Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina /* COM/2012/0580 final - 2012/0281 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet u għanijiet
tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna
l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi
mhux membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku")
fil-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet
ta’ radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina. Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest
tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u tirriżulta minn
investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u
proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. Dispożizzjonijiet eżistenti
fil-qasam tal-proposta Ġew imposti miżuri provviżorji
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2012 (ĠU L 124,
11.5.2012, p. 17). Konsistenza ma' politiki u għanijiet
oħrajn tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati
mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi
tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet
tar-Regolament bażiku. Ġbir u użu tal-kompetenzi Ma kienx hemm bżonn ta' esperti esterni. Valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tirriżulta
mill-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma fihx
dispożizzjonijiet għal valutazzjoni ġenerali tal-impatt
iżda fih lista eżawrjenti ta' kundizzjonijiet li jeħtieġ li
jiġu vvalutati. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta mehmuża għal Regolament
tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet definittivi dwar id-dumping,
il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Huwa għalhekk
propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li
għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard
mill-10 ta’ Novembru 2012. Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni
kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn
pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza
esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà
ma japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta
fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal
deċiżjoni nazzjonali. L-indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju
u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali,
l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u
ċ-ċittadini jitnaqqas kemm jista' jkun u jkun proporzjonat mal-mira
tal-proposta, mhix applikabbli. L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati
minħabba r-raġuni li ġejja: Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati
minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet
alternattivi. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. 2012/0281 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv u
jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet
ta' radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu
taċ-Ċina IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar
il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta'
dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea[1]
("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 9
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa
mill-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") wara li kkonsultat
mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1. Il-PROĊEDURA 1.1. Miżuri proviżorji (1) Il-Kummissjoni,
bir-Regolament (UE) Nru 402/2012[2]
("ir-Regolament provviżorju"), imponiet dazju anti-dumping
provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju li
joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("RPĊ"
jew "il-pajjiż ikkonċernat"). (2) Il-proċediment inbeda
fit-12 ta’ Awwissu 2011[3],
wara lment imressaq minn International Association of Aluminium Radiator Manufacturers
Limited Liability Consortium (AIRAL S.c.r.l. – “l-ilmentatur”) f’isem
il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25% tal-produzzjoni totali
tal-Unjoni ta' radjaturi tal-aluminju. (3) Kif stipulat
fil-premessa (14) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta'
dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2010
sat-30 ta' Ġunju 2011 ("il-perjodu ta’
investigazzjoni" jew il-"PI"). L-eżami tax-xejriet
relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu
mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (il-“perijodu
kkunsidrat”). 1.2. Il-proċedura sussegwenti (4) Wara li ġew żvelati
l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbazi tagħhom ġie
deċiż li jkun impost dazju provviżorju tal-anti-dumping
("żvelar provviżorju"), għadd ta' partijiet interessati
ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom urew il-fehmiet tagħhom dwar
is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba
ngħataw opportunità li jinstemgħu. (5) Il-Kummissjoni
kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet
meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti
bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u,
fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan. (6) Kif diġà ssemma
fil-premessa (12) tar-Regolament provviżorju, grupp wieħed ta’
produtturi esportaturi talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3)
tar-Regolament bażiku. L-eżaminazzjoni ta’ dawn it-talbiet fl-istadju
provviżorju kienet ta’ piż kbir wisq biex titwettaq u kienet
ġiet differita għall-istadju definittiv. Ġie għalhekk
deċiż li tingħata eżaminazzjoni individwali
għall-grupp li applika għaliha, jiġifieri Sira Group.
Fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu fir-RPĊ, Sira Group huwa magħmul
minn Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. u Sira Group (Tianjin) Heating
Radiators Co. Ltd. (7) Il-partijiet kollha ġew
mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi
tagħhom ġie intiż li tiġi rrikmandata l-impożizzjoni
ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi
tal-alumiju li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti
garantiti permezz tad-dazju provviżorju ("żvelar finali").
Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw
dwar dan l-iżvelar finali. (8) Il-kummenti orali u bil-miktub
sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien
xieraq. 2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U
L-PRODOTT SIMILI (9) Kif stabbilit
fil-premessa (15) tar-Regolament provviżorju, il-prodott
ikkonċernat huwa radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li
minnhom huwa magħmul it-tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma
mmuntati fi blokki jew le, għajr radjaturi u elementi u partijiet minnhom
tat-tip tal-elettriku (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat
attwalment ikklassifikat fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10,
ex 7615 10 90, ex 7616 99 10 kif ukoll
ex 7616 99 90. (10) Wara l-pubblikazzjoni
tal-miżuri provviżorji, parti waħda sostniet li r-radjaturi
tal-azzar huma interkambjabbli mal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili,
u talbet lill-Kummissjoni biex tanalizza u tinkludi x-xejra fis-suq
tar-radjaturi tal-azzar biex tqabbilha b'mod partikolari mas-suq tar-radjaturi
tal-aluminju. (11) Abbażi tal-informazzjoni
disponibbli, jidher li r-radjaturi tal-aluminju jkollhom karatteristiċi
tekniċi differenti, speċjalment fir-rigward tal-materja prima
bażika (azzar f'każ wieħed u aluminju fl-ieħor),
il-piż, l-inerzja termali u l-konduċibbiltà tas-sħana. Barra
minn hekk, l-informazzjoni miġbura ma tindikax li hemm kompetizzjoni diretta
u interkambjabilità bejn iż-żewġ prodotti.
Fl-aħħarnett, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza biex issostni
l-pretensjonijiet tagħha. Fuq din il-bażi, l-allegazzjoni kienet
miċħuda. (12) Fin-nuqqas ta' kummenti
oħra dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili,
il-premessi (15) u (23) tar-Regolament provviżorju huma b'dan
ikkonfermati. 3. ID-DUMPING 3.1. Trattament ta' Ekonomija
tas-Suq u Trattament Individwali 3.1.1. Kumment
Preliminari (13) Kif diġà issemma
fil-premessa (6) t’hawn fuq, ġie deċiż li jingħata
eżami individwali lil Sira Group. Fir-rigward tal-operazzjonijiet
tiegħu fir-RPĊ, Sira Group huwa magħmul minn Sira (Tianjin)
Aluminium Products Co. Ltd. u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd.
