Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/015/SE/AstraZeneca mill-Isvezja) /* COM/2012/0396 final - 2012/ () */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja
soda[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni
tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibbiltà, bil-limitu massimu annwali ta'
EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas
finanzjarju. Ir-regoli applikabbli
għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2]. Fit-23 ta' Diċembru 2011,
l-Isvezja ressqet applikazzjoni EGF/2011/015 SE/AstraZeneca għal
kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw is-sensji
fl-AstraZeneca fl-Isvezja. Wara analiżi fil-fond ta' din
l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet skont l-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni
finanzjarja skont dan ir-Regolament huma ssodisfati. TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta essenzjali: || Nru ta' Referenza tal-FEG || FEG/2011/015 Stat Membru || L-Isvezja Artikolu 2 || (a) Intrapriża primarja || AstraZeneca Fornituri u produtturi fl-istadju aħħari ta’ produzzjoni || L-ebda Perjodu ta’ referenza || 15.06.2011 – 15.10.2011 Data ta' bidu għas-servizzi personalizzati || 26.10.2010 Id-data tal-applikazzjoni || 23.12.2011 Sensji matul il-perjodu ta’ referenza || 543 Sensji qabel u wara l-perjodu ta' referenza || 444 Sensji totali eliġibbli || 987 Ħaddiema li ngħataw is-sensja li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri || 700 Nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 6 396 600 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG[3] (EUR) || 258 560 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 3,9 Baġit totali (EUR) || 6 655 160 Kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 4 325 854 1. L-applikazzjoni tressqet
quddiem il-Kummissjoni fit-23 ta’ Diċembru 2011 u kienet
sostnuta b'tagħrif addizzjonali sas-16 ta’ April 2012. 2. L-applikazzjoni tissodisfa
l-kundizzjonijiet għall-użu tal-FEG kif stabbilit
fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fi
żmien il-perjodu speċifikat ta’ 10 ġimgħat imsemmi
fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet
strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba
l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali 3. Sabiex tistabbilixxi r-rabta
bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ
dinji minħabba l-globalizzazzjoni, l-Isvezja ssostni li s-settur
farmaċewtiku kull ma jmur qed jiġi affettwat aktar
mill-globalizzazzjoni. L-industrija farmaċewtika attwalment qiegħda
għaddejja minn bidliet sinifikanti sabiex iżżomm
il-kompetittività tagħha f'ambjent diffiċli. Bosta kumpaniji jinsabu
fi stat ta' tranżizzjoni; qegħdin jiġu kkunsidrati
r-riorganizzazzjoni, il-konsolidazzjoni, l-amalgamazzjonijiet u
l-akkwiżizzjonijiet sabiex jinżammu ċ-ċentri ta' tkabbir.
Kull ma jmur l-industrija qiegħda tfittex sinerġiji sabiex
tikkontrolla l-ispejjeż li dejjem jiżdiedu tal-attivitajiet ta'
riċerka u żvilupp (R&D). 4. L-investimenti globali u
r-riċerka bijoteknoloġika qegħdin jiżdiedu u wieħed
jista' jsib kompetituri ġodda fiċ-Ċina, il-Brażil u
l-Indja. Il-prospetti għall-finanzjament ta' riċerka u żvilupp
ivarjaw skont ir-reġjun, bl-Istati Uniti li tistenna tkabbir, l-Ewropa li
tikkontempla awsterità fiskali li tista' tillimita l-investiment għal
diversi snin, u bosta pajjiżi Asjatiċi li jżommu impenni
finanzjarji b'saħħithom għar-riċerka u żvilupp (sehem
mill-infiq globali totali tar-riċerka u żvilupp fl-2009-2011:
l-Istati Uniti (34,71 %-34,0 %), l-Asja (33,6 %-35,3 %),
l-Ewropa (24,1 %-23,2 %)). Matul ir-riċessjoni, il-komunitajiet
Asjatiċi ta' riċerka u żvilupp żiedu l-investiment
fir-riċerka u żvilupp u l-istatura tagħhom. Fost il-komunitajiet
ta' riċerka globali, l-istat tar-riċerka u żvilupp fl-UE
jagħti lok għal ħafna tħassib. Li wieħed jipprova
jirkupra minn riċessjoni u jiġi sfurzat li jnaqqas id-defiċit,
jista min-naħa tiegħu jaffettwa l-appoġġ tal-gvern
għar-riċerka u żvilupp[4].
