Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li jikkonkludi Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea /* COM/2012/0346 final - 2012/0167 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija
u r-Rumanija, l-Unjoni Ewropea kabbret l-unjoni doganali tagħha.
Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea kienet obbligata, skont ir-regoli tad-WTO
(GATT, l-Artikolu XXIV:6), li tibda negozjati mal-Membri tad-WTO li
għandhom drittijiet ta' negozjar fl-iskedi ta' kwalunkwe Membru li
ssieħeb sabiex ikun hemm qbil dwar aġġustament kumpensatorju.
Aġġustament ta’ dan it-tip ikun dovut jekk l-adozzjoni tar-reġim
estern tat-tariffi tal-UE jirriżulta f’żieda fit-tariffa lil hinn
mil-livell li l-pajjiż li qed jaċċedi ntrabat bih fid-WTO,
filwaqt li “jitqies sew it-tnaqqis tad-dazji fuq l-istess linja tariffarja li
sar minn kostitwenti oħrajn tal-unjoni doganali malli ġiet iffurmata”. Fid-29 ta’ Jannar 2007,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati
bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. Il-Kummissjoni
nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar fir-rigward
tal-irtirar ta’ konċessjonijiet speċifiċi li għandhom
x’jaqsmu mal-irtirar tal-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija,
matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea. In-negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerika
rriżultaw f'abbozz ta' Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri li
ġie inizjalizzat min-naħa tal-UE
fil-21 ta' Diċembru 2011 fi Brussell u min-naħa
tal-Istati Uniti fis-17 ta' Frar f'Washington DC. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni
fil-qafas tad-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill. Il-Kunsill
(TPC) u l-Parlament Ewropew (INTA) ġew infurmati bit-test tal-abbozz
tal-ftehim qabel ma ġie inizjalizzat. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA Din il-proposta titlob lill-Kunsill jadotta
deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri
mal-Istati Uniti tal-Amerika. B'mod parallel, qiegħda titressaq wkoll
proposta separata dwar il-firma ta’ dan il-Ftehim. Għaldaqstant, ir-Regolament ta'
implimentazzjoni se jiġi adottat mill-Kummissjoni, skont
l-Artikolu 144 tar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Unika
(OKS) (ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007) u l-Artikolu 7
tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009 li jistabbilixxi
l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti
li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli. 2012/0167 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li jikkonkludi Ftehim fl-għamla ta'
Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont
l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar
it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika
tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu
tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-kunsens mill-Parlament Ewropew, Billi: (1) Fid-29 ta’ Jannar 2007,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti
Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont
l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u
l-Kummerċ (GATT) 1994, matul l-adeżjonijiet mal-Unjoni Ewropea
tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. (2) In-negozjati tmexxew
mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta’ negozjar adottati mill-Kunsill. (3) Dawn in-negozjati ġew fi
tmiemhom u l-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u
l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u
l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet
fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni
tagħhom fl-Unjoni Ewropea (il-Ftehim) ġie inizjalizzat minn
rappreżentant tal-Unjoni Ewropea nhar
il-21 ta' Diċembru 2011 u minn rappreżentant
tal-Istati Uniti tal-Amerika nhar is-17 ta' Frar 2012. (4) Il-Ftehim kien iffirmat
f'isem l-Unjoni Ewropea nhar […], bil-kundizzjoni tal-konklużjoni
tiegħu f'data iktar tard, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill
[…][1]. (5) Il-Ftehim għandu
jiġi approvat, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il- Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta'
Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont
l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar
it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika
tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (il-Ftehim) huwa b'dan
approvat f'isem l-Unjoni. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat
jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li f’isem l-Unjoni jagħtu
n-notifika stipulata fil-Ftehim[2]. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar
tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM
F'GĦAMLA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI Bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti
tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim
Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward
tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u
r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea A.
