeb il-bilanċ kumplessiv
tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, kif ukoll biex ma jitħeġġux
investimenti ulterjuri f’installazzjonijiet bi prestazzjoni baxxa fir-rigward
tat-tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Din iż-żieda tipprovdi għal
salvagwardji ta' investimenti fil-kapaċitajiet ta' produzzjoni
tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi f'konformità mat-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 19(6). (9) Bi tħejjija għat-tranżizzjoni
għal bijokarburanti avanzati u biex ikunu mminimizzati l-impatti kumplessivi
minn tibdil indirett fl-użu tal-art fil-perjodu sal-2020, ikun jixraq li jkun
limitat l-ammont ta’ bijokarburanti u bijolikwidi miksubin minn għelejjel
tal-ikel kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness VIII
tad-Direttiva 2009/28/KE u fil-Parti A tal-Anness V
tad-Direttiva 98/70/KE li jkunu jistgħu jingħaddu għall-miri stabbiliti
fid-Direttiva 2009/28/KE. Mingħajr ma jiġi ristrett l-użu kumplessiv ta'
bijokarburanti bħal dawn, is-sehem tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi,
prodotti mill-għelejjel taċ-ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk
ta' lamtu, bi pjanti taz-zokkor u bi pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt, li
jista' jingħadd għall-miri tad-Direttiva 2009/28/KE għandu jkun limitat
għas-sehem ta' bijokarburanti u bijolikwidi bħal dawn ikkonsmati fl-2011. (10) Il-limitu ta' 5 %
stabbilit fl-Artikolu 3(4)d ma jaffettwax il-libertà tal-Istati Membri li
jirranġaw it-trajettorja tagħhom għall-konformità ma' dan is-sehem prskritt ta'
bijokarburanti konvenzjonali fil-mira kumplessiva ta' 10 %.
Konsegwentement, l-aċċess għas-suq tal-bijokarburanti prodotti
mill-installazzjonijiet li kienu qed joperaw qabel tmiem l-2013 jibqa'
kompletament miftuħ. Għalhekk din id-Direttiva ma taffettwax l-aspettattivi
leġittimi tal-operaturi ta' installazzjonijiet bħal dawn. (11) L-emissjonijiet stmati minn
tibdil indirett fl-użu tal-art għandhom jiġu inklużi fir-rappurtar
tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-bijokarburanti skont
id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE. Bijokarburanti magħmulin minn materja
prima għal ipproċessar industrijali u produttiv li ma jwasslux għal domanda
addizzjonali ta' art, bħal dawk minn skart ta’ materja prima għal ipproċessar
industrijali u produttiv, għandhom jiġu assenjati fattur ta' żero
emissjonijiet. . (12) Il-Kummissjoni għandha
teżamina mill-ġdid il-metodoloġija li tistma fatturi ta’ emissjonijiet minn
tibdil fl-użu tal-art inklużi fl-Annessi VIII u V
tad-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE rispettivament fid-dawl ta’ adattament
għal progress tekniku u xjentifiku. Għal dan il-għan, u jekk ikun ġustifikat
mill-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, il-Kummissjoni għandha tqis
il-possibbiltà li tirrevedi l-fatturi tal-grupp propost ta’ għelejjel minn
tibdil indirett fl-użu tal-art, kif ukoll tintroduċi fatturi f’livelli
ulterjuri ta’ diżaggregazzjoni u tinkludi valuri addizzjonali jekk materja
prima ġdida għall- ipproċessar industrijali u produttiv ta’ bijokarburanti
tidħol fis-suq. (13) L-Artikolu 19(8)
tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikolu 7d(8) tad-Direttiva 98/70/KE
jinkludu dispożizzjonijiet biex jinkoraġġixxu l-kultivazzjoni ta’
bijokarburanti f’art degradata severament u mniġġsa ħafna bħala miżura
temporanja ta’ mitigazzjoni kontra tibdil indirett fl-użu tal-art. Dawn
id-dispożizzjonijiet ma għadhomx adegwati fl-għamla attwali tagħhom u jeħtieġ
li jiġu integrati fl-approċċ stipulat f’din id-Direttiva biex jiġi żgurat li
azzjonijiet kumplessivi biex jiġu mminimizzati l-emissjonijiet minn tibdil
indirett fl-użu tal-art jibqgħu koerenti. (14) Ikun jixraq li jkun hemm
allinjament tar-regoli għall-użu ta’ valuri prestabbiliti biex jiġi żgurat
trattament ugwali għall-produtturi mingħajr ma jitqies fejn issir
il-produzzjoni. Filwaqt li pajjiżi terzi jitħallew jużaw valuri prestabbiliti,
produtturi tal-UE jeħtieġ li jużaw valuri reali fejn ikunu ogħla mill-valuri
prestabbiliti, jew meta ma jkunx intbagħat rapport mill-Istat Membru, u dan
iżid il-piż amministrattiv tagħhom. Għalhekk, ir-regoli attwali għandhom ikunu
ssimplifikati biex l-użu ta’ valuri prestabbiliti ma jkunx limitat għal żoni
fl-Unjoni inklużi fil-listi msemmijin fl-Artikolu 19(2)
tad-Direttiva 2009/28/KE u fl-Artikolu 7d(2)
tad-Direttiva 98/70/KE. (15) Peress li l-objettivi ta’ din
id-Direttiva, li jkun żgurat suq uniku għall-karburanti għat-trasport stradali
u għal makkinarju mobbli mhux tat-triq u biex ikun żgurat rispett tal-livelli
minimi ta’ ħarsien ambjentali mill-użu ta’ dan il-karburant, ma jistgħux
jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, jistgħu jinkisbu aħjar
fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju
tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif
stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa
meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi. (16) Bħala konsegwenza tad-dħul
fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, is-setgħat
kkonferiti lill-Kummissjoni bid-Direttivi 2009/28/KE u 98/70/KE jeħtiġ li
jkunu allinjati mal-Artikolu 290. (17) Biex ikunu żgurati
kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva,
il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk
is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament
(UE) 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji
ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju
mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. (18) Biex tippermetti adattament
għall-progress tekniku u xjentifiku tad-Direttiva 98/70/KE, is-setgħa biex
ikunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward
tal-mekkaniżmu għall-monitoraġġ u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet
b’effett ta’ serra, tal-prinċipji metodoloġiċi u tal-valuri meħtieġa biex ikun
ivvalutat jekk ikunux ġew issodisfati l-kriterji ta’ sostenibbiltà b’rabta
mal-bijokarburanti, tal-kriterji u l-firxiet ġeografiċi għad-determinazzjoni
ta’ bwar differenti ħafna minn xulxin, tal-metodoloġija għall-kalkolu u
r-rappurtar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra prodotti tul
iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijokarburanti, tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’
emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art, tal-livell permess relatat
mal-kontenut ta’ addittivi metalliċi fil-karburanti, tal-metodi analitiċi
permessi relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tal-karburanti u mal-eżenzjoni
mill-pressjoni tal-fwar permessa għall-petrol li jkun fih il-bijoetanol. (19) Biex tippermetti adattament
għall-progress tekniku u xjentifiku tad-Direttiva 2009/28/KE, is-setgħa
biex ikunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni
fir-rigward tal-lista ta’ materja prima għall-ipproċessar industrijali u
produttiv ta’ bijokarburanti li jingħaddu għal ħafna drabi għall-mira
stabbilita fl-Artikolu 3(4), tal-kontenut ta’ enerġija ta’ karburanti
għat-trasport, tal-kriterji u l-firxiet ġeografiċi għad-determinazzjoni ta’
bwar differenti ħafna bijoloġikament, tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’
emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art, u tal-prinċipji metodoloġiċi
u tal-valuri meħtieġa biex ikun ivvalutat jekk ikunux ġew issodisfati kriterji
ta’ sostenibbiltà b’rabta ma’ bijokarburanti u bijolikwidi. (20) Il-Kummissjoni għandha
teżamina mill-ġdid l-effikaċja tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva, abbażi
tal-aħħar u l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, biex tillimita
emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn tibdil indirett fl-użu
tal-art u biex tindirizza modi biex ikun imminimizzat aktar dak l-impatt, li
jista’ jinkludi l-introduzzjoni ta’ fatturi ta’ emissjonijiet stmati minn
tibdil indirett fl-użu tal-art fl-iskema ta’ sostenibbiltà
mill-1 ta’ Jannar 2021. (21) Huwa ta’ importanza
partikolari li l-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva twettaq
konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż f’livell
ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati,
għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta ta’ dokumenti
rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (22) Skont id-Dikjarazzjoni
Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti
spjegattivi tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri impenjaw
ruħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri
tat-traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar fejn jispjegaw
ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-Direttiva u l-partijiet korrispondenti
tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva,
il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta' dan it-tip ta' dokumenti bħala
ġustifikata. (23) Id-Direttivi 98/70/KE u
2009/28/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skont dan, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 98/70/KE Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif
ġej: 1. L-Artikolu 7a huwa
emendat kif ġej: (a) għandu jiddaħħal il-paragrafu 6 li ġej: "6. Il-fornituri tal-karburanti għandhom
sal-31 ta' Marzu ta' kull sena jirrappurtaw lill-awtorità maħtura
mill-Istat Membru, il-mogħdijiet ta' produzzjoni tal-bijokarburanti, il-volumi,
u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għal kull unità ta’ enerġija
prodotti tul ċiklu tal-ħajja tal-karburanti, inklużi l-emissjonijiet stmati
minn tibdil indirett fl-użu tal-art stabbiliti fl-Anness V. L-Istati
Membri għandhom jirrappurtaw din id-dejta lill-Kummissjoni." (b) fil-paragrafu 5, il-frażi introduttorja
tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita b’dan li ġej: "5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa
li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a b'mod partikolari
dwar:" 2. L-Artikolu 7b huwa
emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li
ġej: "2. It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’
gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti meqjusin
għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-anqas ta'
60 % għall-bijokarburanti prodotti f’installazzjonijiet li jibdew joperaw
wara l-1 ta’ Lulju 2014. Installazzjoni tkun “qed topera” jekk
il-produzzjoni fiżika ta’ bijokarburanti tkun seħħet. Fil-każ ta’ installazzjonijiet li kienu joperaw
fl-1 ta’ Lulju 2014 jew qabel, għall-finijiet imsemmijin
fil-paragrafu 1, il-bijokarburanti għandhom jiksbu tnaqqis ta'
emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ta’ mill-anqas 35 %
sal-31 ta’ Diċembru 2017 u ta' mill-anqas 50 %
mill-1 ta’ Jannar 2018. It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet
b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti għandu jiġi kkalkulat skont
l-Artikolu 7d(1)." (b) fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu
huwa sostitwit b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-kriterji u
l-firxiet ġeografiċi biex ikun deċiż liema bwar għandhom ikunu kopert
mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu." 3. L-Artikolu 7d huwa
emendat kif ġej: (a) il-paragrafi 3 sa 6 huma sostitwiti b’dan
li ġej: "3. L-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet
b’effett ta’ serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola fir-rapporti
msemmijin fl-Artikolu 7d(2) fil-każ tal-Istati Membri, u f’rapporti
ekwivalenti għal dawk fil-każ ta’ territorji barra mill-Unjoni, jistgħu
jintbagħtu lill-Kummissjoni." "4. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz
ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont proċedura ta’ konsulenza msemmija
fl-Artikolu 11(3), li r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 3 ikun fihom
dejta preċiża biex jitkejlu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra
assoċjati mal-kultivazzjoni ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u
produttiv ta’ bijokarburanti tipikament prodotti f’dawk iż-żoni għall-finijiet
tal-Artikolu 7b(2)." "5. Mhux aktar tard
mill-31 ta’ Diċembru 2012 u kull sentejn wara dik id-data,
il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar il-valuri stmati tipiċi u
prestabbiliti fil-Partijiet B u E tal-Anness IV, filwaqt li toqgħod
attenta l-aktar għal emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra
mit-trasport u mill-ipproċessar. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-korrezzjoni
tal-valuri stmati tipiċi u prestabbiliti fil-Partijiet B u E
tal-Anness IV." "6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa
li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-adattament
għall-progress tekniku u xjentifiku tal-Anness V, inkluż bir-reviżjoni
tal-valuri tal-grupp propost ta’ għelejjel minn tibdil indirett fl-użu tal-art;
l-introduzzjoni ta’ valuri ġodda f’aktar livelli ta’ diżaggregazzjoni;
l-inklużjoni ta' valuri addizzjonali jekk materja prima ġdida għall-ipproċessar
industrijali u produttiv ta’ bijokarburanti tidħol fis-suq skont kif jixraq,
l-eżami mill-ġdid tal-kategoriji li bijokarburanti tagħhom ma jkunu assenjati
ebda emissjoni minn tibdil indirett fl-użu tal-art; u l-iżvilupp ta’ fatturi
għal materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv minn materjali
ċellulożiċi u linjoċellulożiċi mhux tal-ikel." (b) fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu
huwa sostitwit b’dan li ġej: "7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa
li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-adattament
għall-progress tekniku u xjentifiku tal-Anness IV, inkluż billi jingħaddu
l-valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni ta’ bijokarburanti għall-istess
materja prima jew għal materja prima oħra u billi tkun immodifikata
l-metodoloġija stabbilita fil-Parti C." (c) il-paragrafu 8 huwa mħassar. 4. L-Artikolu 8 huwa
emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li
ġej: "1. L-Istati
Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u
4, fir-rigward ta’ karburanti tal-petrol u tad-diżil, abbażi tal-metodi
analitiċi msemmijin fil-verżjoni fis-seħħ tal-istandards Ewropej EN 228 u
EN 590 rispettivament." (b) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li
ġej: "3. Kull
sena sat-30 ta’ Ġunju, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport dwar
id-dejta nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-kwalità tal-karburanti għas-sena
kalendarja ta’ qabel. Il-Kummissjoni għandha
tistabbilixxi format komuni biex jintbagħat sommarju tal-kwalità tal-karburanti
fil-livell nazzjonali permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont
il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11(3). L-ewwel rapport
għandu jintbagħat sat-30 ta’ Ġunju 2002.
