Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti /* COM/2012/0118 final - 2012/0055 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Kuntest
ġenerali u motivi għall-proposta Prattiki li jagħmlu ħsara
lill-ambjent u mhux sikuri għaż-żarmar tal-bastimenti
jibqgħu kwistjoni ta’ tħassib serju. Fit-tmiem tal-ħajja
operattiva tagħhom, il-biċċa l-kbira tal-bastimenti kbar
tat-tbaħħir qed jiġu żarmati f’faċilitajiet li
jużaw metodi li għandhom impatti ambjentali u tas-saħħa
sinifikanti. Dawn l-aspetti negattivi jipprevjenu r-riċiklaġġ
tal-bastimenti milli jsir industrija sostenibbli xierqa. Probabbilment is-sitwazzjoni se
teħżien peress li fis-snin li ġejjin għadd kbir ta’
bastimenti huma mistennija jintbagħtu biex jiġu żarmati
b’konsegwenza tal-kapaċità eċċessiva attwali tal-flotta dinjija li
mistennija tibqa’ għal mill-inqas ħamsa (5) sa għaxar (10) snin.
Barra minn hekk, il-kapaċità massima li mistennija tintlaħaq
fir-riċiklaġġ tal-bastimenti madwar id-data tal-eliminazzjoni
gradwali tat-tankers b’buq wieħed (2015), probbabilment essenzjalment se
tibbenefika mill-iktar faċilitajiet substandard. Ir-Regolament dwar it-Trasportazzjoni
tal-Iskart[1]
jimplimenta fl-Unjoni Ewropea ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar
il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi
tiegħu. Jimplimenta wkoll id-dispożizzjoni ta’ Emenda
għall-Konvenzjoni (magħrufa bħala l-‘Emenda ta’ Projbizzjoni’)
li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ skart perikoluż barra l-OECD. Din
l-Emenda għadha ma daħlitx fis-seħħ fil-livell
internazzjonlai minħabba li għadha ma ġietx ratifikata
biżżejjed. Skont ir-Regolament dwar it-Trasportazzjoni
tal-Iskart, bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE għaż-żarmar
huma kklassifikati bħala skart perikoluż peress li jġorru
sustanzi perikolużi. Suppost jistgħu jiżżarmaw biss
fil-pajjiżi tal-OECD. Madankollu, din il-leġiżlazzjoni
kważi b’mod sistematiku tiġi evitata minn bastimenti li jtajru
l-bandiera tal-UE[2],
fattur li jrendi ineffettivi kemm ir-regoli Internazzjonali kif ukoll
il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan in-nuqqas ta’ konformità ġenerali
huwa l-ewwel nett marbut man-nuqqas ta’ kapaċità
għar-riċiklaġġ disponibbli fl-OECD b’mod partikolari
għall-ikbar bastimenti. Il-kapaċità eżistenti fil-livell Ewropew
hija wżata għaż-żarmar ta’ bastimenti żgħar u
bastimenti tal-gvern iżda mhux għall-bastimenti kummerċjali kbar
li jbaħħru. B’mod simili għall-bini ta’ bastimenti,
iż-żarmar ta’ bastimenti matul dawn l-aħħar ftit
deċenni ġie rilokat minn pajjiżi Ewropej għal pajjiżi
li mhumiex fl-OECD għal raġunijiet ekonomiċi (domanda
għall-azzar, pagi u kundizzjonijiet tal-impjieg irħas, ebda internalizzazzjoni
ta’ spejjeż ambjentali). Konsegwentement, l-alternattiva tal-iżvilupp
ta’ kapaċità addizzjonali għaż-żarmar tal-bastimenti
fl-Ewropa ma kinetx ekonomikament fattibbli. Kapaċità sinifikanti
għar-riċiklaġġ teżisti barra l-OECD fiċ-Ċina,
l-Indja, il-Pakistan u l-Bangladexx. Huwa mistenni li l-faċilitajiet li
jinsabu fl-OECD, fiċ-Ċina kif ukoll xi faċilitajiet li jinsabu
fl-Indja se jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni
ta’ Hong Kong sal-2015. Il-kapaċità eżistenti attwali
disponibbli fiċ-Ċina, (2,83 miljun LDT[3] fl-2009), fil-fatt diġà hija kbira
biżżejjed biex titratta l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera
tal-UE sal-2030 (il-volum massimu annwali fil-perjodu 2012-2030 se jkun
1,88 miljun LDT) u faċilità ġdida b’kapaċità ta’ miljun (1)
LDT dalwaqt se tibda l-attivitajiet tagħha. Dan huwa r-riżultat ta’
azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi biex b’mod
speċifiku jippromwovu s-suq tar-riċiklaġġ ekoloġiku tal-bastimenti
u biex jagħlqu faċilitajiet substandard kif ukoll biex jippromwovu
investimenti minn sidien ta’ bastimenti Ewropej responsabbli
f’faċilitajiet għar-riċiklaġġ adegwati u sikuri. It-tieni nett, is-sitwazzjoni attwali tas-suq
tar-riċiklaġġ tal-bastimenti tiffavorixxi faċilitajiet
fil-Bangladexx, l-Indja u (sa ċertu punt) il-Pakistan filwaqt li
kompetituri fl-UE, it-Turkija u ċ-Ċina bi standards tekniċi
ogħla kapaċi biss jokkupaw niċeċ tas-suq bħal dawk
għal bastimenti żgħar, bastimenti tal-gvern inklużi
bastimenti tal-gwerra u l-flotta ta’ sidien ta’ bastimenti impenjati. Fl-aħħar nett,
il-leġiżlazzjoni kurrenti mhix adattata
għall-ispeċifiċitajiet tal-bastimenti. L-identifikazzjoni ta’
meta bastiment għandu jkun skartat hija diffiċli.
Id-deċiżjonijiet tas-sidien tal-bastimenti li jibagħtu l-bastimenti
tagħhom għar-riċiklaġġ huma bbażati fuq paragun
ekonomiku tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-manutenzjoni ta’
bastiment meta jkun għadu jaħdem u meta jintbagħat biex
jiġi żarmat. Jekk din id-deċiżjoni tittieħed
meta l-bastiment ikun f’ibħra internazzjonali jew f’ibħra taħt
il-ġurisdizzjoni tal-istat tar-riċiklaġġ, huwa
diffiċli ħafna jew impossibbli li jkunu applikati l-proċeduri
tar-Regolament dwar it-Trasportazzjoni tal-Iskart. Barra minn hekk,
il-bastimenti kummerċjali li jitilqu minn portijiet u ibħra Ewropej
ġeneralment jottimizzaw l-aħħar vjaġġ tagħhom
b’kunsinni ta’ merkanzija fl-Asja qabel ma jmorru biex jiġu żarmati.
Jekk is-sid tal-bastiment ma jiddikjarax l-intenzjoni tiegħu li
jżarma bastiment li jitlaq minn port tal-UE, b’mod ġenerali, l-awtoritajiet
rilevanti jistgħu ma jintervjenux. Ir-Regolament dwar it-Trasportazzjoni
tal-Iskart jistabbilixxi drittijiet u obbligi għall-istat
tal-esportazzjoni, l-istat tal-importazzjoni u jekk applikabbli, l-istati ta’
tranżitu. Madankollu, l-istati tal-portijiet mhumiex neċessarjament
infurmati bl-intenzjoni tas-sid tal-bastiment li jirriċikla bastiment.
Fl-aħħar nett, mhijiex xi ħaġa inkomuni li bastiment
jinbiegħ lil operatur ieħor bil-pretest li l-bastiment se jkompli
jopera sempliċiment biex ikun trasferit f’faċilità
għaż-żarmar tal-bastimenti. Sabiex tkun applikata
l-leġiżlazzjoni attwali u b’mod partikolari l-projbizzjoni
tal-esportazzjoni ta’ bastimenti fi tmiem l-operat tagħhom barra
mill-OECD, l-Istati Membri se jkollhom jagħmlu sforz sproporzjonat fuq
l-infurzar minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità għar-riċiklagg
fl-OECD kif ukoll il-possibbiltà legali ta’ kwalunkwe bastiment biex ibiddel
l-istat ta’ reġistrazzjoni tiegħu (“l-istat tal-bandiera”). Sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni, il-Partijiet għall-Konvenzjoni
ta’ Basel, fl-2004, stiednu lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
(IMO) biex tiżviluppa rekwiżiti obbligatorji
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti[4]. Fl-2006,
il-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel laqgħu l-passi li
ttieħdu mill-IMO fl-iżvilupp ta’ abbozz ta’ konvenzjoni dwar
ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u rrikonoxxew li għandha tkun
evitata d-dupplikazzjoni ta’ strumenti li għandhom l-istess objettiv.
Il-Partijiet kienu mistiedna biex iwettqu valutazzjoni tal-livell ta’ kontroll
u l-infurzar stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Basel fit-totalità tagħha u
valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ kontroll u infurzar li għandhom ikunu
pprovduti mill-abbozz tal-konvenzjoni dwar ir-riċiklaġġ
tal-bastimenti fit-totalità tagħha u biex iqabblu ż-żewġ
konvenzjonijiet[5]. Il-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Hong Kong
għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li
Jħares l-Ambjent ta’ Bastimenti (iktar ’il quddiem magħrufa
bħala l-Konvenzjoni ta’ Hong Kong) kienet adottata f’Mejju 2009
mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Meta tidħol
fis-seħħ, din il-Konvenzjoni se tirrikjedi li l-Partijiet
(inklużi l-Istati Membri tal-UE) iżarmaw il-bastimenti
kummerċjali kbar tagħhom biss f’pajjiżi li huma parti
għall-Konvenzjoni. Din tista’ tinkludi pajjiżi Asjatiċi li
l-faċilitajiet għaż-żarmar tagħhom jeħtieġ
li jissodisfaw standards aċċettati internazzjonalment (ogħla
mill-istandards attwali). Dawn il-faċilitajiet se jkollhom jitrattaw
il-bastimenti li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex Partijiet
għall-Konvenzjoni b’mod simili għall-bastimenti li jtajru l-bnadar
tal-pajjiżi Partijiet għall-Konvenzjoni (il-klawsola “m’hemmx iktar
trattament favorabbli”). Il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong kienet adottata fl-2009 iżda sabiex
tidħol fis-seħħ u tibda tħalli l-effetti, jeħtieġ
li tkun irratifikata minn għadd suffiċjenti ta’ stati, kemm stati
tal-bandiera kbar kif ukoll stati ta’ riċiklaġġ. Dan mhux
mistenni li jseħħ qabel l-2020. Din il-Konvenzjoni se
tidħol fis-seħħ erbgħa u għoxrin xahar wara d-data li
fiha jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: –
mhux inqas minn 15-il Stat ikunu jew iffirmawha
mingħajr riservazzjoni fir-rigward ta’ ratifikazzjoni,
aċċettazzjoni jew approvazzjoni jew ikunu ddepożitaw l-istrument
rekwiżit ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew
adeżjoni; –
il-flotot kummerċjali kkombinati tagħhom
jikkostitwixxu mhux inqas minn 40 % tat-tunnellaġġ gross
tat-trasportazzjoni merkantili dinjija kif ukoll –
il-volum annwali massimu
tar-riċiklaġġ tal-bastimenti matul l-10 snin preċedenti
jikkostitwixxi mhux inqas minn 3 % tat-tunnellaġġ gross
tat-trasportazzjoni merkantili kkombinata tal-istess Stati. Il-Partijiet
għall-Konvenzjoni ta’ Basel laqgħu b’sodisfazzjon l-adozzjoni
tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong fl-2010[6]
u bdew valutazzjoni preliminari dwar jekk il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong
tistabbilixxix livell ta’ kontroll u infurzar ekwivalenti għal dak
stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Basel[7]. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffinalizzaw
il-valutazzjoni tagħhom f’April 2010 li kkonkludiet li l-Konvenzjoni
ta’ Hong Kong tidher li tipprovdi livell ta’ kontroll u infurzar
għall-inqas ekwivalenti għal dak ipprovdut mill-Konvenzjoni ta’ Basel
għall-bastimenti li huma kklassifikati bħala skart taħt
il-Konvenzjoni ta’ Basel[8]. F’Ottubru 2011, il-Partijiet
għall-Konvenzjoni ta’ Basel inkoraġġew li ssir ir-ratifikazzjoni
tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong sabiex ikun possibbli d-dħul
fis-seħħ tagħha[9]. Fl-2007,
il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar żarmar aħjar tal-bastimenti u
Komunikazzjoni li tipproponi Strateġija tal-UE dwar iż-żarmar
tal-bastimenti[10] fl-2008. Din
l-istrateġija ffukat fuq miżuri li jtejbu kemm jista’ jkun malajr
il-kundizzjonijiet għaż-żarmar tal-bastimenti, inkluż
il-perjodu interim qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’
Hong Kong. jiġifieri l-indirizzar tal-elementi ewlenin tal-Konvenzjoni, li
jinkoraġġixxu azzjoni industrijali volontarja, li jipprovdu
assistenza teknika u appoġġ għall-pajjiżi li qed
jiżviluppaw u li jinfurzaw aħjar il-leġiżlazzjoni attwali.