Ittra mill-Unjoni Ewropea Post,
data Sinjur, Wara n-negozjati
skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali
dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskedi
tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni
Ewropea, għandi l-unur nikkonferma l-ftehim li ġej: 1. L-Unjoni
Ewropea għandha, b'mod li jkun vinkolanti, tinkorpora fl-Iskeda tad-WTO
tagħha għat-territorju doganali tal-UE 27,
il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda tagħha
tat-territorju doganali tal-UE 25 bil-modifiki stipulati f'din l-ittra. Jiżdiedu
4680 tunnellata mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata
għall-pajjiż (l-Istati Uniti), għal-"laħam u
l-ġewwieni manġabbli tat-tjur, frisk, imkessaħ jew
iffriżat", filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti
eżistenti. (numri tariffarji tal-prodott 0207 1110, 0207
1130, 0207 1190, 0207 1210, 0207 1290, 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207
1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1410, 0207 1420, 0207 1430, 0207
1440, 0207 1450, 0207 1460, 0207 1470, 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207
2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207
2670, 0207 2680, 0207 2710, 0207 2720, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207
2760, 0207 2770, 0207 2780); Jiżdiedu 200 tunnellata fil-kwota
tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti)
għal "prieżet u flettijiet bla għadam iffriżati",
filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti preżenti ta'
250 EUR/t (numri tariffarji tal-prodott ex 0203 1955 u ex
0203 2955); Tinħoloq kwota tar-rata tariffarja
allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) ta' 1550 tunnellata
għall-"preparazzjonijiet tal-ikel", b'"Element
Agrikolu" tar-rata ta' kwota kontinġenti (numru tariffarju tal-prodott
2106 9098); Jiżdiedu 600 tunnellata (erga
omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat
tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam
jew mingħajr, eskluż il-flett, ippreżentati separatament"
(numri tariffarji tal-prodott 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203
1915, ex 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203
2913, 0203 2915, ex 0203 2955, 0203 2959); Jiżdiedu 500 tunnellata (erga
omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat
tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati", filwaqt
li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri
tariffarji tal-prodott 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350,
0207 1360, 0207 1370, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1460); Jiżdiedu 400 tunnellata (erga
omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat
tal-pollam", filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti
ta' 795 EUR/t (numru tariffarju tal-prodott 0207 1410); Jiżdiedu 580 tunnellata (erga
omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "laħam
tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat" filwaqt li
jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri
tariffarji tal-prodott 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610,
0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680,
0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770); Jekk il-proċeduri interni kollha
meħtieġa biex l-UE tinkorpora b'mod vinkolanti l-modifiki stipulati
f'din l-ittra fl-iskeda tad-WTO tagħha ma jitlestewx sa 60 jum qabel
ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex teżerċita d-dritt
tagħha li tirtira konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti skont
l-Artikolu XXVIII tal-GATT, l-UE għandha titlob lill-Kunsill tad-WTO
għall-Kummerċ fil-Merkanzija japprova estensjoni għall-perjodu
qabel ma dan jiskadi. Estensjoni ta' dan it-tip għandha tkun twila
biżżejjed biex tiżgura li dawk il-proċeduri interni kollha
tal-UE jitlestew sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati
Uniti biex teżerċita drittijietha skont l-Artikolu XXVIII
tal-GATT. 2. Fil-waqt tan-negozjati tal-modifiki
stipulati hawn fuq, kif ukoll dawk relatati mat-tkabbir tat-territorju doganali
tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi r-Repubblika tal-Bulgarija u
r-Rumanija, l-Istati Uniti tal-Amerika, għandhom fi żmien 21 jum
mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, jibagħtu
għall-pubblikazzjoni fir-Reġistru Federali, avviż li jimmodifika
l-kwoti ta' importazzjoni tar-rata tariffarja għall-ġobnijiet
allokati għall-Unjoni Ewropea fin-noti addizzjonali tal-Istati Uniti 16,
17, 18, 19, 20, 21, 22, 23 u 25 tal-Kapitolu 04 tal-Iskeda Tariffarja
Armonizzata tal-Istati Uniti biex din tirrifletti t-tkabbir tat-territorju
doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija. 3. Jistgħu jsiru
konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument rigward il-kwistjonijiet imsemmija hawn
fuq, fuq talba ta' waħda mill-partijiet. Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern
tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Għandi l-unur
nipproponilek li jekk ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma
tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-"Ftehim"). L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti
għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar it-tlestija ta' kwalunkwe
proċeduri interni li jkunu neċessarji għad-dħul fis-seħħ
ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi
żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. Dejjem tiegħek, Għall-Unjoni
Europea B.