Sira Group talab ukoll trattament ta’ ekonomija tas-suq ("TES") jew
trattament individwali ("TI"). 3.1.2. It-Trattament ta' Ekonomija
tas-Suq (TES) (14) Huwa mfakkar li, kif imsemmi
fil-premessi (30) sa (31) tar-Regolament provviżorju, l-ebda
waħda mill-partijiet fil-kampjun ma kienet talbet għal TES. (15) Kif
imsemmi hawn fuq fil-premessa (13), Sira Group, li ngħata eżami
individwali wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, talab
TES u ppreżenta l-formoli tat-talba għat-TES
għaż-żewġ kumpaniji involuti fil-produzzjoni u
l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat. (16) Skont l-Artikolu 2(7)(b)
tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-importazzjonijiet li
joriġinaw mir-RPĊ għandu jiġi ddeterminat skont
il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu
li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament
bażiku. Fil-qosor u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn
il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra hawn taħt: –
Id-deċiżjonijiet kummerċjali
jittieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr
interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż għandhom
jirriflettu l-valuri tas-suq; –
id-ditti għandhom sett wieħed ċar
ta’ rekords tal-kontabilità li huma vverifikati independentement, –
ma hemm l-ebda distorsjoni ttrasferita mis-sistema
li mhijiex tal-ekonomija tas-suq, –
il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà
jiggarantixxu stabilità u ċertezza legali; u –
il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju
jitwettqu bir-rati tas-suq. (17) L-informazzjoni pprovduta
miż-żewġ kumpaniji li jagħmlu parti mis-Sira Group
fil-formoli tat-talba għat-TES kienet analizzata u kienet intalbet u
nkisbet aktar informazzjoni. Fid-dawl tas-sejbiet ma ġiex ikkunsidrat
neċessarju li jitwettqu żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji. (18) L-investigazzjoni tat-TES
uriet li Sira Group ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterju 1
minħabba l-interferenza tal-Istat fid-deċiżjonijiet li
jikkonċernaw il-materja prima ewlenija, l-aluminju. L-ispiża
tal-aluminju tirrappreżenta madwar 70% tal-ispiża tal-produzzjoni
tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ
produtturi fis-Sira Group kisbu l-aluminju użat għall-produzzjoni
tal-prodott ikkonċernat mis-suq domestiku Ċiniż. Il-prezzijiet
huma msejsa fuq il-kwotazzjoni tal-aluminju fis-suq tal-Iskambju tal-Metalli
mhux ferrużi kontrollat mill-Istat ta’ Shanghai ("l-Iskambju” jew
“SHFE”). L-SHFE hija aġenzija tal-iskambju miftuħa biss
għall-kumpaniji rreġistrati fiċ-Ċina u
għaċ-ċittadini Ċiniżi u hija kkontrollata mill-Kummissjoni
Regolatorja tas-Sigurtajiet tal-Istat. Diversi regoli li jirregolaw
il-funzjonament tal-iskambju jikkontribwixxu għall-volatilità baxxa u
l-prezzijiet imnaqqsa fl-SHFE: il-varjazzjonijiet ta’ kuljum fil-prezzijiet
huma limitati għal 4% fuq jew taħt il-prezz tal-ħlas tal-jum
tal-iskambju preċedenti, in-negozjar iseħħ fi frekwenza baxxa
(sal-15-il jum ta' kull xahar), il-kuntratti futuri huma limitati għal
dewmien sa 12-il xahar, u l-miżati tat-tranżazzjonijiet jintalbu kemm
mill-Iskambju kif ukoll mis-sensara finanzjarji. (19) Barra minn hekk, fir-rigward
tat-tranżazzjonijiet tal-SHFE, il-konsenja fiżika tista’ ssir biss
f’maħżen approvat fir-RPĊ, mhux kif isir fl-iskambji
internazzjonali, fejn il-konsenja tista’ ssir mad-dinja kollha. Barra minn
hekk, peress li l-SHFE hija pjattaforma għal skambji fiżiċi biss
(ma jinbiegħu l-ebda derivattivi), dan kompletament jiżola s-suq
tal-aluminju Ċiniż. Bħala konsegwenza, l-arbitraġġ
mal-punt ta’ referenza dinji, il-London Metals Exchange ("LME") jew
swieq oħra huwa prattikament impossibbli u l-iskambju jiffunzjona f'iżolament
minn swieq oħra dinjin. Għalhekk, l-ekwalizzazzjoni fost dawn
is-swieq ma tistax isseħħ. Il-kwotazzjoni tal-prezz tal-aluminju
fl-LME kienet fuq bażi medja ta’ kull xahar 14% ogħla minn dik
fl-SHFE tul il-PI. (20) L-Istat jinterferixxi wkoll fil-mekkaniżmi
tal-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE peress li huwa kemm bejjiegħ kif ukoll
xerrej, permezz tal-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat u Korpi
Statali oħrajn, tal-aluminju primarju. Barra minn hekk, l-Istat jiffissa
l-limiti tal-prezzijiet ta’ kuljum permezz tar-regoli tal-SHFE li ġew
approvati mir-Regolatur tal-Istat u l-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet
taċ-Ċina (is-“CSRC”). (21) Barra minn hekk,
l-investigazzjoni wriet li l-aluminju primarju għall-esportazzjoni huwa
suġġett għal 17% VAT u din mhix rifużibbli fuq
l-esportazzjoni filwaqt li l-VAT fuq l-aluminju mibjugħ domestikament u
l-oġġetti lesti hija rifużibbli bir-rata ta’ 13%. Barra minn
hekk, l-aluminju primarju għall-esportazzjoni huwa suġġett għal
17% taxxa fuq l-esportazzjoni. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira
tal-produzzjoni tal-aluminju primarju tinbiegħ fis-suq Ċiniż u
tikkawża roħs tal-prezz tal-aluminju primarju domestiku u
vantaġġ importanti tal-prezz għall-produtturi tar-radjaturi
tal-aluminju stabbiliti fir-RPĊ. L-Istat Ċiniż kompla
jinterferixxi fis-suq waqt il-PI minħabba li elimina 5% tad-dazju
tal-importazzjoni fuq il-metalli matul il-kriżi finanzjarja. (22) Distorsjoni ulterjuri
mill-Istat Ċiniż seħħet fil-forma ta' interventi fis-suq
mill-Uffiċċju tar-Riżerva tal-Istat (“SRB") li huwa parti
mill-Kummissjoni tar-Riforma tal-Iżvilupp Nazzjonali ("NDRC").
Fi tmiem l-2008 u l-bidu tal-2009 l-SRB beda jixtri ħażniet minn
funderiji tal-aluminju primarju. Dan kien pakkett ta’ stimulu bil-għan li jillimita
l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali li naqqset id-domanda.
Dak ix-xiri mirfud mill-Istat assorba l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet
fis-suq domestiku f'Marzu u April 2009, u għolla l-prezzijiet waqt
l-ewwel nofs tal-2009. L-SRB biegħ l-aluminju primarju lura fis-suq
bħala tali fil-bidu ta' Novembru 2010 meta l-SRB biegħ
96 000 tunnellata b'irkant kif irrappurtat minn Bloomberg[4].