Skont ir-rapport ta' Frost & Sullivan, Kumpanija ta' Konsultazzjoni dwar
it-Tkabbir, tal-2010[5],
madwar 70 % tal-kumpaniji farmaċewtiċi mistoqsija x'aktarx li
jesternalizzaw il-manifattura lill-Asja. Dawk is-swieq jeħtieġu wkoll
li d-drogi jkunu ttestjati fuq il-popolazzjoni lokali, biex b'hekk
il-preżenza ta' riċerka u żvilupp fis-swieq Asjatiċi
qiegħda tikber. 5. Barra minn hekk, l-isfida
għall-industrija farmaċewtika hija l-preżenza li dejjem
tiżdied tal-ġeneriċi hekk kif il-privattivi għall-prodotti
ewlenin tad-ditta jiskadu. L-industrija ġenerika riċentament
għaddiet minn ristrutturar kbir. L-amalgamazzjonijiet u
l-akkwiżizzjonijiet ikkonċentraw sehem li dejjem jikber tas-suq
ġeneriku globali f'idejn il-protagonisti tas-settur. Ġeneralment
id-drogi ġeneriċi huma mmanifatturati f'pajjiżi Asjatiċi
fejn il-pagi huma baxxi u jissarrfu f'madwar 10 % tal-prezz oriġinali
ġaladarba l-privattiva tiskadi. B'riżultat ta' dan, bosta kumpaniji
huma affettwati u se jkollhom jagħmlu tnaqqis. Il-manifatturi Ewropew
il-kbar jikkonċentraw fuq it-twettiq tal-fażijiet kliniċi
għoljin, kif ukoll fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-proċess ta'
approvazzjoni. L-attivitajiet ta' riċerka qegħdin jonqsu. 6. Bosta pajjiżi mhux
Ewropej qegħdin ifasslu strateġiji għall-bijoxjenzi u
l-industrija f'oqsma ta' farmaċewtiċi, bijoteknoloġija u
teknoloġija medika. Il-kumpaniji Ewropej għandhom jadattaw
il-produzzjoni tagħhom għal din is-sitwazzjoni. AstraZeneca (li
kellha tliet ċentri ta' riċerka u żvilupp fl-Isvezja) segwiet
l-andament u fl-2010 adottat strateġija ta' riċerka u żvilupp
ġdida. Dan inkluda l-bżonn li jkun hemm konċentrazzjoni fuq
inqas oqsma tal-mard, l-għeluq tas-siti (inkluż dak f'Lund u Umeå) u
utilizzazzjoni akbar b'mod sinifikanti tar-riżorsi esterni permezz
tal-esternalizzazzjoni. B'segwitu tal-andamenti globali, AstraZeneca
żiedet ukoll l-investimenti ta' riċerka u żvilupp
fiċ-Ċina u r-Russja (AZ China hija l-akbar kumpanija
farmaċewtika multinazzjonali fis-suq tal-preskrizzjoni fiċ-Ċina;
fl-2011 AZ ħabbret ukoll il-ftuħ ta' Ċentru ta' Xjenza Predittiv
f'San Pietruburgu). Il-prova tal-għadd tas-sensji u
konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(a) 7. L-Isvezja ressqet din
l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 2(a)
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jeħtieġ minn tal-inqas
500 sensja matul perjodu ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru,
inklużi ħaddiema li jingħataw is-sensja mill-fornituri
tagħha jew mill-produtturi involuti fl-istadju aħħari ta’
produzzjoni. 8. L-applikazzjoni tikkwota
543 sensja f'AstraZeneca matul il-perjodu ta' referenza ta' erba' xhur
mill-15 ta' Ġunju 2011
sal-15 ta' Ottubru 2011. Kien hemm 444 sensja oħra
(total ta' 987) qabel u wara l-perjodu ta' referenza u huma marbuta mal-istess proċedura
ta' sensji kollettivi. Is-sensji ġew ikkalkolati skont it-tieni
inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. L-ispjegazzjoni tan-natura mhux prevista
ta' dawk is-sensji 9. L-awtoritajiet Svediżi
jsostnu li, fid-dawl tal-fatt li l-Isvezja għandha pożizzjoni
b'saħħitha fir-riċerka medika, is-sensji kollettivi
f'AstraZeneca ma kinux mistennija. Filwaqt li s-sitwazzjoni li sejra
għall-agħar fis-settur tal-farmaċewtika minħabba
d-dominanza li dejjem tiżdied tal-ġeneriċi kienet prevista,
l-impatt fuq AstraZeneca kien aktar sever milli kien antiċipat.