Dan li ġej inkiseb permezz tal-Istrateġija: –
L-adozzjoni ta’ Konvenzjoni li
ssaħħaħ ir-riċiklaġġ tal-bastimenti permezz
tal-proċeduri tagħha adattati għall-ispeċifiċitajiet
tal-bastimenti u rekwiżiti ddettaljati li għandhom ikunu ssodisfati
minn faċilitajiet għar-riċiklaġġ imtejba. –
Appoġġ għall-azzjonijiet voluntarji
mill-industrija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ·
applikazzjoni voluntarja tar-rekwiżiti u
l-linji gwida tal-Konvenzjoni (pereżempju, żvilupp ta’ inventarji ta’
materjali perikolużi), ·
adozzjoni ta’ kuntratti ta’ bejgħ
ekoloġiċi ·
investimenti f’faċilitajiet
għar-riċiklaġġ sikuri u adegwati; –
It-twettiq ta’ studji, riċerka u proġetti
pilota biex ikunu evalwati żviluppi u biex ikunu promossi teknoloġji
aħjar għar-riċiklaġġ ta’ bastimenti li jaqgħu
fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u bastimenti
oħra, –
It-teħid ta’ azzjonijiet mill-Kummissjoni biex
ikun implimentat aħjar ir-Regolament dwar it-Trasportazzjoni tal-Iskart
meta ġiet avżata li bastimenti speċifiċi se jmorru
għaż-żarmar, –
Kien ipprovdut appoġġ
għall-pajjiżi li jirriċiklaw il-bastimenti permezz ta’
għotja taħt il-Programm Tematiku għall-ambjent u
l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali inkluża
l-enerġija (Thematic Programme for the environment and sustainable
management of natural resources (ENRTP)) għall-“Programm Globali
għar-Riċiklaġġ Sostenibbli tal-Bastimenti”
immaniġġjat flimkien mas-Segretarjati tal-Konvenzjoni ta’ Basel,
tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u tal-Organizzazzjoni
Internazzjonali tax-Xogħol. 1.2. Objettiv tal-Proposta L-objettiv tar-Regolament dwar
ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti huwa li jnaqqas b’mod sinifikanti
l-impatti negattivi marbuta mar-riċiklaġġ tal-bastimenti li
jtajru l-bandiera tal-UE, speċjalment fin-nofsinhar tal-Asja mingħajr
ma joħloq piż ekonomiku bla bżonn. Ir-Regolament propost
iġib fis-seħħ implimentazzjoni bikrija tar-rekwiżiti
tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u għaldaqstant iħaffef id-dħul
fis-seħħ tagħha globalment. 1.3. Dispożizzjonijiet
eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta tikkonċerna l-adozzjoni ta’
regolament dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti. Ir-regolament
il-ġdid huwa maħsub biex jissostitwixxi r-Regolament eżistenti
(KE) Nru 1013/2006[11]
fir-rigward ta’ bastimenti koperti mill-Konvenzjoni ta’ Hong Kong. 2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni tal-partijiet
interessati Fl-iżvilupp tal-valutazzjoni tal-impatt
li ssostni din il-proposta leġiżlattiva, il-Kummissjoni kkonsultat
lill-partijiet ikkonċernati u kkonsultat esperti esterni permezz ta’
konsultazzjoni pubblika minn April sa Ġunju 2009u permezz ta’ erba’
workshops mal-esperti. Il-biċċa l-kbira
tal-parteċipanti ewlenin b’mod ċar jappoġġjaw
ir-ratifikazzjoni malajr tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong mill-Istati Membri
tal-UE sabiex jitħaffef id-dħul fis-seħħ billi tkun
inkoraġġita r-ratifikazzjoni minn Stati oħra. Ħafna
parteċipanti ewlenin huma favur l-implimentazzjoni bikrija tal-Konvenzjoni
mill-UE peress li jqisu li l-istennija għad-dħul fis-seħħ
tagħha hija inaċċettabbli meta l-ħaddiema li jżarmaw
il-bastimenti qed ikomplu jmutu jew iweġġgħu fuq il-post
tax-xogħol u tkompli ssir ħsara ambjentali konsiderevoli. Xi
wħud iqisu li l-UE ma għandhix timponi rekwiżiti addizzjonali li
jmorru lil hinn mill-Konvenzjoni. Il-kontribuzzjonijiet, is-sommarju
tar-reazzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika u r-rapporti dwar
il-workshop tal-partijiet ikkonċernati huma disponibbli fuq l-internet[12]. Il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u l-Kunsill iddiskutew il-Komunikazzjoni u adottaw, rispettivament,
riżoluzzjoni fis-26 ta’ Marzu 2009[13],
opinjoni fit-13 ta’ Mejju 2009[14] u konklużjonijiet
fil-21 ta’ Ottubru 2010[15] dwar l-istrateġija tal-UE
għaż-żarmar aħjar tal-bastimenti. 2.2. Valutazzjoni tal-impatt Saret
valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni li tqis l-alternattivi
għall-iskema tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li tista’ tkun
infurzata b’mod effettiv. L-analiżi qieset l-impatti ekonomiċi,
soċjali u ambjentali ta’ għażliet differenti. Ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet
tal-bord tal-valutazzjoni tal-impatt (Impact Assessment Board (IAB)) u
l-modifikazzjonijiet ewlenin jikkonċernaw il-bżonn għal
definizzjoni iktar ċara tal-problema, preżentazzjoni iktar ċara
tal-azzjonijiet li diġà ttieħdu fil-pajjiżi li jirriċiklaw
il-bastimenti fix-xenarju bażi, tisħiħ tal-loġika ta’
intervent u konnessjoni aħjar bejn l-objettivi speċifiċi u
operazzjonali u l-problemi u l-ħtiġijiet, u l-valutazzjoni
msaħħa tal-alternattivi ta’ politika rigward, b'mod partikolari,
l-infurzar futur potenzjali u d-diffikultajiet ta’ konformità. Il-pakkett ta’ politika D biss jissodisfa
b’mod sħiħ l-objettivi identifikati, kif jidher fil-valutazzjoni
tal-impatt. Din l-alternattiva tikkonsisti
fl-introduzzjoni ta’ Regolament ad-hoc li jkopri l-bastimenti taħt
il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong (bastimenti kummerċjali kbar
tat-tbaħħir). Dan ir-Regolament se jkopri ċ-ċiklu kollu
tal-ħajja tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE, se jimplimenta
kmieni r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u, skont kif tippermetti
l-Konvenzjoni, se jinkludi kriterji iktar stretti għall-faċilitajiet
tar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Il-bastimenti li jtajru l-bandiera
tal-Istati Membri tal-UE se jkunu awtorizzati li jiġu riċiklati biss
f’faċilitajiet li jissodisfaw il-kriterji. L-Istati Membri tal-UE se jkunu infurmati
bil-miktub u f’ħin xieraq dwar l-intenzjoni tas-sid tal-bastiment li
jibgħat bastiment għar-riċiklaġġ. Dan ir-rekwiżit
kif ukoll l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet, li għall-inqas ikunu
ekwivalenti għal dawk applikabbli taħt il-leġiżlazzjoni attwali,
se jiżgura konformità. Filwaqt li huwa diffiċli li wieħed
jistenna li l-faċilitajiet biex bastiment jittella’ fuq ix-xatt
jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti, possibbli li faċilitajiet imtejba
jkunu jistgħu jissodisfaw dawn il-kriterji fil-futur. Sabiex ikunu evitati
l-konfużjoni, il-koinċidenzi u l-piż amministrattiv, bastimenti
koperti mil-leġiżlazzjoni l-ġdida mhux se jibqgħu
jaqgħu taħt ir-Regolament dwar it-Trasportazzjoni tal-Iskart. Dan il-pakkett ta’ politika jikkostitwixxi
l-bażi għal din il-proposta. 3. ELEMENTI LEAGLI TAL-PROPOSTA 3.1. Sommarju tal-Proposta Din il-proposta leġiżlattiva
tindirizza permezz ta' Regolament ġdid ad-hoc, bastimenti li jaqgħu
fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Hong Kong (bastimenti
kummerċjali kbar li jbaħħru). Hija tkopri ċ-ċiklu
tal-ħajja kollu tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE, timplimenta xi
wħud mir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong (stabbiliment ta’
inventarju ta’ materjali perikolużi, obbligu għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti f’faċilitajiet sikuri u adegwati, rekwiżiti
ġenerali applikabbli għall-bastimenti qabel
ir-riċiklaġġ) u kif awtorizzat mill-Konvenzjoni, inklużi
dispożizzjonijiet ambjentali iktar stretti li huma neċessarji qabel
id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni (rekwiżiti
għall-faċilitajiet għar-riċiklaġġ ta' bastimenti,
l-istabbiliment ta' lista Ewropea ta' faċilitajiet, l-istabbiliment ta'
kuntratt bejn is-sid tal-bastiment u l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastiment). Obbligu li jkun
stabbilit u miżmum inventarju tal-materjali perikolużi preżenti
abbord bastimenti. Bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat
Membru tal-UE se jkollhom jistabbilixxu u jżommu matul il-ħajja
operattiva kollha tagħhom inventarju tal-materjali perikolużi
preżenti abbord. Filwaqt li bastimenti ġodda li jtajru bandiera ta’
Stat Membru huma mitluba jistabbilixxu inventarju immedjatament, bastimenti
eżistenti se jkollhom ħames snin biex jagħmlu dan ħlief
jekk jintbagħtu biex jiġu żarmati iktar kmieni. L-inventarju għandu jkun
aġġornat u komplut qabel il-bastiment jintbagħat
għar-riċiklaġġ biex ikun żgurat li l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastiment magħżula hija
kapaċi u hija awtorizzata biex timmaniġġja l-materjali u
l-iskart perikolużi kollha preżenti abbord. Bastimenti li jtajru
l-bandiera tal-Istati Membri se jkollhom jiġu żarmati
f’faċilitajiet għar-riċklaġġ tal-bastimenti li jkunu
sikuri u li jħarsu l-ambjent Ġiet żviluppata lista ta’
rekwiżiti, li tiddefinixxi r-rekwiżiti li għandhom ikunu
ssodisfati mill-faċilitajiet għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti abbażi tar-rekwiżiti tekniċi tal-Konvenzjoni ta’
Hong Kong. Ġew miżjuda rekwiżiti addizzjonali sabiex ikunu
protetti aħjar is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u b’mod
partikolari, biex ikun żgurat li l-iskart perikoluż se jkun trattat
b’mod li jagħmilx ħsara lill-ambjent kemm fil-faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti kif ukoll jekk il-bastiment
ikun trasferit f’faċilitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart. Faċilitajiet individwali
għar-riċiklaġġ tal-iskart li jissodisfaw dawn
ir-rekwiżiti se japplikaw għall-inklużjoni f’lista ta’
faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti.