L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Xinhua rrapportat il-miżuri
għall-ħżin tal-istokks f’Diċembru 2008, filwaqt li
spjegat li kien ippjanat li jakkumulaw 300 000 tunnellata ta’ aluminju bi
prezzijiet li kienu 10% ogħla mill-prezz tas-suq f'miżura mfassla
biex tirfed il-prezzijiet[5].
Il-pjan tal-SRB għall-ħażna tal-istokks involva x-xiri
mingħand għadd ta' funderiji Ċiniżi għalkemm madwar
nofs l-ammont inxtara minn Aluminju Corporation of China Ltd. Barra minn hekk,
il-Ministru responsabbli mill-NDRC spjega li partijiet oħra tal-pakkett
ta' stimolu inkludew l-illaxkar tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni, is-sussidju
fuq l-elettriku, il-prezzijiet tal-elettriku mnaqqsa u ż-żieda
tal-limiti massimiu fuq is-self. Il-pakkett huwa rrappurtat li kellu effett
immedjat fuq il-prezzijiet. Dan ta' hawn fuq juri li l-Istat Ċiniż
għandu rwol primarju fl-iffissar tal-prezzijiet tal-aluminju primarju u li
dan jinterferixxi fis-suq. (23) Il-fatt li l-indħil
sinifikanti mill-Istat, kif deskritt hawn fuq, huwa immirat biċ-ċar
jidher, inter alia, mit-12-il Pjan ta’ Żvilupp ta’ Ħames (5)
Snin għall-Aluminju (2011-15) li permezz tiegħu l-Gvern
taċ-Ċina (“GTĊ”) espliċitament jistqarr l-intenzjoni
tiegħu li "jaġġusta t-taxxa u r-ribassi fuq it-taxxi
tal-esportazzjoni u lievi ekonomiċi oħrajn, u jikkontrolla
strettament l-ammont totali ta’ espansjoni u esportazzjonijiet ta' prodotti
primarji". Dan il-pjan ikompli l-politika li kienet teżisti fil-Pjan
dwar l-Aluminju ta’ qabel. Barra minn hekk dawn il-pjanijiet ġew
implimentati għal ħafna snin u, kif muri hawn fuq, matul il-PI
diversi miżuri implimentattivi kienu operattivi. (24) Għalhekk
id-distorsjonijiet multipli kkawżati mill-Istat fil-prezzijiet primarji
tal-aluminju Ċiniżi affettwaw il-prezzijiet tal-materja prima. Barra
minn hekk, il-produtturi jgawdu minn vantaġġ permezz ta’ dawn
id-distorsjonijiet, fis-sens li dawn normalment jagħmlu x-xirjiet
tagħhom fis-suq Ċiniż minn fornituri lokali bl-użu ta’
prezzijiet tas-suq lokali Ċiniż (jew SHFE) bħala punt ta'
referenza. Matul il-PI, dawn il-prezzijiet kienu madwar 15% inqas
mill-prezzijiet fis-suq dinji. Fit-teorija, il-kumpaniji Ċiniżi
jistgħu wkoll jixtru ċerti kwantitajiet bil-prezzijiet tal-LME meta
l-prezzijiet fis-suq Ċiniż huma ogħla bħala riżultat
ta’ intervent mill-Istat – filwaqt li l-oppost ikun impossibbli għal
operaturi mhux Ċiniżi. (25) Eżami tat-tweġibiet
tal-kwestjonarju kemm ta’ Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. kif ukoll
Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. wera li huma xtraw prodotti
tal-aluminju primarju bi prezzijiet marbuta mal-prezz tal-SMHS fil-PI u li
l-prezzijiet li xtraw bihom kienu segwew l-indiċi tal-SHFE tul perjodu
itwal. (26) Barra minn hekk,
l-investigazzjoni uriet li waħda miż-żewġ kumpanniji
konċernati bbenefikat minn ribass tat-Taxxa fuq id-Dħul min-Negozju
ta’ “tnejn ħielsa u tlieta bin-nofs”. Din is-sistema tar-ribassi tal-Istat
Ċiniż tfisser li ladarba kumpanija tibda tagħmel profitt ma
tħallas l-ebda Taxxa fuq id-Dħul min-Negozju għal sentejn u
mbagħad tħallas biss nofs għat-tliet snin ta’ wara.
Distorzjonijiet bħal dawn huma rreġistrati bħala kostijiet
negattivi fil-kont tal-qligħ u t-telf biex b'hekk iżidu
l-profitabbiltà. (27) Taħt tali
ċirkostanzi, l-ebda waħda mill-kumpaniji ma kienet f’pożizzjoni
li tagħti prova li d-deċiżjonijiet tagħha fin-negozju
fir-rigward tal-akkwist ta' materja prima mhumiex soġġetti għal
interferenza sinifikanti mill-Istat u li l-ispejjeż tal-inputs prinċipali
jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq. Għalhekk, ma setgħux
juru li jissodisfaw il-kriterju 1. (28) Fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn
fuq dwar il-kriterju 1, ġie kkunsidrat, wara konsultazzjoni
tal-Kumitat Konsultattiv, li t-TES għandu jiġi miċħud
għal Sira Group. (29) Fid-dawl ta' dan ta’ hawn fuq,
il-kriterji l-oħrajn tat-TES stipulati fl-Artikolu 2(7)(b)
tar-Regolament bażiku ma ġewx analizzati aktar. (30) Il-Kummissjoni żvelat
uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-grupp ta’ kumpaniji
relatati ikkonċernati fir-RPĊ u lill-kwerelanti. Huma kienu
mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom
bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari
sabiex jinstemgħu. (31) Wara l-iżvelar tat-TES,
Sira Group ikkummenta fuq is-sejbiet tat-TES proposti. Madankollu, billi Sira
Group sejjaħ il-kummenti tiegħu bħala limitati fin-natura
tagħhom, il-Kummissjoni indirizzat il-kwistjonijiet imqajma fuq bażi
bilaterali permezz ta’ dokument ta’ żvelar partikolari. Il-kummenti ma
wasslux għal tibdil fis-sejbiet rigward il-kriterju 1. (32) Minbarra dan ta' hawn fuq u
fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti, il-premessi minn (30) sa (31) tar-Regolament
provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 3.1.3. It-Trattament Individwali (TI) (33) Skont l-Artikolu 2(7)(a)
tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju
għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li
jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn
il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha
stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u
għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew
stabbiliti fil-premessa (32) tar-Regolament provviżorju. (34) Iż-żewġ
produtturi esportaturi relatati tas-Sira Group talbu TI, fil-każ li t-TES
ma kinetx se tingħata. Dawn it-talbiet ġew eżaminati.