Ittra mill-Istati Uniti tal-Amerika Post,
data Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li
rċevejt l-ittra tiegħek ta’ …, li tgħid hekk: Wara n-negozjati
skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali
dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskedi
tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom
fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nikkonferma l-ftehim li ġej: 1. L-Unjoni
Ewropea għandha, b'mod li jkun vinkolanti, tinkorpora fl-Iskeda tad-WTO
tagħha għat-territorju doganali tal-UE 27,
il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda tagħha
tat-territorju doganali tal-UE 25 bil-modifiki stipulati f'din l-ittra. Jiżdiedu
4680 tunnellata mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata
għall-pajjiż (l-Istati Uniti), għal-"laħam u
l-ġewwieni manġabbli tat-tjur, frisk, imkessaħ jew
iffriżat", filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti
eżistenti. (numri tariffarji tal-prodott 0207 1110, 0207
1130, 0207 1190, 0207 1210, 0207 1290, 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207
1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1410, 0207 1420, 0207 1430, 0207
1440, 0207 1450, 0207 1460, 0207 1470, 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207
2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207
2670, 0207 2680, 0207 2710, 0207 2720, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207
2760, 0207 2770, 0207 2780); Jiżdiedu 200 tunnellata fil-kwota
tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti)
għal "prieżet u flettijiet bla għadam iffriżati",
filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti preżenti ta'
250 EUR/t (numri tariffarji tal-prodott ex 0203 1955 u ex
0203 2955); Tinħoloq kwota tar-rata tariffarja
allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) ta' 1550 tunnellata
għall-"preparazzjonijiet tal-ikel", b'"Element
Agrikolu" tar-rata ta' kwota kontinġenti (numru tariffarju tal-prodott
2106 9098); Jiżdiedu 600 tunnellata (erga
omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat
tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam
jew mingħajr, eskluż il-flett, ippreżentati separatament"
(numri tariffarji tal-prodott 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203
1915, ex 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203
2913, 0203 2915, ex 0203 2955, 0203 2959); Jiżdiedu 500 tunnellata (erga
omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat
tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati", filwaqt
li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri
tariffarji tal-prodott 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350,
0207 1360, 0207 1370, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1460); Jiżdiedu 400 tunnellata (erga
omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat
tal-pollam", filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti
ta' 795 EUR/t (numru tariffarju tal-prodott 0207 1410); Jiżdiedu 580 tunnellata (erga
omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "laħam tad-dundjan,
frisk, imkessaħ jew iffriżat" filwaqt li jinżammu r-rati
tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207
2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207
2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2730, 0207 2740, 0207
2750, 0207 2760, 0207 2770); Jekk il-proċeduri interni kollha
meħtieġa biex l-UE tinkorpora b'mod vinkolanti l-modifiki stipulati
f'din l-ittra fl-iskeda tad-WTO tagħha ma jitlestewx sa 60 jum qabel
ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex teżerċita d-dritt
tagħha li tirtira konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti skont
l-Artikolu XXVIII tal-GATT, l-UE għandha titlob lill-Kunsill tad-WTO
għall-Kummerċ fil-Merkanzija japprova estensjoni għall-perjodu
qabel ma dan jiskadi. Estensjoni ta' dan it-tip għandha tkun twila
biżżejjed biex tiżgura li dawk il-proċeduri interni kollha
tal-UE jitlestew sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati
Uniti biex teżerċita drittijietha skont l-Artikolu XXVIII
tal-GATT. 2. Fil-waqt tan-negozjati tal-modifiki
stipulati hawn fuq, kif ukoll dawk relatati mat-tkabbir tat-territorju doganali
tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi r-Repubblika tal-Bulgarija u
r-Rumanija, l-Istati Uniti tal-Amerika, għandhom fi żmien 21 jum
mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, jibagħtu
għall-pubblikazzjoni fir-Reġistru Federali, avviż li jimmodifika
l-kwoti ta' importazzjoni tar-rata tariffarja għall-ġobnijiet
allokati għall-Unjoni Ewropea fin-noti addizzjonali tal-Istati Uniti 16,
17, 18, 19, 20, 21, 22, 23 u 25 tal-Kapitolu 04 tal-Iskeda Tariffarja
Armonizzata tal-Istati Uniti biex din tirrifletti t-tkabbir tat-territorju
doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija. 3. Jistgħu jsiru
konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument rigward il-kwistjonijiet imsemmija hawn
fuq, fuq talba ta' waħda mill-partijiet. Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern
tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Għandi l-unur
nipproponilek li jekk ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma
tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-"Ftehim"). L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti
għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar it-tlestija ta' kwalunkwe
proċeduri interni li jkunu neċessarji għad-dħul
fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol
fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla
tal-aħħar notifika." B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil
tal-Gvern tiegħi mal-ittra ta' hawn fuq. Dejjem tiegħek, F’isem
l-Istati Uniti tal-Amerika [1] ĠU L […], […], p. […]. [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se
jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.