AstraZeneca kienet ikkunsidrata kumpanija stabbli minħabba l-istorja twila
u ta' suċċess tagħha, li ddominat l-industrija tax-xjenza
Svediża bi kwart ta' dawk li jaħdmu fix-xjenzi tal-ħajja li huma
impjegati ta' AstraZeneca. Barra minn hekk, għal żmien twil il-gvern
Svediż ippromwova l-post ta' ċentru ta' riċerka
interdixxiplinarja f'Lund – is-Sors Ewropew ta' Spallazzjoni – u AstraZeneca
kienet mistennija li tiddedika riżorsi addizzjonali għar-riċerka
f'Lund. Meta wieħed iqis il-bżonn mediku kbir fis-sistema
respiratorja/il-qasam tal-infjammazzjoni, l-għeluq tas-sit ta'
riċerka u żvilupp f'din il-kategorija ta' terapija f'Lund ma kienx
mistenni. L-identifikazzjoni tal-intrapriżi
li taw is-sensji u l-ħaddiema li se jingħataw l-għajnuna 10. L-applikazzjoni tirrelata ma'
987 sensja, li minnhom 543 seħħew matul il-perjodu ta' referenza
u 444 seħħew warajh; dawn huma eliġibbli
għall-inklużjoni skont l-Artikolu 3a(b) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. L-Isvezja tikkalkula li 700 mill-ħaddiema ssensjati se
jagħżlu li jirċievu l-għajnuna mill-FEG. Il-ħaddiema
li jifdal huma mistennija jsibu impjieg b'inizjattiva tagħhom stess
mingħajr ma jitolbu għajnuna mill-FEG jew jirtiraw. 11. It-tqassim
tal-ħaddiema fil-mira huwa kif ġej: Kategorija || Għadd || Perċentwal Irġiel || 255 || 36,43 Nisa || 445 || 63,57 Ċittadini tal-UE || 689 || 98,43 Ċittadini mhux tal-UE || 11 || 1,57 Minn 15 sa 24 sena || 1 || 0,14 Minn 25 sa 54 sena || 536 || 76,57 Minn 55 sa 64 sena || 163 || 23,29 Aktar minn 64 sena || 0 || 0 12. F'dan il-grupp hemm seba'
ħaddiema bi problemi tas-saħħa persistenti jew
b'diżabilità. 13. Fir-rigward ta' kategoriji ta’
xogħol, it-tqassim huwa kif ġej: Kategorija || Għadd || Perċentwal 211 Fiżiċisti, spiżjara u professjonisti relatati || 132 || 18,86 213 Professjonisti tal-Informatika || 29 || 4,14 221 Professjonisti tax-xjenza tal-ħajja || 43 || 6,14 311 Tekniċi tax-xjenza tal-fiżika u tal-inġinerija || 84 || 12,00 343 Professjonisti assoċjati amministrattivi || 14 || 2,00 411 Segretarji || 29 || 4,14 822 Operaturi tal-magni tal-prodotti kimiċi || 51 || 7,29 Oħrajn || 318 || 45,43 14. Skont l-Artikolu 7
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-Isvezja kkonfermat li ġiet
applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll ta'
ebda diskriminazzjoni, u li din se tkompli tapplika matul l-istadji varji
tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, fir-rigward
tal-aċċess għalih. Id-deskrizzjoni tat-territorju
kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu 15. L-intrapriżi affettwati
jinsabu f'erbgħa mill-290 muniċipalitajiet Svediżi.