L-investigazzjoni wriet li dawn issodisfaw il-kundizzjonijiet kollha
tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. (35) Is-Sira Group għalhekk
ingħata t-TI. (36) Fit-28 ta’ Lulju 2011,
il-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO ("il-KFT") adotta
rapport tal-Korp tal-Appell u rapport tal-Bord kif immodifikati permezz
tar-rapport tal-Korp tal-Appell fuq il-każ "Il-Komunitajiet Ewropej -
Miżuri anti-dumping definittivi dwar ċerti qfieli tal-ħadid jew
tal-azzar miċ-Ċina"[6]
("ir-rapporti"). (37) Fir-rapporti nstab, inter
alia, li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku kien inkonsistenti
mal-Artikoli 6.10, 9.2 u 18.4 tal-Ftehim ta' Kontra d-Dumping tad-WTO u
l-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim tad-WTO. L-Artikolu 9(5) tar-Regolament
bażiku jistipula li produtturi esportaturi individwali f’pajjiżi
b’ekonomija mhux tas-suq li ma jirċevux trattament ta’ ekonomija tas-suq
skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku se jkunu soġġetti
għal rata ta' dazju fil-pajjiż kollu sakemm dawn l-esportaturi ma
jurux li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-trattament individwali
stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku ("l-eżitu
tad-DSB dwar l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku"). (38) Kwalunkwe produttur esportatur
fir-RPĊ li jikkunsidra li dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut
fid-dawl tal-interpretazzjonijiet legali fir-rigward tal-Artikolu 9(5) li
jinsabu fir-rapporti huwa mistieden jitlob reviżjoni fuq il-bażi
tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 fuq
il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport
adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq
anti-dumping u anti-sussidji[7]
(“Ir-Regolament ta’ awtorizzazzjoni tad-WTO”). (39) L-istituzzjoni rilevanti tal-Unjoni
tista' tirrevoka, temenda jew iżżomm il-miżuri riveduti sabiex
dawn jirriflettu r-riżultati tar-reviżjoni. Il-partijiet li jitolbu
reviżjoni għandhom ikunu konxji mill-fatt li jekk is-sejbiet relatati
magħhom ikunu jeħtieġu xi emenda tal-miżuri fis-seħħ,
din l-emenda tista’ tirriżulta fi tnaqqis jew f'żieda fil-livell
tal-miżuri. (40) Barra dan, l-ebda kummenti ma
kienu riċevuti dwar l-għoti tat-TI u l-premessi minn (32) sa
(34) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 3.2. Il-pajjiż analogu (41) Fin-nuqqas ta' kummenti
fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-premessi minn (35) sa (41)
tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 3.3. Il-valur normali (42) L-istess metodoloġija
ntużat biex ikun stabbilit il-valur normali għal Sira Group bħal
dak deskritt fil-premessi minn (42) sa (46) tar-Regolament
provviżorju. Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-valur normali,
il-premessi minn (42) sa (46) tar-Regolament provviżorju huma b'dan
ikkonfermati. 3.4. Il-prezz tal-esportazzjoni (43) Il-prezz tal-esportazzjoni
tas-Sira Group ġie kkalkulat skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament
bażiku għax l-esportazzjonijiet saru bi prezzijiet ta' trasferiment
li kienu meqjusa mhux affidabbli. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni
ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ
mill-ġdid lill-ewwel klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni,
bir-rekwiżiti ta’ tnaqqis xierqa għall-ispejjeż u l-profitt li
kienu qed isiru sabiex jaġġustaw il-prezz tal-esportazzjoni
fil-livell ex works. Saru aġġustamenti fil-prezz ta’
bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni
għall-ispejjeż kollha inklużi d-dazji u t-taxxi, minfuqa bejn
l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll marġni
raġjonevoli għall-ispejjeż SG&A u l-profitti. Fir-rigward
tal-marġini tal-qligħ, intuża l-qligħ realizzat minn
importatur li koopera mhux relatat tal-prodott ikkonċernat peress li
l-qligħ attwali tal-importatur relatat ma kienx meqjus affidabbli
minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat. (44) Fir-rigward tal-esportaturi
fil-kampjun, fl-assenza ta’ kwalunkwe kumment dwar il-prezz tal-esportazzjoni,
il-premessa (47) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. 3.5. It-tqabbil (45) Saru ċerti kummenti dwar
il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. (46) Metal Group Ltd. ikkontesta
t-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi li
t-tqabbil li sar ma kienx tqabbil ġust minħabba l-metodoloġija
użata u l-kumpanija sostniet differenzi fil-karatteristiċi
fiżiċi. (47) Rigward it-tqabbil li sar,
Metal Group issuġġerixxa metodu alternattiv ibbażat
sempliċement fuq il-piż. Din il-metodoloġija ġiet
irrifjutata għaliex tinjora oqsma importanti oħra inklużi
fis-sistema tat-tqabbil tat-tip tal-prodott, eż. il-prestazzjoni termali,
li għalhekk tiżgura komparabilità aħjar. (48) Il-pretensjoni għal
differenzi fiżiċi magħmula minn Metal Group Ltd. kienet
it-tripplu u ġiet sottomessa wara li l-iskadenza għas-sottomissjoni
tal-kummenti kienet għaddiet. Ebda waħda mit-tliet pretensjonijiet
f'dan ir-rigward ma kienet imsemmija fir-rispons tal-kwestjonarju (li talab
speċifikament li dawn it-talbiet jiġu magħmula). Barra minn
hekk, dawn il-pretensjonijiet ma kinux tqajmu waqt iż-żjara ta’ verifika
li kieku kienet tagħti lit-tim investigattiv l-opportunità li jivverifika
l-validità u d-daqs tagħhom. (49) L-ewwel pretensjoni involviet
it-tip tal-liga tal-aluminju użata fil-produzzjoni. F’dan ir-rigward,
intqal li l-istandard Ċiniż ta' din il-liga ma kienx l-istess
bħal dak tal-liga tal-istess isem użata fl-Unjoni. Filwaqt li huwa
ċar li dawn il-ligi mhumiex identiċi, l-ebda xhieda ma ġiet
sottomessa biex tipprova li kwalunkwe differenza fl-ispiża hija reali. (50) It-tieni pretensjoni involviet
l-użu ta’ verżjoni allegatament orħos tat-trab tal-irfinar.
