Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda l-Anness I għall-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ /* COM/2012/0141 final - 2012/0070 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI L-Artikolu 3(1)
tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart
mill-imballaġġ jipprovdi definizzjoni ġenerika
tal-imballaġġ u l-kriterji għall-interpretazzjoni ta’ x’inhuwa
imballaġġ u x’ma huwiex. L-Anness I għad-Direttiva
jipprovdi lista ta’ eżempji illustrattivi tal-applikazzjoni ta’ dawn
il-kriterji. B’segwitu tar-rekwiżiti tal-Artikolu 3 (1)
tad-Direttiva 94/62/KE, il-Kummissjoni għandha teżamina, u fejn
meħtieġ tirrevedi, il-lista ta’ eżempji illustrattivi
għad-definizzjoni ta’ imballaġġ mogħtija f’Anness I.
Sabiex tkompli tiġi armonizzata l-interpretazzjoni tad-definizzjoni
tal-imballaġġ fl-UE, irrevediet l-Anness I
għad-Direttiva 94/62/KE sabiex iżżid eżempji
illustrattivi ġodda li ġew diskussi mal-Istati Membri. Il-miżura hija meħtieġa sabiex
tiċċara każijiet fejn id-demarkazzjoni bejn x’inhuwa
imballaġġ u x’ma huwiex, għadha mhix ċara. L-għan huwa
li tiffaċilita l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-qafas ta'
leġiżlazzjoni dwar l-imballaġġ u li toħloq
opportunitajiet indaqs għal operaturi ekonomiċi fis-suq intern kollu
tal-UE. Għalhekk, il-Kummissjoni ressqet abbozz
ta’ Direttiva għall-vot fil-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21
tad-Direttiva. Il-Kumitat ma tax opinjoni dwar l-abbozz tad-Direttiva
fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2011.
Fid-dawl tal-pożizzjoni adottata mill-Kumitat, l-oġġett ‘karta
approprjata għal tikketti bi twaħħil propju’ tneħħa
mill-proposta. Għalhekk, skont il-proċedura
stabbilita fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, qed
titressaq quddiem il-Kunsill, Proposta għal Direttiva tal-Kunsill u
qiegħda tintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew. 2012/0070 (NLE) Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda l-Anness I
għall-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 94/62/KE dwar
l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE
tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u
l-iskart[1]
mill-imballaġġ, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) L-Artikolu 3(1)
tad-Direttiva 94/62/KE jiddefinixxi "l-imballaġġ"
billi jiddeskrivi għadd ta’ kriterji. L-elementi elenkati fl-Anness I
għal dik id-Direttiva huma eżempji illustrattivi tal-applikazzjoni
ta' dawn il-kriterji. (2) Għal raġunijiet ta’
ċertezza legali u armonizzazzjoni tal-interpretazzjoni tad-definizzjoni
ta' "imballaġġ", huwa meħtieġ li tirrevedi u
temenda l-lista ta' eżempji illustrattivi sabiex tikkjarifika
l-każijiet addizzjonali fejn il-linja ta' demarkazzjoni bejn x'inhuwa
imballaġġ u x'ma huwiex, għadha mhix ċara.