Il-maġġoranza tal-persunal ingħatat is-sensja f'Lund
fin-naħa t'isfel tal-Isvezja, imma s-sensji affettwaw ukoll Umeå
fin-naħa ta' fuq tal-Isvezja, Södertälje fiż-żona metropolitana
u sa ċertu punt Mölndal fil-punent tal-Isvezja. Il-Kontea ta' Skåne, fejn
jinsab Lund, huwa wieħed mis-swieq tax-xogħol l-aktar dinamiċi
fl-Isvezja. Madankollu, l-impjieg fis-settur industrijali se jibqa' kif inhu u
ż-żieda mbassra se sseħħ biss fis-settur tas-servizzi
privati. Fil-Kontea ta' Västerbotten, fejn tinsab Umeå, l-istruttura
tan-negozju qiegħda tiffaċċja problema ta' differenza
ġenerazzjonali u l-kumpaniji se jkollhom bżonn ta' forza
tax-xogħol b'ħiliet speċjalizzati. Is-suq tax-xogħol lokali
f'Umeå ġarrab għadd ta' għeluq ta' kumpaniji. Fir-reġjun
ta' Stokkolma (li jinsab fil-Kontea ta' Södermanland), huwa s-settur privat li
huwa dominanti. Hemm domanda kbira għall-ħaddiema b'ħiliet
speċjalizzati. Madankollu, Sodertalje hija l-muniċipalità li għandha
l-ogħla rata ta' qgħad fil-kontea u għandha struttura
soċjoekonomika problematika fir-rigward tas-suq tax-xogħol. Is-suq
tax-xogħol f'Mölndal (fil-Kontea ta' Västergötland) jiddependi
mill-viċinanza ta' Gothenburg, fejn l-industrija tal-karozzi hija
orjentata lejn l-esportazzjoni u l-industrija hija waħda ta' importanza
nazzjonali. F'Mölndal stess, hemm diversi kumpaniji li jiffokaw fuq
il-farmaċewtiċi u t-teknoloġija medika. 16. Il-partijiet interessati
ewlenin huma s-Servizzi Svediżi ta' Impjieg Pubbliku
fil-muniċipalitajiet affettwati kollha, kif ukoll it-trejdjunjins
(Unionen, SACO, IF Metall), l-entitajiet ta' konverżjoni (Trygghetsradet)
u l-Università ta' Lund. L-entitajiet ta' konverżjoni huma l-proprjetà
tal-impjegaturi u t-trejdjunjins. L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 17. L-awtoritajiet Svediżi
jsostnu li l-għeluq tas-sit ta' AstraZeneca huwa piż kbir għal
Lund u jaffettwa wkoll is-settur farmaċewtiku kollu. Dan l-iżvilupp
probabbilment se jikkawża żbilanċ fis-suq tax-xogħol
fir-reġjun. Is-sitwazzjoni għal min ifittex impjieg fis-settur
farmaċewtiku diġà marret għall-agħar matul
il-perjodu 2008-2010. Il-qgħad żdied fil-muniċipalitajiet
affettwati kollha minn Jannar 2009 sa Novembru2011: f'Lund minn 2 467
għal 3 025, f'Umeå minn 3 725 għal 4 539, f'Sodertalje
minn 3 100 għal 5 555 u f'Mölndal minn 1 458 għal
1 663. Il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi
personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati u t-tqassim
tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà
tiegħu mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali 18. L-Isvezja żviluppat
pakkett ta' miżuri b'appoġġ għall-ħaddiema ta'
AstraZeneca li ngħataw is-sensja li ma kienx ikun possibbli li jiġi
implimentat fin-nuqqas tal-appoġġ disponibbli. Peress li l-ħaddiema
li ngħataw is-sensja fil-biċċa l-kbira tagħhom
għandhom livell ta' edukazzjoni għoli, huma ma jingħatawx
il-prijorità fi ħdan il-qafas tal-politika Svediża regolari dwar
is-suq tax-xogħol. Il-pakkett tal-miżuri propost mill-Isvezja
għall-finanzjament tal-FEG huwa dan li ġej: - Għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg.