Għal darb'oħra, ma tressqet l-ebda evidenza biex tipprova dan
l-ilment u għandu jingħad li dan it-trab tal-irfinar kien
jikkostitwixxi perċentwal tant żgħir tal-ispiża totali tal-produzzjoni
li jekk xejn kien se jkollu biss impatt marġinali. (51) It-tielet pretensjoni kienet
li l-ebda kisi kontra l-korrużjoni intern ma kien applikat mill-kumpanija
b'kuntrast għall-prodott manifatturat fl-UE. Bħal
fiż-żewġ każijiet imsemmija hawn fuq, l-ebda xhieda ma
ġiet sottomessa li tipprova din it-pretensjoni. (52) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq,
il-pretensjoni ta’ differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi kienet
miċħuda. (53) Fin-nuqqas ta’ xi kummenti
oħra, il-premessi minn (48) sa (50) tar-Regolament provviżorju
huma b’dan ikkonfermati. 3.6. Il-marġini tad-dumping (54) Rigward Sira Group,
il-marġni ta’ dumping ġie kkalkolat fuq il-bażi
tal-metodoloġija msemmija fil-premessa (51) tar-Regolament
provviżorju u kien stabbilit għal 23,0 %. (55) Fin-nuqqas
ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (51) sa (54) tar-Regolament
provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 4. ID-DANNU 4.1. Il-produzzjoni totali
tal-Unjoni (56) Fl-assenza ta’ kummenti dwar
il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-premessi minn (55) sa (57)
tar-Regolament provviżorju qegħdin b’dan jiġu kkonfermati. 4.2. Il-konsum tal-Unjoni (57) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
il-konsum tal-Unjoni, il-premessi minn (58) sa (61) tar-Regolament
provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 4.3. L-importazzjonijiet
mill-pajjiż ikkonċernat 4.3.1. Il-prezzijiet
tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet (58) Wara l-iżvelar
tas-sejbiet provviżorji, parti waħda sostniet li l-marġni
tat-traħħis tal-prezzijiet ta' 6,1 % li nstab matul il-PI kien
baxx u ma setax ikkawża ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. (59) It-twaqqigħ
tal-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi għandu,
madanakollu, jitqies fid-dawl tal-pressjoni li eżerċita fuq is-suq
tal-Unjoni u l-impatt li kellu fuq il-livell tal-prezzijiet tal-industrija
tal-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-pressjoni tal-prezz minħabba
l-importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx ma
ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi prezzijiet f’livell li
jippermettilha tkopri l-ispejjeż u biex jinkiseb marġini raġonevoli
ta’ qligħ, b’mod partikolari matul il-PI. (60) Kif imsemmi
fil-premessa (65) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni
kkonfermat li l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ kienu
l-oġġett ta’ dumping u kienu dejjem taħt il-prezzijiet
tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.
It-twaqqigħ tal-prezz kostanti pprattikat mill-esportaturi
Ċiniżi ppermetta l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
tagħhom jespandi b'mod partikolari matul il-PI. Barra minn hekk, instab li
d-differenza fil-prezz fuq ċerti tipi ta' radjaturi kienet
konsiderevolment ogħla mit-twaqqigħ tal-prezz medju li nstab.
Għalhekk, l-impatt negattiv tat-twaqqigħ tal-prezz li nstab fis-suq
tal-Unjoni u fl-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi sottovalutat.
Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda. (61) L-istess parti tenniet li
r-radjaturi Ċiniżi kienu ta' kwalità inferjuri meta mqabbla
mal-istess prodotti mmanifatturati fl-Unjoni u li għalhekk dawn ma
setgħux ikunu l-kawża ta’ xi ħsara għall-industrija
tal-Unjoni. (62) Din
il-pretensjoni, iżda, ma kinitx issostanzjata u l-investigazzjoni ma
żvelatx fatti li jistgħu jsostnuha. Kif iddikjarat
fil-premessa (23) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni wriet
li r-radjaturi tal-aluminju magħmula u esportati mir-RPĊ u r-radjaturi
tal-aluminju prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni,
għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi
bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Barra minn hekk,
dawn huma wkoll kompletament interskambjabbli u jidhru identiċi
partikolarment għall-pubbliku. Għalhekk huma meqjusa bħala
simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. (63) Ta’ min jinnota li
t-twaqqigħ tal-prezz u l-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu huma
determinati fuq il-bażi ta’ paragun dettaljat ta’ tipi ta’prodotti
Ċiniżi u dawk tal-Unjoni. Għalhekk, kwalunkwe differenza
allegata bejn it-tipi varji ta' radjaturi tiġi kkunsidrata meta jitqabblu
fid-dettall il-prezzijiet. Fuq din il-bażi, l-allegazzjoni kienet
miċħuda. (64) Fin-nuqqas ta' kummenti
oħrajn dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat,
il-premessi minn (62) sa (67) tar-Regolament provviżorju huma b'dan
ikkonfermati. 4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika
tal-industrija tal-Unjoni (65) Fin-nuqqas ta' kummenti
oħra dwar ir-rimarki preliminari, il-premessi minn (68) sa (71) tar-Regolament
provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 4.4.1. Il-produzzjoni,
il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (66) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni
tal-kapaċità, il-premessi minn (72) sa (74) tar-Regolament
provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 4.4.2. L-ammont ta' bejgħ u
s-sehem mis-suq (67) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
l-iżvilupp tal-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija
tal-Unjoni, il-premessa (75) tar-Regolament provviżorju hija b'dan
ikkonfermata. 4.4.3. It-tkabbir (68) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
it-tkabbir, il-premessa (76) tar-Regolament provviżorju hija b'dan
ikkonfermata. 4.4.4. L-impjiegi (69) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
l-impjiegi, il-premessi (77) u (78) tar-Regolament provviżorju huma
b'dan ikkonfermati. 4.4.5. Il-prezzijiet medji tal-unità
fl-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni (70) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni,
il-premessi (79) u (80) tar-Regolament provviżorju huma b'dan
ikkonfermati. 4.4.6. Il-profittabilità, il-fluss
tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li
żżid il-kapital. (71) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
il-profitabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq
l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital, il-premessi