Mill-1 ta’ Jannar 2004, il-format għal dan ir-rapport
għandu jkun konsistenti ma’ dak deskritt fl-istandard rilevanti Ewropew. Barra min hekk, l-Istati Membri għandhom
jirrappurtaw kull sena dwar id-disponibbiltà, fuq bażi ġeografika bilanċjata
kif jixraq, ta’ karburanti tal-petrol u tad-diżil b’kontenut massimu ta’ kubrit
ta’ 10 mg/kg li huma kkumerċjalizzati fit-territorju tagħhom." 5. L-Artikolu 8a(3) huwa
emendat kif ġej: "3. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a
fir-rigward tar-reviżjoni tal-limitu għall-kontenut ta’ MMT ta’ karburant
speċifikat fil-paragrafu 2. Din
ir-reviżjoni għandha ssir abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa bl-użu
tal-metodoloġija ta’ ttestjar imsemmija fil-paragrafu 1. Jista’ jitnaqqas għal żero fejn ikun ġustifikat
mill-valutazzjoni tar-riskji. Ma jistax
jiżdied jekk dan ma jkunx ġustifikat mill-valutazzjoni tar-riskji." 6. Fl-Artikolu 10,
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a
fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku tal-metodi
analitiċi permessi msemmijin fl-Annessi I, II u III." 7. Għandu jiddaħħal
l-Artikolu 10a li ġej: "Artikolu 10a
Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati qed
tiġi kkonferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti
f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħa msemmija
fl-Artikolu 7a(5), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3),
fl-Artikoli 7d(5), 7d(6), 7d(7), 8a(3) u 10(1) għandha tiġi kkonferita
għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din
id-Direttiva. 3. Id-delega tas-setgħat imsemmija
fl-Artikolu 7a(5), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3),
fl-Artikoli 7d(5), 7d(6), 7d(7), 8a(3) u 10(1) tista’ tkun irrevokata
f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka
għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha
tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk.
Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà
fis-seħħ. 4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni
għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont
l-Artikolu 7a(5), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3),
l-Artikoli 7d(5), 7d(6), 7d(7), 8a(3) u 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss
jekk ma tkun espressa ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas
mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu,
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni
li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn
fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill." 8. L-Artikolu 11(4) huwa
mħassar. 9. L-Annessi huma emendati kif
stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2009/28/KE Id-Direttiva 2009/28/KE hija emendata kif
ġej: 1. Jiddaħħal paragrafu ġdid
fl-Artikolu 2: "p) ‘skart’ għandha tkun iddefinita bħalma hi
ddefinita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u
li tħassar ċerti Direttivi[13].
Sustanzi li jkunu ġew modifikati jew kontaminati intenzjonalment biex ikunu
skont id-definizzjoni ma jkunux koperti minn din il-kategorija." 2. L-Artikolu 3 huwa
emendat kif ġej: (a) it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: "Miri u miżuri mandatarji nazzjonali
għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli". (b) fil-paragrafu 1, għandu jiżdied it-tieni
subparagrafu li ġej: "Għall-fini ta’ konformità mal-mira msemmija
fl-ewwel subparagrafu, il-kontribuzzjoni konġunta massima minn bijokarburanti u
bijolikwidi prodotti minn ċereali u minn għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut
rikk ta’ lamtu, bi pjanti taz-zokkor u u bi pjanti li minnhom jiġi estratt
iż-żejt ma għandhiex tkun aktar mill-kwantità ta’ enerġija li tkun
tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni massima kif stabbilita
fl-Artikolu 3(4)d." (c) il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej: (i) fil-punt (b), għandha tiżdied il-frażi li
ġejja: "Dan is-subinċiż għandu jkun mingħajr
preġudizzju għall-Artikoli 17(1)a u 3(4)d;" (ii) għandu jiżdied il-punt (d) li ġej: (d) għall-kalkolu ta’ bijokarburanti
fin-numeratur, is-sehem ta’ enerġija minn bijokarburanti prodotti minn ċereali
u minn għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta’ lamtu, bi pjanti taz-zokkor
u bi pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt ma għandux ikun aktar minn 5 %,
is-sehem stmat fl-aħħar tal-2011, tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport
fl-2020. (iii) għandu jiżdied il-punt (e) li ġej: Il-kontribuzzjoni magħmula minn: (i) bijokarburanti prodotti minn materja prima
għal ipproċessar industrijali u produttiv elenkata fil-Parti A
tal-Anness IX għandhom jitqiesu bħala erba’ darbiet aktar mill-kontenut
tal-enerġija tagħhom; (ii) bijokarburanti prodotti minn materja prima
għal ipproċessar industrijali u produttiv elenkata fil-Parti B
