52012PC0176

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta' Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu /* COM/2012/0176 final - 2012/0088 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tal-20 ta’ Mejju 1987 tinvolvi l-introduzzjoni ta' referenzi lingwistiċi ġodda li jikkonċernaw dan il-pajjiż fil-Konvenzjoni. Barra minn hekk, hemm bżonn li dokumenti ta’ garanzija fejn jissemmew il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni jinbidlu kif jixraq.

Kuntest Ġenerali

Il-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu ('Konvenzjoni') tistabbilixxi l-miżuri li jiffaċilitaw il-moviment tal-oġġetti bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera.

It-Turkija xtaqet formalment li taderixxi mal-Konvenzjoni u ssodisfat ir-rekwiżiti legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informatika, li huma prerekwiżiti essenzjali għall-adeżjoni.

Peress li dawn il-prekundizzjonijiet ġew sodisfatti mit-Turkija u t-Turkija ġiet mistiedna biex taderixxi, issa huwa meħtieġ li l-Konvenzjoni tiġi emendata b'referenzi lingwistiċi ġodda fil-lingwa Torka u b’adattamenti xierqa tad-dokumenti ta’ garanzija. Dawn l-emendi għandhom jiġu introdotti u applikati sa mill-ewwel jum li t-Turkija tibda tuża s-sistema komuni ta’ tranżitu.

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma teżisti ebda dispożizzjoni fil-qasam tal-proposta.

Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Mhux applikabbli.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali fil-mira u profil ġenerali tal-parteċipanti Konsultazzjoni b’approvazzjoni tal-grupp ta’ ħidma tal-UE-EFTA ta’ “Tranżitu komuni” li jirrappreżenta lill-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni.

Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif ġew meqjusa Opinjoni favorevoli.

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern.

Valutazzjoni tal-Impatt L-adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tista’ tiġi eżaminata fil-qafas tal-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea. Din twassal għal allinjament mal-"acquis communautaire" fiż-żona tat-tranżitu. L-introduzzjoni ta’ tranżitu komuni fit-Turkija bħala alternattiva għall-proċedura TIR se twassal għal aktar faċilitazzjoni ta’ tranżitu, tnaqqis fl-ispejjeż u żieda possibbli fil-kummerċ.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjoni proposta L-adeżjoni tat-Turkija tinvolvi l-introduzzjoni ta' referenzi lingwistiċi ġodda li jikkonċernaw dan il-pajjiż, li jippermettu l-implimentazzjoni tal-proċedura komuni ta’ tranżitu bejn il-Partijiet Kontraenti. Id-dokumenti ta' garanzija b’mod partikulari għandhom ikunu suġġetti għall-modifikazzjonijiet meħtieġa. Dan l-abbozz tad-deċiżjoni ġie approvat mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali "Status Doganali u s-Sezzjoni tat-Tranżitu" u mill-Grupp ta' Ħidma tal-EU-EFTA dwar tranżitu komuni. Il-Kummissjoni hija mistiedna tapprova dan l-abbozz tad-deċiżjoni permezz ta’ proċedura bil-miktub, sabiex tippreżentaha lill-Kunsill biex jistabbilixxi pożizzjoni komuni għall-adozzjoni finali tagħha mill-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar Tranżitu Komuni .

Bażi legali L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

Mhux applikabbli.

L-għażla tal-istrumenti

L-istrument propost: oħrajn.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni li ġejja. Ma jeżistix strument adegwat ieħor.

4.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-UE.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

Simplifikazzjoni

Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi u s-simplifikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi għal partijiet privati.

Il-proposta tintroduċi l-proċedura komuni ta’ tranżitu għall-Partijiet Kontraenti kollha għall-Konvenzjoni.

Il-proċedura komuni ta’ tranżitu tippermetti l-awtorizzazzjoni ta' simplifikazzjonijiet dwar partijiet privati.

2012/0088 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta' Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       L-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu[1] tippermetti pajjiż terz li jsir Parti Kontraenti għal din il-Konvenzjoni wara deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li jistieden lill-pajjiż.

(2)       L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf minn dik il-Konvenzjoni li jirrakkommandaw u jadottaw, permezz tad-deċiżjonijiet, emendi għal din il-Konvenzjoni u l-Appendiċi tagħha.

