Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ġdid u Protokoll ġdid li jistipulaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju /* COM/2012/0442 final - 2012/0215 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Abbażi tal-mandat rilevanti mogħti
mill-Kunsill[1],
il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, innegozjat mar-Repubblika tal-Mawrizju
bl-għan li jinizjalaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd u Protokoll
ġodda bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju. Wara dawn
in-negozjati, ġew inizjalati Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd
ġdid u Protokoll ġdid fit-23 ta’ Frar 2012. Il-Ftehim il-ġdid ikopri perjodu ta' sitt
snin mid-data tal-firma u huwa mġedded bla kliem għal perjodi
suċċessivi ta' tliet snin. L-għan ġenerali huwa li
tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Mawrizju
għat-twaqqif ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’
politika tas-sajd sostenibbli u sfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd
fiż-żona tas-sajd tal-Mawrizju, fl-interess taż-żewġ
partijiet. Il-Protokoll ikopri perjodu ta' 3 snin.
Il-Protokoll il-ġdid jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għal
86 bastiment tas-sajd għat-tonn (41 bastiment tas-sajd bil-purse
seine u 45 bastiment tas-sajd bil-konzijiet). 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT L-Istati Membri ġew ikkonsultati
bħala parti minn laqgħat tekniċi u fil-qafas tal-Grupp ta’
Ħidma dwar is-Sajd tal-Kunsill. Dawn il-konsultazzjonijiet ġew
konklużi fl-interess li jiġi konkluż Ftehim ta' Sħubija
dwar is-Sajd u Protokoll mal-Mawrizju. Il-Kummissjoni qagħdet, fost
oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni mwettqa minn esperti
esterni li kienet iffinalizzata f’Novembru 2011. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Din il-proċedura qed tinbeda b’mod
parallel mal-proċeduri fir-rigward, fuq naħa waħda,
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni,
tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ġdid u tal-Protokoll ġdid li
jistipulaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduti
mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tal-Mawrizju, u, fuq naħa oħra, ir-Regolament tal-Kunsill dwar
l-allokazjoni ta' opportunitajiet tas-sajd taħt l-imsemmi Protokoll. 4. IMPLIKAZZJONI FINANZJARJA Il-Protokoll
il-ġdid jipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja totali ta’
EUR 1 980 000 għall-perjodu kollu. Dan l-ammont
jikkorrispondi għal: a) EUR 357 500 fis-sena ekwivalenti
għal tunnellaġġ annwali ta’ referenza ta’
5 500 tunnellata, u b) EUR 302 500 fis-sena, li
jikkorrispondu għall-pakkett addizzjonali mħallas mill-Unjoni sabiex
tappoġġa l-politika tas-sajd u dik marittima tal-Mawrizju. Għalhekk,
il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mħallsa mill-baġit tal-Unjoni
hija ta’ EUR 660 000. 2012/0215 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni,
ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ġdid u Protokoll ġdid li
jistipulaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti
mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tal-Mawrizju IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2),
flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament
Ewropew, Billi: (1) L-Unjoni nnegozjat Ftehim ta’
Sħubija dwar is-Sajd ġdid u Protokoll ġdid għal dak
il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Mawrizju, li jagħtu
opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li fihom
il-Mawrizju għandu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward
tas-sajd, (2) Bħala riżultat ta'
dawn in-negozjati, ġew inizjalati Ftehim ġdid u Protokoll ġdid
fit-23 ta’ Frar 2012, (3) Dan il-Ftehim il-ġdid u
l-Protokoll il-ġdid ġew iffirmati abbażi tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/XXX ta' [...][2],
(4) Il-Ftehim u l-Protokoll
għandhom jiġi konklużi, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn
l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju b’dan qed jiġi approvat[3] f’isem l-Unjoni. Artikolu 2 Il-Protokoll għall-Ftehim ta’
Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju
b’dan qed jiġi approvat[4]
f’isem l-Unjoni. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina
l-persuna/i li għandu/għandhom is-setgħa jipproċedi/u,
f’isem l-Unjoni, bin-notifiki previsti fl-Artikolu 17 tal-Ftehim ta’
Sħubija dwar is-Sajd u fl-Artikolu 15 tal-Protokoll, sabiex ikun
espress il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar
is-Sajd u mill-Protokoll[5]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tal-Mawrizju L-UNJONI EWROPEA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni", u IR-REPUBBLIKA
TAL-MAWRIZJU, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Mawrizju”, minn hawn ‘il
quddiem imsejħin "il-Partijiet", FILWAQT LI JQISU
r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Mawrizju,
speċjalment fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Cotonou, u x-xewqa tagħhom
it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni; FILWAQT LI JQISU
x-xewqa taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-isfruttar
responsabbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-kooperazzjoni; FID-DAWL
tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar
il-Liġi tal-Baħar. FILWAQT LI
JAGĦRFU li l-Mawrizju jeżerċita d-drittijiet sovrani tiegħu
jew il-ġurisdizzjoni fiż-żona li testendi sa 200 mil
nawtiku mil-linji tal-bażi skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti
dwar il-Liġi tal-Baħar, DETERMINATI li
japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet meħuda
mill-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti li l-Partijiet huma membri
tagħhom, KONXJI
mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta
għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni
tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) fl-1995, DETERMINATI li
jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment
ta' sajd responsabbli biex tiġi żgurata l-konservazzjoni fit-tul u
l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar; KONVINTI li din
il-kooperazzjoni għandha tkun imsejsa fuq il-komplimentarjetà
tal-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqa kemm b'mod konġunt kif ukoll minn
kull waħda mill-Partijiet sabiex jiżguraw il-koerenza tal-politika u
s-sinerġija tal-isforzi. DEĊIŻI,
għall-finijiet ta' kooperazzjoni bħal din, li l-Partijiet
għandhom jistabbilixxu d-djalogu meħtieġ għall-implimentazzjoni
tal-politiki tas-sajd tal-Mawrizju bl-involviment tal-operaturi
tas-soċjetà ċivili, ĦERQANA biex
jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet
tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mawrizju, kif ukoll dawk li
jirrigwardaw l-appoġġ mogħti mill-Unjoni għas-sajd
responsabbli f'dawk l-ilmijiet; DEĊIŻI
li jsegwu kooperazzjoni ekonomika aktar mil-qrib fl-industrija tas-sajd u
attivitajiet relatati billi jħeġġu l-kooperazzjoni bejn
il-kumpaniji miż-żewġ Partijiet, B'DAN FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 - Definizzjonijiet Għall-finijiet
ta’ dan l-Artikolu: (a) "awtoritajiet
tal-Mawrizju" tfisser il-Ministeru tas-Sajd tar-Repubblika tal-Mawrizju; (b) "awtoritajiet tal-Unjoni"
tfisser il-Kummissjoni Ewropea; (c) "bastiment tas-sajd"
tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża għal finijiet ta' sajd skond
il-liġi tal-Mawrizju; (d) “bastiment tal-Unjoni” tfisser
bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun
irreġistrat fl-Unjoni; (e) "Kumitat Konġunt"
tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Mawrizju
kif jispeċifika l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim; (f) "trażbord", tfisser
it-trasferiment fiż-żona tal-port tal-qabda kollha ta' bastiment
tas-sajd jew ta' parti minnha għal bastiment ieħor; (g) "sid ta' bastiment"
tfisser kwalunkwe persuna li hija legalment responsabbli mill-bastiment
tas-sajd, li tmexxih u tikkontrollah (h) "baħrin tal-AKP",
tfisser kwalunkwe baħħar li jkun ċittadin ta' pajjiż mhux
Ewropew firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou. (i) “FAO” tfisser l-Organizzazzjoni
tal-Ikel u l-Agrikultura. Artikolu 2 – Kamp ta’ applikazzjoni L-għan ta' dan il-Ftehim huwa jiġu
stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom bastimenti
rreġistrati fl-UE u li jtajru l-bandiera tal-UE (minn hawn 'il quddiem
imsejħa “bastimenti tal-UE”) jistgħu jwettqu sajd għat-tonn
fl-ilmijiet li fuqhom il-Mawrizju għandu s-sovranità jew
il-ġurisdizzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-ilmijiet
tal-Mawrizju”) skont d-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS u regoli oħra
tal-Liġi u l-prassi internazzjonali. Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji,
ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw: - il-kooperazzjoni ekonomika,
finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd bil-ħsieb li jkun
promoss sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Mawrizju sabiex ikunu garantiti
l-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u
l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Mawrizju; - il-kooperazzjoni dwar
il-modalitajiet tal-monitoraġġ tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju
sabiex jiġu żgurati l-konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet
imsemmija hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’
ġestjoni tal-istokkijiet tas-sajd u l-prevenzjoni tas-sajd illegali, mhux
irrappurtat u mhux irregolat; - sħubijiet bejn operaturi bil-għan
li, fl-interess komuni, jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi
fis-settur tas-sajd u fl-attivitajiet relatati. Artikolu 3 – Prinċipji u
għanijiet fundamentali tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim; 1. Iż-żewġ
Partijiet b’dan jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet
tal-Mawrizju kif ipprovdut fil-Kodiċi tal-Kondotta għal Sajd
Responsabbli tal-FAO abbażi tal-prinċipji tan-nuqqas ta’
diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet. 2. Il-Partijiet għandhom
jikkooperaw bil-għan li jimmonitorjaw ir-riżultati
tal-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd adottata mill-Gvern tal-Mawrizju u
jevalwaw il-miżuri, il-programmi u l-azzjonijiet imwettqa abbażi ta'
dan il-Ftehim u għandhom jistabbilixxu, għal dan il-għan,
djalogu politiku fis-settur tas-sajd. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet
għandhom jiġu analizzati mill-Kumitat Konġunt imsemmi
fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim. 3. Il-Partijiet jintrabtu li
jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skont il-prinċipji
tal-governanza ekonomika u soċali tajba, u b'rispett
għall-qagħda tal-istokkijiet tas-sajd. 4. L-impjieg tal-baħrin
mill-Mawrizju abbord il-bastimenti tal-Unjoni għandu jkun irregolat
mid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO)
dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol li japplikaw
bħala dritt għall-kuntratti kkonċernati u l-kundizzjonijiet
ġenerali tax-xogħol. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-libertà
ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar
kollettiv, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u
tax-xogħol. Baħrin tal-AKP li mhumiex mill-Mawrizju li jinsabu abbord
bastimenti tal-Unjoni għandhom igawdu l-istess kundizzjonijiet. 5. Il-Partijiet għandhom
jikkonsultaw bejniethom qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni li
tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim. Artikolu 4 – Kooperazzjoni fil-qasam
xjentifiku 1. Matul il-perjodu kopert minn
dan il-Ftehim, l-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jagħmlu
ħilithom biex jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tar-riżorsi fl-ilmijiet
tal-Mawrizju. 2. Il-Partijiet jintrabtu li
jikkonsultaw lil xulxin, permezz ta' grupp ta' ħidma konġunt
xjentifiku fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati,
biex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi
ħajjin fl-Oċean Indjan, u biex jikkooperaw fir-riċerka
xjentifika relevanti. 3. Iż-żewġ
Partijiet, abbażi tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 hawn
fuq, għandhom jikkonsultaw bejniethom fil-Kumitat Konġunt ipprovdut
fl-Artikolu 9 u jadottaw flimkien miżuri ta' konservazzjoni
għall-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut li jaffettwaw
l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni. Artikolu 5 – Aċċess
mill-bastimenti tal-Unjoni għas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju 1. Il-Mawrizju jintrabat li
jawtorizza lill-bastimenti tal-Unjoni jieħdu sehem f’attivitajiet tas-sajd
fl-ilmijiet tiegħu skont dan il-Ftehim, inkluż il-Protokoll u
l-Anness tiegħu. 2. L-attivitajiet tas-sajd
regolati minn dan il-Ftehim huma suġġetti
għal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti fis-seħħ
fil-Mawrizju. L-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jinnotifikaw
lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar kull emenda li ssir lil dik
il-leġiżlazzjoni. 3. Il-Mawrizju jintrabat li
jieħu l-passi xierqa kollha f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni
effikaċi tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tas-sajd
fil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw
mal-awtoritajiet tal-Mawrizju responsabbli għat-twettiq ta’ dan
il-monitoraġġ. 4. L-Unjoni tintrabat li tieħu
l-passi kollha xierqa sabiex tiżgura li l-bastimenti tagħha jkunu
konformi ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd
fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Artikolu 6 – Awtorizzazzjonijiet tas-sajd 1. Il-bastimenti tal-Unjoni
jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-Mawrizju biss jekk ikollhom
awtorizzazzjoni tas-sajd abbord, jew kopja tagħha, maħruġa skond
dan il-Ftehim u l-Protokoll tiegħu. 2. Il-proċedura biex
bastiment jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd, it-tariffi applikabbli u l-metodu
ta’ ħlas li jrid jintuża’ mis-sidien tal-bastimenti għandhom
ikunu dawk stipulati fl-Anness tal-Protokoll. Artikolu 7 – Kontribuzzjoni
finanzjarja 1. L-Unjoni għandha
tagħti lill-Mawrizju kontribuzzjoni finanzjarja skont it-termini u
l-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u l-Annessi ta' dan il-Ftehim. Din
il-kontribuzzjoni għandha tkun ibbażata fuq żewġ elementi,
jiġifieri: (a) l-aċċess tal-bastimenti
tal-Unjoni għall-ilmijiet u r-riżorsi tas-sajd tal-Mawrizju, u (b) l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni
għall-promozzjoni ta' sajd responsabbli u l-isfruttar sostenibbli
tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju. 2. L-element tal-kontribuzzjoni
finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1(b) hawn fuq għandu jkun determinat
fid-dawl tal-għanijiet identifikati, bi qbil komuni bejn il-Partijiet, u
skont il-Protokoll, li jridu jintlaħqu fil-kuntest tal-politika settorjali
tas-sajd imfassla mill-Gvern tal-Mawrizju u programmazzjoni annwali u
multiannwali għall-implimentazzjoni tagħha. 3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