tal-Anness IX għandhom jitqiesu bħala darbtejn aktar mill-kontenut
tal-enerġija tagħhom; (iii) karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi ta’
oriġini mhux bijoloġika għandhom jitqiesu bħala erba’ darbiet aktar
mill-kontenut tal-enerġija tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda
materja prima ma tiġi modifikata intenzjonalment biex tkun koperta
mill-kategoriji (i) sa (iii). Il-lista ta' materja prima għal ipproċessar
industrijali u produttiv elenkata fl-Anness IX tista' tiġi adattata
għall-progress xjentifiku u tekniku, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni
korretta tar-regoli tal-kontabilità stabbiliti f'din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 25 (b) fir-rigward tal-lista ta' materja prima għal
ipproċessar industrijali u produttiv stabbilita fl-Anness IX." 3. Fl-Artikolu 5(5),
l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 (b) fir-rigward
tal-adattament tal-kontenut ta’ enerġija ta’ karburanti tat-trasport kif
stabbilit fl-Anness III għal progress xjentifiku u tekniku." 4. Fl-Artikolu 6 (1)
l-aħħar sentenza hija mħassra. 5. L-Artikolu 17 huwa
emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li
ġej: "2. It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’
gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi meqjusin
għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-anqas ta'
60 % għal bijokarburanti u bijolikwidi prodotti f’installazzjonijiet li
jibdew joperaw wara l-1 ta’ Lulju 2014. Installazzjoni tkun 'qed
topera' jekk il-produzzjoni fiżika ta’ bijokarburanti jew bijolikwidi tkun
seħħet. Fil-każ ta’ installazzjonijiet li kienu joperaw
fl-1 ta’ Lulju 2014 jew qabel, għall-finijiet imsemmijin
fil-paragrafu 1, il-bijokarburanti u l-bijolikwidi għandhom jiksbu tnaqqis
ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ta’ mill-anqas 35 %
sal-31 ta’ Diċembru 2017 u ta' mill-anqas 50 %
mill-1 ta’ Jannar 2018. It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet
b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi għandu jkun
ikkalkulat skont l-Artikolu 19(1)." (b) fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu
huwa sostitwit b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 (b) biex tistabbilixxi
l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex ikun deċiż liema bwar għandhom ikunu
koperti mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu." 6. Fl-Artikolu 18 (4),
it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi
volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards
għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ bijomassa jkun fihom dejta preċiża
għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) jew juru li konsenji ta’ bijokarburant
jew bijolikwidu jkunu konformi mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti
fl-Artikolu 17(3) sa (5). Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawn
l-iskemi jkun fihom dejta preċiża għall-finijiet ta’ informazzjoni dwar miżuri
meħudin għall-konservazzjoni ta’ żoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi,
servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħal protezzjoni għal nixxigħat ta’ ilma minn
art għolja għal xmajjar jew ibħra, u kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjoni
tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-restawr ta’ art degradata, li jkun evitat
konsum eċċessiv ta’ ilma f’żoni fejn l-ilma jkun skars u dwar il-kwistjonijiet
imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7). Il-Kummissjoni
tista’ wkoll tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew speċijiet
rari, mhedda jew fil-periklu ta' estinzjoni rikonoxxuti minn ftehimiet
internazzjonali jew inklużi f’listi stabbiliti minn organizzazzjonijiet
intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni
tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 17 (3 )(b) (ii)." 7. L-Artikolu 19 huwa
emendat kif ġej: (a) il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan
li ġej: "3. L-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet
b’effett ta’ serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola fir-rapporti
msemmijin fl-Artikolu 19(2) fil-każ tal-Istati Membri, u f’rapporti
ekwivalenti għal dawk fil-każ ta’ territorji barra mill-Unjoni, jistgħu
jintbagħtu lill-Kummissjoni." "4. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz
ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 25(3), li r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 3 jkun fihom
dejta preċiża biex jitkejlu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra
assoċjati mal-kultivazzjoni ta’ materja prima għall-ipproċessar industrijali u
produttiv ta’ bijokarburanti u bijolikwidi tipikament prodotta f’dawk iż-żoni
għall-finijiet tal-Artikolu 17(2)." (b) fil-paragrafu 5, l-aħħar sentenza hija