(3)       It-Turkija esprimiet formalment ix-xewqa tagħha li tissieħeb fis-sistema komuni ta’ tranżitu u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012 imwaqqaf bis-saħħa ta' din il-Konvenzjoni.

(4)       It-Turkija ssodisfat ir-rekwiżiti meħtieġa legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li huma prekundizzjonijiet għall-adeżjoni, u wara l-proċedura formali għall-adeżjoni t-Turkija se tissieħeb fil-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar il-proċedura komuni ta' tranżitu.

(5)       It-tkabbir tas-sistema komuni ta’ tranżitu se teħtieġ ċerti emendi tal-Konvenzjoni. Dawn jikkonċernaw referenzi lingwistiċi ġodda bit-Tork u l-adattamenti xierqa tad-dokumenti ta’ garanzija.

(6)       L-emenda proposta ġiet ippreżentata u diskussa fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-EU-EFTA u t-test ġie approvat preliminarjament.

(7)       Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda proposta għandha tkun determinata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar it-tranżitu komuni dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru XXX minn dan il-Kumitat li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA jistgħu jaqblu fuq tibdil minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kummissjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar tranżitu komuni, meta tiġi adottata, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

Proposta għal

DEĊIŻJONI NRU XXX TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-EU-EFTA DWAR TRANŻITU KOMUNI

li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu.

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu[2], u b’mod partikulari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1) It-Turkija għandha taċċedi għall-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012 imwaqqfa bis-saħħa ta' din il-Konvenzjoni.

(2) Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi bit-Tork tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xieraq.

(3) L-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni.

(4) Sabiex jippermetti l-użu ta' formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li matulu formoli stampati, b'xi emendi, jistgħu jkomplu jiġu użati.

(5) Għaldaqstant il-Konvenzjoni trid tiġi emendata kif jixraq.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.           Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.

2.           Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 għall-Appendiċi III jistgħu jkomplu jiġu użati, suġġetti għal emendi meħtieġa ġeografiċi u l-emendi li jikkonċernaw l-indirizz għal servizz jew l-aġent awtorizzat, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2013.

Magħmul fi Brussell,

            Għall-Kumitat Konġunt

            Il-President

ANNESS

1.           Fl-Anness B1, taħt il-kaxxa 51 jiżdied l-inċiż li ġej bejn ir-Renju Unit u l-Islanda:

“it-Turkija         TR",

2.         Fl-Anness B6, it-Titolu III jiġi emendat kif ġej:

2.1.      Fl-ewwel parti tat-tabella "Validità limitata - 99200." l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Sınırlı Geçerli"

2.2.      Fit-tieni parti tat-tabella "Tneħħija - 99201" l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Vazgeçme"

2.3.      Fit-tielet parti tat-tabella "Prova alternattiva - 99202" l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Alternatif Kanıt"

2.4.      Fir-raba' parti tat-tabella "Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati (isem u pajjiż) – 99203" l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Değişiklikler: Eşyanın sunulduğu idare ….... (adı ve ülkesi)"

2.5.      Fil-ħames parti tat-tabella "Ħruġ mill-… suġġett għar-restrizzjonijiet jew ħlasijiet taħt Regola/Direttiva/Deċiżjoni Nru... – 99204" l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Eşyanın ………’dan çıkışı .…. No.lu Tüzük / Direktif / Karar kapsamında kısıtlamalara veya mali yükümlülüklere tabidir"

2.6.      Fis-sitt parti tat-tabella “Tneħħija tal-itinerarju preskitt– 99205” l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Zorunlu Güzergahtan Vazgeçme"

2.7.      Fis-seba' parti tat-tabella “Awtorizzat li jibgħat – 99206”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       İzinli Gönderici"

2.8.      Fit-tmien parti tat-Tabella “Firma mhux meħtieġa – 99207”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       İmzadan Vazgeçme"

2.9.      Fid-disa' parti tat-tabella "Mhux permessa garanzija komprensiva – 99208" l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Kapsamlı teminat yasaklanmıştır"

2.10.    Fl-għaxar parti tat-tabella "Użu mhux ristrett- 99209", l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Kısıtlanmamış kullanım

2.11.    Fil-ħdax-il parti tat-tabella "Maħruġ b'mod retrospettiv – 99210”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Sonradan Düzenlenmiştir"