Il-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri tal-UE se jkunu
awtorizzati li jiġu riċiklati biss f’faċilitajiet li jkunu fuq
il-lista Ewropea. Meta l-Konvenzjoni ta’ Hong Kong tidħol
fis-seħħ, il-Partijiet se jkollhom jistabbilixxu u jitrażmettu
listi ta’ faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti
li jkunu awtorizzaw skont il-Konvenzjoni. Dawn il-listi se jkunu trażmessi
lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex jitqassmu kif xieraq. Se
jkun neċessarju li ssir reviżjoni tar-Regolament dwar
ir-riċiklaġġ tal-bastimenti meta dawn il-listi ta’
faċilitajiet isiru disponibbli fil-livell internazzjonali sabiex ikun
evitat piż amministrattiv u dupplikazzjoni ta’ xogħol mal-lista
Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti
Jista’, pereżempju, jiġi introdott mekkaniżmu ta’ rikonoxximent
reċiproku. Rekwiżiti
speċifiċi qabel ir-riċiklaġġ Bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stati
Membri se jkollhom jimminimizzaw l-ammont ta’ skart perikoluż preżenti
abbord (li jista’ jkun ukoll preżenti fi fdalijiet tal-merkanzija,
żejt mhux maħdum eċċ.), qabel ma jittieħdu
f'faċilità għar-riċiklaġġ ta' bastimenti. Fil-każ speċifiku ta’ tankers,
is-sidien tal-bastimenti se jkollhom jiżguraw li l-bastimenti jaslu
fil-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti
f’kundizzjoni li hija lesta għal ċertifikazzjoni bħala
Sikur-għad-dħul (Safe-for-entry) u
Sikur-għal-xogħol-f’temperatura għolja (Safe-for-hot-work)
sabiex ikunu evitati splużjonijiet u aċċidenti (fatali) fost
il-ħaddiema fil-faċilitajiet għar-riċiklaġġ ta’
bastimenti. Titjib
tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Kuntrarju għal-leġiżlazzjoni
eżistenti, ir-Regolament propost huwa bbażat fuq is-sistema ta’
kontroll u infurzar tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, li hija ddisinjata
speċifikament għall-bastimenti u t-trasportazzjoni internazzjonali
(ċertifikati stħarriġiet, obbligi speċifiċi
għall-istat tal-bandiera, eċċ). Dan ir-Regolament, billi jippermetti li
bastimenti jkunu riċiklati f’faċilitajiet li ma jinsabux fil-grupp
ta' pajjiżi tal-OECD sakemm dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti u huma
inklużi fil-lista Ewropea, se jindirizza wkoll il-problema attwali ta’
nuqqas ta’ kapaċità għar-riċiklaġġ legalment
aċċessibbli għas-sidien tal-bastimenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri tal-UE se
jkunu infurmati bil-miktub u fi żmien xieraq dwar l-intenzjoni tas-sid
tal-bastiment li jibgħat bastiment għar-riċiklaġġ, u
għaldaqstant ineħħu d-diffikultà li jkun identifikat meta bastiment
ikollu jiġi skartat. L-Istati Membri se jirċievu informazzjoni dwar
il-bidu previst u dwar it-tlestija tar-riċiklaġġ. Billi
titqabbel il-lista ta’ bastimenti li għalihom ikunu ħarġu
ċertifikat ta’ inventarju bil-lista ta’ bastimenti li kienu rriċiklati
f’faċilitajiet awtorizzati, huma se jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod
iktar faċli r-riċiklaġġ illegali. Barra minn hekk, se jkunu
introdotti sanzjonijiet iktar speċifiċi u preċiżi minn dawk
ipprovduti mil-leġiżlazzjoni attwali. Dawn ir-rekwiżiti,
flimkien mad-disponibbiltà ta’ riċiklaġġ sikur u adegwat u
legalment aċċessibbli b’mod suffiċjenti u sistema ta’ kontroll
adattata tajjeb għall-ispeċifikazzjonijiet ta' bastimenti, se
jiżguraw konformità aħjar mal-leġiżlazzjoni. Fl-aħħar nett, sabiex ikunu evitati
l-konfużjoni, il-koinċidenzi u l-piż amministrattiv, bastimenti
koperti mil-leġiżlazzjoni l-ġdida mhux se jibqgħu koperti
mir-Regolament dwar it-Trasportazzjoni tal-Iskart. 3.2. Bażi Legali Il-proposta hija bbażata fuq
l-Artikolu 192(1) tat-TFUE 3.3. Prinċipju ta’
sussidjarjetà Il-prinċipju
ta’ sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza
esklussiva tal-UE. Ir-riċiklaġġ
tal-bastimenti diġà huwa kopert mil-leġiżlazzjoni Ewropea,
jiġifieri r-Regolament dwar it-Trasportazzjoni tal-iskart. L-Unjoni Ewropea
ma tistax issir parti għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong peress li dan huwa
riservat għall-Istati li huma membri tal-Organizzazzjoni Marittima
Internazzjonali. L-Istati Membri tal-UE għaldaqstant għandhom irwol
ewlieni, speċjalment bħala stati tal-bandiera, fir-ratifikazzjoni u
s-suċċess tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet
ta’ din il-Konvenzjoni. Azzjoni individwali mill-Istati Membri mhix se
tkun biżżejjed peress li mhux l-Istati Membri kollha jqisu
r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong bħala prijorità. Hemm
riskju ċar li jiġu applikati rekwiżiti legali differenti
għal bastimenti kummerċjali kbar li jtajru l-bandiera tal-UE, skont
l-Istati Membri differenti kkonċernati. Din is-sitwazzjoni tista’
tirriżulta fit-tibdil tal-bnadar u kompetizzjoni inġusta bejn
l-Istati Membri li huma stati tal-bandiera. L-istabbiliment ta’ lista Ewropea ta’
faċilitajiet għar-riċiklaġġ ta’ bastimenti li
jissodisfaw ir-rekwiżiti se tevita dupplikazzjoni ta’ xogħol bejn
l-Istati Membri u se tiffaċilita l-proċeduri ta’ kontroll tagħhom
bħala stati tal-bandiera. L-inkorporazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Hong
Kong fil-leġiżlazzjoni Ewropea se tippromwovi t-teħid ta’
deċiżjonijiet armonizzat u se tħaffef il-proċess ta’
ratifikazzjoni fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, azzjoni bikrija mill-UE
se tinfluwenza pajjiżi terzi ħafna iktar milli azzjoni minn Stati
Membri individwali u għaldaqstant, probabbilment se twassal biex
il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong tidħol fis-seħħ aktar malajr.
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill, li tawtorizza lill-Istati
Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni ta’
Hong Kong dwar ir-Riċiklaġġ ta’ Bastimenti li jkun sikur u li
jħares l-ambjent, tal-2009, jew jaderixxu magħha, hija
għaldaqstant ippreżentata flimkien ma’ din il-proposta għal
Regolament. 3.4. Prinċipju ta’
proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’
proporzjonalità. Il-piżijiet addizzjonali għall-operaturi
ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali huma limitati għal dawk
neċessarji biex ikun żgurat li r-riċiklaġġ
tal-bastimenti jsir b’mod li jkun sikur u li ma jagħmilx ħsara
għall-ambjent. Filwaqt li l-proposta tinkludi spejjeż addizzjonali
għas-sidien tal-bastimenti (żvilupp ta’ inventarji ta’ materjali
perikolużi u stħarriġiet), dawn l-ispejjeż għandhom
ikunu kkumpensati bil-benefiċċji soċjali u ambjentali
sostanzjali miksuba. 3.5. Għażla ta’ strument L-istrument propost huwa Regolament. Regolament huwa l-istrument legali xieraq
minħabba li jimponi fuq is-sisdien tal-bastimenti, direttament u f’perjodu
ta’ żmien qasir, rekwiżiti preċiżi li għandhom ikunu
implimentati fl-istess ħin u bl-istess mod fl-Unjoni kollha.
L-iżvilupp ta’ rekwiżiti għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti li jkun sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u
ta’ lista Ewropea ta’ faċilitajiet għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti, b’mod partikolari se jiżguraw implimentazzjoni armonizzata
tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni
fuq il-baġit tal-UE. 2012/0055 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-riċiklaġġ
tal-bastimenti IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Wara li ħadu azzjoni skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Il-bastimenti li jikkostitwixxu
skart u li huma suġġetti għal moviment transkonfinali
għar-riċiklaġġ jaqgħu taħt
id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta’
Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu
(‘il-Konvenzjoni ta’ Basel’) u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE)
Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart[16]
fil-livell Ewropew. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jimplimenta
l-Konvenzjoni ta’ Basel kif ukoll emenda waħda[17]
għall-Konvenzjoni adottata fl-1995 li għadha ma daħlitx
fis-seħħ fil-livell internazzjonali u li tistabbilixxi projbizzjoni
fuq esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż lejn pajjiżi li mhumiex
membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku
(OECD). Peress li bastimenti li jġorru materjali perikolużi,
ġeneralment huma kklassifikati bħala skart perikoluż u
għaldaqstant huma projbiti milli jkunu esportati
għar-riċiklaġġ f’faċilitajiet li jinsabu f’pajjiżi
li mhumiex membri tal-OECD. (2) Il-mekkaniżmi għall-kontroll
u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali fil-livell internazzjonali u
Ewropew mhumiex adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-bastimenti u
t-trasportazzjoni internazzjonali u jidhru ineffettivi għall-prevenzjoni
ta' prattiki għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li mhumiex
sikuri u adegwati. (3) Il-kapaċità attwali
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti fil-pajjiżi tal-OECD li
hija legalment aċċessibbli għall-bastimenti li jtajru l-bandiera
ta’ Stat Membru mhijiex suffiċjenti. Kapaċità għar-riċiklaġġ
li tkun sikura u adegwata li diġà teżisti fil-pajjiżi li mhumiex
membri tal-OECD hija suffiċjenti biex titratta l-bastimenti kollha li
jtajru l-bandiera tal-UE u hija mistennija li tikber iktar sal-2015
b’riżultat tal-azzjonijiet meħuda mill-pajjiżi
tar-riċiklaġġ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni
ta’ Hong Kong. (4) Il-Konvenzjoni
Internazzjonali ta’ Hong Kong għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti
li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent (Il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong) kienet
adottata fil-15 ta’ Mejju 2009 taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni
Marittima Internazzjonali wara talba tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’
Basel. Il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong se tidħol fis-seħħ biss
24 xahar wara d-data ta’ ratifikazzjoni minn tal-inqas 15-il Stat li
jirrappreżentaw flotta merkantili kkombinata ta’ mill-inqas 40 %
tat-tunnellaġġ gross tat-trasportazzjoni merkantili dinjija u li
l-volum annwali massimu tar-riċiklaġġ tal-bastimenti matul l-10
snin preċedenti jikkostitwixxi mhux inqas minn tlieta fil-mija tat-tunnellaġġ
gross tat-trasportazzjoni merkantili kkombinata tal-istess Stati. L-Istati
Membri għandhom jirratifikaw il-Konvenzjoni fl-iktar opportunità kmieni
sabiex jitħaffef id-dħul fis-seħħ tagħha.
Il-Konvenzjoni tkopri d-disinn, il-kostruzzjoni, l-operat u l-preparazzjoni ta’
bastimenti sabiex tiffaċilita r-riċiklaġġ sikur u li
jħares l-ambjent mingħajr ma tikkomprometti s-sikurezza u
l-effiċjenza operattiva; tkopri wkoll it-tħaddim
tal-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti b’mod sikur u
li jħares l-ambjent u l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' infurzar
xieraq għar-riċiklaġġ tal-bastimenti. (5) Il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong
espliċitament tipprovdi għall-Partijiet tagħha biex jieħdu
miżuri iktar stretti konsistenti mal-liġi internazzjonali fir-rigward
ta' riċiklaġġ ta' bastimenti li jkun sikur u li jħares
l-ambjent, li jevita, jnaqqas jew jimminimizza kwalunkwe impatt negattiv fuq
is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. L-istabbiliment ta’ lista Ewropea
tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li
jissodisfaw rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament li jikkontribwixxu
għal dan l-għan kif ukoll għal infurzar aħjar billi jkun
iffaċilitat il-kontroll tal-istati tal-bandiera tal-bastimenti li jmorru
għar-riċiklaġġ. Dawk ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandhom ikunu
bbażati fuq ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong. (6) Stati tal-bandiera li qed
jibagħtu lill-bastimenti tagħhom f’faċilitajiet
għar-riċiklaġġ imtejba li jissodisfaw ir-rekwiżiti
tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong għandhom interess ekonomiku li jiżguraw
li l-Konvenzjoni ta’ Hong Kong tidħol fis-seħħ malajr kemm
jista’ jkun, sabiex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi ta’
kompetizzjoni fuq livell dinji. (7) Il-bastimenti li mhumiex
koperti mill-kampi ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u minn dan
ir-Regolament ma għandhomx ikomplu jkunu riċiklati skont
ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u
tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar
ċerti Direttivi[18]
rispettivament. (8) Jeħtieġ li jkunu
kkjarifikati l-kampi ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament
(KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2008/98/KE sabiex tkun evitata
dupplikazzjoni tal-istrumenti regolatorji li għandhom l-istess objettiv. (9) Meta jkunu qed jiġu
interpretati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata
kunsiderazzjoni għal-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni
Marittima Internazzjonali bħala appoġġ għall-Konvenzjoni
ta’ Hong Kong. (10) L-Istati Membri għandhom
jieħdu miżuri biex jevitaw l-evażjoni tar-regoli dwar
ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u biex isaħħu
t-trasparenza tar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Kif ipprovdut
fil-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw
informazzjoni dwar bastimenti li għalihom ikun inħareġ
ċertifikat ta’ inventarju, bastimenti li għalihom tkun waslet
dikjarazzjoni ta’ tlestija u informazzjoni dwar riċiklaġġ
illegali u azzjonijiet ta’ segwitu li jkunu wettqu. (11) L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur
tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw
li dawn il-penali jkunu applikati. Il-penali, li jistgħu jkunu ta’ natura
ċivili jew amministrattiva, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u
dissważivi. (12) Sabiex ikunu kkunsidrati
żviluppi rigward konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, is-setgħa
li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġornament tal-Annessi għal
dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq
konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha,
inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal
atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja,
fil-ħin u adegwata ta’ dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u
l-Kunsill. (13) Sabiex ikunu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni.
Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont
ir-Regoalment (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u
l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati
Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’
implimentazzjoni[19]. (14) Minħabba li l-objettiv li
jkunu evitati, imnaqqsa jew eliminati impatti negattivi minn fuq
is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ikkawżati
mir-riċiklaġġ, l-operat u l-manutenzjoni ta' bastimenti li
jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti
mill-Istati Membri minħabba l-karattru internazzjonali tat-trasportazzjoni
bil-baħar u r-riċiklaġġ tal-bastimenti u għaldaqstant
jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta
miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà stipulat
fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif
stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu
neċessarju sabiex jikseb dak l-objettiv. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Titolu i – kamp ta’ applikazzjoni u definizzjoni Artikolu 1 Objettiv L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li
jevita, inaqqas jew jelimina impatti negattivi fuq is-saħħa
tal-bniedem u l-ambjent ikkawżati mir-riċiklaġġ, l-operat u
l-manutenzjoni ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. Artikolu 2 Definizzjonijiet 1. Għall-finijiet ta’ dan
ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1)
‘bastiment’ ifisser vapur ta’ kull tip li jopera
jew li kien jopera fl-ambjent marittimu u jinkludi sommersibbli, inġenji
tal-baħar galleġġjanti, pjattaformi li ma jegħrqux,
pjattaformi awtoelevati, unitajiet galleġġjanti tal-ħażna
(Floating Storage Units (FSUs)) u unitajiet galleġġjanti
tal-produzzjoni tal-ħażna u tal-ħatt (Floating Production
Storage and Offloading Units (FSPOs)), kif ukoll vapur żarmat
mit-tagħmir jew li jkun qed jiġi rmunkat; (2)
‘bastiment ġdid’ ifisser waħda minn dawn
li ġejjin: (a)
bastiment li għalih il-kuntratt ta’
kostruzzjoni daħal fis-seħħ fil-ġurnata tad-dħul
fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew wara; (b)
fin-nuqqas ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni, bastiment
li jibda jinbena jew il-bastiment ikun fi stadju simili ta’ kostruzzjoni
fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew
sitt xhur wara; (c)
bastiment li l-kunsinna tiegħu issir
fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew
tletin xahar wara; (3)
‘tanker’ ifisser tanker taż-żejt kif
definit fl-Anness I għall-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni
tat-Tniġġis mill-Bastimenti (MARPOL) jew tanker NLS kif definit
fl-Anness II għal dik il-Konvenzjoni; (4)
‘materjal perikoluż’ ifisser kwalunkwe
materjal jew sustanza li probabbilment toħloq perikli
għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, inkluża
kwalunkwe sustanza li hija meqjusa perikoluża skont id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE[20] u
r-Regolament Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21]; (5)
‘riċiklaġġ tal-bastimenti’ ifisser
attività ta’ żarmar komplet jew parzjali ta’ bastiment f’faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti sabiex ikunu rkuprati
komponenti u materjali għall-ipproċessar mill-ġdid u l-użu
mill-ġdid filwaqt li tieħu ħsieb materjali perikolużi u
oħrajn, u tinkludi operazzjonijiet assoċjati
bħall-ħżin u t-trattament ta’ komponenti u materjali fuq is-sit
iżda mhux l-ipproċessar ulterjuri tagħhom jew ir-rimi
f'faċilitajiet separati; (6)
‘faċilità għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti' ifisser żona definita li hija sit, bitħa jew
faċilità li tinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u użata
għar-riċiklaġġ ta’ bastimenti; (7)
‘kumpanija ta’ riċiklaġġ’ ifisser,
is-sid tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti jew
kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra li tkun ħadet
ir-responsabbiltà għall-operazzjoni tar-riċiklaġġ
tal-bastiment mis-sid tal-faċilità għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti; (8)
‘amministrazzjoni’ ifisser awtorità governattiva
maħtura minn Stat bħala responsabbli f’żona ġeografika
speċifikata jew f’qasam espert, għal kompiti relatati ma' bastimenti
li huma intitolati li jtajru l-bandiera tiegħu jew għal bastimenti li
joperaw taħt l-awtorità tagħha; (9)
‘awtorità kompetenti’ ifisser awtorità governattiva
maħtura minn Stat bħala responsabbli, f'żona ġeografika
speċifikata jew f'qasam espert, għal kompiti relatati
mal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li
joperaw fil-ġurisdizzjoni ta’ dak l-Istat. (10)
‘tunnellaġġ gross' ifisser it-tunnellaġġ
gross (gross tonnage (GT)) ikkalkulat skont ir-regolamenti dwar il-kejl
tat-tunnellaġġ li jinsabu fl-Anness I għall-Konvenzjoni
Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti jew
kwalunkwe konvenzjoni suċċessiva. (11)
‘persuna kompetenti’ ifisser persuna li
għandha kwalifiki u taħriġ adegwati u għarfien, esperjenza
u ħila suffiċjenti, sabiex tagħmel ix-xogħol
speċifiku; (12)
‘min iħaddem' ifisser persuna naturali jew
legali li tħaddem persuna waħda jew iktar
fir-riċiklaġġ tal-bastimenti; (13)
‘sid ta’ bastiment’ ifisser persuna naturali jew
legali rreġistrata bħala s-sid ta’ bastiment inkluża persuna
naturali jew legali li għandha s-sjieda tal-bastiment għal perjodu
limitat sakemm jinbiegħ jew jittieħed f’faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti, jew fin-nuqqas ta’
reġistrazzjoni, il-persuna naturali jew legali li hija s-sid tal-bastiment
jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna li ħadet ir-responsabbiltà
għall-operat tal-bastiment mis-sid tal-bastiment kif ukoll persuna legali
li topera bastiment proprjetà tal-Istat; (14)
‘installazzjoni ġdida’ ifisser
l-installazzjoni ta' sistemi, tagħmir, iżolazzjoni jew materjal
ieħor fuq bastiment wara l-ġurnata tad-dħul fis-seħħ
ta’ dan ir-Regolament; (15)
‘sikur għad-dħul’ iffisser spazju fuq
il-bastiment li jissodisfa l-kriterji li ġejjin: (a)
il-kontenut tal-ossiġnu fl-atmosfera u
l-konċentrazzjoni ta’ fwar li jaqbad malajr huma f’limiti sikuri; (b)
kwalunkwe materjal tossiku fl-atmosfera huwa
f’konċentrazzjoni permessibbli; (c)
kwalunkwe residwu u materjal assoċjat
max-xogħol awtorizzat mill-persuna kompetenti ma jipproduċix rilaxx
inkontrollabbli ta’ materjali tossiċi jew konċentrazzjoni
perikoluża ta’ fwar li jaqbad malajr taħt kundizzjonijiet
atmosferiċi eżistenti filwaqt li jinżamm skont
l-istruzzjonijiet; (16)
‘sikur għal-xogħol f’temperatura
għolja’ iffisser spazju fuq il-bastiment li jissodisfa l-kriterji li
ġejjin: (a)
ikun hemm kundizzjoni sikura fejn ma tistax
isseħħ splużjoni, inkluż ta’ status mingħajr gass,
għall-użu ta’ tagħmir tal-issaldjar li jaħdem bl-ark
elettriku jew bil-gass, tagħmir għall-qtugħ jew
għall-ħruq jew forom oħra ta’ fjamma mikxufa, kif ukoll
operazzjonijiet għat-tisħin, għat-tifrik u li
jiġġeneraw l-ispark; (b)
ikunu ssodisfati l-kriterji sikur
għad-dħul stabbiliti fil-punt 15; (c)
il-kundizzjonijiet atmosferiċi eżistenti
ma jinbidlux minħabba x-xogħol f’temperatura għolja; (d)
l-ispazji biswit kollha jkunu tnaddfu jew ġew
trattati b’mod suffiċjenti biex jevitaw li jibdew jew li jinxterdu nirien; (17)
‘spezzjoni tas-sit’ ifisser spezzjoni
tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li
tikkonferma l-kundizzjoni deskritta mid-dokumentazzjoni vverifikata; (18)
‘dikjarazzjoni ta’ tlestija’ ifisser dikjarazzjoni
ta’ konferma maħruġa mill-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li r-riċiklaġġ
tal-bastiment tlesta f'konformità ma' dan ir-Regolament; (19)
‘ħaddiem’ ifisser kwalunkwe persuna li
tagħmel xogħol, kemm jekk b’mod regolari kif ukoll b’mod temporanju,
fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg inkluż il-persunal li jaħdem
għal sottokuntratturi; (20)
‘organizzazzjoni rikonoxxuta’ ifisser organizzazzjoni
rikonoxxuta f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[22].; 2. Għall-finijiet
tal-punt 11, il-paragrafu 1, persuna kompetenti tista’ tkun
ħaddiem imħarreġ jew ħaddiem maniġerjali li huwa
kapaċi jirrikonoxxi u jevalwa perikli fuq il-post tax-xogħol, riskji
u l-esponiment tal-ħaddiema għal materjali perikolużi potenzjali
jew kundizzjonijiet mhux sikuri f’faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti u li tkun kapaċi tispeċifika
l-protezzjoni neċessarja u l-prekawzjonijiet li għandhom
jittieħdu biex ikunu eliminati jew imnaqqsa dawk il-perikli, riskji jew
esponimenti. Mingħajr ħsara għad-Direttiva
Nru 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[23],
l-awtorità kompetenti tista’ tiddefinixxi kriterji xierqa għall-ħatra
ta’ dawn il-persuni u tista’ tiddetermina l-kompiti li għandhom ikunu
assenjati lilhom. Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament għandu
japplika għall-bastimenti li huma intitolati li jtajru bandiera ta’ Stat
Membru jew li joperaw taħt l-awtorità tiegħu. 2. Dan ir-Regolament ma
għandux japplika għal: (a)
kwalunkwe bastiment tal-gwerra, awżiljarju
navali jew bastiment ieħor proprjetà ta’ jew operat minn Stat Membru u
użat f'dak iż-żmien, għal servizz mhux kummerċjali
govermentali biss; (b)
bastimenti ta’ inqas minn 500 GT; (c)
bastimenti li joperaw tul il-ħajja
tagħhom f’ilmijiet suġġetti għas-sovranità jew
il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li l-bastiment huwa intitolat li jtajjar
il-bandiera tiegħu. Titolu II - bastimenti Artikolu 4 Kontroll ta’ materjali perikolużi 1. Għall-bastimenti kollha,
għandha tkun ipprojbita l-installazzjoni l-ġdida ta’ materjali li
jkun fihom l-asbestos jew bifenili poliklorinati, f’konformità mad-Direttiva
tal-Kunsill 96/59/KE[24]. 2. Installazzjonijiet ġodda
ta’ materjali li fihom sustanzi kkontrollati kif definiti fir-Regolament (KE)
Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill[25]
għandhom ikunu pprojbiti fuq il-bastimenti kollha. 3. L-installazzjoni ġdida
ta’ materjali li fihom aċidu perfluworoottansulfoniku (perfluorooctane
sulfonic acid (PFOS)) għandha tkun ipprojbita f’konformità mar-Regolament
(KE) Nru 757/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[26] 4. Kull Stat Membru għandu
jieħu l-miżuri kollha li ġejjin: (a)
jipprojbixxi jew jirristrinġi l-installazzjoni
jew l-użu tal-materjali perikolużi msemmija fil-paragrafi 1
sa 3 fuq il-bastimenti li huma intitolati li jtajru l-bandiera ta’ dak
l-Istat Membru jew li joperaw taħt l-awtorità tiegħu; (b)
jipprojbixxi jew jirristrinġi l-installazzjoni
jew l-użu ta’ dawn il-materjali fuq il-bastimenti filwaqt li dawn
il-bastimenti jkunu fil-portijiet, tarzni, tarzni tat-tiswija jew terminali lil
hinn mill-kosta; (c)
jiżgura b’mod effettiv li l-bastimenti
jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punti (a) u (b). Artikolu 5 Inventarju ta’ materjali perikolużi 1. Għandu jinżamm
abbord kull bastiment ġdid inventarju ta’ materjali perikolużi. 2. Għandu jkun stabbilit
inventarju ta’ materjali perikolużi qabel ma bastiment jintbagħat
għar-riċiklaġġ u l-inventarju għandu jinżamm
abbord. 3. Bastimenti eżistenti
rreġistrati taħt il-bandiera ta’ pajjiż terz u li japplikaw biex
ikunu rreġistrati taħt il-bandiera ta’ Stat Membru għandhom
jiżguraw li jinżamm abbord inventarju ta’ materjali perikolużi. 4. L-inventarju ta’ materjali
perikolużi għandu: (a)
ikun speċifiku għal kull bastiment; (b)
jipprovdi evidenza li l-bastiment jikkonforma
mal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni fuq l-installazzjoni jew l-użu ta’
materjali perikolużi skont l-Artikolu 4; (c)
jidentifika mill-inqas, il-materjali
perikolużi elenkati fl-Anness I u li jkunu jinsabu fl-istruttura jew
it-tagħmir tal-bastiment, il-lokalità u l-kwantitajiet approssimattivi
tagħhom . 5. Minbarra l-paragrafu 4,
għandu jkun imħejji pjan għall-bastimenti eżistenti li
jiddeskrivi l-verifika viżwali/kampjun li permezz tiegħu jiġi
żviluppat l-inventarju ta' materjali perikolużi. 6. L-inventarju ta’ materjali
perikolużi għandu jikkonsisti fi tliet partijiet: (a)
lista ta’ materjali perikolużi elenkati
fl-Anness I u li jkunu jinsabu fl-istruttura jew it-tagħmir
tal-bastiment, il-lokalità u l-kwantitajiet approssimattivi tagħhom
(Part I); (b)
lista tal-iskart preżenti abbord il-bastiment,
inkluż l-iskart iġġenerat matul l-operat tal-bastiment
(Parti II); (c)
lista ta’ mħażen abbord il-bastiment
ladarba tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar
ir-riċiklaġġ (Parti III). 7. Parti I tal-inventarju
ta’ materjali perikolużi għandha tkun miżmuma u
aġġornata kif xieraq matul il-ħajja operattiva tal-bastiment,
għandha tirrifletti l-installazzjonijiet ġodda li jkun fihom
materjali perikolużi elenkati fl-Anness I u tibdiliet rilevanti
fl-istruttura u t-tagħmir tal-bastiment. 8. Qabel
ir-riċiklaġġ, l-inventarju għandu, apparti l-Parti I
miżmuma u aġġornata kif xieraq, jinkorpora l-Parti II dwar
skart iġġenerat mill-operat u l-Parti III dwar
l-imħażen, u għandu jkun ivverifikat mill-Istat Membru li