minn (81) sa (83) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 4.4.7. L-istokkijiet (72) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
il-ħażniet, il-premessa (84) tar-Regolament provviżorju hija
b'dan ikkonfermata. 4.4.8. Il-kobor tal-marġini ta’
dumping attwali (73) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar
id-daqs tal-marġini tad-dumping attwali, il-premessa (85)
tar-Regolament provviżorju hija b'dan ikkonfermata. 4.4.9. Konklużjoni dwar
il-ħsara (74) L-investigazzjoni kkonfermat
li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew tendenza ta' tnaqqis matul
il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-konklużjoni li ntlaħqet
fil-premessi minn (86) sa (89) tar-Regolament provviżorju li l-industrija
tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5)
tar-Regolament bażiku hija b'dan ikkonfermata. 5. IL-KAWŻALITÀ 5.1. Introduzzjoni (75) Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
kummenti għall-premessa (90) tar-Regolament provviżorju, dik
il-premessa hija b'dan ikkonfermata. 5.2. L-effett tal-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta' dumping (76) Billi ma kien hemm l-ebda
kumment ieħor rigward l-effett tal-importazzjonijiet li huma
l-oġġett ta' dumping, il-premessi minn (91) sa (95)
tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 5.3. L-effett ta’ fatturi oħra 5.3.1. L-importazzjonijiet minn
pajjiżi terzi (77) Fl-assenza ta’ kwalunkwe
kummenti dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi,
il-premessa (96) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. 5.3.2. Il-kriżi ekonomika (78) Parti waħda sostniet li
l-kawża tad-dannu, jekk hemm, imġarrab mill-industrija tal-Unjoni
kienet il-kriżi ekonomika li pprevaliet fis-settur tal-kostruzzjoni u
d-djar, u partikolarment f’ċerti Stati Membri bħal Spanja u l-Italja,
meqjusa minn din il-parti bħala swieq tal-bejgħ ewlenin
għall-industrija tal-Unjoni. (79) L-investigazzjoni, madankollu,
żvelat li l-industrija tal-Unjoni biegħet ukoll volumi kbar ta'
radjaturi fl-Istati Membri l-oħra għajr Spanja u l-Italja. Barra minn
hekk, is-suq tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili jmur lil hinn
mis-swieq tal-kostruzzjoni u d-djar ta’ Spanja u l-Italja. Madankollu, anke
jekk ma jistax jiġi eskluż li l-kriżi ekonomika kellha impatt
fuq is-suq tal-Unjoni, il-preżenza ta’ ammonti li qegħdin jiżdiedu
ta’ importazzjonijiet Ċiniż bi prezzijiet baxxi li huma
l-oġġett ta' dumping intensifikat kwalunkwe effetti negattivi li
t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku seta’ kellu matul il-perjodu meqjus u impedixxa
lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika minn irkupru ekonomiku
ġenerali matul il-PI. (80) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħra dwar il-kriżi ekonomika, il-premessi minn (97) sa (100)
tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 5.3.3. L-iżvilupp tal-ispiża
tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (81) Ġie allegat li
ż-żieda fil-prezz tal-aluminju li tikkostitwixxi sehem kbir
tal-ispiża tal-manifattura tal-prodott simili kienet il-kawża
tad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. (82) Madankollu, huwa pjuttost
kkunsidrat li f’suq irregolat minn kompetizzjoni ġusta, il-prezzijiet
jistgħu jiġu ffissati f’livell biex ikopru l-ispejjeż u biex
jinkisbu marġini ta' profitt raġonevoli. Kif ikkonfermat
fil-premessa (60) ta’ hawn fuq, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ
kienu kontinwament qed jittraħħsu taħt il-prezzijiet
tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Meta l-ispejjeż
żdiedu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid
il-prezzijiet tagħha skont dan minħabba l-pressjoni ssoktata
tal-prezzijiet. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda. (83) Fin-nuqqas ta’ kummenti
oħra rigward l-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni
tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn (101) sa (103) tar-Regolament
provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 5.3.4. Il-prestazzjoni
tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun (84) Waħda mill-partijiet
qalet li l-livell u t-tnaqqis fil-bejgħ bl-esportazzjonijiet
tal-industrija tal-Unjoni kellhom influwenza ewlenija fuq ir-rendiment
ekonomiku globali tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. (85) L-investigazzjoni wriet,
madankollu, li minkejja li l-bejgħ bl-esportazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni naqas matul il-perjodu meqjus, dan kien għadu parti importanti,
li tammonta għal 51 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni
fl-UE matul il-PI u għal 27 % tal-produzzjoni totali tal-industrija
tal-Unjoni matul il-PI. Għaldaqstant, kif tistqarr il-premessa (106)
tar-Regolament provviżorju, il-bejgħ bl-esportazzjoni ta
lill-industrija tal-Unjoni l-possibbiltà li tikseb ekonomiji ta' skala u dan ma
setax allura jitqies li kkawża d-dannu materjali mġarrab
mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus. Ix-xejra u l-livell ta'
bejgħ bl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mhumiex tali li jiksru
r-rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet li huma
oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. B’hekk, il-pretensjoni
ġiet miċħuda. (86) L-istess parti talbet
l-iżvelar tal-valuri tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni u
għaldaqstant tal-prezzijiet, billi l-volumi tal-esportazzjoni biss
ġew ippubblikati fir-Regolament provviżorju. Madankollu, din
l-informazzjoni ma tistax tiġi żvelata peress li hija kkunsidrata
kunfidenzjali. (87) Fin-nuqqas ta' kummenti
oħra dwar il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
inkluża fil-kampjun, il-premessi minn (104) sa (106) tar-Regolament
provviżorju huma b'dan ikkonfermati. 5.4. Konklużjoni dwar
il-kawżalità (88) Parti waħda sostniet li
d-deċiżjoni tal-industrija tal-Unjoni li żżid
il-kapaċità tal-produzzjoni fl-2008 flimkien ma' sitwazzjoni ekonomika
diffiċli li pprevaliet ukoll fis-snin segwenti huma l-kawżi ewlenin
tat-tnaqqis tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni u
l-profitabbiltà negattiva tagħha. Kien għalhekk allegat li d-dannu
kien ikkawżat minn fatturi domestiċi varji, bħall-kriżi
ekonomika u deċiżjonijiet ta' investiment żbaljati magħmula
mill-industrija tal-Unjoni. (89) Madankollu, l-analiżi
tad-dannu hija evalwata billi jitqiesu l-fatturi tad-dannu kollha flimkien, li
minnhom l-użu tal-kapaċità u l-profittabbiltà huma biss tnejn.