2.12.    Fit-tnax-il parti tat-Tabella "Diversi - 99211", l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Çeşitli"

2.13.    Fit-tlettax-il parti tat-tabella "Bil-kwantità - 99212", l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Dökme"

2.14.    Fl-erbatax-il parti tat-tabella "Min jikkonsenja - 99213", l-inċiż li ġej għandu jiżdied qabel IS:

"-         TR       Gönderici"

3.         L-Anness C1 jinbidel bit-test li ġej:

“ANNESS C1

PROĊEDURA KOMUNI TA' TRANŻITU/TA' TRANŻITU KOMUNITARJA

DOKUMENT TA’ GARANZIJA

GARANZIJA INDIVIDWALI

I.              Obbligazzjoni mill-garanti

1.          Is-sottoskritt[3]...............................................................................................................................................

residenti[4]...............................................................................................................................................

hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …......................................................

sa ammont massimu ta’

.............................................................................................................................

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino[5], kwalunkwe ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal[6], ………………………………………………………………………………………………

jista' jkun jew jista' jsir responsabbli għall-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta' dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti deskritti hawn taħt imqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu jew ta’ tranżitu Komunitarja mill-uffiċċju tat-tluq ta' ……………………………………………………………..

…………………………………………………………………………………………………………..

sal-uffiċċju tad-destinazzjoni ta' ....................................................................................................................

…………………………………………………………………………………………………………

Deskrizzjoni tal-merkanzija:

…………………………………………………………………………………………………………..

2.          Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba sakemm hu jew hi jew kull persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix qabel l-għeluq dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li fih huwa jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.          Din l-obbligazzjoni għandha tkun valida mill-jum tal-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' xi dejn maħluq matul l-operazzjoni komuni ta’ tranżitu/ta’ tranżitu Komunitarja kopert minn din l-obbligazzjoni u mibdi qabel ma tidħol fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni ta’ garanzija, anke jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.          Għall-finijiet ta' din l-obbligazzjoni, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz[7] f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

Pajjiż || Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

……………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………….. || ………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza kollha u l-avviżi u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma' din l-obbligazzjoni indirizzata lil jew magħmula bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jkunu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi ………………………………, fi ………………………………………..

…………………………………………………………….

(Firma)[8]

II.            Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

Uffiċċju tal-garanzija………………………………………………………………………………………..

L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fi ...................................................................................................... biex tkopri l-operazzjoni komuni ta' tranżitu /ta’ tranżitu Komunitarja taħt id-dikjarazzjoni ta' tranżitu Nru ................................................ ta' …………………………………………. [9]

…………………………………………………

(Timbru u firma)”

4.             L-Anness C2 jinbidel bit-test li ġej:

“ANNESS C2

PROĊEDURA KOMUNI TA' TRANŻITU /TA' TRANŻITU KOMUNITARJA

DOKUMENT TA’ GARANZIJA

GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA' VAWĊERS

I.              Obbligazzjoni mill-garanti

1.          Is-sottoskritt[10]...............................................................................................................................................

residenti[11]...............................................................................................................................................

hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …......................................................

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino[12],

kwalunkwe ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal jista' jkun jew jista' jsir responsabbli għall-Istati hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta' dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti deskritti hawn taħt imqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu jew ta’ tranżitu Komunitarja, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt intrabat li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta' EUR 7 000 għal kull vawċer.

2.          Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba, sa EUR 7 000 għal kull vawċer ta' garanzija individwali, sakemm hu jew hi jew kull kull persuna kkonċernata ma tistabilixxix qabel id-data tal-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li fih huwa jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.          Din l-obbligazzjoni għandha tkun valida mill-jum tal-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' xi dejn maħluq matul kwalunkwe operazzjoni komuni ta' tranżitu/ta’ tranżitu Komunitarja koperta minn din l-obbligazzjoni u mibdija qabel tidħol fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.          Għall-finijiet ta' din l-obbligazzjoni, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz[13] f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

Pajjiż || Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

………………………………………………………………………………………………………. || ……………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………..

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza kollha u l-avviżi u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma' din l-obbligazzjoni indirizzata lil jew magħmula bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jkunu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi ………………………………, fi ………………………………………..

…………………………………………..

(Firma)[14]

II.            Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

Uffiċċju tal-garanzija…

………………………………………………………………………………………..

L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fil-…

..........................................................................................................................