min-naħa tal-Unjoni għandha titħallas kull sena skont
il-Protokoll, u għandha tkun suġġetta għal dan il-Ftehim u
l-Protokoll fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammont tal-kontribuzzjoni
bħala riżultat ta': (a) ċirkostanzi serji minbarra fenomeni
naturali li ma jippermettux it-twettiq ta' attivitajiet ta' sajd fl-ilmijiet
tal-Mawrizju; (b) tnaqqis, bi qbil reċiproku,
tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni
għall-finijiet ta’ ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, fejn
dan jitqies meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-isfruttar
sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli; (c) żieda, bi qbil reċiproku bejn
il-Partijiet, tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti
tal-Unjoni jekk l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jaqbel li l-istat tar-riżorsi
jippermetti dan; (d) valutazzjoni mill-ġdid tat-termini
tal-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' politika
settorali tas-sajd fil-Mawrizju, meta dan ikun iġġustifikat
mir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u multiannwali osservati
miż-żewġ Partijiet; (e) terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont
l-Artikolu 12; (f) sospensjoni tal-applikazzjoni ta' dan
il-Ftehim skont l-Artikolu 13. Artikolu 8 – Promozzjoni tal-kooperazzjoni
fost l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili 1. Il-Partijiet għandhom
jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika
fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi miegħu. Għandhom
jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw id-diversi azzjonijiet li
jistgħu jittieħdu għal dan il-għan. 2. Il-Partijiet jintrabtu li
jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar tekniki tas-sajd u l-irkaptu
tas-sajd, il-metodi ta' preżervazzjoni u l-ipproċessar industrijali
tal-prodotti tas-sajd. 3. Il-Partijiet għandhom
jagħmlu ħilithom, fejn hu xeriaq, sabiex joħolqu kundizzjonijiet
għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impriżi tagħhom,
fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi
jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta’ ambjent favorevoli
għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investimenti. 4. Il-Partijiet jintrabtu li
jimplimentaw pjan u azzjonijiet bejn l-operaturi tal-Mawrizju u tal-Unjoni
mmirati sabiex jippromwovu l-ħatt tal-ħut minn bastimenti tal-Unjoni
fil-Mawrizju. 5. Il-Partijiet għandhom,
fejn hu xieraq, jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' impriżi
konġunti fl-interess reċiproku tagħhom li għandhom
sistematikament jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju u ta' dik
tal-Unjoni. Artikolu 9 – Kumitat Konġunt 1. Għandu jitwaqqaf Kumitat
Konġunt bil-għan li jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.
Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin: (a) il-monitoraġġ tal-prestazzjoni,
l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u, b’mod partikulari,
id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u multiannwali msemmija
f'Artikolu 7(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu; (b) il-provvediment tal-kooperazzjoni
meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku fil-qasam
tas-sajd; (c) iservi ta’ forum sabiex jissolvew b’mod
bonarju kwalunkwe kwistjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni jew tal-implimentazzjoni
tal-Ftehim; (d) il-valutazzjoni mill-ġdid, jekk ikun
hemm il-ħtieġa, tal-livell tal-opportunitajiet tas-sajd u,
konsegwentament, tal-kontribuzzjoni finanzjarja; (e) kwalunkwe funzjoni oħra li
l-Partijiet jiddeċiedu dwarha, bi qbil reċiproku. 2. Il-Kumitat Konġunt
għandu jeżerċità l-funzjonijiet tiegħu fir-rigward
tar-riżultati tal-konsultazzjoni fuq il-livell xjentifiku kif jissemma’
fl-Artikolu 4 tal-Ftehim. 3. Il-Kumitat Konġunt
għandu jiltaqa' tal-anqas darba fis-sena, darba fil-Mawrizju u darba
fl-Unjoni, u jkun ippresedut mill-Parti fejn issir il-laqgħa. Għanda
ssir seduta straordinarja fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Artikolu 10 – Żona
ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim Dan il-Ftehim
għandu japplika, minn naħa, għat-territorji li fih japplika
t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati
f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju
tal-Mawrizju. Artikolu 11 – Tul ta’ żmien Dan il-Ftehim
għandu japplika għal sitt (6) snin mid-data tad-dħul fis-seħħ
tiegħu; għandu jiġġedded mingħajr kliem u għal
perjodi supplimentari ta' tliet (3) snin, ħlief jekk jingħata
avviż ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 12. Artikolu 12 – Terminazzjoni 1. L-applikazzjoni ta' dan
il-Ftehim tista' tiġi tterminata minn waħda mill-Partijiet
fil-każ ta' ċirkostanzi serji, minbarra fenomeni naturali, li
raġonevolment ma jkunux fil-kontroll ta' waħda mill-Partijiet u jkunu
tali li l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju ma jkunux jistgħu
jsiru. Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat minn xi waħda
mill-Partijiet, fil-każ tad-degradazzjoni tal-istokkijiet
ikkonċernati, is-sejbien ta’ livell ridott tal-isfruttar
tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni, jew
in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda
kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. 2. Il-Parti kkonċernata
għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni
tagħha li tirtira mill-Ftehim tal-inqas sitt xhur qabel ma jiskadi
l-perjodu inizjali jew kull perjodu ieħor. 3. Il-konsultazzjonijiet bejn
il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika
msemmija fil-paragrafu ta’ qabel. 4. Il-pagament
tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għas-sena li
fiha sseħħ it-terminazzjoni tal-Ftehim għandu jitnaqqas b’mod
proporzjonali u pro rata temporis. Artikolu 13 - Sospensjoni 1. L-applikazzjoni ta’ dan
il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda
mill-Partijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim serju fir-rigward tal-applikazzjoni
tad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Ftehim. Is-sospensjoni
tal-applikazzjoni tal-Ftehim għandha tirrikjedi li l-Parti
kkonċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha, bil-miktub, mhux anqas
minn tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol
fis-seħħ. Malli tasal din in-notifika, il-Partijiet għandhom
jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsolvu n-nuqqas ta’ ftehim
amikevolment. 2. Il-ħlas tal-kumpens
finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jitnaqqas, proporzjonalment u
pro rata temporis, għat-tul ta' żmien tas-sospensjoni. Artikolu 14 – Protokoll u Anness Il-Protokoll,
l-Anness u l-Appendiċi tiegħu għandhom jiffurmaw parti integrali
ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 15 – Liġi nazzjonali L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li
joperaw fl-ilmijiet tal-Mawrizju huma rregolati mill-liġi applikabbli
fil-Mawrizju, sakemm il-Ftehim, jew il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċi
tiegħu ma jistipulawx mod ieħor. Artikolu 16 - Revoka Fid-data
tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim jirrevoka u
jieħu lok il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika
tal-Mawrizju dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Mawrizju li daħal
fis-seħħ fl-1/12/1990. Artikolu 17 – Dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim, miktub f'żewġ kopji
bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan,
bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg,
bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan,
bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen,
bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull wieħed minn
dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku. Dan il-Protokoll għandu jidħol
fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija
tal-proċeduri neċssarji għal dak il-għan. PROTOKOLL li
jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti
fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tal-Mawrizju Artikolu 1
Perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd 1. Għal perjodu ta’ tliet (3)
snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim
ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom ikunu kif ġejjin: L-ispeċijiet li jpassu ħafna
(l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni
tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar) a. 41 bastiment li jaqsmu l-oċean
għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, u b. 45 bastiment tas-sajd
bil-konzijiet tal-wiċċ. 2. Il-paragrafu 1 u
l-Artikolu 1 għandhom japplikaw suġġett
għall-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll. 3. Skont
l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, u l-Artikolu 7
ta’ dan il-Protokoll, il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru
tal-Unjoni Ewropea jistgħu jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet tas-sajd
fl-ilmijiet tal-Mawrizju biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd
maħruġa taħt dan il-Protokoll u skont l-Anness tiegħu. Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi ta’ pagament 1. Għall-perjodu msemmi
fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija
fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun
ta’ EUR 1 980 000 għat-tul ta’ żmien kollu ta’ dan
il-Protokoll. 2. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja
totali għandha tiġbor fiha: a. ammont annwali ta’
EUR 357 500 għall-aċċess għall-ilmijiet
tal-Mawrizju, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza
ta’ 5 500 tunnellata fis-sena, u b. ammont speċifiku ta’ EUR 302 500
fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politika
settorjali tas-sajd u dik marittima tal-Mawrizju. 3. Il-paragrafu 1 u
l-Artikolu 2 għandhom japplikaw suġġetti
għall-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll. 4. L-Unjoni Ewropea għandha tħallas
l-ammont totali msemmi fil-paragrafu 2(a) u 2(b) tal-Artikolu 2
(jiġifieri EUR 660,000 fis-sena), kull sena matul il-perjodu ta'
applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Il-pagament għandu jsir sa mhux aktar
tard minn sittin (60) ġurnata wara d-dħul fis-seħħ ta’
dan il-Protokoll għall-ewwel sena, u mhux aktar tard mid-data
tal-anniversarju ta’ dan i-Protokoll għas-snin ta’ wara. 5. Jekk il-kwantità totali ta' tonn li
jinqabad mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Mawrizju tkun
ogħla minn 5 500 tunnellata fis-sena, l-ammont
tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali jitla' għal EUR 65 għal
kull tunnellata addizzjonali li tinqabad. Madankollu, l-ammont totali annwali
mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun ogħla mid-doppju
tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2
(EUR 715 000). Meta l-kwantitajiet li jinqabdu mill-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Mawrizju jaqbżu l-kwantitajiet li
jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut
għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu, għandu
jitħallas is-sena ta’ wara skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness. 6. Il-Mawrizju għandu jkollu
diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja
speċifikata fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2. 7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
tiġi mħallsa f'kont wieħed tat-Teżor Pubbliku tal-Mawrizju
miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Mawrizju. L-awtoritajiet tal-Mawrizju
għandhom jipprovdu n-numru tal-kont. Artikolu 3
Promozzjoni ta’ sajd responsabbli u ta’ sajd sostenibbli
fl-ilmijiet tal-Mawrizju 1. Malli dan il-Protokoll jidħol
fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni
Ewropea u l-Mawrizju għandhom jiftiehmu, fi ħdan il-Kumitat
Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar
is-Sajd, dwar programm settorjali multiannwali, u r-regoli dettaljati ta’
implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari: (a) linji gwida annwali u multiannwali
għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 2; (b) l-għanijiet, kemm dawk annwali
kif ukoll dawk multiannwali, li għandhom jinkisbu bil-ħsieb li,
eventwalment, jiddaħħal sajd responsabbli u sostenibbli, filwaqt li
jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Mawrizju fil-politika nazzjonali tas-sajd
u dik marittima tiegħu, jew ta’ oqsma ta’ politika oħrajn li
għandhom x’jaqsmu jew għandhom impatt fuq il-promozzjoni ta’ sajd
responsabbli u ta’ sajd sostenibbli, inklużi ż-żoni
tal-baħar protetti; (c) kriterji u proċeduri li jridu
jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi
annwali. 2. Kwalunkwe emenda proposta
għall-programm settorjali multiannwali għandha bżonn
tal-approvazzjoni taż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat
Konġunt. 3. Kull sena l-Mawrizju jista’ jalloka,
jekk ikun meħtieġ, ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 2, bil-għan li
jiġi implimentat il-programm multiannwali. L-Unjoni Ewropea għandha
tiġi mgħarrfa b’din l-allokazzjoni. Artikolu 4
Kooperazzjoni xjentifika dwar is-sajd responsabbli 1. Iż-żewġ Partijiet qed
jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet
tal-Mawrizju abbażi tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni
bejn il-flotot differenti li jkunu qed jistadu f’dawk l-ilmijiet. 2. Sakemm
idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Mawrizju għandhom
jagħmlu ħilithom biex jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi
tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mawrizju. 3. Iż-żewġ
Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrispettaw
ir-riżoluzzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u, meta jkun xieraq,
il-pjaniijiet ta’ ġestjoni rilevanti adottati fil-Kummissjoni
għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) rigward il-konservazzjoni u
l-ġestjoni responsabbli tas-sajd. 4. Abbażi tar-rakkomandazzonijiet
u tar-riżoluzzjonijiet li ttieħdu fl-IOTC u tal-aħjar parir
xjentifiku disponibbli u, fejn xieraq, ir-riżultati tal-laqgħa
xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta'
Sħubija dwar is-Sajd, iż-żewġ Partijiet jistgħu
jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9
tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u, fejn meħtieġ, jiftiehmu
dwar il-miżuri sabiex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli
tar-riżorsi tas-sajd tal-Mawrizju. Artikolu 5
Aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd permezz
ta’ ftehim reċiproku 1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija
fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim
reċiproku sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet
tal-IOTC jappoġġaw li aġġustament bħal dan se
jipproteġi l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta’ speċijiet
oħra simili għat-tonn fl-Oċean Indjan. 2. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni
finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2 għandha
tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis.
Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma
għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a)
tal-Artikolu 2. 3. Iż-żewġ Partijiet
għandhom jinnotifikaw lil xulxin b’kull bidla fil-politiki u
fil-leġiżlazzjonijiet tas-sajd rispettivi tagħhom. Artikolu 6
Opportunitajiet ġodda tas-sajd 1. F’każ li bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati jwettqu sajd li mhux previst
fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-Partijiet
għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe
awtorizzazzjoni possibbli għal kull attività bħal din u, fejn xieraq,
għandhom jiftehmu dwar il-kundizzjonijiet għal sajd bħal dan,
inkluż li jwettqu l-emendi korrispondenti għal dan il-Protokoll u
għall-Anness tiegħu. 2. Il-Partijiet għandhom
jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, speċjalment rigward l-ispeċijiet
li jgħixu fl-ilmijiet fondi u li mhumiex sfruttati biżżejjed,
preżenti fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Għal dan il-għan, u fuq
it-talba ta’ waħda mil-Partijiet, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw
ma’ xulxin bil-għan li jiddeċiedu, każ b’każ, l-ispeċijiet,
il-kundizzjonijiet u l-parametri rilevanti l-oħrajn. 3. Il-Partijiet għandhom iwettqu
s-sajd sperimentali skont il-parametri li jiġu miftehma bejn
iż-żewġ Partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun xieraq.
L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu
miftehma għal perjodu massimu ta’ 6 xhur. 4. F’każ li l-Partijiet iqisu li
l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern
tal-Mawrizju jista’ jalloka l-possibbiltajiet tas-sajd tal-ispeċijiet
il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea sa ma jiskadi dan il-Protokoll.
Għalhekk il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a)
tal-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll għandha tiżdied. It-tariffi
u l-kundizzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti kif previsti fl-Anness
għandhom jiġu emendati skont dan. Artikolu 7
Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – Klawżola
tal-esklużività Mingħajr ħsara
għall-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd,
il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-Mawrizju
biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa
mill-Mawrizju skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu. Artikolu 8
Sospensjoni u reviżjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja 1. Minkejja d-dispożizzjonijiet
stipulati fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni
finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2 (a) u (b) tal-Artikolu 2
għandha tkun riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn
iż-żewġ Partijiet sakemm l-Unjoni Ewropea tkun ħallset
kompletament kull ammont dovut fiż-żmien tas-sospensjoni: a) jekk ċirkustanzi serji, barra
fenomeni naturali, jżommu milli jsiru attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet
tal-Mawrizju; b) wara tibdil sinifikanti fil-linji
gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa
d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll; c) jekk l-Unjoni Ewropea
taċċerta ksur ta’ elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet
umani kif stipulat mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u skont
il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu. F'dan
il-każ, l-attivitajiet tas-sajd kollha tal-bastimenti tal-UE għandhom
jiġu sospiżi. 2. L-Unjoni Ewropea tirriserva d-dritt
li tissospendi, totalment jew b’mod parzjali, il-pagament tal-kontribuzzjoni
speċifika prevista fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 2, fejn
jinstab li r-riżultati miksuba tal-appoġġ tal-politika
settorjali jkunu inkonsistenti b’mod materjali mal-ipprogrammar ibbaġitjat
wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni u wara konsultazzjonijiet fi ħdan
il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 3 ta’ dan li-Protokoll. 3. Il-pagament tal-kontribuzzjoni
finzanzjarja u l-attivitajiet tas-sajd jistgħu jerġgħu jibdew
hekk kif is-sitwazzjoni terġa’ tirritorna fl-istatus ta' qabel ma jkunu
seħħew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, u jekk iż-żewġ
Partijiet jaqblu li jsir dan wara konsultazzjoni. Artikolu 9
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll 1. L-implimentazzjoni ta’ dan
il-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda
mill-Partijiet, suġġett għal konsultazzjonijiet u qbil
bejniethom fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim: a) jekk ċirkustanzi serji, barra
fenomeni naturali, jżommu milli jsiru attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet
tal-Mawrizju; b) f’każ li l-Unjoni Ewropea
tonqos milli tagħmel il-pagamenti previsti fil-paragrafu 2(a)
tal-Artikolu 2 għal raġunijiet li mhumiex koperti
mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll; c) fejn tinqala’ tilwima bejn
il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll
u l-Anness tiegħu li għaliha ma tistax tinstab soluzzjoni; d) jekk waħda mill-Partijiet ma
tirrispettax id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll u fl-Anness
tiegħu; e) wara tibdil sinifikanti fil-linji
gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa
d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll; f) jekk waħda mill-Partijiet
taċċerta ksur ta’ elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet
umani kif stipulati mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Kotonù u skont
il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu. g) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità
mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq
ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol kif previst
fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 3 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar
is-Sajd. 2. Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni
ta’ dan il-Protokoll għandha teħtieġ notifika bil-miktub
mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha li għandha
tingħata mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun
se tidħol fis-seħħ. 3. Fil-każ
ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet
bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom.
Fejn tinstab soluzzjoni bħal din, il-Protokoll għandu jerġa’
jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu
jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li fih
kienet sospiża l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Artikolu 10
Liġi nazzjonali 1. L-attivitajiet tal-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Mawrizju huma suġġetti
għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Mawrizju, sakemm ma jkunx ipprovdut
mod ieħor skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu. 2. L-awtoritajiet
tal-Mawrizju għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea b’kull tibdil
jew b’kull leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-politika
tas-sajd. Artikolu 11
Kunfidenzjalità Il-Partijiet għandhom jiżguraw li,
f’kull waqt, id-dejta kollha dwar il-bastimenti tal-UE u l-attivitajiet
tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Mawrizju tiġi ttrattata bħala
kunfidenzjali. Din id-dejta tintuża esklussivament għall-implimentazzjoni
tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, il-monitoraġġ,
il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Artikolu 12
Skambju elettroniku tad-dejta Il-Mawrizju u
l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien
is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni
u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. F’kull waqt,
il-forma elettronika ta’ dokument se titqies bħala ekwivalenti
għall-verżjoni stampata tiegħu. Iż-żewġ
Partijiet għandhom jgħarrfu mill-ewwel lil xulxin dwar kwalunkwe
tfixkil fis-sistema tal-kompjuter li ma jħallix li jsiru skambji bħal
dawn. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin
mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku
bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness. Artikolu 13 Tul ta’ żmien Dan il-Protokoll
u l-Anness tiegħu japplikaw għal perjodu ta’ tliet (3) snin
mid-dħul fis-seħħ tiegħu sakemm ma jingħatax
avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 14. Artikolu 14
Terminazzjoni 1. F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan
il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub
lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll
mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta għandha sseħħ it-tali
terminazzjoni. 2. Il-konsultazzjonijiet bejn
il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika
msemmija fil-paragrafu ta’ qabel. Artikolu 15
Dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll, flimkien mal-Anness
tiegħu, għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha
l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri
meħtieġa għal dak il-għan. ANNESS KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊITAR TAL-ATTIVITAJIET
TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FL-ILMIJIET TAL-MAWRIZJU KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali 1. Ħatra tal-awtorità
kompetenti Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u
minkejja kull indikazzjoni għall-kuntrarju, kull referenza
għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għall-Mawrizju bħala awtorità
kompetenti għandha tfisser: –
Għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn
applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju; –
Għall-Mawrizju: il-Ministeru tas-Sajd. 2. Ilmijiet tal-Mawrizju Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll
u l-Annessi tiegħu japplikaw esklussivament għall-ilmijiet
tal-Mawrizju kif indikat fl-Appendiċi 2. 3. Kont bankarju Il-Mawrizju għandu jgħarraf lill-UE,
qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont jew
tal-kontijiet bankarji li fihom għandhom jitħallsu s-somom
finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż
inerenti marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu
mis-sidien tal-bastimenti. KAPITOLU II Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn 1. Kundizzjoni
għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn – bastimenti
eliġibbli L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn
imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu
bil-kundizzjoni li l-bastiment jiġi inkluż fir-reġistru
tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati
tal-IOTC u li jkunu ntlaħqu l-obbligi l-oħra kollha ta’ qabel tas-sid
tal-bastiment, tal-kaptan, jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin
mill-attivitajiet tas-sajd fil-Mawrizju skont il-Ftehim u skont
il-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju dwar is-sajd. 2. Applikazzjoni għal
awtorizzazzjoni għas-sajd L-UE għandha tissottometti applikazzjoni
lill-Mawrizju għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li
jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-inqas ħamsa u għoxrin
(25) jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, billi
tuża l-formola mehmuża ma’ dan l-Anness bħala
l-Appendiċi 1. L-applikazzjoni għandha tiġi ttajpjata jew
miktuba b’mod li tkun tista tinqara b’ittri kapitali. Għal kull applikazzjoni tal-bidu
għal awtorizzazzjoni tas-sajd abbażi tal-Protokoll
fis-seħħ, jew wara tibdil tekniku fil-bastiment ikkonċernat,
l-applikazzjoni għandu jkollha magħha: i. il-prova tal-pagament
tat-tariffa tal-ħlas minn qabel għall-perjodu ta’ validità
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba; ii l-isem, l-indirizz u
d-dettalji ta’ kuntatt: ·
ta’ sid il-bastiment tas-sajd; ·
tal-operatur tal-bastiment tas-sajd; Iii ritratt riċenti
bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir
mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri; iv iċ-ċertifikat ta’
kemm il-bastiment ikun jiflaħ jivvjaġġa; v. iċ-ċertifikat ta’
reġistrazzjoni tal-bastiment; vi id-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment
tas-sajd (in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku, eċċ.). Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni
tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu,
l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss
il-prova tal-pagament tat-tariffa. 3. Tariffa tal-ħlas minn
qabel L-ammont tat-tariffa tal-pagament minn qabel
hija stabbilita abbażi tar-rata annwali speċifikata fid-dokumenti
tekniċi inklużi fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. Għandha
tinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi portwali,
it-taxxi tal-ħatt l-art, it-taxxi tat-trażbord u t-taxxi
għall-provvista tas-servizzi. 4. Lista provviżorja
tal-bastimenti awtorizzati li jistadu Ladarba
jirċievi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp
nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd
għandu jfassal minnufih, għal kull kategorija ta’ bastimenti,
il-lista provviżorja ta’ bastimenti li jkunu qegħdin japplikaw. Din
il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE mill-awtorità kompetenti
tal-Mawrizju. L-UE għandha
tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew
lid-destinatarju. Jekk l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa,
il-Mawrizju jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid
il-bastiment jew lid-destinatarju tiegħu u jibgħat kopja
lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju. 5. Ħruġ
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu mill-awtorità
kompetenti għas-sidien tal-bastimenti jew għad-destinatarji
tagħhom fi żmien għoxrin (20) jum tax-xogħol minn meta
tasal l-applikazzjoni sħiħa. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd
għandha tintbagħat minnufih lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju. 6. Lista tal-bastimenti li
jkunu awtorizzati jistadu Ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni
għas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni
tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih għal kull
kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali ta’ bastimenti li huma awtorizzati
jistadu fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Din il-lista għandha tintbagħat
minnufih lill-UE u għandha tieħu post il-lista provviżorja
msemmija hawn fuq. 7. Perjodu ta’ validità
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd L-awtorizzazzjonijiet
tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena u għandhom ikunu