Din il-miżura tikkonsisti f'laqgħat individwali li l-ħaddiem li
ngħata s-sensja jkollu mas-servizz pubbliku dwar l-impjiegi (PES) lokali
sabiex jiżviluppa pjan ta' azzjoni personali u jippreżenta CV
kompluta. Il-ħaddiem jista' jkun appoġġat ukoll minn kowċ
personali. Huwa stmat li l-ħaddiema kollha fil-mira se jipparteċipaw
f'din l-azzjoni. - Pariri dwar ix-xogħol. Din
l-attività hija mmirata għal persuni li qegħdin ifittxu impjieg li
jixtiequ jbiddlu x-xogħol u tinvolvi pariri dwar ix-xogħlijiet
disponibbli, il-ħiliet u t-taħriġ meħtieġa,
il-programmi ta' apprendistat u għotjiet għall-mobilità. Huwa stmat
li 300 ħaddiem fil-mira se jipparteċipaw f'din l-azzjoni. - Taħriġ u taħriġ
mill-ġdid. Din il-miżura se tipprovdi edukazzjoni u
taħriġ fuq bażi individwali f'ħiliet ġodda għal
impjiegi ġodda. Il-ħaddiema fil-mira se jkollhom bżonn ibiddlu
l-impjieg tagħhom ma' impjieg li hemm domanda għalih. Se tiġi
offruta firxa wiesgħa ta' taħriġ. It-tul tal-korsijiet ta'
taħriġ ivarja minn xahar għal 24 xahar b'medja ta' sitt
xhur. Huwa stmat li 350 ħaddiem fil-mira se jipparteċipaw f'din l-azzjoni. - Għajnuna għal dawk li jaħdmu
għal rashom. Din il-miżura hija mmirata għall-ħaddiema
li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom. Huma se jirċievu pariri
speċifiċi dwar kif għandhom ifasslu l-pjanijiet tan-negozju u
japplikaw għall-finanzjamenti neċessarji biex jibdew in-negozju
tagħhom. Dawk li jiddeċiedu jibdew negozju se jirċievu
taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tal-liġijiet tat-taxxa,
il-kontabbiltà, il-liġi dwar l-impjiegi, is-saħħa u s-sikurezza
okkupazzjonali u kwistjonijiet ambjentali. Huwa stmat li 70 ħaddiem
fil-mira se jipparteċipaw f'din l-azzjoni. - Il-benefiċċji għal meta
wieħed ikun qed ifittex impjieg se jiġu offruti
lill-ħaddiema li jipparteċipaw f'miżuri attivi.