………………………………………………..

(Timbru u firma)”

5.           L-Anness C4 jinbidel bit-test li ġej:

"ANNESS C 4

PROĊEDURA KOMUNI TA' TRANŻITU/TA' TRANŻITU KOMUNITARJA

DOKUMENT TA’ GARANZIJA

GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.          Obbligazzjoni mill-garanti

1.          Is-sottoskritt[15]...............................................................................................................................................residenti [16].................................................................................................................................................

hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ …......................................................

sa ammont massimu ta’

...................................................................................................................................................................

li huwa 100/50/30%[17] tal-ammont ta’ referenza, favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino,[18]

kwalunkwe ammont ta' kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri - iżda mhux multi - li għalihom il-prinċipal, ..........................................................................................................................................................................,[19] jista jkun jew isir responsabbli lejn il-pajjiżi fuq imsemmija għal dejn fil-forma ta' dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura ta' tranżitu Komunitarja jew komuni.

2.          Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni s-somom mitluba sal-limitu tal-ammont imsemmi hawn fuq, sakemm hu jew hi jew kull kull persuna kkonċernata ma tistabilixxix qabel id-data tal-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li fih huwa jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba. L-ispejjeż li jsiru bħala riżultat tal-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b’mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jitħallas taħt ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

L-ammont ma jistax jitnaqqas b'xi somom diġà mħallsa taħt it-termini ta' din l-obbligazzjoni sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas id-dejn maħluq waqt operazzjoni ta' tranżitu Komunitarja jew komuni li tkun bdiet qabel it-talba preċedenti għall-ħlas kienet riċevuta jew fi żmien 30 jum wara.

3.          Din l-obbligazzjoni għandha tkun valida mill-jum tal-aċċettazzjoni tagħha mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' xi dejn maħluq matul kwalunkwe operazzjoni komuni ta' tranżitu/ta’ tranżitu Komunitarja koperta minn din l-obbligazzjoni u mibdija qabel tidħol fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, ukoll jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.          Għall-finijiet ta' din l-obbligazzjoni, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz[20] f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bħala:

|| Pajjiż || Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ

………………………………………………………………………………………………………….. || …………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li l-korrispondenza kollha u l-avviżi u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma' din l-obbligazzjoni indirizzata lil jew magħmula bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jkunu aċċettati li debitament twasslu lilu.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi ………………………………, fi ………………………………………..

………………………………………………

(Firma)[21]

II.            Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

Uffiċċju tal-garanzija…

………………………………………………………………………………………..

L-obbligazzjoni tal-garanti aċċettata fil-…

..........................................................................................................................

………………………………………………….

(Timbru u firma)”

6.           Fil-Kaxxa 7 tal-Anness C5, il-kelma "it-Turkija" tiddaħħal bejn il-kliem "l-Isvizzera" u "Andorra".

7.           Fil-Kaxxa 6 tal-Anness C6, il-kelma "it-Turkija" tiddaħħal bejn il-kliem "l-Isvizzera" u "Andorra".

[1]               ĠU nru L 226, 13.8.1987, p. 2.

[2]               ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

[3]               Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

[4]               Indirizz sħiħ.

[5]               Ħassar l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti jew Stati (l-Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jgħaddux minnu. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarji.

[6]               Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

[7]               Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impriża fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

[8]               Il-persuna li tiffirma d-dokument trid iddaħħal dan li ġej bil-kitba bl-idejn qabel il-firma tagħha/tiegħu: “Garanzija għall-ammont ta'...................................", l-ammont jinkiteb b'ittri.

[9]               Biex timtela mill-uffiċċju tat-tluq.

[10]             Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

[11]             Indirizz sħiħ.

[12]             Għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarji biss.

[13]             Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impriża fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

[14]             Il-firma trid tkun preċeduta b’dan li ġej bil-kalligrafija tal-firmatarju nnifsu: "Garanzija".

[15]             Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta.

[16]             Indirizz sħiħ.

[17]             Ħassar fejn ma japplikax.

[18]             Ħassar l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti jew Stati (l-Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jgħaddux minnu. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarji.

[19]             Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

[20]             Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impriża fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

[21]             Il-firma trid tkun preċeduta b’dan li ġej bil-kalligrafija tal-firmatarju nnifsu: "Garanzija għall-ammont ta'…"…, bl-ammont miktub sħiħ.