Ir-reviżjoni ssegwi sejħiet mill-Istati Membri u mill-operaturi
ekonomiċi sabiex issaħħaħ l-implimentazzjoni tad-Direttiva
u toħloq opportunitajiet indaqs fis-suq intern. (3) Id-Direttiva 94/62/KE
għalhekk għandha tiġi emendata kif xieraq. (4) Il-Kumitat stabbilit skont
l-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE ma tax opinjoni dwar
il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva u l-Kummissjoni għalhekk
issottomettiet lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri u bagħtitha
lill-Parlament Ewropew. ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I
għad-Direttiva 94/62/KE huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness
għal din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom
idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’
din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2013. Huma
għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet
lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din
id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni
tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom
jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin
tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha
f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din
id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President ANNESS ‘ANNESS I EŻEMPJI ILLUSTRATTIVI
GĦALL-KRITERJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1) Eżempji illustrattivi
għall-kriterju (i) Imballaġġ Kaxxi tal-ħelu Tgeżwira tal-plastik madwar kaxxa ta' CD Boroż tal-posta għall-katalgi u
għar-rivisti (b'rivista ġo fihom). Forom tal-karta għal madwar il-kejkijiet li
jinbiegħu bil-kejk magħhom Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom
jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju,
karta), għajr rollijiet, tubi u ċilindri intenzjonati bħala
parts tal-makkinarju tal-produzzjoni u mhux biex jintużaw għall-preżentazzjoni
ta' prodott bħala unità ta' bejgħ Qsari maħsubin biex jintużaw biss
għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni tal-pjanti u mhux biex
jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha Fliexken tal-ħġieġ
għas-soluzzjonijiet tal-injezzjonijiet Mgħażel tas-CD (CD spindles) (li
jinbiegħu bis-CDs, mhux maħsubin biex jintużaw
għall-ħżin) Spallieri (li jinbiegħu
bil-ħwejjeġ) Kaxxi tas-sulfarini Sistemi ta’ iżolament sterili (boroż,
trejs u materjali meħtieġa għall-preservazzjoni tal-isterilità
tal-prodott) Kapsuli tal-magni tax-xarbiet (pereżempju
kafè, kawkaw, ħalib) li jitħallew vojta wara l-użu Ċilindri tal-azzar li jistgħu
jerġgħu jimtlew użati għal tipi differenti ta' gass,
minbarra ċ-ċilindri għat-tifi tan-nar Mhux
imballaġġ Qsari maħsuba biex jibqgħu mal-pjanta
tul ħajjitha Kaxxi tal-għodda Boroż tat-tè Saffi tax-xema' madwar il-ġobon Ġilda taz-zalzett Spallieri (li jinbiegħu separatament) Kapsuli tal-kafè tal-magni tax-xarbiet, boroż
tal-fojl tal-kafè, u karta tal-filtru għall-imżiewed tal-kafè li
tintrema’ flimkien mal-prodott tal-kafè użat Kartriġis għall-printers Kaxxi tas-CD, tad-DVD u tal-vidjo (li
jinbiegħu b’CD, DVD jew vidjo ġo fihom) Mgħażel tas-CD (li jinbiegħu vojta,
maħsubin biex jintużaw għall-ħżin) Boroż li jistgħu jinħallu
għad-deterġenti Dwal għall-oqbra (kontenituri
għax-xemgħat) Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin
(integrata f’reċipjent li jista’ jerġa' jimtela, pereżempju
mitħna tal-bżar li tista’ terġa’ timtela) Eżempji illustrattivi
għall-kriterju (ii) Imballaġġ, jekk ikun imfassal u
maħsub biex jimtela mal-bejgħ Boroż tal-ġarr tal-karti jew tal-plastik Platti u kikkri għar-rimi wara l-użu Cling film Boroż għas-sandwiċis Fojl tal-aluminju Fojl tal-plastik għall-ħwejjeġ
imnaddfin fil-londri Ċilindri tal-azzar li jistgħu
jerġgħu jimtlew użati għal tipi differenti ta' gass,
minbarra ċ-ċilindri għat-tifi tan-nar Mhux imballaġġ Oġġett li jħawwad Pożati għar-rimi wara l-użu Karta tat-tgeżwir (li tinbiegħ
separatament) Forom tal-karta għas-sajran fil-forn (li
jinbiegħu vojta) Forom tal karta għal madwar il-kejkijiet
mingħajr il-kejk Eżempji illustrattivi
għall-kriterju (iii) Imballaġġ Tikketti mdendla direttament ma' prodott jew
imwaħħla miegħu Parti mill-imballaġġ Pinzell tal-maskara li jifforma parti mis-sistema
tal-għeluq tal-kontenitur Tikketti adesivi mwaħħla ma'
oġġett ieħor ta' imballaġġ Stejpils Koperturi tal-plastik Apparat għall-kejl tad-doża li jifforma
parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenituri tad-deterġenti. Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin
(integrata f’reċipjent li ma jistax jerġa' jimtela, li jkun mimli bi
prodott, pereżempju mitħna tal-bżar mimlija bil-bżar) Mhux imballaġġ Tikketti għall-identifikazzjoni bil-frekwenza
tar-radju (RFID) [1] ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.