Il-benefiċċji huma kkalkulati fuq bażi ta' "għal kull
ġurnata ta' attività" għal medja ta' parteċipazzjoni ta'
sitt xhur. Huwa stmat li 300 ħaddiem fil-mira se jiġu offruti
dawn il-benefiċċji. - Il-benefiċċji għall-mobilità
se jkopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' kuljum u se
jingħataw flimkien ma' benefiċċji oħra. Huwa stmat li
150 ħaddiem fil-mira se jiġu offruti dawn
il-benefiċċji. - Miżuri biex jistimulaw ħaddiema
kbar fl-età. Dawn l-attivitajiet se jinkludu t-twaqqif ta' pjattaforma ta'
kompetenza għall-ħaddiema kbar fl-età flimkien mal-Kunsill tal-Kontea
u l-Università ta' Lund. Il-persuni interessati li jibdew negozju se
jirċievu appoġġ f'dak li jirrigwarda taħriġ u
kummerċjalizzazzjoni estensivi. Huwa stmat li 100 ħaddiem
fil-mira se jipparteċipaw f'din l-azzjoni. 19. In-nefqa
għall-implimentazzjoni tal-FEG, li hija inkluża fl-applikazzjoni
skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri
l-miżuri ta' tħejjija, il-ġestjoni, it-tagħrif u
l-pubbliċità u l-miżuri ta' kontroll. L-Isvezja għandha
l-ħsieb li tipproduċi kartelluni u materjali ta' informazzjoni
oħra u li torganizza konferenza ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet. 20. Is-servizzi personalizzati
ppreżentati mill-awtoritajiet Svediżi huma miżuri attivi tas-suq
tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli definiti
fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet
Svediżi jistmaw li l-ispejjeż totali ta’ dawn is-servizzi huma ta’
EUR 6 396 600 u li n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG
hija ta' EUR 258 560 (3,9 % tal-ammont totali).
Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija
EUR 4 325 854 (65 % tal-ispejjeż totali). Azzjonijiet || Għadd stmat ta’ ħaddiema fil-mira || Spiża stmata għal kull ħaddiem fil-mira (EUR) || Spejjeż totali (l-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR) Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg || 700 || 81 || 56 700 Pariri dwar ix-xogħol || 300 || 540 || 162 000 Taħriġ u taħriġ mill-ġdid || 350 || 9 000 || 3 150 000 Għajnuna għal dawk li jaħdmu għal rashom || 70 || 7 170 || 501 900 Benefiċċji għal meta wieħed ikun qed ifittex impjieg || 300 || 7 170 || 2 151 000 Benefiċċji għall-mobilità || 150 || 500 || 75 000 Miżuri biex jistimulaw ħaddiema kbar fl-età || 100 || 3 000 || 300 000 Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 6 396 600 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Attivitajiet ta' tħejjija || || 91 803 Ġestjoni || || 91 190 Tagħrif u pubbliċità || || 50 000 Attivitajiet ta’ kontroll || || 25 567 Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 258 560 Total tal-ispejjeż stmati || || 6 655 160 Kontribuzzjoni tal-FEG (65 % tal-ispejjeż totali) || || 4 325 854 21. L-Isvezja tikkonferma li
l-miżuri deskritti hawn fuq huma kumplimentari għall-azzjonijiet
iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li l-miżuri qegħdin hemm biex
jipprevjenu l-finanzjament doppju. Id-data/dati
meta bdew jew meta huwa maħsub li jibdew is-servizzi personalizzati
għall-ħaddiema affettwati 22. L-Isvezja
bdiet toffri s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati
inklużi fil-pakkett koordinat propost lill-FEG għall-kofinanzjament
fis-26 ta' Ottubru 2010. Din id-data, għalhekk,
tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal kwalunkwe
għajnuna li tista' tingħata mill-FEG. Il-proċeduri
għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali 23. Is-Servizz Pubbliku dwar
l-Impjiegi (PES) Svediż għandu fil-pussess tiegħu t-tagħrif
dwar is-sensji ppjanati, u għaldaqstant qed jinżamm kuntatt kontinwu
mal-impjegatur, it-trejdjunjins u partijiet interessati oħrajn.