l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu. 9. Il-Kummissjoni għandu
jingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont
l-Artikolu 26 dwar l-aġġornament tal-lista ta’ oġġetti
għall-inventarju ta’ materjali perikolużi fl-Anness I Artikolu 6 Preparazzjoni
għar-riċiklaġġ: rekwiżiti ġenerali 1. Is-sidien tal-bastimenti
għandhom jiżguraw li: (a)
qabel il-pubblikazzjoni tal-lista Ewropea,
il-bastimenti jkunu riċiklati biss f’faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fl-Unjoni jew fi
stat membru tal-OECD ; (b)
wara l-pubblikazzjoni tal-lista Ewropea,
il-bastimenti jkunu riċiklati biss f’faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi
fil-lista Ewropea; (c)
il-bastimenti jwettqu operazzjonijiet, fil-perjodu
qabel id-dħul fil-faċilità għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti, b'tali mod li jkun imminimizzat l-ammont ta' residwi ta'
merkanzija, iż-żejt mhux maħdum li jkun għad fadal u
l-iskart iġġenerat tal-bastiment li jkun baqa’ abbord; (d)
il-bastimenti jaġġornaw u jikkompletaw
l-inventarju ta’ materjali perikolużi f’konformità mal-Artikolu 5; (e)
il-bastimenti jkollhom ċertifikat ta’
bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ mill-Istat
Membru li jkunu qed itajru l-bandiera tiegħu qabel kwalunkwe attività ta’
riċiklaġġ. 2. Barra minn hekk, is-sidien
tal-bastimenti għandhom jiżguraw li tankers jaslu fil-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti bit-tankijiet tal-kargo u
kamra/kmamar tal-magni f’kundizzjoni li hija lesta
għaċ-ċertifikazzjoni bħala sikur għad-dħul u
sikur għal xogħol f’temperatura għolja. Artikolu 7 Pjan għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti 1. Pjan
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jkun speċifiku
għall-bastimenti għandu jkun żviluppat qabel kwalunkwe
riċiklaġġ ta' bastiment. 2. Il-pjan
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu: (a)
ikun żviluppat mill-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti b’kunsiderazzjoni
għall-informazzjoni pprovduta mis-sid tal-bastiment skont il-punt (b)
tal-Artikolu 9(3); (b)
jinkiteb bil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż
li jawtorizza l-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastiment
u meta l-lingwa użata ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew
l-Ispanjol, il-Pjan għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti
għandu jkun tradott f’waħda minn dawk il-lingwi; (c)
jinkludi informazzjoni dwar l-istabbiliment,
il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-kriterji sikur għad-dħul
u sikur għal xogħol f’temperatura għolja, u informazzjoni
neċessarja oħra; (d)
jinkludi informazzjoni dwar it-tip u l-ammont ta’
materjali u skart perikolużi ġġenerati
mir-riċiklaġġ tal-bastiment speċifiku, inklużi dawk
il-materjali identifikati fl-inventarju ta’ materjali perikolużi u kif
dawn il-materjali u l-iskart perikolużi se jkunu mmaniġġjati
fil-faċilità kif ukoll f’faċilitajiet sussegwenti
għall-immaniġġjar tal-iskart; (e)
meta tintuża iktar minn faċilità
waħda għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandhom
ikunu identifikati l-faċilitajiet għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti li għandhom jintużaw u jkunu speċifikati
l-attivitajiet tar-riċiklaġġ u l-ordni li fihom iseħħu
f’kull faċilità awtorizzata għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti. Artikolu 8 Stħarriġiet 1. Għandhom isiru
stħarriġiet minn uffiċjali tal-amministrazzjoni jew minn
organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f’isem l-amministrazzjoni. 2. Il-bastimenti għandhom
ikunu suġġetti għall-istħarriġiet li ġejjin: (a)
stħarriġ inizjali; (b)
stħarriġ ta’ tiġdid; (c)
stħarriġ addizzjonali; (d)
stħarriġ finali; 3. L-istħarriġ
inizjali għandu jsir qabel il-bastiment jibda s-servizz jew qabel
jinħareġ iċ-ċertifikat tal-inventarju. L-uffiċjali li
jagħmlu l-istħarriġ għandhom jivverifikaw li Parti I
tal-inventarju ta’ materjali perikolużi tikkonforma mar-rekwiżiti ta’
dan ir-Regolament. 4. L-istħarriġ ta’
tiġdid għandu jsir f’intervalli speċifikati
mill-amministrazzjoni li madanakollu ma għandhomx jaqbżu l-ħames
snin. L-uffiċjali li jagħmlu l-istħarriġ għandhom
jivverifikaw li Parti I tal-inventarju ta’ materjali perikolużi
tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. 5. L-istħarriġ
addizzjonali, kemm ġenerali jew parzjali, jista’ jsir fuq talba tas-sid
tal-bastiment wara li jsiru tibdil, sostituzzjoni, u tiswija sinifikanti
tal-istruttura, tat-tagħmir, tas-sistemi, tal-fittings,
tal-arranġamenti u l-materjal. L-uffiċjali li jagħmlu dan
l-istħarriġ għandhom jiżguraw li kwalunkwe bidla,
sostituzzjoni jew tiswija sinifikanti bħal din tkun saret b’mod li
jippermetti li l-bastiment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan
ir-Regolament, u għandhom jivverifikaw li Parti I tal-inventarju dwar
materjali perikolużi kienet emendata kif xieraq. 6. L-istħarriġ finali
għandu jsir qabel ma l-bastiment jitwaqqaf mis-servizz u qabel ma jibda
r-riċklaġġ tal-bastiment. L-uffiċjali li jagħmlu
l-istħarriġ għandhom jivverifikaw li: (a)
l-inventarju ta’ materjali perikolużi
jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; (b)
il-pjan għar-riċiklaġġ
tal-bastiment jirrifletti b’mod xieraq l-informazzjoni inkluża
fl-inventarju ta’ materjali perikolużi; (c)
il-pjan għar-riċiklaġġ
tal-bastiment jinkludi l-informazzjoni li ġejja: (1)
l-istabbiliment, il-manutenzjoni u
l-monitoraġġ ta’ kriterji sikuri għad-dħul u sikuri
għal xogħol f’temperatura għolja; (2)
it-trattament ta’ materjali u skart perikolużi
ġġenerati mir-riċiklaġġ tal-bastiment speċifiku
fil-faċiltà għar-riċiklaġġ tal-bastimenti kif ukoll fi
kwalunkwe faċilità għat-trattament tal-iskart awtorizzata; (d)
hemm kuntratt bejn is-sid tal-bastiment u
l-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastiment li jikkonforma
mal-Artikolu 9; (e)
il-faċilità għar-riċiklaġġ
tal-bastiment fejn il-bastiment għandu jkun riċiklat hija
inkluża fil-lista Ewropea. 7. Għall-bastimenti
eżistenti maħsuba biex jiġu żarmati, l-istħarriġ
inizjali u l-istħarriġ finali għandhom isiru fl-istess ħin.
Artikolu 9 Kuntratt bejn is-sid tal-bastiment u
l-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastiment 1. Is-sid tal-bastiment u
l-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastiment li
jissodisafaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 għandhom
jagħmlu kuntratt fir-rigward ta’ kwalunkwe bastiment li jeħtieġ
li jkun riċiklat. 2. Il-kuntratt għandu jkun
effettiv mill-inqas miż-żmien tat-talba
għall-istħarriġ finali msemmi fl-Artikolu 8(1)(d) u sakemm
jitlesta r-riċiklaġġ. 3. Il-kuntratt għandu
jinkludi l-obbligi li ġejjin għas-sid tal-bastiment: (a)
li japplika r-rekwiżiti ġenerali
għall-preparazzjoni tar-riċiklaġġ imsemmi
fl-Artikolu 6; (b)
li jipprovdi l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti bl-informazzjoni kollha
rilevanti dwar il-bastiment neċessarja għall-iżvilupp tal-pjan
għar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġ skont
l-Artikolu 7; (c)
li jieħu lura l-bastiment qabel il-bidu
tar-riċiklaġġ jew wara l-bidu tar-riċiklaġġ, fejn
ikun teknikament fattibbli, fil-każ li l-kontenut ta’ materjali
perikolużi abbord ma jikkorrespondix b’mod sostanzjali mal-inventarju ta’
materjali perikolużi u ma jippermettix ir-riċiklaġġ adegwat
tal-bastiment. 4. Il-kuntratt għandu
jinkludi l-obbligi li ġejjin għall-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastiment. (a)
li tiżviluppa, b’kollaborazzjoni mas-sid
tal-bastiment, pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment
speċifiku għall-bastiment f’konformità mal-Artikolu 7; (b)
li tirrapporta l-bidu previst
tar-riċiklaġġ tal-bastiment lis-sid tal-bastiment f’konformità
mal-formola stipulata fl-Anness II; (c)
li tipprojbixxi l-bidu ta’ kwalunkwe
riċiklaġġ tal-bastiment qabel ma jkun ippreżentat
ir-rapport imsemmi fil-punt (b); (d)
meta tkun qed tippjana li tirċievi bastiment
għar-riċiklaġġ, li tinnotifika bil-miktub mill-inqas 14-il
ġurnata qabel il-bidu previst tar-riċiklaġġ
lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bl-intenzjoni
tar-riċiklaġġ tal-bastiment ikkonċernat: (i) l-isem tal-Istat li l-bastiment huwa
intitolat li jtajjar il-bandiera tiegħu; (ii) id-data li fiha l-bastiment kien
irreġistrat ma’ dak l-Istat; (iii) in-numru tal-identifikazzjoni tal-bastiment
(numru IMO); (iv) in-numru tal-buq fuq kunsinna ta’
kostruzzjoni ġdida; (v) l-isem u t-tip tal-bastiment; (vi) il-port li fih il-bastiment huwa
rreġistrat; (vii) l-isem u l-indirizz tas-sid tal-bastiment
kif ukoll is-sid irreġistrat tal-IMO; (viii) l-isem u l-indirizz tal-kumpanija kif
ukoll in-numru tal-identifikazzjoni IMO tal-kumpanija; (ix) l-isem tas-soċjetà (soċjetajiet)
tal-klassifikazzjoni kollha li magħha/magħhom il-bastiment huwa
kklassifikat; (x) il-karatteristiċi ewlenin tal-bastiment
(Tul kumplessiv (LOA), Wisgħa (Iffurmata), Fond (Iffurmat), Piż
ħafif, Tunnellaġġ gross u nett, tip ta’ magna u
klassifikazzjoni); (xi) inventarju ta’ materjali perikolużi kif
ukoll (xii) abbozz ta’ pjan
għar-riċiklaġġ tal-bastiment; (e)
li titrasferixxi l-iskart kollu ġġenerat
fil-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti
f’faċilitajiet għat-trattament tal-iskart biss li huma awtorizzati
mill-awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu t-trattament u r-rimi tiegħu
b’mod li jkun sikur u li jħares l-ambjent; (f)
meta jkun lest ir-riċiklaġġ parzjali
jew totali ta’ bastiment f’konformità ma’ dan ir-Regolament, li tirrapporta
t-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment lis-sid tal-bastiment
f’konformità mal-format stipulat fl-Anness III. 5. Il-Kummissjoni għandu
jingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont
l-Artikolu 26 dwar l-aġġornament tal-forma tar-rapport tal-bidu
previst tar-riċiklaġġ stipulat fl-Anness II. 6. Il-Kummissjoni għandu
jingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont
l-Artikolu 26 dwar l-aġġornament tal-forma tar-rapport
tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment stipulata
fl-Anness III. Artikolu 10 Ħruġ u approvazzjoni ta’
ċertifikati 1. Wara t-tlestija ta’
stħarriġ inizjali jew stħarriġ ta’ tiġdid jew ta’
stħarriġ addizzjonali li jsir wara talba mis-sid tal-bastiment, Stat
Membru għandu joħroġ ċertifikat ta’ inventarju f’konformità
mal-format stipulat fl-Anness IV. Dan iċ-ċertifikat għandu
jkun issupplimentat bil-Parti I tal-inventarju ta’ materjali perikolużi. Il-Kummissjoni għandu jingħatalha
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 26 dwar l-aġġornament
tal-forma taċ-ċertifikat tal-inventarju stipulat fl-Anness IV. 2. Wara t-tlestija
b’suċċess tal-istħarriġ finali, f’konformità
mal-Artikolu 8(6), l-amministrazzjoni għandha toħroġ
ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ
f’konformità mal-forma stipulata fl-Anness V. Dan iċ-ċertifikat
għandu jkun issupplimentat b’inventarju ta’ materjali perikolużi u
l-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti. 3. Il-Kummissjoni għandu
jingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità
mal-Artikolu 26 dwar l-aġġornament tal-forma
taċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ
stipulat fl-Anness V. Ċertifikat ta’ bastiment lest
għar-riċiklaġġ maħruġ wara stħarriġ li
jsir skont il-paragrafu 2 għandu jkun aċċettat mill-Istati
Membri l-oħra u għandu jitqies għall-finijiet ta’ dan
ir-Regolament bħala li għandu l-istess validità ta’ ċertifikat
maħruġ minhom. 4. Iċ-ċertifikat ta’
bastiment lest għar-riċiklaġġ għandu jkun
maħruġ u approvat jew mill-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni
rikonoxxuta awtorizzata b’mod xieraq minnha. Artikolu 11 Tul u validità ta’ ċertifikati 1. Ċertifikat ta’
inventarju għandu jinħareġ għal perjodu speċifikat
mill-amministrazzjoni, li ma għandux jaqbeż il-ħames snin. 2. Ċertifikat ta’
inventarju maħruġ skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament ma
għandux jibqa’ validu fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li
ġejjin: (a)
meta l-kundizzjoni tal-bastiment ma tikkorrispondix
b’mod sostanzjali mad-dettalji taċ-ċertifikat, inkluż meta l-Parti I
tal-inventarju ta’ materjali perikolużi ma tkunx miżmuma u
aġġornata kif xieraq, biex tirrifletti l-bidliet fl-istruttura u
t-tagħmir tal-bastiment; (b)
meta l-istħarriġ imġedded ma
jitlestiex fl-intervalli speċifikati mill-amministrazzjoni, li iżda
ma jaqbżux il-ħames snin; (c)
meta ċ-ċertifikat la jkun
inħareġ u lanqas approvat f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dan
ir-Regolament. 3. Ċertifikat ta’ bastiment
lest għar-riċiklaġġ maħruġ skont
l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament ma għandux jibqa’ validu jekk il-kundizzjoni
tal-bastiment ma tikkorrespondix sostanzjalment mad-dettalji
taċ-ċertifikat. 4. Ċertifikat ta’ bastiment
lest għar-riċiklaġġ għandu jinħareġ
mill-amministrazzjoni għal perjodu mhux itwal minn tliet xhur.
Iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ
jista' jiġi estiż mill-amministrazzjoni jew minn kwalunkwe
organizzazzjoni rikonoxxuta oħra awtorizzata minnha għal
vjaġġ dirett minn punt sa punt lejn il-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Titolu iii – Faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti Artikolu 12 Rekwiżiti għall-faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti Il-bastimenti għandhom ikunu
riċiklati biss f’faċilitajiet għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti li kienu inklużi fil-lista Ewropea. Sabiex tkun inkluża fil-lista Ewropea,
faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha
tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: (a)
għandha tkun ddisinjata, mibnija u operata
b’mod sikur u li jħares l-ambjent; (b)
għandha tistabbilixxi sistemi ta’
mmaniġġjar u monitoraġġ, proċeduri u tekniki li ma
jikkaġunawx riskji għas-saħħa lill-ħaddiema
tagħhom jew lill-popolazzjoni fil-viċinat tal-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti u jipprevjenu, inaqqsu,
jimminimizzaw u sa limitu prattikabbli jeliminaw impatti negattivi fuq l-ambjent
ikkawżat mir-riċiklaġġ tal-bastimenti; (c)
tevita impatti negattivi fuq is-saħħa
tal-bniedem u fuq l-ambjent; (d)
tiżviluppa u tapprova pjan
għall-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti; (e)
tistabbilixxi u żżomm pjan ta’
tħejjija u reazzjoni f’każ ta’ emerġenza; (f)
tipprovdi s-sikurezza u t-taħriġ
tal-ħaddiema, inkluż li tiżgura l-użu ta’ tagħmir
protettiv personali għall-operazzjonijiet li jirrikjedu dan l-użu; (g)
tistabbilixxi rekords dwar inċidenti,
aċċidenti, mard relatat mal-post tax-xogħol u effetti
kroniċi u, jekk tintalab mill-awtoritajiet kompetenti, tirraporta
kwalunkwe inċident, aċċident, mard relatat mal-post
tax-xogħol jew effetti kroniċi li jikkawżaw jew li għandhom
potenzjal li jikkawżaw riskji għas-sikurezza tal-ħaddiema,
għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent; (h)
tiżgura mmaniġġjar sikur u li
jħares l-ambjent ta’ materjali perikolużi; (i)
tkun awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti
tagħha biex twettaq l-operazzjonijiet tagħha; (j)
tiżgura aċċess għal
tagħmir ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza bħal tagħmir
u vetturi għat-tifi tan-nar, ambulanzi u krejns fiż-żoni kollha
tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastiment; (k)
tiżgura t-trażżin tal-materjali
perikolużi kollha preżenti abbord bastiment matul il-proċess
tar-riċiklaġġ sabiex ikun evitat kwalunkwe rilaxx ta’ dawn
il-materjali perikolużi fl-ambjent u b’mod partikolari fiż-żoni
intermareali; (l)
turi li tista’ tikkontrolla kwalunkwe tnixxija,
b’mod partikolari fiż-żoni intermareali; (m)
titratta l-materjali perikolużi u l-iskart
biss fuq artijiet impermeabbli b’sistemi ta’ drenaġġ effettivi; (n)
tiżgura li l-iskart kollu ġġenerat
mill-attività ta’ riċiklaġġ huwa trasferit biss
f’faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart awtorizzati li
jagħmlu t-trattament u r-rimi tiegħu mingħajr ma jipperikolaw
is-saħħa tal-bniedem u b’mod li jħares l-ambjent. Għall-finijiet tal-punt (n), jista’ jkun
preżunt immaniġġjar li jħares l-ambjent fir-rigward
tal-operazzjoni kkonċernata tal-irkupru tal-iskart jew ir-rimi
tiegħu, fejn il-faċilità għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti tista’ turi li l-faċilità għall-immaniġġjar
tal-iskart li tirċievi l-iskart se tkun operata f’konformità
mal-istandards tas-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent li
huma ekwivalenti għall-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni. Artikolu 13 Evidenza li għandha tkun ipprovduta
mill-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti Il-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha tipprovdi
evidenza li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12
sabiex isir ir-riċiklaġġ tal-bastiment u sabiex tkun
inkluża fil-lista Ewropea. B’mod partikolari, il-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandha: (1)
tidentifika l-permess, il-liċenzja jew
l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tagħha sabiex
twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u tispeċifika
l-limitazzjonijiet tad-daqs (tul massimu, wisgħa u piż ħafif)
tal-bastimenti li hija awtorizzata li tirriċikla kif ukoll kwalunkwe
limitazzjoni applikabbli; (2)
tiċċertifika li,
għar-riċiklaġġ, se taċċetta biss bastimenti li
jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru Ewropew f’konformità
mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; (3)
Tipprovdi evidenza li l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti hija kapaċi
tistabbilixxi, żżomm u timmonitorja l-kriterji sikur għal
xogħol f’temperatura għolja u sikur għad-dħul, matul
il-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti; (4)
tehmeż mappa tal-konfini tal-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti u l-lokalità
tal-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti fiha; (5)
għal kull materjal imsemmi fl-Anness I u
l-materjal perikoluż addizzjonali li jista’ jkun parti mill-istruttura ta’
bastiment, għandha tispeċifika: (a)
jekk il-faċilità hix awtorizzata twettaq
it-tneħħija tal-materjal perikoluż. F’dan il-każ,
il-persunal responsabbli awtorizzat biex iwettaq it-tneħħija għandu
jkun identifikat u għandha tkun ipprovduta l-evidenza tal-kompetenza
tiegħu; (b)
liema proċess għall-immaniġġjar
tal-iskart se jkun applikat fil-faċilità: l-inċinerazzjoni,
il-landfilling jew xi metodu ieħor tat-trattament tal-iskart, u
għandha tipprovdi evidenza li l-proċess applikat se jitwettaq b’mod
partikolari mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u
mingħajr ma jagħmel ħsara lill-ambjent: (i) mingħajr riskju għall-ilma,
l-arja, il-ħamrija, il-pjanti u l-annimali; (ii) mingħajr ma jikkawża
inkonvenjent permezz ta’ storbju jew irwejjaħ; (iii) mingħajr ma jaffettwa b’mod
negattiv il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali; (c)
liema proċess ta’ immaniġġjar
tal-iskart se jkun applikat jekk il-materjali perikolużi huma maħsuba
għal faċilità tat-trattament tal-iskart sussegwenti barra
mill-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti.
