52012PC0329

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) /* COM/2012/0329 final - 2012/0159 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Kuntest

Il-Kunsill Ewropew tal-ewwel u t-tieni (1‑2) ta' Marzu 2012 approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2012 dwar it-tkabbir u l-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni u qabel li jagħti lis-Serbja l-istatus ta' pajjiż kandidat.

Għalhekk il-Kummissjoni qed tipproponi lill-Kunsill u lill-Parlament li ssir emenda fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)[1] bil-għan li s-Serbja tiġi ttrasferita mil-lista ta’ pajjiżi kandidati potenzjali (Anness II) għal-lista ta’ pajjiżi kandidati (Anness I).

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010[2] u r-Regolament (UE) Nru 153/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2012[3], it-tnejn jemendaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA).

2.           Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u ġbir u użu ta' għarfien espert

Il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni interna. Ma kienx hemm ħtieġa ta' għarfien espert estern.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

3.           Elementi legali tal-proposta

Sommarju tal-azzjoni proposta: emenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA).

Is-Serbja se tiġi ttrasferita mil-lista ta’ pajjiżi kandidati potenzjali (Anness II) għal-lista ta’ pajjiżi kandidati (Anness I), skont id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-1-2 ta’ Marzu 2012.

Bażi legali

L-Artikolu 212 (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Mhux applikabbli.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Mhux applikabbli.

L-għażla tal-istrumenti

L-istrument propost: emenda għar-Regolament tal-Kunsill. Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Regolament irid jiġi emendat b’Regolament.

4.           Implikazzjonijiet baġitarji

Din il-miżura ma tinvolvi l-ebda nefqa addizzjonali.

5.           Informazzjoni addizzjonali

Simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.   

2012/0159 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea[4],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)[5] jistipula għajnuna lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali għall-allinjament progressiv tagħhom mal-istandards u mal-politika tal-Unjoni, inkluż fejn xieraq mal-acquis, bil-ħsieb li dawn ikunu jistgħu jaslu għas-sħubija.

(2)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 jagħmel distinzjoni ċara bejn pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali.

(3)       Il-Kunsill Ewropew tal-ewwel u t-tieni (1-2) ta' Marzu 2012 approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2012 dwar it-tkabbir u l-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni u qabel li jagħti lis-Serbja l-istatus ta' pajjiż kandidat.

(4)       Ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1) Fl-Anness I, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata li tirrigwarda lill-Montenegro:

"— Is-Serbja".

(2) Fl-Anness II, l-entrata"— Is-Serbja, inkluż il-Kosovo (1) [(1) Kif definit fil-UNSCR 1244]" hija sostitwita b’li ġej:

"— Il-Kosovo* [* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hi konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

[2]               ĠU L 158, 24.6.2010, p.7

[3]               ĠU L 58, 29.2.2012, p.1

[4]               ĠU C , , p. .

[5]               ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82