sostitwita b’dan li ġej: "Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont
l-Artikolu 25 (b)." (c) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li
ġej: "Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25(b) fir-rigward tal-adattament
għall-progress tekniku u xjentifiku tal-Anness VIII, inkluża r-reviżjoni
tal-valuri tal-grupp propost ta’ għelejjel minn tibdil indirett fl-użu tal-art;
l-introduzzjoni ta’ valuri ġodda f’aktar livelli ta’ diżaggregazzjoni
(jiġifieri f’livell ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u
produttiv); l-inklużjoni ta' valuri addizzjonali jekk materja prima ġdida
għall-ipproċessar industrijali u produttiv ta’ bijokarburanti tidħol fis-suq
skont kif jixraq; u l-iżvilupp ta’ fatturi għal materja prima għal ipproċessar
industrijali u produttiv minn materjali ċellulożiċi u linjoċellulożiċi mhux
tal-ikel." (d) fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu
huwa sostitwit b’dan li ġej: "7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa
li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 (b) fir-rigward
tal-adattament tal-Anness V għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż
billi jingħaddu l-valuri għal aktar mogħdijiet ta' produzzjoni ta’
bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal materja prima oħra u billi
tkun immodifikata l-metodoloġija stabbilita fil-Parti C". (e) il-paragrafu 8 huwa mħassar. 8. L-Artikolu 21 huwa
mħassar. 9. Fl-Artikolu 22,
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "2. Fl-istima tat-tnaqqis nett ta’
emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ bijokarburanti,
l-Istat Membru jista’, għall-fini tar-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1,
juża l-valuri tipiċi mogħtijin fil-Parti A u fil-Parti B
tal-Anness V, u għandu jgħodd l-istimi ta’ emissjonijiet għal tibdil
indirett fl-użu tal-art stabbiliti fl-Anness VIII." 10. L-Artikolu 25(4) huwa
mħassar. 11. Għandu jiddaħħal
l-Artikolu 25b li ġej: "Artikolu 25 b
Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħat li jkunu adottati atti delegati qed
jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti
f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħa msemmija
fl-Artikolu 3(4)(d), fl-Artikolu 5(5), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(c),
fl-Artikoli 19(5), 19(6) u 19(7) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni
għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din
id-Direttiva]. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija
fl-Artikolu 3(4)(d), fl-Artikolu 5(5), fit-tielet subparagrafu
tal-Artikolu 17(3)(c), fl-Artikoli 19(5), 19(6) u 19(7) tista’ tkun
irrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’
revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija
għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk.
Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà
fis-seħħ. 4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni
għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont
l-Artikolu 3(4)(d), l-Artikolu 5(5), it-tielet subparagrafu
tal-Artikolu 17(3)(c), l-Artikoli 19 (5), 19 (6) u
19 (7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun espressa ebda oġġezzjoni
la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn
min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk,
qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn
li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak
il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew
jew tal-Kunsill. 12. L-Annessi huma emendati kif
stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. Artikolu 3
Eżami mill-ġdid Il-Kummissjoni għandha, qabel
il-31 ta’ Diċembru 2017, tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill li jeżamina mill-ġdid, abbażi tal-aqwa u l-aħħar evidenza
xjentifika disponibbli, l-effikaċja tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva
biex jiġu limitati emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn tibdil
indirett fl-użu tal-art assoċjati mal-produzzjoni ta’ bijokarburanti u
bijolikwidi. Ir-rapport għandu, jekk ikun jixraq, ikun akkumpanjat minn proposta
leġiżlattiva bbażata fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, biex ikunu
introdotti fatturi ta’ emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art
fil-kriterji adatti ta’ sostenibbiltà li għandhom ikunu applikati
mill-1 ta’ Jannar 2021, u minn eżami mill-ġdid tal-effikaċja
tal-inċentivi pprovduti għal bijokarburanti minn materja prima għal ipproċessar
industrijali u produttiv li ma tużax art u minn għelejjel mhux tal-ikel skont
l-Artikolu 3(4)d tad-Direttiva 2009/28/KE. Artikolu 4
Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet
amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar
tard minn [tnax-il xahar wara l-adozzjoni].
Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk
id-dispożizzjonijiet. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew
ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali
tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali
referenza. 2. L-Istati Membri għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi
nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 5
Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ
fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati
Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I L-Annessi tad-Direttiva 98/70/KE huma
emendati kif ġej: (1) Fl-Anness IV, il-Parti C hija
emendata kif ġej: (a) il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: "7. L-emissjonijiet annwalizzati minn
tibdiliet ta’ ħażna ta’ karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el,
għandhom jiġu kkalkulati billi l-emissjonijiet kollha jiġu diviżi ndaqs tul 20
sena. Għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li
ġejja: el = (CSR
– CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/P, fejn el = emissjonijiet
ta’ gassijiet b’effett ta’ serra annwalizzati minn tibdil ta’ ħażna ta’
karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi)
ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta’ enerġija prodotta
(megajoules) mill-bijokarburant; CSR = il-ħażna ta’ karbonju għal kull
unità ta’ erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa
(tunnellati) ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif
ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art
f’Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma l-materja prima tkun inkisbet, skont liema
minnhom iseħħ l-aħħar; CSA = il-ħażna ta’ karbonju għal kull
unità ta’ erja assoċjata mal-użu reali tal-art (imkejla bħala massa
(tunnellati) ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif
ukoll il-veġetazzjoni). F’każijiet fejn il-ħażna ta’ karbonju takkumula tul
aktar minn sena waħda, il-valur attribwit lis-CSA għandu jkun
il-ħażna stmata għal kull unità ta’ erja wara 20 sena jew meta l-għalla tkun
immaturat, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel; u P = il-produttività tal-għalla (imkejla
bħala bijokarburant jew enerġija għal kull unità ta’ erja kull sena)." (b) il-punti 8 u 9 jitħassru. (2) Għandu jiżdied l-Anness V li ġej: "Anness V Parti A. Emissjonijiet stmati minn
tibdil indirett fl-użu tal-art minn bijokarburanti Grupp ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv || Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art (gCO2ek/MJ) Ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu || 12 Pjanti taz-zokkor || 13 Għelejjel ta' pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt || 55 Parti B. Bijokarburanti li għalihom
l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art jitqiesu li huma
żero Bijokarburanti prodotti mill-kategoriji li
ġejjin ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv se jitqiesu
li l-emissjonijiet stmati tagħhom minn tibdil indirett fl-użu tal-art ikunu
żero: (a)
materja prima għal ipproċessar industrijali u
produttiv mhux inkluża fil-Parti A ta' dan l-Anness. (b)
materja prima għal ipproċessar industrijali u
produttiv li l-produzzjoni tagħha wasslet għal tibdil dirett fl-użu tal-art,
i.e. tibdil minn waħda mill-kategoriji tal-IPPC li ġejjin għall-kopertura
tal-art; art tal-foresti, bwar, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra
bħal għelejjel ikkultivati jew għelejjel perenni[14]. F’każ bħal dan “valur ta’
emissjonijiet minn tibdil dirett fl-użu tal-art (el) għandu jkun ġie
kkalkulat skont il-Parti C, il-paragrafu 7 tal-Anness IV." ANNESS II L-Annessi tad-Direttiva 2009/28/KE huma
emendati kif ġej: (1) Fl-Anness V, il-Parti C hija
emendata kif ġej: (a) il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: "7. L-emissjonijiet annwalizzati minn
tibdiliet ta’ ħażna ta’ karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el,
għandhom jiġu kkalkulati billi l-emissjonijiet kollha jiġu diviżi ndaqs tul 20
sena. Għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet għandha tiġi applikata r-regola li
ġejja: el = (CSR
– CSA) × 3,664 × 1/20 × 1/P, fejn el = emissjonijiet
ta’ gassijiet b’effett ta’ serra annwalizzati minn tibdil ta’ ħażna ta’
karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa (grammi)
ekwivalenti għal CO2 għal kull unità ta’ enerġija prodotta
(megajoules) mill-bijokarburant; CSR = il-ħażna ta’ karbonju għal kull
unità ta’ erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa
(tunnellati) ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif
ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta' referenza għandu jkun l-użu tal-art
f’Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma l-materja prima tkun inkisbet,