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta fir-rigward ta’ kull
faċilità sussegwenti għat-trattament tal-iskart. (i) l-isem u l-indirizz tal-faċilità
għat-trattament tal-iskart; (ii) evidenza li l-faċilità
għat-trattament tal-iskart hija awtorizzata biex titratta l-materjal
perikoluż; (iii) deskrizzjoni tal-proċess
għat-trattament tal-iskart; (iv) evidenza li l-proċess
tat-trattament tal-iskart se jiżgura li jitwettaq mingħajr ma
jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jagħmel
ħsara lill-ambjent, b’mod partikolari: –
mingħajr riskju għall-ilma, l-arja,
il-ħamrija, il-pjanti u l-annimali; –
mingħajr ma jikkawża inkonvenjent permezz
ta’ storbju jew irwejjaħ; –
mingħajr ma jaffettwa b’mod negattiv
il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali. Artikolu 14 Awtorizzazzjoni ta’ faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru 1. L-awtoritajiet kompetenti
għandhom jawtorizzaw faċilitajiet għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti li jinsabu fit-territorju tagħhom u li jikkonformaw
mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 biex iwettqu
r-riċiklaġġ ta’ bastiment. Dik l-awtorizzazzjoni tista’
tingħata lill-faċilitajiet rispettivi
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għal perjodu massimu ta’
ħames snin. 2. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu u jaġġornaw lista tal-faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jkunu awtorizzaw skont
il-paragrafu 1. 3. Il-lista msemmija
fil-paragrafu 2 għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni
mingħajr dewmien u mhux iktar tard minn sena mid-data tad-dħul
fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. 4. Meta faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti ma tibqax tikkonforma
mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12, l-Istat Membru għandu
jirtira l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastiment kkonċernata u għandu
jinforma lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien. 5. Meta faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti tkun ġiet awtorizzata
skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni
dwar dan mingħajr dewmien. Artikolu 15 Faċilitajiet
għar-riċiklaġġ ta’ bastimenti li jinsabu barra mill-Unjoni 6. Kumpanija
tar-riċiklaġġ li tinsab barra mill-Unjoni u li tixtieq
tirriċikla bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, għandha
tressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-inklużjoni
tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti tagħha
fil-Lista Ewropea. 7. Dik it-talba għandha
tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn
meħtieġa skont l-Artikolu 13 u l-Anness VI li dik
il-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti tikkonforma
mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12. Il-Kummissjoni għandu jingħatalha
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 26 dwar l-aġġornament
tal-forma tal-identifikazzjoni tal-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti ipprovduta fl-Anness VI. 8. Billi japplikaw
għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea, il-faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti aċċettaw
il-possibbiltà li jkunu suġġetti għal spezzjoni fuq is-sit
mill-Kummissjoni jew l-aġenti li jaġixxu f’isimha qabel jew wara
l-inklużjoni tagħhom fil-lista Ewropea sabiex tiġi vverifikata
l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12. 9. Abbażi tal-valutazzjoni
tal-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn ipprovduta f’konformità
mal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi permezz ta’
att ta’ implimentazzjoni jekk tinkludix faċilità għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti li tinsab barra l-Unjoni fil-lista Ewropea. Dawk l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura
ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 27. Artikolu 16 Stabbiliment u aġġornament
tal-lista Ewropea 1. Il-Kummissjoni għandha
tistabbilixxi permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità
mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 27, Lista
Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti
li: (a)
jinsabu fl-Unjoni u kienu nnotifikati mill-Istati
Membri f’konformità mal-Artikolu 14(3); (b)
jinsabu barra l-Unjoni u li l-inklużjoni
tagħhom kienet deċiża f’konformità mal-Artikolu 15(4). 2. Il-lista Ewropea għandha
tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u
fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni mhux iktar tard minn 36 xahar
mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. 3. Ladarba tkun adottata,
il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista Ewropea regolarment
permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’
eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 27: (a)
biex tinkludi faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti fil-lista Ewropea fi
kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet: (i) meta tkun ġiet awtorizzata f’konformità
mal-Artikolu 13; (ii) meta l-inklużjoni tagħha fil-lista
Ewropea tkun ġiet deċiża f’konformità mal-Artikolu 15(4); (b)
biex tneħħi faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti mil-lista Ewropea fi
kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet: (1)
meta l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti ma tikkonformax iktar
mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12; (2)
meta l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti tkun ġiet inkluża
fil-lista għal iktar minn ħames snin u ma tkunx provdiet evidenza li
għadha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12 4. L-Istati Membri għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tista’ tkun rilevanti
fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista Ewropea. Il-Kummissjoni
għandha tressaq l-informazzjoni rilevanti kollha lill-Istati Membri
l-oħra. Titolu IV – Dispożizzjonijiet
amministrattivi ġenerali Artikolu 17 Lingwa Iċ-ċertifikat ta’ inventarju u
ċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ
għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru emittenti u
meta l-lingwa użata ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew
l-Ispanjol, għandhom ikunu tradotti f’waħda minn dawk il-lingwi. Artikolu 18 Ħatra
ta’ awtoritajiet kompetenti L-Istati Membri għandhom jaħtru
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan
ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk
il-ħatriet. Artikolu 19 Ħatra ta’ persuni ta’ kuntatt 1. L-Istati Membri u
l-Kummissjoni għandhom kull wieħed jaħtru persuna ta’ kuntatt
waħda jew iktar responsabbli biex tinforma jew toffri konsulenza
lill-persuni naturali jew legali li jagħmlu d-domandi. Il-persuna ta’
kuntatt tal-Kummissjoni għandha tressaq lill-persuni ta’ kuntatt
tal-Istati Membri kwalunkwe mistoqsija li tkun waslet li tikkonċerna lil
dawn tal-aħħar u viċi versa. 2. L-Istati Membri għandhom
jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-ħatra ta’ persuni ta’ kuntatt. Artikolu 20 Laqgħat tal-persuni ta’ kuntatt Il-Kummissjoni għandha, jekk tintalab
mill-Istati Membri u meta tqis li huwa xieraq, perjodikament torganizza
laqgħa tal-persuni ta’ kuntatt biex tiddiskuti kwistjonijiet li
jinqalgħu bl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-partijiet
ikkonċernati rilevanti għandhom ikunu mistiedna għal dawn
il-laqgħat, fejn l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni jaqblu li dan huwa
xieraq. Titolu V – Rappurtar u
infurzar Artikolu 21 Rekwiżiti ta' notifika u rappurtar
għas-sidien tal-bastimenti Sid ta’ bastiment għandu: (a)
jinnotifika lill-amministrazzjoni bil-miktub
mill-inqas 14-il ġurnata qabel il-bidu previst
tar-riċiklaġġ bl-intenzjoni tar-riċiklaġġ
tal-bastiment sabiex l-amministrazzjoni tkun tista’ tipprepara
għall-istħarriġ u ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa
minn dan ir-Regolament; (b)
jitrażmetti lill-amministrazzjoni r-rapport
tal-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment stabbilit
mill-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti kif
meħtieġ skont l-Artikolu 9(4)(b); (c)
jitrażmetti lill-amministrazzjoni r-rapport
tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment stabbilita
mill-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti kif
meħtieġ skont l-Artikolu 9(4)(f); Artikolu 22 Rapporti mill-Istati Membri 1. Kull Stat Membru għandu
jibgħat lill-Kummissjoni rapport li jinkludi l-informazzjoni li
ġejja: (a)
lista ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera
tagħhom li għalihom inħareġ ċertikat ta’ inventarju u
l-isem tal-kumpanija tar-riċiklaġġ u l-lokalità
tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastiment kif jidher
fiċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ; (b)
lista ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera
tagħhom li għalihom tkun waslet dikjarazzjoni ta’ tlestija; (c)
informazzjoni rigward riċiklaġġ
illegali u azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa mill-Istat Membru. 2. Kull Stat Membru għandu
jitrażmetti r-rapport sal-31 ta’ Diċembru 2015 u kull
sentejn wara. 3. Ir-rapporti għandhom
jitressqu lill-Kummissjoni b’mod elettroniku. Artikolu 23 Infurzar fl-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li huma applikabbli penali effettivi, proporzjonati u
dissważivi għall-bastimenti li: (d)
ma għandhomx abbord l-inventarju ta’ materjali
perikolużi meħtieġ skont l-Artikoli 5 u 28; (e)
intbagħtu għar-riċiklaġġ
mingħajr ma jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali
għall-preparazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6; (f)
intbagħtu għar-riċiklaġġ
mingħajr ċertifikat ta’ inventarju meħtieġ skont
l-Artikolu 6; (g)
intbagħtu għar-riċiklaġġ
mingħajr ċertifikat ta’ bastiment lest
għar-riċiklaġġ meħtieġ skont l-Artikolu 6; (h)
intbagħtu għar-riċiklaġġ
mingħajr notifikazzjoni lill-amministrazzjoni bil-miktub kif
meħtieġ skont l-Artikolu 21; (i)
kienu riċiklati b’mod li ma kienx jikkonforma
mal-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġ
skont l-Artikolu 7. 2. Il-penali għandhom ikunu
effettivi, proporzjonati u dissważivi. B’mod partikolari, meta bastiment
jintbagħat f’faċilità għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti li mhix inkluża fil-lista Ewropea, il-penali applikabbli
għandhom, bħala minimu, jikkorrispondu għall-prezz imħallas
lis-sid tal-bastiment għall-bastiment tiegħu. 3. L-Istati Membri għandhom
jikkooperaw b’mod bilaterali jew multilaterali ma’ xulxin sabiex
jiffaċilitaw il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ evażjoni
potenzjali jew ksur ta’ dan ir-Regolament. 4. L-Istati Membri għandhom
jaħtru dawk il-membri tal-persunal permanenti tagħhom responsabbli
għall-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dik l-informazzjoni
għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, li għandha tqassam lista
kkumpilata lil dawk il-membri. 5. Meta bastiment jinbiegħ
u f’inqas minn sitt xhur wara li jinxtara, jintbagħat
għar-riċiklaġġ f’faċilità li mhix inkluża
fil-lista Ewropea, il-penali għandhom ikunu: (a)
imposti b’mod konġunt lill-aħħar sid
u lil dak ta’ qabel tal-aħħar jekk il-bastiment ikun għadu
jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru Ewropew; (b)
imposti biss lis-sid ta’ qabel tal-aħħar
jekk il-bastiment ma għadux itajjar il-bandiera ta’ Stat Membru Ewropew. 6. Eżenzjonijiet
għall-penali msemmija fil-paragrafu 5 jistgħu jkunu introdotti
mill-Istati Membri fil-każ meta s-sid tal-bastiment ma jkunx biegħ
il-bastiment tiegħu bl-intenzjoni li jirriċiklah. F’dak il-każ,
l-Istati Membri għandhom jitolbu evidenza li ssostni l-allegazzjoni
tas-sid tal-bastiment inkluża kopja tal-kuntratt ta’ bejgħ. 7. L-Istati Membri għandhom
jinnotifikaw b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali
tagħhom relatata mal-infurzar ta’ dan ir-Regolament u l-penali
applikabbli. Artikolu 24 Talba għal azzjoni 1. Persuni naturali jew legali
affettwati jew li probabbilment jiġu affettwati minn ksur ta’ dan
ir-Regolament jew li għandhom interess suffiċjenti fit-teħid ta’
deċiżjonijiet ambjentali dwar il-ksur tar-Regolament, jew,
alternattivament l-allegazzjoni tan-nuqqas ta’ dritt, meta liġi
proċedurali amministrattiva ta’ Stat Membru tirrikjedi dan bħala
prekundizzjoni, għandhom ikunu intitolati biex jissottomettu lill-persuni
ta’ kuntatt ta’ Stat Membru kwalunkwe osservazzjoni dwar il-ksur ta’ dan
ir-Regolament jew theddida imminenti ta’ dan il-ksur li huma konxji tiegħu
u għandhom ikunu intitolati biex jitolbu lill-awtorità kompetenti biex
tieħu azzjoni skont dan ir-Regolament. L-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux
governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa
r-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali għandu jkun meqjus
suffiċjenti għall-finijiet tal-interess suffiċjenti fit-teħid
ta’ deċiżjonijiet ambjentali relatati mal-ksur tar-Regolament. Dawn
l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet
li kapaċi jitnaqqsu għall-iskop ta’ allegazzjoni tal-ksur ta’ dritt,
meta liġi proċedurali amministrattiva ta’ Stat Membru tirrikjedi dan
bħala prekundizzjoni. 2. It-talba għal azzjoni
għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-dejta rilevanti li
ssostni l-osservazzjonijiet imressqa b’relazzjoni għall-ksur
tar-Regolament inkwistjoni. 3. Meta t-talba għal azzjoni
u l-osservazzjonijiet li jakkumpanjawha juru b’mod plawsibbli li jeżisti
ksur tar-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra kwalunkwe
osservazzjoni u talba għal azzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi,
l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-kumpanija
tar-riċiklaġġ opportunità biex tagħmel l-opinjonijiet
tagħha magħrufa fir-rigward tat-talba għal azzjoni u
l-osservazzjonijiet li jakkumpanjawha. 4. L-awtorità kompetenti
għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ, f’konformità
mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, tinforma
lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 li ressqu l-osservazzjonijiet
lill-awtorità, dwar id-deċiżjoni tagħha li taċċetta
jew tirrifjuta t-talba għal azzjoni u għandha tipprovdi
r-raġunijiet għaliha. 5. L-Istati Membri jistgħu
jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 4 għal
każijiet ta’ ksur imminenti ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 25 Aċċess
għall-ġustizzja 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 24(1) għandu jkollhom
aċċess għal qorti jew entità pubblika oħra indipendenti u
imparzjali biex tirrevedi l-legalità proċedurali u sostantiva
tad-deċiżjonijiet, azzjonijiet jew nuqqas ta' teħid ta’ azzjoni
tal-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament. 2. Dan ir-Regolament għandu
jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni
tal-liġi nazzjonali li tirregola aċċess
għall-ġustizzja u li jirrikjedu li l-proċeduri ta’
reviżjoni amministrattivi jkunu eżawriti qabel ir-rikors għal
proċeduri preġudizzjarji. Titolu vi –
dispożizzjonijiet finali Artikolu 26 Eżerċizzju tad-delegazzjoni 1. Il-Kummissjoni ngħatat
is-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-kundizzjonijiet stipulati
f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li jkunu
adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 5, 9, 10 u 15 għandha
tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien
indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. 3. Id-delegazzjoni
tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe
ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’
revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata
f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ
fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data wara speċifikata fiha. Ma
għandhix taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà
jinsab fis-seħħ. 4. Meta tadotta att iddelegat,
il-Kummissjoni għandha tinnotifika b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont
il-paragrafu 2 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jesprimu ebda oġġezzjoni fi
żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u
l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament u
l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se
joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn wara
l-inizjattiva tal-Parlament Ewroew u tal-Kunsill. Artikolu 27 Proċedura ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha
tkun assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal
dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. Artikolu 28 Dispożizzjoni
tranżizzjonali 1. Għandu jkun stabbilit
inventarju ta’ materjali perikolużi għall-bastimenti kollha mhux
iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan
ir-Regolament. 2. L-Istati Membri jistgħu,
qabel il-pubblikazzjoni tal-lista Ewropea, jawtorizzaw
ir-riċiklaġġ tal-bastimenti f’faċilitajiet li jinsabu barra
l-Unjoni sakemm ikun hemm verifikazzjoni li l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti tikkonforma
mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12 abbażi ta’ informazzjoni
pprovduta mis-sid tal-bastiment, il-faċilità għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti jew akkwistata b’mezzi oħra. Artikolu 29 Emenda għar-Regolament (KE)
Nru 1013/2006 Fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE)
Nru 1013/2006, għandu jiżdied il-punt li ġej: ‘(i) Bastimenti
li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XX [daħħal
it-titlu sħiħ ta’ dan ir-Regolament](*). ________________ (*) ĠU L
[…], […], p. [..]' Artikolu 30 Reviżjoni Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan
ir-Regolament mhux iktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ
tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong. Din ir-reviżjoni għandha tqis
l-inklużjoni ta’ faċilitajiet awtorizzati mill-Partijiet
għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti sabiex ikun evitat
xogħol doppju u piż amministrattiv. Artikolu 31 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fit-365 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I
LISTA TA' OĠĠETTI GĦALL-INVENTARJU TA' MATERJALI PERIKOLUŻI 1. Materjali li fihom l-asbestos 2. Sustanzi li jnaqqsu s-saff
tal-ożonu: sustanzi kkontrollati definiti fl-Artikolu 1(4)
tal-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, elenkati
fl-Annessi A, B, C jew E għal dak il-Protokoll fis-seħħ
fiż-żmien l-applikazzjoni jew interpretazzjoni ta’ dan l-Anness.
