Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet /* COM/2012/0285 final - 2012/0149 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza
legali meħtieġa u l-omoġeneità tas-Suq Intern, il-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni
rilevanti kollha tal-UE fil-Ftehim taż-ŻEE malajr kemm jista’ jkun
wara l-adozzjoni tagħha u għandu jippermetti wkoll
il-parteċipazzjoni tal-Istati taż-ŻEE tal-EFTA fl-azzjonijiet
jew fil-programmi tal-UE li jkunu rilevanti għaż-ŻEE. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Ftehim
Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill
proposta) għandu l-għan li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim
taż-ŻEE
dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
sabiex jippermetti li jkun hemm parteċipazzjoni kontinwa min-naħa
tal-Istati taż-ŻEE tal-EFTA fl-azzjonijiet tal-UE ffinanzjati
mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni,
l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni
tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill huwa dak li jistabbilixxi
l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni dwar tali
Deċiżjonijiet, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tippreżenta l-Abbozz ta’
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE biex il-Kunsill
jadottah bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li
tkun tista’ tippreżentah lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
mill-aktar fis possibbli. 2012/0149 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt
taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim
taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra
mill-erba' libertajiet IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114,
flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar
l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea[1],
u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Il-Ftehim dwar iż-Żona
Ekonomika Ewropea[2]
("il-Ftehim taż-ŻEE") daħal fis-seħħ
fl-1 ta' Jannar 1994. (2) Skont l-Artikolu 98
tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li
fost l-oħrajn, jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE. (3) Il-Protokoll 31
tal-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti
dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet. (4) Huwa xieraq li titkompla
l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim
taż-ŻEE fl-azzjonijiiet tal-Unjoni Ewropea ffinanzjati
mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward
tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern. (5) Għalhekk,
il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat
sabiex jippermetti li l-estensjoni ta' din il-kooperazzjoni tkompli
għaddejja anke wara l-31 ta’ Diċembru 2011. (4) Għalhekk,
il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt
taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta'
Deċiżjoni mehmuż, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim
taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni
ta' dak il-Kumitat, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE jistgħu jilħqu ftehim dwar tibdiliet
minimi fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn
li tittieħed xi deċiżjoni ulterjuri min-naħa tal-Kunsill. Artikolu 2 Wara l-adozzjoni tagħha,
id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tiġi
ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni
tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Abbozz DEĊIŻJONI
TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru ta' li
temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE,
dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li
jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn
'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari
l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Billi: (1)
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat
permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Nru .../... ta'…[3]. (2)
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn
il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fl-azzjonijiiet tal-Unjoni
ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward
tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern. (3)
Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim
għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni
estiża tkompli għaddejja anke wara
l-31 ta’ Diċembru 2011, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31
tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej: 1. Il-kliem "is-snin 2004, 2005,
2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011” fil-paragrafu 6 jiġu sostitwiti
mill-kliem "is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u
2012”. 2. Il-kliem "is-snin 2006, 2007,
2008, 2009, 2010 u 2011” fil-paragrafu 7 jiġu sostitwiti mill-kliem
"is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012”. 3. Il-kliem "is-snin 2008, 2009,
2010 u 2011” fil-paragrafu 8 jiġu sostitwiti mill-kliem "is-snin
2008, 2009, 2010, 2011 u 2012”. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim*. Hija tibda tapplika
mill-1 ta’ Jannar 2012. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tiġi
ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu. Magħmul fi Brussell, . Għall-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE Il-President
Is-Segretarji
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [1] ĠU L 305,
30.11.1994, p. 6 [Mhux disponibbli bil-Malti]. [2] ĠU L 1, 3.1.1994,
p. 3 [Mhux disponibbli bil-Malti]. [3] ĠU L … * [Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti
kostituzzjonali .] [Rekwiżiti
kostituzzjonali indikati.]