jistgħu jiġġeddu. Sabiex jiġi stabbilit il-bidu tal-perjodu
ta’ validità, il-perjodu annwali għandu jfisser: i. għall-ewwel sena
tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul
fis-seħħ tiegħu u l-31 ta’ Diċembru tal-istess
sena; Ii imbagħad, kull sena
kalendarja sħiħa; iii. għall-aħħar
sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar
u d-data tal-iskadenza tal-Protokoll. Għall-ewwel u għall-aħħar sena
tal-Protokoll, it-tariffa tal-pagament minn qabel għandha tiġi
kkalkulata fuq il-bażi ta’ pro rata temporis. 8. Dokumenti li għandhom
jinżammu abbord Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet
tal-Mawrizju jew f’port tal-Mawrizju, għandu jkollu abbord f’kull ħin
id-dokumenti li ġejjin: (a)
l-awtorizzazzjoni tas-sajd; (b)
id-dokumenti maħruġin minn awtorità
kompetenti tal-Istat tal-bandiera tat-tali bastiment tas-sajd, li juru: - in-numru li taħtu huwa rreġistrat
il-bastiment tas-sajd, - iċ-ċertifikat tal-bastimenti
tar-reġistru; (c)
tpinġijiet jew deskrizzjonijiet
iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment
tas-sajd u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut
tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri
kubi; (d)
jekk ikun sar kwalunkwe tibdil fil-karatteristiċi
tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul kumplessiv tiegħu,
it-tunnellaġġ gross irreġistrat tiegħu, il-potenza
taż-żwiemel tal-magna ewlenija jew tal-magni ewlenin tiegħu jew
il-kapaċità tal-istiva tiegħu, ċertifikat, li jkun ġie
ċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera
tal-bastiment tas-sajd, li jiddeskrivi n-natura tat-tali tibdil; (e)
jekk il-bastiment tas-sajd ikun mgħammar
b’tankijiet tal-ilma baħar imkessħa jew iffriżati, dokument
iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera
tal-bastiment li jindika l-kalibrazzjoni tat-tankijiet f’metri kubi; (f)
kopja tal-Att dwar ir-Riżorsi tas-Sajd u
tal-Baħar tal-Mawrizju tal-2007. 9. Trasferiment ta’
awtorizzazzjoni tas-sajd L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha
tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun
trasferibbli. Madankollu, fejn ikun hemm provi ta’ force
majeure, wara talba tal-UE, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’
tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida, maħruġa għal bastiment
ieħor simili jew għal bastiment li jissostitwixxih, mingħajr
il-pagament ta’ tariffa ġdid minn qabel. F’każ bħal dan,
id-dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn
bit-tartarun bil-friża u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
fil-Kapitolu IV għandha tqis il-qabda totali taż-żewġ
bastimenti fl-ilmijiet tal-Mawrizju. It-trasferiment għandu jinvolvi
l-għoti lura tal-awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun se tinbidel minn sid
il-bastiment jew mid-destinatarju tiegħu fil-Mawrizju u t-tfassil
minnufih, min-naħa tal-Mawrizju, tal-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni
mill-aktar fis possibbli. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha
tinħareġ mingħajr iktar dewmien lil sid il-bastiment jew
lid-destinatarju tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel
tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tingħata lura
l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel. Il-Mawrizju għandu jaġġorna,
mill-aktar fis possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu.
Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat mingħajr dewmien
lill-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tas-sajd u
lill-UE. KAPITOLU III Miżuri tekniċi Il-miżuri tekniċi applikabbli
għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbutin
mal-ilmijiet tal-Mawrizju, l-irkaptu tas-sajd u l-qbid addizzjonali,
għandhom jiġu ddefiniti għal kull kategorija tas-sajd
fid-dokumenti tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 ta’ dan
l-Anness. Il-bastimenti
għandhom jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju dwar is-sajd
u r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-IOTC (il-Kummissjoni
għat-Tonn tal-Oċean Indjan). KAPITOLU IV Rappurtar tal-qbid 1. Definizzjoni ta’
vjaġġ tas-sajd Għall-finijiet
ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-UE
għandu jiġi ddefinit kif ġej: - il-perjodu li
jgħaddi bejn id-dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju u l-ħruġ
minnhom, jew - il-perjodu li
jgħaddi bejn id-dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju u t-trażbord
f’port u/jew il-ħatt l-art fil-Mawrizju. 2. Ġurnal ta’ abbord
tas-sajd Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun qed
jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd
tal-IOTC, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab
fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd irid ikun
konformi mar-Riżoluzzjoni tal-IOTC 08/04 għall-bastimenti
tas-sajd bil-konz u r-Riżoluzzjoni 10/03 għall-bastimenti
tas-sajd bil-purse seine. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu
jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fl-ilmijiet
tal-Mawrizju. Il-kaptan għandu jikteb kuljum,
fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kwantità ta’ kull speċi,
identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u
miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun
meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull
speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll il-qabda
inċidentali. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu
jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi
ffirmat mill-kaptan. Il-kaptan għandu jkun responsabbli
għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal
tas-sajd. 3. Rappurtar tal-qbid Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabda
tal-bastiment billi jibgħat il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd
tiegħu lill-Mawrizju għall-perjodu li fih kien preżenti
fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd
għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin: i. meta bastiment tas-sajd
ikun għaddej minn port tal-Mawrizju, il-kopja oriġinali ta’ kull
ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata
lir-rappreżentant lokali tal-Mawrizju, li għandu jikkonferma
bil-miktub li rċieva dan id-dokument; kopja tal-ġurnal ta’ abbord
għandha tingħata lill-grupp ta’ spezzjoni tal-Mawrizju; ii. meta bastiment tas-sajd
ikun ħiereġ mill-ilmijiet tal-Mawrizju mingħajr ma jgħaddi
l-ewwel minn port tal-Mawrizju, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal
ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien sebat
(7) ijiem tax-xogħol wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, u
f’kull każ fi żmien ħmistax-il (15) jum tax-xogħol
wara t-tluq mill-ilmijiet tal-Mawrizju: a. bil-posta elettronika,
fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed
jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd; jew b. jew permezz ta’ faks,
lin-numru mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja
l-attivitajiet tas-sajd; jew c. permezz ta’ ittra
mibgħuta lill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet
tas-sajd. Il-kaptan għandu jibgħat kopja
tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-UE u lill-awtorità kompetenti
tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Fil-każ tal-bastimenti tat-tonn
bit-tartarun u bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat
ukoll kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lil wieħed
mill-istituti xjentifiċi li ġejjin: i. “Institut de recherche pour
le développement (IRD)”; ii. “Instituto Español de
Oceanografía (IEO)”; iii. “IPIMAR (Instituto
Português de Investigação Maritima)”. Ir-ritorn tal-bastiment fl-ilmijiet
tal-Mawrizju fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu
għandu jwassal għal aktar rappurtar tal-qbid. Fejn
id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qbid ma jitħarsux,
il-Mawrizju jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment
ikkonċernat sakemm jinkiseb ir-rapport dwar il-qbid li jkun nieqes u
jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet
rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk
ir-reat jiġi ripetut, il-Mawrizju jista’ jirrifjuta li jġedded
l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Mawrizju għandu jgħarraf lill-UE
minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest. 4. Dikjarazzjoni finali
tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u
għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ Għal kull bastiment tas-sajd
għat-tonn bit-tartarun li jbaħħar fl-oċeani u kull
bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-UE għandha tfassal,
abbażi tar-rappurtar tal-qbid tiegħu kkonfermat mill-istituti xjentifiċi
msemmija hawn fuq, dikjarazzjoni finali tat-tariffi li jkunu jridu
jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu
għas-sena kalendarja ta’ qabel. L-UE għandha tibgħat din
id-dikjarazzjoni finali lill-Mawrizju u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju
tas-sena li tkun għaddejja. Il-Mawrizju jista’ jikkuntesta d-dikjarazzjoni
finali, abbażi tal-evidenza ddokumentata, fi żmien tletin
(30) jum tax-xogħol minn meta tintbagħat. F’każ ta’ nuqqas
ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat
Konġunt. Jekk il-Mawrizju ma joġġezzjonax fi żmien tletin
(30) jum tax-xogħol, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni finali
tkun ġiet adottata. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar
mit-tariffa tal-pagement minn qabel imsemmija hawn fuq (il-punt 3
tal-Kapitolu II) biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid
il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Mawrizju
sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja. Fejn
id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mit-tariffa b’rata fissa mistennija, l-ammont
li jifdal ma għandux jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid
il-bastiment. KAPITOLU V Ħatt l-art u trażbord It-trażbord fuq il-baħar huwa
pprojbit. L-operazzjonijiet kollha tat-trażbord fil-port huma mmonitorjati
fil-preżenza ta’ spetturi tas-sajd tal-Mawrizju. Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun jixtieq
iħott l-art il-qabdiet jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord
għandu jinnotifika lill-Mawrizju, mill-inqas 72 siegħa qabel
il-ħatt l-art jew it-trażbord, b’dan li ġej: a. l-isem tal-bastiment
tas-sajd li jkollu jħott il-qabdiet l-art jew jagħmel operazzjoni ta’
trażbord u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd
tal-IOTC; b. il-port li fih se jsir
il-ħatt l-art jew it-trażbord; c. id-data u l-ħin skedati
għall-ħatt l-art jew għat-trażbord; d. il-kwantità (espressa
f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ,
l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li għandha
tinħatt l-art jew li għandha tiġi ttrażbordata
(identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha); e. f’każ ta’
trażbord, isem il-bastiment li jkun se jirċievi l-qabda. Għall-bastimenti li jkunu se
jirċievu l-qabda, mhux iktar tard minn 24 siegħa qabel il-bidu
tat-trażbord u fi tmiemu, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr li jkun
qed jirċievi l-qabda għandu jgħarraf lill-awtoritajiet tal-Mawrizju
bil-kwantitajiet ta’ tonn u ta’ speċijiet simili għat-tonn li jkunu
ġew ittrażbordati fil-bastiment tiegħu u għandu jimla
d-dikjarazzjoni ta’ trażbord u jibgħatha lill-awtorità tal-Mawrizju
fi żmien 24 siegħa. L-operazzjoni ta’ trażbord hija
suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel li tingħata
mill-Mawrizju lill-kaptan jew lid-destinatarju tiegħu fi żmien
24 siegħa wara n-notifika msemmija hawn fuq. L-operazzjoni ta’
trażbord trid titwettaq f’port tal-Mawrizju li jkun awtorizzat għal
dan il-għan. Il-port tas-sajd magħżul fejn huma
permessi operazzjonijiet ta’ trażbord fil-Mawrizju huwa Port Louis (port
iddikjarat lill-IOTC skont ir-Riżoluzzjoni 10/11 u skont
ir-rekwiżiti tal-Miżuri tal-Istat tal-Port). In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn
id-dispożizzjonijiet għandu jwassal għall-applikazzjoni
tas-sanzjonijiet rilevanti previsti skont il-leġiżlazzjoni
tal-Mawrizju. KAPITOLU VI Kontroll 1. Dħul fl-ilmijiet
tal-Mawrizju u ħruġ minnhom Kull dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju jew
ħruġ minnhom ta' bastiment tal-UE li għandu awtorizzazzjoni
tas-sajd irid jiġi nnotifikat lill-Mawrizju fi żmien
24 siegħa qabel id-dħul jew il-ħruġ. Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew
il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod
partikolari: i. id-data, il-ħin u
l-punt tal-passaġġ skedat; ii. il-kwantità ta’ kull
speċi fil-mira miżmuma abbord, identifikata bil-Kodiċi
Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj
jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali; iii. il-kwantità ta’ kull qabda
inċidentali ta’ speċi, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3
tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi tal-piż ħaj tagħha
jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat
bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz
tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown jew numru tal-faks ikkomunikat
mill-Mawrizju, billi tintuża l-formola mehmuża mal-Anness bħala
l-Appendiċi 4. Il-Mawrizju għandu jikkonferma li rċieva din
in-notifika minnufih permezz ta’ ittra elettronika jew faks tar-ritorn. Il-Mawrizju għandu jgħarraf minnufih
lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz
elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza
tat-trażmissjonijiet. Kull bastiment li jinstab jistad fl-ilmijiet
tal-Mawrizju mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn
qabel għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat. Kull persuna li tkun qiegħda tikser din
id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u
s-sanzjonijiet previsti mill-Att dwar ir-Riżorsi tas-Sajd u tal-Baħar
tal-2007. Ir-rapporti tal-qabdiet
tad-dħul/tal-ħruġ għandhom jinżammu abbord għal
mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport. 2. Rapport perjodiku
tal-qabdiet Meta bastiment tal-UE jkun qed jopera
fl-ilmijiet tal-Mawrizju, il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkollu
awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jinnotifika lill-Awtorità tal-Mawrizju
kull tlett (3) ijiem bil-qabda magħmula fl-ilmijiet tal-Mawrizju.