skont liema minnhom ikun seħħ l-aħħar; CSA = il-ħażna ta’ karbonju għal kull
unità ta’ erja assoċjata mal-użu reali tal-art (imkejla bħala massa
(tunnellati) ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif
ukoll il-veġetazzjoni). F’każijiet fejn il-ħażna ta’ karbonju takkumula tul
aktar minn sena waħda, il-valur attribwit lis-CSA għandu jkun
il-ħażna stmata għal kull unità ta’ erja wara 20 sena jew meta l-għalla tkun
immaturat, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel; u P = il-produttività tal-għalla (imkejla
bħala enerġija minn bijokarburant jew bijolikwidu għal kull unità ta’ erja kull
sena)." (b) il-punti 8 u 9 jitħassru. (2) Għandu jiżdied l-Anness VIII li ġej: "Anness VIII Parti A. Emissjonijiet stmati minn
tibdil indirett fl-użu tal-art minn materja prima għall-ipproċessar
industrijali u produttiv ta’ bijokarburanti u bijolikwidi Grupp ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u produttiv || Emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art (gCO2ek/MJ) Ċereali u għelejjel oħra bi pjanti b'kontenut rikk ta' lamtu || 12 Pjanti taz-zokkor || 13 Għelejjel ta' pjanti li minnhom jiġi estratt iż-żejt || 55 Parti B. Bijokarburanti u
bijolikwidi li għalihom l-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu
tal-art jitqiesu li huma żero Bijokarburanti u bijolikwidi prodotti
mill-kategoriji li ġejjin ta’ materja prima għal ipproċessar industrijali u
produttiv se jitqiesu li l-emissjonijiet stmati tagħhom minn tibdil indirett
fl-użu tal-art ikunu żero. (a)
materja prima għal ipproċessar industrijali u
produttiv mhux inkluża fil-Parti A ta' dan l-Anness. (b)
materja prima għal ipproċessar industrijali u
produttiv li l-produzzjoni tagħha wasslet għal tibdil dirett fl-użu tal-art,
i.e. tibdil minn waħda mill-kategoriji tal-IPPC li ġejjin għall-kopertura
tal-art; art tal-foresti, bwar, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra,
bħal għelejjel ikkultivati jew għelejjel perenni[15]. F’każ bħal dan “valur ta’
emissjonijiet minn tibdil dirett fl-użu tal-art (el) għandu jkun ġie
kkalkulat skont il-Parti C, il-paragrafu 7 tal-Anness V." (3) Għandu jiżdied l-Anness IX li ġej: "Anness IX Parti A. Materja prima għal
ipproċessar industrijali u produttiv li l-kontribuzzjoni tagħha għall-mira
msemmija fl-Artikolu 3(4) għandha titqies li hija erba’ darbiet aktar
mill-kontenut tal-enerġija tagħha (c)
Alka. (d)
Frazzjoni ta’ bijomassa ta’ skart muniċipali
mħallat, iżda mhux skart domestiku soġġett għal miri ta’ riċiklaġġ skont
l-Artikolu 11(2)(a) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar
ċerti Direttivi. (e)
Frazzjoni ta’ bijomassa ta’ skart industrijali. (f)
Tiben. (g)
Demel tal-annimali u ħama tad-drenaġġ. (h)
Effluwent minn imtieħen taż-żejt tal-palm u
għenieqed vojta tal-frott tal-palma. (i)
Żift miż-żejt tal-arżnu. (j)
Gliċerina mhux raffinata. (k)
Bagasse. (l)
Residwi tal-għasra u karfa tal-inbid. (m)
Qxur tal-ġewż. (n)
Ħliefa. (o)
Ċfaċagħ tal-qamħirrum (p)
Qxur tas-siġar, friegħi, weraq, serratura u
fdalijiet mill-qtugħ tas-siġar. Parti B. Materja prima għal ipproċessar
industrijali u produttiv li l-kontribuzzjoni tagħha għall-mira msemmija
fl-Artikolu 3(4) għandha titqies li hija darbtejn aktar mill-kontenut
tal-enerġija tagħha (a)
Żejt tal-ikel użat. (b)
Xaħam tal-annimali kklassifikat bħala
tal-kategorija I u II skont Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li
jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali
mhux maħsuba għall-konsum uman[16]. (c)
Materjal ċellulożiku mhux tal-ikel. (d)
Materjal linjoċellulożiku għajr zkuk maqtugħin u
zkuk maqtugħin miksija b’fuljetta fina (veneer logs). [1] ĠU L 140 5.6.2009 [2] ĠU L 350, 28.12.1998. [3] L-Artikolu 7d(6)
tad-Direttiva 2009/30/KE u l-Artikolu 19(6)
tad-Direttiva 2009/28/KE [4] COM(2010) 811. [5] Stimi ta’
emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art jiġu kkalkulati permezz ta’
mmudellar, li, minkejja titjib reċenti f’din ix-xjenza, jibqgħu sensittivi
għall-qafas ta’ mmudellar u jistgħu jvarjaw skont l-istess qafas u skont
is-suppożizzjonijiet magħmulin. [6] Kif iddefinit fil-paragrafu 3.1.1 ta'
C 160(2010) [7] ĠU C , , p. . [8] ĠU C , , p. . [9] ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16. [10] ĠU L 350, 28.12.1998, p.
58. [11] COM(2012) 60. [12] COM(2011) 571. [13] ĠU L 312, 22 ta’ Novembru 2008,
p. 3. [14] Għelejjel perenni huma ddefiniti
bħala għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom ma jinħasadx kull sena bħal
pereżempju msaġar ta' newba qasira u żejt tal-palm kif iddefiniti
f'(2010/C 160/02) [15] Għelejjel perenni huma ddefiniti
bħala għelejjel pluriennali li z-zokk tagħhom ma jinħasadx kull sena bħal
pereżempju msaġar ta' newba qasira u żejt tal-palm kif iddefiniti
f'(2010/C 160/02) [16] ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1