L-organizzazzjoni 'Invest in Skåne' bdiet l-applikazzjoni u kienet involuta
fil-preparazzjoni tal-proġett. Is-Servizz Pubbliku dwar l-Impjiegi f'Lund
kellu kuntatti regolari ma' netwerk intraprenditorjali f'AtraZeneca. Tliet
trejdjunjins ewlenin ipparteċipaw fid-diskussjonijiet dwar
l-applikazzjoni. L-organizzazzjoni TRR għall-ġestjoni korporattiva u
t-trejdjunjins se jipparteċipaw fil-grupp ta' tmexxija. 24. L-awtoritajiet Svediżi
kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi. It-tagħrif dwar azzjonijiet li huma
obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi 25. Fir-rigward tal-kriterji li
jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006,
l-awtoritajiet Svediżi fl-applikazzjoni tagħhom: · ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tissostitwixxix
miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji bis-saħħa
tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi; · urew bil-provi li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ
għall-ħaddiema individwali u mhumiex se jintużaw
għar-ristrutturar tal-kumpaniji jew ta' setturi; · ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma
jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE. Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll 26. L-Isvezja infurmat
lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tiġi ġestita
mis-Servizz Pubbliku għall-Impjiegi (PES) Svediż li nħatar bħala
l-awtorità ta' ġestjoni u ħlas. Il-kontijiet tal-proġett se
jiġu eżaminati mill-Unità tal-Verifika Interna li hija entità
separata marbuta mal-Bord tas-Servizz Pubbliku għall-Impjiegi (PES). Il-finanzjament 27. Fuq il-bażi
tal-applikazzjoni mill-Isvezja, il-kontribuzzjoni proposta mill-FEG
għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati (inkluża
n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG) hija ta'
EUR 4 325 854, li tirrappreżenta 65 % tal-ispiża
totali. L-allokazzjoni proposta mill-Kummissjoni minn dan il-Fond hija
bbażata fuq it-tagħrif li ngħata mill-Isvezja. 28. B'kunsiderazzjoni tal-ammont
massimu possibbli ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont
l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll
tal-kamp ta' applikazzjoni tal-allokazzjoni mill-ġdid ta'
approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG
għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat
skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju. 29. L-ammont propost ta'
kontribuzzjoni finanzjarja jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont
annwali massimu allokat għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat
matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat
fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. 30. Permezz
tal-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex timmobilizza l-FEG,
il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura ssimplifikata ta'
trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ
fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li
jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden
lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità
baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta
għall-mobilizzazzjoni biex, f'livell politiku xieraq, tgħarraf
lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha.
F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ
fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha tissejjaħ
laqgħa formali ta' trijalogu. 31. B’mod separat, il-Kummissjoni
tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit għall-2012
iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji,
kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006. Sors tal-approprjazzjonijiet
għall-ħlas 32. Se jintużaw
approprjazzjonijiet mil-linja baġitarja tal-FEG biex ikopru l-ammont ta'
EUR 4 325 854 meħtieġ għal din l-applikazzjoni. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28
tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina
baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni
EGF/2011/015/SE/AstraZeneca mill-Isvezja) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-ġestjoni finanzjarja soda[6],
u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[7], u b'mod partikulari
l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[8], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi
appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw
is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ
dinji minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jgħinhom
fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) Il-kamp ta' applikazzjoni
tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa
mill-1 ta’ Mejju 2009
sat-30 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema
li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi
finanzjarja u ekonomika globali. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG
fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. (4) L-Isvezja ressqet
applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward ta' sensji
fl-intrapriża AstraZeneca, fit-23 ta' Diċembru 2011 u
ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali
sas-16 ta' April 2012. Din l-applikazzjoni hija konformi
mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji
kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li timmobilizza l-ammont ta'
EUR 4 325 854. (5) Il-FEG għandu,
għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja
għall-applikazzjoni mressqa mill-Isvezja. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 4 325 854
f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlas. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill, Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [2] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [3] B'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament
(KE) Nru 1927/2006. [4] It-Tbassir Għall-Finanzjament Globali
għar-Riċerka u Żvilupp tal-2011, www.rdmag.com [5] "Dynamics in the Pharma and Biotech Industry",
Frost & Sullivan, 2010, www.frost.com [6] ĠU C 139, 14.6.2006,
p. 1. [7] ĠU L 406, 30.12.2006,
p. 1. [8] ĠU C […], […],
p. […].