L-ewwel dikjarazzjoni tal-qbid għandha tibda tlett (3) ijiem wara
d-data tad-dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Meta jirrapporta l-qabda perjodika
tiegħu, kull tlett (3) ijiem, il-bastiment għandu jinnotifika
b’mod partikolari: i. id-data, il-ħin u
l-pożizzjoni meta jkun qed isir ir-rappurtar; ii. il-kwantità ta’ kull speċi
fil-mira maqbuda u miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett
(3) ijiem, identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u
espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ,
l-għadd ta’ ħut individwali; iii. il-kwantità ta’ kull qabda
inċidentali waqt il-perjodu ta’ tlett (3) ijiem, identifikata
mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’
piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut
individwali; iv. il-preżentazzjoni
tal-prodott; v. Għall-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bil-purse seine: - l-għadd ta’ kalati
b’suċċess bl-użu ta’ rkaptu biex jinġema’ l-ħut (FAD)
mill-aħħar rapport; - l-għadd ta’ kalati
b’suċċess fuq ġlejjeb ħielsa ta' ħut mill-aħħar
rapport; - l-għadd ta’ kalati li ma
rnexxewx. vi. Għall-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bil-konzijiet: - l-għadd ta’ kalati
mill-aħħar rapport; - l-għadd ta’ snanar li
ntużaw mill-aħħar rapport. Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat
bil-posta elettronika jew permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika
jew lil numru tat-telefown ikkomunikat mill-Mawrizju, billi tintuża
l-formola mehmuża mal-Anness bħala l-Appendiċi 5. Il-Mawrizju
għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE
b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza
tat-trażmissjonijiet. Kull bastiment li jinstab jistad fl-ilmjiet
tal-Mawrizju mingħajr ma jkun innotifika r-rapport tal-qabda perjodika
tiegħu ta’ tlett (3) ijiem għandu jitqies bħala bastiment
tas-sajd mhux awtorizzat. Kull persuna li tkun qiegħda tikser din
id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u
s-sanzjonijiet previsti mill-Att dwar ir-Riżorsi tas-Sajd u tal-Baħar
tal-2007. Ir-rapporti perjodiċi tal-qabdiet
għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena (1) mid-data
tat-trażmissjoni tar-rapport. 3. Spezzjoni fuq il-baħar L-ispezzjoni fuq il-baħar fl-ilmijiet
tal-Mawrizju tal-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd
għandha ssir minn bastimenti u spetturi tal-Mawrizju li jkunu identifikati
b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħtura sabiex iwettqu verifiki
tas-sajd. Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi
awtorizzati għandhom iwissu lill-bastiment tal-UE bid-deċiżjoni
tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir
mill-ispetturi tas-sajd, li jridu jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni
uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi awtorizzati għandhom
jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ
sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu
l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment,
l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi
awtorizzati għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan
tal-bastiment tal-UE għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti
fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi
ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE. L-ispetturi awtorizzati għandhom
jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE
qabel ma jħallu l-bastiment. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika
tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst
fil-Kapitolu VIII. 4. Spezzjoni fil-port
fil-każ tal-ħatt l-art u tat-trażbord L-ispezzjoni, f’port tal-Mawrizju, ta’
bastimenti tal-UE li jħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabda
tagħhom mill-ilmijiet tal-Mawrizju għandha ssir minn spetturi
tal-Mawrizju li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi
maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd. L-ispetturi għandhom jipprovdu evidenza
tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala
spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Mawrizju għandhom
jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ
sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu
l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment,
il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trażbord u l-merkanzija. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi
għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE
għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni.
Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun
qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE. Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Mawrizju
għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment
tal-UE. KAPITOLU VII Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) 1. Messaġġi dwar
il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS Il-bastimenti tal-UE li jkollhom
awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’
monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ
tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa
tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-ċentru
għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ
tas-Sajd – l-FMC) tal-Istat tal-bandiera tagħhom. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni
għandu jinkludi: a. l-identifikazzjoni
tal-bastiment; b. il-pożizzjoni
ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni,
il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn
500 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %; c. id-data u l-ħin li fiha
tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni; d. il-veloċità
tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni
għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż
fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
d-dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju għandha tiġi identifikata
bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom
jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel
pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ mill-ilmijiet
tal-Mawrizju, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.
L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar
awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika
tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar
il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u
għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin. 2. Trażmissjoni
min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS Il-kaptan għandu jiżgura f’kull
ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem
bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed
jiġu trażmessi b’mod korrett lill-FMC tal-Istat tal-bandiera. Il-bastimenti tal-UE b’sistemi tal-VMS
difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fl-ilmijiet tal-Mawrizju.
F’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS tal-bastiment meta dan ikun
diġà qiegħed jopera fl-ilmijiet tal-Mawrizju, din is-sistema
għandha tissewwa fi tmiem il-vjaġġ jew għandha tinbidel fi
żmien ħmistax-il (15) jum tax-xogħol. Wara dak il-perjodu,
il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fl-ilmijiet tal-Mawrizju.
Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu
fl-ilmijiet tal-Mawrizju b’sistema tal-VMS difettuża għandhom
jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz
ta’ ittra elettronika jew faks lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-FMC
tal-Mawrizju, mill-inqas kull sagħtejn, u għandhom jipprovdu
l-informazzjoni obbligatorja kollha. 3. Komunikazzjoni sigura
tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Mawrizju L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu
jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni
tal-bastimenti kkonċernati lill-FMC tal-Mawrizju. L-FMC tal-Istat
tal-bandiera u l-Mawrizju għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi
ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin
b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi. It-trażmissjoni tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni bejn l-FMC tal-Istat tal-bandiera u l-Mawrizju
għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura
tal-komunikazzjoni. L-FMC tal-Mawrizju għandu jgħarraf
lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull interruzzjoni fil-wasla
tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li
jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx
innotifika l-ħruġ tiegħu mill-ilmijiet tal-Mawrizju. 4. Funzjonament
ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni Il-Mawrizju għandu jiżgura li
t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak tal-FMC
tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull
funzjonament ħażin fir-rigward tal-komunikazzjoni u tal-wasla tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar
fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe
tilwim li jista’ jirriżulta minn dan. Il-kaptan għandu jitqies bħala
responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS
tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li
tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni
tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni
previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju li tkun fis-seħħ. 5. Reviżjoni
tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni Abbażi ta’ evidenza dokumentata li
tipprova ksur, il-Mawrizju jista’ jsaqsi lill-FMC tal-Istat tal-bandiera,
filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex inaqqas l-intervall biex
il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni
għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni.
Il-Mawrizju għandu jibgħat din l-evidenza dokumentata lill-FMC
tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu
jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Mawrizju
fuq il-frekwenza l-ġdida. Wara, l-FMC tal-Mawrizju għandu
jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u
lill-Kummissjoni Ewropea bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni. Fi tmiem il-perjodu stabbilit
tal-investigazzjoni, il-Mawrizju għandu jgħarraf lill-FMC tal-Istat
tal-bandiera u lill-UE b’kull monitoraġġ li jkun meħtieġ. KAPITOLU VIII Ksur In-nuqqas ta’
ħarsien ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli u d-dispożizzjonijiet
tal-Protokoll, il-miżuri ta’ ġestjoni u ta’ konservazzjoni tar-riżorsi
ħajjin tal-baħar jew il-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju dwar
is-sajd jista’ jiġi ppenalizzat b’multi, jew bis-sospensjoni, bir-revoka
jew bin-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment. 1. Trattament tal-ksur Kull ksur imwettaq fl-ilmijiet tal-Mawrizju
minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont
id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport
(tal-ispezzjoni). Fil-każ ta’ spezzjoni abbord, il-firma
tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun
mingħajr ħsara għad-dritt ta’ difiża ta’ sid il-bastiment
rigward ksur. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’ spezzjoni,
huwa għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet
għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “rifjut ta’
firma”. Għal kull ksur imwettaq fl-ilmijiet
tal-Mawrizju minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd,
in-notifika tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet rilevanti imposti fuq il-kaptan
jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien
tal-bastimenti wara l-proċeduri stabbiliti fil-Liġi tal-Mawrizju dwar
is-Sajd. Għandha tintbagħat kopja tan-notifika lill-Istat
tal-bandiera tal-bastiment u lill-UE fi żmien 72 siegħa. 2. Detenzjoni ta’ bastiment Meta l-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju
dwar is-sajd tippermetti dan fir-rigward ta’ ksur, kull bastiment tal-UE li
jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività
tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port tal-Mawrizju, f’każ li jkun
qed ibaħħar. Il-Mawrizju għandu jinnotifika lill-UE fi
żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-UE li jkollu
awtorizzazzjoni tas-sajd. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet
għall-arrest u/jew għad-detenzjoni. Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura
kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni
ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, il-Mawrizju
għandu jaħtar uffiċjal ta’ investigazzjoni u jorganizza, fuq
talba tal-UE, fi żmien jum wieħed tax-xogħol min-notifika
tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu
ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u
sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed.
Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jista’
jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni. 3. Pieni għall-ksur –
Proċedura ta’ kompromess Il-penali għall-ksur għandhom ikunu
kif ipprovvdut fil-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju fis-seħħ. F’każ li sid il-bastiment ma
jaċċettax il-multi, għandha tinbeda proċedura ta’
kompromess qabel ma jitnedew il-proċeduri legali bejn l-awtoritajiet
tal-Mawrizju u l-bastiment tal-UE sabiex il-kwistjoni tiġi solvuta b’mod
amikevoli. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’
jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’
kompromess għandha tintemm mill-inqas 72 siegħa wara n-notifika
tad-detenzjoni tal-bastiment. 4. Proċedimenti legali –
Garanzija bankarja Jekk il-proċedura ta’ kompromess
imsemmija hawn fuq tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid
il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija
bankarja f’bank magħżul mill-Mawrizju, li l-ammont tagħha, kif
stabbilit mill-Mawrizju, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni
tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja ma
tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi
l-proċedimenti legali. Il-garanzija bankarja għandha tiġi
rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara
l-qtugħ tas-sentenza: a. kollha kemm hi, jekk ma tkun
ġiet imposta l-ebda piena; b. skont l-ammont
tal-bilanċ li jkun fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed
baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja. Il-Mawrizju għandu jgħarraf lill-UE
bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint
(8) ijiem minn meta tingħata s-sentenza. 5. Rilaxx tal-bastiment u
tal-ekwipaġġ Il-bastiment u l-ekwipaġġ
tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba
l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba
l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata. KAPITOLU IX Reklutaġġ ta’ baħrin 1. Għadd ta’ baħrin
li għandhom jiġu rreklutati Matul l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet
tal-Mawrizju għandhom jimbarkaw għaxar (10) baħrin
ikkwalifikati tal-flotta tal-UE. Is-sidien tal-bastimenti tal-UE għandhom
ifittxu li jirreklutaw iktar baħrin mill-Mawrizju. Fil-każ li ma ssirx l-imbarkazzjoni,
is-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu somma globali ekwivalenti
għas-salarju tal-baħrin li ma nbarkawx għat-tul tal-ispedizzjoni
tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Fil-każ li l-ispedizzjoni tas-sajd
iddum inqas minn xahar, is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu
meħtieġa li jħallsu somma li tikkorrispondi għal xahar
salarju. 2. Kuntratti tal-baħrin Il-kuntratt tal-impjieg għandu jitfassal
minn sid il-bastiment jew mid-destinatarju tiegħu u l-baħri, jekk
ikun meħtieġ, jista’ jiġi rrappreżentat mill-unjoni
tiegħu, b’kooperazzjoni mal-Mawrizju. Il-kuntratt għandu jistipula
b’mod partikolari d-data u l-port tar-reklutaġġ. Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw
lill-baħrin, il-kopertura tas-sigurtà soċjali applikabbli
għalihom fil-Mawrizju, inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u
l-assigurazzjoni fuq il-mard u l-inċidenti. Għandha tingħata kopja tal-kuntratt
lill-firmatarji. Id-drittijiet bażiċi tax-xogħol
stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali
tax-Xogħol (ILO) għandhom jiġu ggarantiti għall-baħrin
mill-Mawrizju. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-libertà ta’
assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar
kollettiv, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u
tax-xogħol. 3. Pagi tal-baħrin Il-pagi tal-baħrin tal-Mawrizju
għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Għandhom jiġu
stabbiliti qabel ma tinħareġ l-awtorizzazjoni tas-sajd u bi ftehim
reċiproku bejn sid il-bastiment u d-destinatarju tiegħu fil-Mawrizju. Il-pagi m’għandhomx ikunu iżjed
baxxi minn dawk tal-ekwipaġġi tal-bastimenti nazzjonali u lanqas
m’għandhom ikunu iktar baxxi mil-livell stabbilit mill-ILO. 4. Obbligi tal-baħrin Il-baħrin għandhom jirrappurtaw
għand il-kaptan tal-bastiment li jkunu nħatru għalih fil-jum
qabel id-data tar-reklutaġġ stipulata fil-kuntratt tagħhom.