L-investigazzjoni tad-dannu wriet b’mod partikolari li l-volum ta’ bejgħ
tal-industrija tal-Unjoni naqas b’16 % matul il-perjodu meqjus, filwaqt li
l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’77 % matul il-perjodu
meqjus u s-sehem fis-suq żdied minn 13 % sa 24 % matul il-perjodu
meqjus. Anki matul il-PI, fejn il-konsum żdied meta mqabbel mal-2009,
is-sehem tal-industrija tal-Unjoni kompla jiċkien. Minkejja
d-deterjorazzjoni ta' fatturi oħra ta' dannu, sinjal ieħor
tal-qagħda ekonomika diffiċli mġarrba mill-industrija tal-Unjoni
huwa muri permezz tal-livelli tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni
li żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. Għalhekk,
iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
fl-2008 għandha tiġi analizzata flimkien ma’ dawn l-elementi
l-oħra kollha, sabiex ikollna stampa kompleta. (90) Għalkemm il-kriżi
ekonomika kellha ċertu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija
tal-Unjoni, ma jistax jiġi injorat il-fatt li l-importazzjonijiet
Ċiniżi iddampjati bi prezzijiet baxxi żdiedu b'mod sinifikanti
matul il-perjodu meqjus u għalhekk intensifikaw kwalunkwe effetti
negattivi fir-ritmu ekonomiku li seta' kellhom matul il-perjodu meqjus u
impedew lill-industrija Unjoni milli tibbenefika minn irkupru ekonomiku
ġenerali matul il-PI. (91) L-investigazzjoni wriet li
kien hemm żieda ta’ 9 % fil-konsum bejn l-2009 u l-PI, filwaqt li
s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni ssokta jonqos u anki f’sitwazzjoni
ekonomika ġenerali mtejba, l-industrija tal-Unjoni ma kinetx kapaċi
tirkupra, għaliex kienet dejjem taħt il-pressjoni
tal-oġġett ta' dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. Fuq din
il-bażi, l-allegazzjoni kienet għalhekk miċħuda. (92) Billi ma kienx hemm kummenti
oħrajn rigward il-konklużjoni dwar il-kawżalità, il-premessi
minn (107) sa (110) tar-Regolament provviżorju huma b’dan
ikkonfermati. 6. L-INTERESS TAL-UNJONI (93) Ma kien hemm ebda
kooperazzjoni minn utenti f'din l-investigazzjoni u minkejja l-isforzi wara
l-pubblikazzjoni tas-sejbiet provviżorji, l-ebda utenti ma ppreżentaw
ruħhom. (94) Fuq il-bażi
tal-informazzjoni disponibbli, instab li x-xerrejja ewlenin tar-radjaturi
tal-aluminju huma l-kumpaniji tal-bini l-kbar, id-distributuri u
l-bejjiegħa bl-ingrossa, li jbiegħuhom mill-ġdid lil
bejjiegħa bl-imnut jew ktajjen speċjalizzati li jbiegħu lil
kumpaniji tal-kostruzzjoni iżgħar jew lill-utenti finali.
Valutazzjoni tal-impatt possibbli li l-impożizzjoni ta’ dazji definittivi
setgħet kellha fuq il-partijiet kkonċernati wriet li anke
b’żieda potenzjali fil-prezz għal kull element ta' radjatur
tal-aluminju importat ta' 61%, li huwa l-ogħla dazju kontra d-dumping
propost, din iż-żieda fil-prezz tidher li hija pjuttost baxxa, billi
l-prodott ikkonċernat huwa normalment parti minn proġetti kbar, fejn
il-prezz tiegħu huwa biss proporzjon żgħir tal-kostijiet
tan-negozju totali. Għalhekk, anke jekk jitqies l-agħar xenarju
immaġinabbli, jidher li ż-żieda fil-prezz riżultanti tista'
faċilment tiġi assorbita fil-katina tal-bejgħ downstream. (95) Fin-nuqqas ta’ kummenti
fir-rigward tal-interess tal-Unjoni, il-premessi minn (111) sa (118)
tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. 7. MIŻURI ANTI-DUMPING
DEFINITTIVI 7.1. Il-livell ta’
tneħħija tad-dannu (96) Intqal li l-marġni ta’
profitt użat biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ
biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż kien għoli
wisq. Kien argumentat li l-marġini ta’ 7,4 %, miksub mill-produtturi
tal-Unjoni fil-kampjun fis-sena 2008, kien eċċezzjonali u mhux
realistiku. Il-kriżi ekonomika li laqtet is-suq fis-snin segwenti
għamlitha impossibbli li jintlaħaq it-tali livell ta’ qligħ. (97) Għandu jiġi nnutat
li dan il-marġni ta’ qligħ kien ivverifikat waqt l-investigazzjoni
bħall-marġni tal-profitt milħuq mill-kumpaniji fil-kampjun
taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’
dumping dannuż. Ma jistax jiġi konkluż li l-kriżi ekonomika
ma kellha l-ebda impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iżda
l-volum ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ li qed iwaqqa’ l-prezzijiet
tal-industrija tal-Unjoni kompla jiżdied matul il-perjodu kollu meqjus
għad-detriment tal-prezzijiet u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni.
Għalhekk huwa evidenti li l-importazzjonijiet dumped mir-RPĊ
intensifikaw kwalunkwe effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq l-industrija
tal-Unjoni. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. (98) Kien allegat ukoll li
spiża ta’ wara l-importazzjoni użata biex tikkalkula t-twaqqigħ
tal-prezzijiet u l-marġini ta’ dannu (0,2 %, inklużi
l-ispejjeż kollha meħtieġa biex tiġi rrilaxxata
l-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera fl-UE, bħall-ispiża
tal-immaniġġar u l-miżati tal-approvazzjoni doganali, iżda
eskluż id-dazju tal-importazzjoni) kienet sottovalutata. Skont din
il-parti, l-ispejjeż postimportazzjoni għandhom jinkludu
l-ispiża tal-miżata tal-immaniġġar, il-miżata
tal-approvazzjoni doganali u tal-merkanzija interna stmati għal
3,5 %. Sabiex tikkalkula t-twaqqigħ tal-prezzijiet u l-bejgħ
bit-telf, il-prezz fil-fruntiera tal-UE jitqabbel mal-prezz ex-works tal-produtturi
tal-industrija tal-UE. Il-prezz fuq il-fruntiera tal-UE għandu jinkludi
l-ispejjeż kollha meħtieġa biex tiġi rilaxxata l-merkanzija
għal ċirkolazzjoni libera fl-UE, (jiġifieri l-miżata
tal-approvazzjoni doganali u l-ispejjeż tal-maniġġjar),
iżda mhux kwalunkwe ġarr intern tal-merkanzija, kif mistqarr
mill-parti. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. (99) Fin-nuqqas ta' kummenti
oħra dwar il-livell tat-tneħħija tad-dannu, il-metodoloġija
deskritta fil-premessi minn (119) sa (123) tar-Regolament provviżorju
hija b’dan ikkonfermata. 7.2. Forma u livell tad-dazji (100) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq,
qed jitqies li, skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku,
għandhom jiġu imposti miżuri ta' anti-dumping definittivi fuq
l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell aktar baxx
tal-marġnijiet ta' dumping u ta' dannu, skont ir-regola dwar id-dazju
l-iżjed baxx. B'konformità ma’ dan, ir-rati kollha tad-dazju għandhom
jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġnijiet ta’ dannu li nstabu. (101) Id-dazji anti-dumping definittivi
proposti huma dawn li ġejjin: Pajjiż || Kumpanija || Il-marġini tad-dumping || Il-marġini tad-dannu || Dazju definittiv % ir-RPĊ || Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd || 23,0% || 12,6% || 12,6% || Metal Group Co., Ltd || 70,8% || 56,2% || 56,2% || Sira Group (Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd.) || 23,0% || 14,9% || 14,9% || Kumpaniji oħra li kkooperaw || 32,5% || 21,2% || 21,2% || Il-kumpaniji l-oħrajn kollha (marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu) || 76,6% || 61,4% || 61,4% (102) Ir-rati tad-dazju anti-dumping
ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew
stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti.
Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik
l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju
(bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli
għall-"kumpaniji l-oħra kollha") huma għalhekk
esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li
joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u
għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija.
L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe
kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta'
dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet
relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenifika minn dawn
ir-rati u għandha tkun soġġetta għar-rata tad-dazju
applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. (103) Sabiex jiġu mminimizzati
r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju,
huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan
il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping.
Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni
lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali
valida, li għandha tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati
fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati
minn tali fattura se jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping
residwali applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha. (104) Jekk l-esportazzjonijiet minn
waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju
individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni
tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies
bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra
tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont
it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali
ċirkostanzi u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti tista’ tibda
investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost
l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija
tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti
tad-dazju madwar il-pajjiż kollu. (105) Kwalunkwe pretensjoni li titlob
l-applikazzjoni ta' rata ta' dazju anti-dumping individwali (eż. wara
bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda
tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata
lill-Kummissjoni[8]
flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe bidla
fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u
għall-esportazzjoni assoċjata ma', pereżempju, dik il-bidla
fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk
ikun xieraq, dan ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi
tiġi aġġornata l-lista ta' kumpaniji li jgawdu minn rati ta'
dazju anti-dumping individwali. (106) Sabiex jiġi żgurat
infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping, il-livell ta’ dazju fil-pajjiż
kollu għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma
jikkooperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma jkollhom l-ebda
esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. (107) Sabiex jiġi żgurat
l-istess trattament bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li
jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness I ma’ dan
ir-Regolament, id-dazju medju differenzjat impost fuq dawn il-kumpaniji
tal-aħħar għandu jiġi stipulat biex jiġi applikat
għal kwalunkwe esportaturi ġodda li nkella jkollhom dritt għal
reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku peress li
dan l-Artikolu ma japplikax fejn ikun sar it-teħid tal-kampjuni. 7.3. Il-ġbir definittiv ta’
dazji anti-dumping provviżorji (108) Fid-dawl tal-kobor
tal-marġni ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tad-dannu
kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, huwa meqjus neċessarju li
l-ammonti garantiti permezz ta’ dazju provviżorju anti-dumping impost
mir-Regolament provviżorju jinġabru definittivament sal-ammont
tad-dazji definittivi imposti. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju anti-dumping definittiv
qiegħed b'dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi
tal-aluminju u l-elementi jew il-partijiet li minnhom hu magħmul tali
radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok u sew jekk le,
għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku
li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM,
ex 7615 10 10, ex 7615 10 90,
ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (il-kodiċijiet
TARIC 7615 10 10 10, 7615 10 90 10,
7616 99 10 91, 7616 99 90 01 u
7616 99 90 91) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina. 2. Ir-rata tad-dazju definittiv
anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera
tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott
mill-kumpaniji ta’ hawn taħt għandha tkun din li ġejja: Kumpanija || || Dazju definittiv || Kodiċi addizzjonali TARIC Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. || || 12,6% || B272 Metal Group Co. Ltd. || || 56,2% || B273 Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. Il-kumpaniji elenkati fl-Anness 1 || || 14,9% 14,9% 21,2% || B279 B280 Il-kumpaniji l-oħra kollha || || 61,4% || B999 3. L-applikazzjoni tar-rati ta’
dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija
fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun
ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali
tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati
fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata japplika
d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha. 4. Sakemm ma jkunx
speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw
id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji
doganali. Artikolu 2 L-ammonti garantiti bħala dazju ta'
anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE)
Nru 402/2012 fuq l-importazzjonijiet ta’ radjaturi tal-aluminju li
joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom
jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati
definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati. Artikolu 3 Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid
fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed
evidenza lill-Kummisjoni li: –
ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt
fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2010
sat-30 ta’ Ġunju 2011), –
ma jkun relatat mal-ebda wieħed
mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li
huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, –
li effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott
ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati
l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli
sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi
b'maġġoranza sempliċi dwar proposta mressqa mill-Kummissjoni
wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv, jista' jemenda l-Artikolu 1(2) billi
jżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw
mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata
tad-dazju medja differenzjata ta’ 21,2 %. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I Produtturi
esportaturi fir-RPĊ li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun Isem || Kodiċi addizzjonali TARIC Jinyun Shengda Industry Co., Ltd. || B274 Ningbo Ephriam Radiator Equipment Co.,Ltd || B275 Ningbo Everfamily Radiator Co., Ltd || B276 Ningbo Ningshing Kinhil Industrial Co.,Ltd. || B277 Ningbo Ninhshing Kinhil International Co., Ltd. || B278 Yongkang Jinbiao Machine Electric Co., Ltd . || B281 Yongkang Sanghe Radiator Co., Ltd. || B282 Zhejiang Aishuibao Piping Systems Co.,Ltd || B283 Zhejiang Botai Tools Co., Ltd || B284 Zhejiang East Industry Co.,Ltd || B285 Zhejiang Guangying Machinery Co.,Ltd || B286 Zhejiang Kangfa Industry & Trading Co., Ltd. || B287 Zhejiang Liwang Industrial and Trading Co., Ltd || B288 Zhejiang Ningshuai Industry Co., Ltd || B289 Zhejiang Rongrong Industrial Co., Ltd. || B290 Zhejiang Yuanda Machinery & Electrical Manufacturing Co., Ltd || B291 ANNESS II Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal
tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li
ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija
fl-Artikolu 1(3): (1) l-isem u l-kariga tal-uffiċjal
tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali. (2) id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jiena, hawn taħt iffirmat,
niċċertifika li l-(volum) ta’ radjaturi tal-aluminju u elementi jew
partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, mibjugħ
għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien
immanifatturat minn (isem il-kumpanija u s-sede reġistrata) (kodiċi
addizzjonali TARIC) fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Niddikjara li
t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett. Data u firma" [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 124, 11.5.2012, p. 17. [3] ĠU C 236, 12.8.2011, p. 18. [4] www.bloomberg.com [5] http://news.xinhuanet.com/english/2008-12/26/content_10564812.htm [6] Id-WTO,
ir-rapport tal-Korp tal-Appell, AB-2011-2, WT/DS397/AB/R,
il-15 ta' Lulju 2011. Id-WTO, ir-rapport tal-Bord, WT/DS397/R,
id-29 ta' Settembru 2010. Ir-rapporti jistgħu
jitniżżlu minn fuq il-websajt tad-WTO
(http://www.wto.org/english/tratop_e/dispu_e/cases_ e/ds397_e.htm). [7] ĠU L
201, 26.7.2001, p. 10. [8] European
Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office: NERV-105,
08/020, 1049 Brussels, BELGIUM.