Il-kaptan għandu jgħarraf lill-baħri bid-data u l-ħin
tar-reklutaġġ. Jekk il-baħri jirtira jew ma jippreżentax
ruħu fid-data u l-ħin stipulati għar-reklutaġġ
tiegħu, il-kuntratt tiegħu għandu jitqies bħala null u bla
effett u sid il-bastiment għandu jiġi eżentat awtomatikament
mill-obbligu tiegħu li jirreklutah. F’dan il-każ sid il-bastiment ma
għandu jkun suġġett għall-ebda multa jew
għall-ħlas ta’ kumpens. KAPITOLU X 1. Osservazzjoni
tal-attivitajiet tas-sajd Dan il-programm ta’ osservazzjoni għandu
jkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-riżoluzzjonijiet
adottati mill-IOTC (il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan). 2. Bastimenti u osservaturi
magħżulin L-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jistabbilixxu
lista ta’ bastimenti magħżulin biex jieħdu osservatur abbord.
Din il-lista għandha tinżamm aġġornata. Għandha
tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tiġi stabbilita. L-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom
jgħarrfu lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati b’isem l-osservaturi
magħżulin biex jittellgħu abbord il-bastiment tagħhom sa
mhux aktar tard minn ħmistax-il (15) ġurnata qabel id-data ta’
imbarkazzjoni ppjanata tal-osservatur. L-osservaturi
m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli
għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom. 3. Salarju tal-osservatur Il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali
tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet tal-Mawrizju. 4. Kundizzjonijiet
tal-imbarkazzjoni Il-kundizzjonijiet tal-imbarkazzjoni tal-osservatur,
b’mod partikolari t-tul ta’ żmien abbord, għandhom jiġu
ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew id-destinatarju
tiegħu u l-Mawrizju. L-osservaturi għandhom jiġu
ttrattati bħala uffiċjali. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord
għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment. Sid il-bastiment għandu jħallas
l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord
il-bastiment. Il-kaptan
għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt
ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u
l-benesseri ġenerali tal-osservatur. L-osservaturi
għandhom jingħataw aċċess għal kull faċilita
meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom. Huma għandu jkollhom
aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għal kwalunkwe
dokument abbord, u għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd
tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd,
il-ġurnal dwar l-iffriżar u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll
għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijiethom. 5. Imbarkazzjoni u żbark
tal-osservaturi L-osservatur għandu jimbarka f’port
magħżul minn sid il-bastiment. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant
tiegħu għandu jinnotifika lill-Mawrizju, b’perjodu ta’ notifika ta’
għaxart (10) ijiem qabel l-imbarkazzjoni, dwar id-data, il-ħin u
l-port tal-imbarkazzjoni tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka
f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn
il-port tal-imbarkazzjoni għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk l-osservatur ma jasalx
għall-imbarkazzjoni fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin
stabbiliti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament
mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka. Huwa għandu jkun ħieles li
jħalli l-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd. Meta l-osservatur
ma jiżbarkax f’port tal-Mawrizju, sid il-bastiment għandu
jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tiegħu meta dan
ikun qed jistenna t-titjira tar-ripatrijazzjoni. 6. Obbligi tal-osservatur Waqt li jkunu abbord l-osservaturi
għandhom: a. jieħdu l-miżuri
x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompux jew ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd; b. jirrispettaw il-proprjetà u
t-tagħmir li jkun hemm abbord; c. jirrispettaw in-natura
kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment. L-osservaturi għandhom jikkomunikaw
l-osservazzjonijiet bir-radju, b’faks jew bil-posta elettronika mill-inqas
darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fl-ilmijiet
tal-Mawrizju, inkluża l-kwantità ta’ qbid u qbid inċidentali abbord u
kwalunkwe dmir ieħor kif meħtieġ mill-awtorità. 7. Rapport tal-osservatur Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur
għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan
tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel
kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat
mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja
tar-rapport tal-osservatur. L-osservatur
għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Mawrizju, li għandu
jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien ħmistax-il
(15) jum tax-xogħol mill-iżbark tal-osservatur. ----------------------------------------------------------------- Appendiċijiet għal dan
l-Anness 1.
Appendiċi I – Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
tas-sajd 2.
Appendiċi 2 – Folji tekniċi 3.
Appendiċi 3 – Ġurnal ta’ abboard tas-sajd 4.
Appendiċi 4 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar
il-pożizzjoni 5. Appendiċi 5 –
Formoli tar-rapport tal-qbid Appendiċi 1 APPLIKAZZJONI
GĦAL LIĊENZJA TA’ BASTIMENT TAS-SAJD BARRANI L-isem tal-applikant: …………………………………………………………………………….…
L-indirizz tal-applikant:
………………………………………………………………………….….…. L-isem u l-indirizz tal-kerrejja
tal-bastimenti jekk differenti minn dak ta' hawn fuq:…
….……………………….….….................................................................................................................
L-isem u l-indirizz tal-aġent
fil-Mawrizju: ……………………………………………………….….... L-isem
tal-bastiment: ……………………………………………..………………………………….…. Tip
ta’ bastiment: …………….……………………………………….…………………………….....
Il-pajjiż ta'
reġistrazzjoni:… ………………..……………………………………………………………
Il-port u numru ta’
reġistrazzjoni:……………..……………………………………………………..… L-identifikazzjoni
esterna tal-bastiment tas-sajd:
…………………….……….……………………….. Il-kodiċi
tar-radju u l-frekwenza:
………………………….……………..…………………………...... In-numru tal-faks tal-bastiment:…………………………………………………………………................
It-tul tal-bastiment: ……………………………………………………………………………… Il-wisa’ tal-bastiment: …………………………………………………………………………..……..…. It-tip u l-qawwa
tal-magna: ……………………………………………………………………..…..…. It-tunnellaġġ gross irreġistrat
tal-bastiment: …………………………………………………………..… It-tunnellaġġ nett irreġistrat
tal-bastiment: ………………………………………….………….…....... L-għadd minimu ta' ekwipaġġ: ………………………………………………………..………………... It-tip ta' sajd ipprattikat: …………………………………………………………………….…................. L-ispeċijiet ta' ħut proposti: Il-perjodu ta’ validità mitlub: ……………………………………………………………….……….. Niċċertifika li d-dettalji mogħtija
hawn fuq huma korretti. Data: ………………………………. Firma: Appendiċi 2 FOLJA TEKNIKA: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUN U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ 1. L-ilmijiet tal-Mawrizju: · Lil hinn minn ħmistax-il (15) mil nawtiku mill-linji bażi bil-ħsieb li jiġu evitati effetti dannużi għas-sajd artiġjanali fuq skala żgħira fil-Mawrizju. 2. L-irkaptu awtorizzat: · Tartarun · Konz tal-wiċċ 3. Il-qabdiet inċidentali: · Konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-IOTC 4. It-tunnellaġġ awtorizzat/It-tariffi: Għadd ta’ bastimenti awtorizzati jistadu || · Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jbaħħru fl-oċeani: : 41 · Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: 45 Tariffa annwali tal-pagament minn qabel: || · EUR 3 710 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jbaħħar fl-oċeani, għal qabda ta’ 106 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati · EUR 3 150 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkollu tunnellaġġ gross ta’ iktar minn 100, għal qabda ta’ 90 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati · EUR 1 750 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkollu tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100, għal qabda ta’ 50 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati Tariffa addizzjonali: || EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda 5. Il-baħrin tal-Mawrizju · 10 baħħara jew ħlas ta’kumpens (ref. Il-Kapitolu IX tal-Anness) · Appendiċi 3 – Ġurnal ta’ abbord tas-sajd (formoli tal-IOTC) Appendiċi 4 – Il-format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni KOMUNIKAZZJONIJIET TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS
RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI Element tad-Dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Kontenut Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dejta tas-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni Destinatarju || AD || O || Dettall tal-messaġġ – id-destinatarju. Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż tal-ISO Mingħand || FR || O || Dejta tal-messaġġ – min qed jibgħat. Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż tal-ISO L-Istat tal-Bandiera || FS || F || Dettall tal-messaġġ – l-Istat tal-bandiera It-tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall tal-messaġġ – it-tip ta’ messaġġ [ENT, POS, EXI] Il-kodiċi tar-radju || RC || O || Dettall dwar il-bastiment – il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment In-numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti || IR || F || Dettall dwar il-bastiment – in-numru uniku tal-Parti Kontraenti (il-kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit minn numru) In-numru tar-reġistrazzjoni estern || XR || O || Dettall dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment Latitudni || LA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti T/N DDMM (WGS-84) Il-lonġitudni || LO || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti L/P DDMM (WGS84) Rotta || CO || O || Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360° Il-veloċità || SP || O || Il-veloċità tal-bastiment f’għexieren ta’ mili tal-baħar Data || AD || O || Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) Il-ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM) It-tmiem tar-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall dwar is-sistema – jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni O = element tad-dejta obbligatorju
F = element tad-dejta fakultattiv Kull trażmissjoni tad-dejta hija struttura kif
ġej: 1. il-karattri jingħataw skont in-norma
tal-ISO 8859.1; 2.
linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam “SR” jindikaw il-bidu
tal-messaġġ;
3. kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u
jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta’ linja
mmejla doppja (//);
4. linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam u d-dejta;
5. il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem
il-messaġġ;
6. l-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn
il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ. Appendiċi 5 – Formola tar-rapport tal-qbid Statement of catch form for
tuna seiners / Fiche de déclaration de captures pour thoniers senneurs DEPART / SALIDA / DEPARTURE || ARRIVEE / LLEGADA / ARRIVAL || NAVIRE / BARCO / VESSEL || PATRON / PATRON / MASTER || FEUILLE PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH || PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH || || || HOJA / SHEET N° DATE FECHA DATE || POSITION (chaque calée ou midi) POSICION (cada lance o mediadia) POSITION (each set or midday) || CALEE LANCE SET || CAPTURE ESTIMEE ESTIMACION DE LA CAPTURA ESTIMATED CATCH || ASSOCIATION ASSOCIACION ASSOCIATION || COMMENTAIRES OBSERVATIONES COMMENTS || || COURANT CORRIENTE CURRENT || || || || 1 ALBACORE RABIL YELLOWFIN || 2 LISTAO LISTADO SKIPJACK || 3 PATUDO PATUDO BIGEYE || AUTRE ESPECE préciser le/les nom(s) OTRA ESPECIE dar el/los nombre(s) OTHER SPECIES give name(s) || REJETS préciser le/les nom(s) DESCARTES dar el/los nombre(s) DISCARDS give name(s) || || || || || || || Route/Recherche, problèmes divers, type d'épave (naturelle/artificielle, balisée, bateau), prise accessoire, taille du banc, autres associations, … Ruta/Busca, problemas varios, tipo de objeto (natural/artificial, con baliza, barco), captura accesoria, talla del banco, otras asociaciones, … Steaming/Searching, miscellaneous problems, log type (natural/artificial, with radio beacon, vessel), by catch, school size, other associations, … || || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Nom Nombre Name || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Nom Nombre Name || Taille Talla Size || Capture Captura Catch Une calée par ligne / Uno lance cada línea / One set by line || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || SIGNATURE DATE DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/Oqsma
tal-politika kkonċernat/i 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan/Għanijiet 1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul ta' żmien
u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i ta’
ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’
monitoraġġ u rappurtar 2.2. Sistema ta’
ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa
affettwata/i 3.2. Impatt stmat fuq
in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi 3.3. Stima tal-impatt
fuq id-dħul 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd ġdid u
Protokoll ġdid li jistipulaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni
finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni
Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju 1.2. Qasam/Oqsma tal-politika
kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[6] 11. - Affarijiet Marittimi u Sajd 11.03 - Sajd internazzjonali u l-Liġi
tal-Baħar 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li
ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[7] X Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata
mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid
lejn azzjoni ġdida 1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva Fil-qafas tal-kompetenza esklussiva tagħha
meta tinnegozja ftehimiet bilateri dwar is-sajd, il-Kummissjoni tinnegozja,
tikkonkludi u timplimenta Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) u,
fl-istess ħin, tiżgura djalogu politiku bejn l-imsieħba
fil-qasam tal-politika dwar is-sajd fl-Istati terzi kkonċernati. In-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet
tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-għan ġenerali li
jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni
Ewropea, inkluża l-flotta ta’ sajd f'ilmijiet imbiegħda, u li
jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija
bl-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli
tar-riżorsi tas-sajd lil hinn mill-ilmijiet tal-UE, filwaqt li jitqiesu
l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd
jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw
il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji magħmula taħt politiki
Ewropej oħra (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi
terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
(IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fl-ekonomija globali u
governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd). 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB
kkonċernata/i L-għan speċifiku numru 1[8] Sabiex jingħata kontribut għas-sajd
sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-UE, tinżamm preżenza Ewropea
fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur
tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi
ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ma’ Stati kostali (pajjiżi terzi),
b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn. Attività/ajiet ABM/ABB kkonċernata/i L-affarijiet marittimi u s-sajd, is-sajd
internazzjonali u l-liġi dwar il-baħar, il-ftehimiet internazzjonali
dwar is-sajd (linja tal-baġit 11.0301) 1.4.3. Riżultat(i) u impatt
mistennija Speċifika l-effetti li
l-proposta/l-inizjattiva mistennija jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi
fil-mira. Il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija
dwar is-Sajd u l-Protokoll bejn l-UE u l-Mawrizju se tgħin biex
jinżamm il-livell attwali tal-opportunitajiet tas-sajd
għall-bastimenti Ewropej fl-ilmijiet tal-Mawrizju għall-perjodu
mill-2012 sal-2015, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-flotta
tat-tonn. Il-Protokoll se jgħin biex tinżamm il-kontinwità
fiż-żoni tas-sajd fl-Oċean Indjan li huma koperti minn ftehimiet.
Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni
aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju
(appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi annwali
u multiannwali adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż imsieħeb. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Speċifika l-indikaturi għall-kontroll
tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. L-indikaturi li ġejjin se jintużaw
fil-kuntest tal-ABM (ġestjoni abbażi tal-attività) sabiex tiġi
mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Ftehim: - monitoraġġ tar-rata annwali
tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
użati kull sena b’rapport mad-disponibbiltà li jagħti l-Protokoll); - il-ġbir u l-analiżi ta’ dejta dwar
il-qabdiet u l-valur kummerċjali tal-Ftehim. Flimkien ma’ ftehimiet
oħra ta’ sħubija dwar is-sajd konklużi mill-UE ma’ pajjiżi
terzi, l-indikaturi li ġejjin jistgħu jintużaw bħala parti
minn analiżi multiannwali: - kontribuzzjoni għall-impjiegi u
għall-valur miżjud fl-UE; - kontribuzzjoni għall-istabilizzazzjoni tas-suq
tal-UE; Barra minn hekk, qed jiġi propost ukoll
l-indikatur ta’ monitoraġġ li ġej: - l-għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’
laqgħat tal-Kumitat Konġunt. 1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u)
jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' tliet
snin li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu (x’aktarx
mill-2012 sa l-2015). Se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd
tal-flotta Ewropea u se jippermetti, b’mod partikolari, lis-sidien
tal-bastimenti jkomplu jiksbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet
tal-Mawrizju. Barra minn hekk, wieħed mill-għanijiet
tal-Protokoll il-ġdid huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn
l-UE u l-Mawrizju fil-qasam tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ politika
sostenibbli tas-sajd u tal-isfruttar razzjonali tar-riżorsi tas-sajd
fl-ilmijiet tal-Mawrizju. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali
taħt il-Protokoll il-ġdid huwa ta’ EUR 660 000 li minnhom
EUR 302 500 huma allokati sabiex jassistu s-settur tas-sajd. L-elementi ewlenin tal-Protokoll il-ġdid
huma: - L-opportunitajiet tas-sajd:
41 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u 45 bastiment
tas-sajd bil-konz tal-wiċċ se jkunu awtorizzati jistadu,
b’tunnellaġġ annwali ta’ referenza ta’ 5 500 tunnellata.
L-allokazzjoni ta' dawn l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri
kkonċernati hija s-suġġett ta' proposta għal Regolament
speċifiku tal-Kunsill. - Pagamenti minn qabel u tariffi li
għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti[9]: EUR 35 għal kull
tunnellata ta’ tonn maqbud fl-ilmijiet tal-Mawrizju mill-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bit-tartarun u mill-bastimenti tas-sajd bil-konz
tal-wiċċ. Il-pagamenti annwali minn qabel se jkunu ta’
EUR 3 710 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun,
ta’ EUR 3 150 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz li jkollu
tunnellaġġ gross ta’ iktar minn 100 u ta’ EUR 1 750
għal kull bastiment tas-sajd bil-konz li jkollu tunnellaġġ gross
ta’ inqas minn 100. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE F’dak li jirrigwarda dan il-Protokoll
il-ġdid, in-nuqqas ta’ intervent mill-UE jwassal għal ftehimiet
privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli. L-Unjoni Ewropea
tittama wkoll li, permezz ta’ dan il-Protokoll, il-Mawrizju jkompli jikkoopera
b’mod effettiv mal-UE f’korpi reġjonali bħall-Kummissjoni
għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u l-Kummissjoni tal-Oċean
Indjan (IOC). Il-fondi disponibbli se jippermettu wkoll lill-Mawrizju biex
ikompli l-isforzi ta’ ppjanar strateġiku tiegħu
għall-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd tiegħu, partikolarment
il-‘Fishery Masterplan’ tiegħu, u biex isaħħaħ
il-kapaċità tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Il-Ftehim dwar is-Sajd jipprovdi wkoll impjiegi
għall-baħrin mill-Unjoni Ewropea u mill-Mawrizju. Jista'
jiġġenera wkoll l-attività ekonomika fil-port tal-Mawrizju li se
jintuża mis-sidien tal-bastimenti tal-UE għat-twettiq ta’ tiswijiet
fuq il-bastimenti tagħhom jew għall-ħatt l-art. 1.5.3. Tagħlimiet meħuda
minn esperjenzi simili fil-passat Twettqet evalwazzjoni profonda tal-Ftehim dwar
is-Sajd attwali u l-kundizzjonijiet tal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet
tal-Mawrizju, iffinalizzata f’Novembru 2011, bl-għajnuna ta’
konsorzju ta’ konsulenti indipendenti, bil-ħsieb li jinbdew in-negozjati
dwar Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ġdid u Protokoll ġdid. L-evalwazzjoni ex-ante identifikat il-punti ta’
interess li ġejjin għall-UE: - Il-ftehim dwar is-sajd mal-Mawrizju
jista’ jgħin biex tiġi appoġġata l-vijabbiltà
tal-industrija tat-tonn tal-UE fl-Oċean Indjan. billi jissodisfa
l-ħtiġijiet tal-flotot Ewropej. - Il-Protokoll huwa meqjus li jista’
jikkontribwixxi għall-vijabbiltà tal-industriji Ewropej billi joffri
ambjent legali stabbli u viżibbiltà fuq żmien medju lill-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea u lill-industriji li jiddependu fuqhom. F’dak li għandu x’jaqsam mal-interessi
tal-Mawrizju fil-kuntest tal-Protokoll, il-konklużjonijiet
tal-evalwazzjoni kienu: –
Il-Ftehim dwar is-Sajd jista’ jgħin biex
jissaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali fis-settur tas-sajd billi
jtejjeb ir-riċerka u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u
sorveljanza, kif ukoll it-taħriġ u l-vijabbiltà tas-settur tas-sajd
ta’ skala żgħira; –
Il-Ftehim dwar is-Sajd se jkollu wkoll impatt fuq
l-istabbiltà baġitarja u politika tal-pajjiż. Minbarra l-valur kummerċjali dirett
tal-qabdiet għall-bastimenti involuti, il-Ftehim jista’ jrendi
l-benefiċċji evidenti li ġejjin: - impjiegi garantiti abbord il-bastimenti
tas-sajd; - effett ta’ multiplikatur fuq l-impjiegi
fil-portijiet, fit-tarzni, fl-impriżi li joffru servizzi, eċċ.; - postijiet tax-xogħol f’reġjuni
fejn ma hemm ebda possibbiltajiet oħrajn ta’ impjiegi; - kontribuzzjoni għall-provvista
tal-ħut fl-UE. 1.5.4. Koerenza u sinerġija
possibbli ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn Il-fondi mħallsa skont il-ftehimiet ta’
sħubija dwar is-sajd jikkostitwixxu dħul funġibbli
fil-baġits tal-pajjiżi terzi msieħba. Madankollu, li wieħed
jalloka xi wħud minn dawn il-fondi għall-użu fl-implimentazzjoni
tal-miżuri bħala parti mill-politika settorjali tal-pajjiż hija
kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn
ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi ta’ fondi oħrajn
minn donaturi internazzjonali oħrajn, inklużi l-fondi tal-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ). 1.6. Tul ta' żmien u impatt
finanzjarju X Proposta/Inizjattiva fuq tul ta’
żmien limitat X Proposta/Inizjattiva fis-seħħ
għal perjodu ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ
tagħha (x’aktarx mill-2012 sal-2015) X Impatt finanzjarju mill-2012
sal-2015 ¨ Proposta/Inizjattiva fuq tul ta’ żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn [SSSS] sa
[SSSS], –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni
previst(i)[10] X Ġestjoni diretta ċentralizzata
mill-Kummissjoni ¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delegazzjoni tal-kompiti
implimentattivi lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
¨ korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[11] –
¨ korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49
tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali
(li jridu jiġu speċifikati) Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’
ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima
“Kummenti”. Kummenti […] 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’
monitoraġġ u rappurtar Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni
mal-konsulent dwar is-sajd fil-Mawrizju u mad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
għall-Mawrizju) se tiżgura l-monitoraġġ regolari
tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu
tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini tad-dejta dwar il-qbid.
Barra minn hekk, il-Ftehim ta' Sħubija dwar
is-Sajd jipprovdi għall-anqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat
Konġunt, li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati
jiltaqgħu mal-pajjiż terz sabiex janalizzaw l-implimentazzjoni
tal-Ftehim u l-Protokoll tiegħu. Fir-rigward tal-implimentazzjoni
tal-appoġġ settorjali, il-Protokoll jistipula li, kull sena,
iż-żewġ Partijiet għandhom jevalwaw il-progress li jkun sar
fl-implimentazzjoni tal-programm multiannwali settorjali. Il-Protokoll
jipprovdi għal aġġustament possibbli tal-kontribuzzjoni
finanzjarja allokata biex tagħti appoġġ settorjali jekk din
l-evalwazzjoni tiżvela li l-għanijiet finanzjarji mhumiex jinkisbu
b'mod sodisfaċenti. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) L-istabbiliment ta’ Protokoll tas-Sajd iġib
miegħu ċertu għadd ta’ riskji, pereżempju: l-ammonti
destinati għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mhumiex
allokati kif miftiehem (anqas programmazzjoni milli mistenni). 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll
previst(i) Sabiex jiġu evitati r-riskji msemmija
fil-punt ta' qabel dan, huwa previst djalogu bbażat fuq il-programmazzjoni
u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta
tal-progress, kif imsemmija fil-paragrafu 2.1, tagħmel ukoll parti
minn dawn il-metodi ta' kontroll. Barra minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli
speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, fuq ċerti
kundizzjonijiet u f'ċerti ċirkostanzi. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u
protezzjoni eżistenti jew previsti. L-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja
mħallsa mill-UE skont il-Ftehim huwa kompletament fid-diskrezzjoni
tal-pajjiż terz sovran ikkonċernat. Madankollu, il-Kummissjoni
tintrabat li tipprova tistabbilixxi djalogu politiku u kooperazzjoni permanenti
bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u li
jissaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-ġestjoni
sostenibbli tar-riżorsi. F’kull każ, kull pagament li jsir
mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ Ftehim dwar is-Sajd huwa suġġett
għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard
tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati
bis-sħiħ il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi li fihom
jitħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Għal dan il-Protokoll
partikolari, l-Artikolu 2 jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha
għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ ma’
istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet tal-Mawrizju. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i · Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju
multiannwali u tal-linji tal-baġit . Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit: || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni…...] || AD/AMD[12] || mill-pajjiżi tal-EFTA[13] || mill-pajjiżi kandidati[14] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 2 || 11.0301 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd 11.010404 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd – nefqa amministrattiva || AD AMD || LE || LE || LE || LE · Linji ġodda tal-baġit mitluba (mhux applikabbli) 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt
fuq in-nefqa miljuni ta’ EUR (sa erba’ punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 2 || Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali DĠ: MARE || || || Sena N[15] (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || Numru tal-linja baġitarja 11.0301 || Impenji || (1) || 0.660 || 0.660 || 0.660 || 1.980 Pagamenti || (2) || 0.660 || 0.660 || 0.660 || 1.980 Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || Pagamenti || (2a) || || || || Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi[16] || || || || Numru tal-linja baġitarja 11.010404 || || (3) || 0.021 || 0.021 || 0.081 || 0.123 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali[17] || Impenji || (4) || 0.660 || 0.660 || 0.660 || 1.980 Pagamenti || (5) || 0.660 || 0.660 || 0.660 || 1.980 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0.021 || 0.021 || 0.081 || 0.123 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 0.681 || 0.681 || 0.741 || 2.103 Pagamenti || =5+ 6 || 0.681 || 0.681 || 0.741 || 2.103 Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa aktar
minn intestatura waħda: (mhux applikabbli) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa amministrattiva" miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali) || || || Sena N (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || TOTAL DĠ: MARE || Riżorsi umani || 0.064 || 0.064 || 0.064 || 0.192 Nefqa amministrattiva oħra[18] || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.030 TOTAL DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0.074 || 0.074 || 0.074 || 0.222 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.074 || 0.074 || 0.074 || 0.222 miljuni ta' EUR (sa
tliet punti deċimali) || || || Sena N[19] || Sena N+1 || Sena N+2 || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0.755 || 0.755 || 0.815 || 2.325 Pagamenti || 0.755 || 0.755 || 0.815 || 2.325 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali –
X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji
f’miljuni ta’ Euro (sa erba’ punti deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || Sena N+3 || … daħħal kolonni kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL RIŻULTATI Tip ta’ riżultat[20] || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati Għadd ta’ riżultati || Spiża totali L-GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1[21] || || || || || || || || || || || || || || || || Qabdiet ta' tonn || Tunnellaġġ ta’ referenza || EUR 65 għal kull tunnellata || 5 500 t || 0.3575 || 5 500 t || 0.3575 || 5 500 t || 0.3575 || || || || || || || || || 16 500 t || 1.0725 Appoġġ settorjali || || 0.3025 || 1 || 0.3025 || 1 || 0.3025 || 1 || 0.3025 || || || || || || || || || || 0.9075 || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || 0.660 || || 0.660 || || 0.660 || || || || || || || || || || 1.980 GĦAN SPEĊIFIKU NRU 2... || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || SPIŻA TOTALI || || 0.660 || || 0.660 || || 0.660 || || || || || || || || || || 1.980 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali –
X Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali) || Sena N[22] (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || TOTAL L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || Riżorsi umani || 0.064 || 0.064 || 0.064 || 0.192 Nefqa amministrattiva oħra[23] || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.030 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.074 || 0.074 || 0.074 || 0.222 Riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali[24] || || || || Riżorsi umani || 0.016 || 0.016 || 0.016 || 0.048 Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva[25] || 0.005 || 0.005 || 0.065 || 0.075 Subtotal tar-riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.021 || 0.021 || 0.081 || 0.123 TOTAL || 0.095 || 0.095 || 0.155 || 0.345 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’
riżorsi umani –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani –
X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tingħata f’ammonti
sħaħ (jew f’mhux aktar minn punt wieħed deċimali) || Sena N (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || Sena N+3 (2015) || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (l-uffiċjali u l-aġenti temporanji) XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.051 || 0.051 || 0.051 || || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || Persunal estern (f’ekwivalenti għal full-time – FTE)[26] XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-‘pakkett globali’) || 0 || 0 || 0 || 0 || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 0.013 || 0.013 || 0.013 || || XX 01 04 YY[27] || fil-Kwartieri Ġenerali[28] || || || || || - f'delegazzjonijiet XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) 11 01 04 04 (CA, responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali) || 0.016 || 0.016 || 0.016 || || TOTAL || 0.080 || 0.080 || 0.080 || || XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu
tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà
ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie assenjat
mill-ġdid fid-DĠ stess, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ,
kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ
responsabbli skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl
tal-limiti baġitarji. Stima kkalkulata tar-Riżorsi Umani: Uffiċjali u aġenti temporanji || Uffiċjal wieħed (1) mid-DĠ MARE + Kap tal-unità/deputat kap tal-unità + segretarjat: stima globali ta' 0.4 persuni/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.4 persuni fis-sena x EUR 127 000 fis-sena = EUR 50 800 => EUR 0.051 miljun Persunal estern || LA wieħed (1) f’delegazzjoni (fil-Mawrizju), li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd sottomessi lill-awtoritajiet tal-Mawrizju jew maħruġin minnhom: stima globali ta' 0.2 persuni/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.2 persuni fis-sena x EUR 64,000 fis-sena = EUR 12,800 => EUR 0.013 miljun Persunal li ma jaqax taħt l-Intestatura 5 || Attaxè tas-sajd wieħed (1) li jkun CA, assenjat lid-Delegazzjoni tal-Mawrizju, li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali: stima ġenerali ta’ 0.25 persuni fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.25 persuni fis-sena x EUR 64,000 fis-sena = EUR 16,000 => EUR 0.016 miljun Kalkolu tat-total tar-Riżorsi Umani kull
sena: EUR 50 800 + EUR 12 800 + EUR 16 000 =
EUR 79 600 => EUR 0.0796 miljun Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu: - Assistenza li għandha tingħata
lin-negozjatur fit-tħejjija u l-konklużjoni tan-negozjati
tal-ftehimiet tas-sajd: - il-parteċipazzjoni fin-negozjati
mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu konklużi ftehimiet tas-sajd, - it-tħejjija ta’ abbozzi
tar-rapporti tal-evalwazzjoni u ta’ noti dwar l-istrateġija tan-negozjar
għall-Kummissarju; - il-preżentazzjoni u d-difiża
tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma dwar
is-Sajd estern tal-Kunsill, - il-parteċipazzjoni fit-tfittxija
għal kompromess mal-Istati Membri elenkati fit-test finali tal-ftehim. - Il-monitoraġġ u
l-implimentazzjoni tal-ftehimiet: - il-monitoraġġ ta’ kuljum
tal-ftehimiet dwar is-sajd; - it-tħejjija u l-verifika
tal-impenji u l-ħlasijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja u ta’ kwalunkwe
kontribuzzjoni supplimentari speċifika; - ir-rappurtar b’mod regolari dwar
l-implimentazzjoni tal-ftehimiet; - l-evalwazzjoni tal-ftehimiet: l-aspetti
xjentifiċi u tekniċi; - it-tħejjija tal-abbozz tal-proposta
għal Regolament u Deċiżjoni tal-Kunsill u l-abbozzar tat-test
tal-Ftehim; - it-tnedija u l-monitoraġġ
tal-proċeduri ta’ adozzjoni. - L-assistenza teknika: - it-tħejjija tal-pożizzjoni
tal-Kummissjoni għall-Kumitat Konġunt. - Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali: - ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni
quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri waqt in-negozjati; - it-tfassil ta’ tweġibiet
għall-mistoqsijiet orali u bil-miktub li jagħmel il-Parlament
Ewropew. - Il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni
bejn id-dipartimenti: - il-kollaborazzjoni ma’ Direttorati
Ġenerali oħrajn fi kwistjonijiet marbutin man-negozjati u
mal-monitoraġġ tal-ftehimiet; - l-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet
bejn id-dipartimenti u l-għoti ta’ tweġibiet għalihom. - L-evalwazzjoni: - il-parteċipazzjoni
fl-aġġornament tal-valutazzjoni tal-impatt; - l-analiżi tal-għanijiet
milħuqa u tal-indikaturi tal-evalwazzjoni. 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju multiannwali attwali –
x Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. –
¨ Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali. Spjega x'inhu meħtieġ bħala
programmar mill-ġdid, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. […] –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju
multiannwali[29]. Spjega x'inhu meħtieġ, filwaqt li
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. […] 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
X Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprovdi l-ebda
kofinanzjament minn partijiet terzi 3.3. Stima tal-impatt fuq
id-dħul –
X Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha ebda
impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: ¨ fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq dħul mixxellanju [1] Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill Nru 15921/2011, 23.01.2012. [2] ĠU C …, …, p. …. [3] It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU
…** flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma. ** ĠU: Jekk
jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ĠU
għad-dokument st …../10. [4] It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU
…** flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma. ** ĠU: Jekk
jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ĠU
għad-dokument st …../10. [5] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat
Ġenerali tal-Kunsill. [6] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attività (“Activity
Based Management”) – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività
(“Activity-Based Budgeting”). [7] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju [8] p.m.: Fid-dikjarazzjonijiet tal-attivitajiet stabbiliti
għall-baġit 2011, dan hu l-għan speċifiku Nru 2;
jekk jogħġbok irreferi għal: http://www.cc.cec/budg/bud/proc/adopt/_doc/_pdf/2011/mare.pdf [9] Il-pagamenti minn qabel u t-tariffi li għandhom
jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti ma għandhom l-ebda impatt fuq
il-baġit tal-Unjoni. [10] Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-internet tal-baġit
(BudgWeb) li ġej: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
[11] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [12] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD =
Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati [13] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [14] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani. [15] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [16] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva li
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet
tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u
r-riċerka diretta. [17] Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi: a)
EUR 357 500 fis-sena, li huma ekwivalenti għal
tunnellaġġ annwali ta’ referenza ta’ 5 500 tunnellata, u b)
EUR 302 500 fis-sena, li jikkorrispondu għall-appoġġ
għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika
tal-Mawrizju. Fejn il-kwantità annwali maqbuda taqbeż
it-5 500 tunnellata, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali
se jiżdied b’EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.
Madankollu, l-ammont annwali totali li tħallas l-UE ma jistax jaqbeż
EUR 715,000 kull sena (ara l-Artikolu 2(4) tal-Protokoll). [18] L-ispejjeż stmati għall-missjonijiet ta’
monitoraġġ fuq il-post. [19] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [20] Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li
għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’
studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija,
eċċ.). [21] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2.
“L-għan/l-għanijiet speċifiku/ċi”. [22] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [23] L-ispejjeż stmati għall-missjonijiet ta’
monitoraġġ fuq il-post mill-persunal tal-kwartieri ġenerali. [24] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva li
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet
tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka
diretta. [25] L-ispejjeż stmati għall-missjonijiet ta’
monitoraġġ fuq il-post mill-persunal fid-delegazzjoni. L-ammont
għall-2014 jinkludi ammont għal evalwazzjoni ex post tal-Protokoll. [26] CA= Aġent b'kuntratt; INT = persunal
tal-aġenzija (“Intérimaire”); JED= ‘Jeune Expert en Délégation’ (Esperti
Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġenti Lokali;
SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat. [27] Sublimitu massimu għall-persunal estern skont
l-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu l-linji “BA”). [28] Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd
(l-FES). [29] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.