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jistgħu jinstabu abbord
bastiment, iżda mhumiex limitati għal: ·
Alon 1211 ·
Bromoklorodifluworometan Halon Alon 1301
Bromotrifluworometan Alon 2402 1,2 Dibromo – 1,1,2,2 Tetrafloroetan
(magħruf ukoll bħala Alon 114B2) ·
CFC-11 Triklorofluworometan CGC-12
Diklorofluworometan CFC-113 1,1,2, - Trikloro – 1,2,2- Trifluworoetan ·
CFC-114 1,2 Dikloro-1,1,2,2 – tetrafluworoetan
CFC-115 Kloropentafluworoetan 3. Materjali li fihom Bifenili
Polyklorinati (PCB) 4. Komposti anti-fouling u
sistemi rregolati skont l-Anness I għall-Konvenzjoni Internazzjonali
dwar il-Kontroll ta’ Sistemi Anti-fouling Perikolużi fuq Bastimenti
(il-Konvenzjoni AFS) 5. Materjali li fihom aċidu
perfluworoottansulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS) 6. Kadmju u Komposti tal-Kadmju 7. Kromju Eżavalenti u
Komposti tal-Kromju Eżavalenti 8. Ċomb u Komposti
taċ-Ċomb 9. Merkurju u Komposti tal-Merkurju 10. Bifenil Polibromurat (PBBs) 11. Eteri tad-difenil
polibromurati (PBDEs) 12. Naftalini poliklorinati (iktar
minn 3 atomi tal-kloru) 13. Sustanzi radjoattivi 14. Ċerti Paraffini Klorinati
short-chain (Alkani, C10-C13, kloro) 15. Ritardanti tal-fjammi
bbrominati (HBCDD) ANNESS II
FORMOLA TA' RAPPORT TA’ BIDU PREVIST TA' RIĊIKLAĠĠ TA’ BASTIMENT Il-…………………………….. (Isem il-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti) li
tinsab fi …………………………… (L-indirizz
sħiħ tal-faċiltà għar-riċiklaġġ
tal-bastimenti) inkluża fil-lista Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE)
Nru XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ..... dwar
ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u awtorizzata li twettaq
ir-riċiklaġġ tal-bastiment taħt l-awtorità tal-Gvern ta’ ………………………….. (Post
tal-awtorizzazzjoni) minn……………………….. (isem sħiħ tal-awtorità kompetenti) fid-data
(jj/xx/ssss).......................................... (Data
tal-ħruġ) Permezz ta’ dan tirrapporta li l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti hija lesta minn kull aspett
biex tibda r-riċiklaġġ tal-bastiment.................................................... (numru
IMO) Iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest
għar-riċiklaġġ maħruġ skont
id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XXXX tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill ta’.... dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti
taħt l-awtorità tal-Gvern ta’ ………………………….. (Isem
sħiħ tal-Istat) minn……………………….. (Isem sħiħ
tal-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata skont ir-Regolament (UE)
Nru XXXX) fid-data
(jj/xx/ssss).......................................... (Data
tal-ħruġ) hija mehmuża Iffirmata................ ANNESS III
FORMOLA TAD-DIKJRAZZJONI TAT-TLESTIJA TA' RIĊIKLAĠĠ TA’
BASTIMENT Dan
id-dokument huwa dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ ta’
bastiment għal ………….. (Isem il-bastiment meta daħal
għar-riċiklaġġ/fil-punt ta’ dereġistrazzjoni) Dettalji tal-bastiment meta jkun daħal
għar-riċiklaġġ Ittri jew numri distintivi || Port ta’ reġistrazzjoni || Tunnellaġġ gross || Numru IMO || Isem u indirizz tas-sid tal-bastiment || Numru tal-identifikazzjoni IMO tas-sid irreġistrat || Numru tal-identifikazzjoni IMO tal-kumpanija || Data tal-kostruzzjoni || DAN JIKKONFERMA LI: Il-bastiment kien
irriċiklat f’konformità mal-pjan għar-riċiklaġġ
tal-bastiment u r-Regolament (EU) Nru XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
ta’ …. dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti fi: ………………………….. (Isem u lokalità tal-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti awtorizzata) u r-riċiklaġġ tal-bastiment tlesta fid-data: (jj/xx/ssss) ………………………….. (Data
tat-tlestija tar-riċiklaġġ) maħruġa fi …………………………..(Post
tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni ta’ tlestija) fi (jj/xx/ssss)
………………(Data tal-ħruġ) (Firma
tas-sid tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti jew
tar-rappreżentant li jaġixxi f’isem is-sid) ANNESS IV
FORMOLA TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-INVENTARJU (Siġill uffiċjali)
(Stat) Maħruġa skont id-dispożizzjonijiet
tar-Regolament (UE) Nru XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ….
dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (minn issa 'l quddiem
‘ir-Regolament’) taħt l-awtorità
tal-gvern ta’ ……………………………………………………………(Isem sħiħ
tal-Istat) minn ………………………………(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata minn dan
ir-Regolament) Dettalji tal-bastiment Isem tal-bastiment || Ittri jew numri distintivi || Port ta’ reġistrazzjoni || Tunnellaġġ Gross || Numru IMO || Isem u indirizz tas-sid tal-bastiment || Numru tal-identifikazzjoni IMO tas-sid reġistrat || Numru tal-identifikazzjoni IMO tal-kumpanija || Data tal-kostruzzjoni || Dettalji tal-Parti I tal-inventarju ta’ materjali
perikolużi Numru tal-identifikazzjoni/verifikazzjoni ta’
Parti I tal-inventarju ta’ materjali perikolużi: …………………………………………………………. DAN
JIĊĊERTIFIKA: 1. li l-bastiment kien
mistħarreġ f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament; 2. li l-istħarriġ juri
li Parti I tal-inventarju ta’ materjali perikolużi tikkonforma b’mod
sħiħ mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Id-data tat-tlestija tal-istħarriġ li fuq dan
iċ-ċertifikat huwa bbażat: ……………………(jj/xx/ssss) Dan iċ-ċertifikat huwa validu
sa:……………………(jj/xx/ssss) Maħruġ fi
.............................................(Post tal-ħruġ
taċ-ċertifikat) (jj/xx/ssss)
.................................................................................. (Data tal-ħruġ) (Firma ta’ uffiċjali awtorizzat b’mod
xieraq li joħroġ iċ-ċertifikat) (Siġill jew timbru tal-awtorità, kif xieraq) APPROVAZZJJONI GĦALL-ESTENSJONI TAL-VALIDITÀ
TAĊ-ĊERTIFIKAT LI HIJA VALIDA GĦAL INQAS MINN ĦAMES SNIN[27] Il-bastiment jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti
tar-Regolament, u dan iċ-ċertifikat għandu,
f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament, ikun
aċċettat bħala validu sad-data (jj/xx/ssss): ……… Iffirmat............................................................ (Firma tal-uffiċjal awtorizzat) Post: Data: (jj/xx/ssss) (Siġill jew timbru tal-awtorità,
kif xieraq) APPROVAZZJONI META L-ISTĦARRIĠ TA' TIĠDID IKUN TLESTA[28] Il-bastiment jikkonforma mad-dispożizzjonijiet
rilevanti tar-Regolament, u dan iċ-ċertifikat għandu,
f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament, ikun
aċċettat bħala validu sad-data
(jj/xx/ssss):...................................................... Iffirmat............................................................ (Firma tal-uffiċjal awtorizzat) Post: Data: (jj/xx/ssss) (Siġill jew timbru tal-awtorità,
kif xieraq) APPROVAZZJONI TAL-ESTENSJONI TAL-VALIDITÀ TAĊ-ĊERTIFIKAT
SAL-ORT TAL-ISTĦARRIĠ JEW GĦAL PERJODU TA' KONĊESSJONI[29] Dan iċ-ċertifikat għandu f’konformità
mal-Artikolu 10 tar-Regolament, ikun aċċettat bħala validu
sad-data (jj/xx/ssss):................... Iffirmat................
………………………….. (Firma tal-uffiċjal awtorizzat) Post:.................................................................................................................................................... Data: (jj/xx/ssss).................................................................................................................................. (Siġill jew timbru tal-awtorità, kif
xieraq) APPROVAZZJONI GĦAL STĦARRIĠ ADDIZZJONALI[30] Fi stħarriġ addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 8
tar-Regolament, il-bastiment instab li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet
rilevanti tar-Regolament. Iffirmat................
………………………….. (Firma tal-uffiċjal awtorizzat) Post:.................................................................................................................................................... Data: (jj/xx/ssss).................................................................................................................................. (Siġill
jew timbru tal-awtorità, kif xieraq) ANNESS V
FORMOLA TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ BASTIMENT LEST
GĦAR_RIĊIKLAĠĠ (Timbru uffiċjali) (Stat) Maħruġ skont
id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XXXX tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill ta’.... dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti
(minn issa ’l quddiem ‘ir-Regolament’) taħt l-awtorità tal-Gvern ta’: (Isem sħiħ tal-Istat) minn ………………………………………………………………………….. (persuna jew organizzazzjoni
awtorizzata skont ir-Regolament) Dettalji tal-bastiment Isem tal-bastiment || Numru jew ittri distintivi || Port ta’ reġistrazzjoni || Tunnellaġġ Gross || Numru IMO || Isem u indirizz ta’ sid il-bastiment || Numru ta’ reġistrazzjoni IMO tas-sid irreġistrat || Numru tal-identifikazzjoni IMO tal-kumpanija || Data tal-kostruzzjoni || Dettalji
tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti Isem tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti || Numru tal-identità distintiv tal-kumpanija tar-riċiklaġġ[31] || Indirizz sħiħ || Data ta’ skadenza tad-dokument ta’ konformità mar-Regolament || Dettalji tal-inventarju ta’ materjali
perikolużi Numru
tal-identifikazzjoni/verifikazzjoni tal-inventarju ta’ materjali
perikolużi:…………. Dettalji tal-pjan tar-riċiklaġġ
tal-bastiment Numru tal-identifikazzjoni/verifikazzjoni tal-pjan
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti:…………………. Nota: Il-pjan
għar-riċiklaġġ tal-bastimenti, kif meħtieġ skont
l-Artikolu 7 tar-Regolament, huwa arti essenzjali taċ-ċertifikat
ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ u dejjem għandu
jakkumpanja ċ-ċertifikat ta’ bastiment lest
għar-riċiklaġġ. DAN
JIĊĊERTIFIKA: 1. li l-bastiment kien
mistħarreġ f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament; 2. li l-bastiment għandu
inventarju validu ta’ materjali perikolużi f’konformità
mal-Artikolu 5 tar-Regolament; 3. li l-pjan
għar-riċiklaġġ tal-bastiment, kif ipprovdut
fl-Artikolu 7 tar-Regolament, jirrifletti kif xieraq l-informazzjoni
inkluża fl-inventarju ta’ materjali perikolużi kif ipprovdut
fl-Artikolu 5 tar-Regolament u jinkludi informazzjoni dwar l-istabbiliment,
il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-kriterji tax-xogħol sikur
għad-dħul u sikur għal xogħol f’temperatura għolja; 4. li l-faċilità
għar-riċiklaġġ tal-bastiment fejn dan il-bastiment
għandu jkun irriċiklat hija inkluża fil-Lista Ewropea
f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament. Dan iċ-ċertifikat huwa validu
sa:……………………(jj/xx/ssss) (Data) Maħruġ fi
.............................................(Post tal-ħruġ
taċ-ċertifikat) (jj/xx/ssss)
.................................................................................. (Data tal-ħruġ)
(Firma ta’ uffiċjali awtorizzat b’mod xieraq li joħroġ
iċ-ċertifikat) (Siġill jew timbru tal-awtorità, kif xieraq) APPROVAZZJONI TAL-ESTENSJONI TAL-VALIDITÀ TAĊ-ĊERTIFIKAT
SAL-PORT TAL-FAĊILITÀ GĦAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI
GĦAL PERJODU TA' KONĊESSJONI[32] Dan iċ-ċertifikat għandu, f’konformità
mal-Artikolu 8 tar-Regolament, ikun aċċettat bħala validu
għal vjaġġ dirett minn punt sa punt mill-port ta’: …………………………. sal-port
ta’:................................................... Iffirmat................
………………………….. (Firma tal-uffiċjal awtorizzat) Post:.................................................................................................................................................... Data: (jj/xx/ssss).................................................................................................................................. (Siġill jew timbru tal-awtorità, kif xieraq) ANNESS VI
FORMOLA DWAR L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-FAĊILITÀ
GĦAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI Identifikazzjoni
tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti Isem tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti || Numru tal-identifikazzjoni distintiv tal-kumpanija tar-riċiklaġġ. || Indirizz sħiħ tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti || Persuna ta’ kuntatt primarja || Numru tat-telefown || Indirizz tal-posta elettronika || Isem, indirizz, u informazzjoni ta’ kuntatt tal-kumpanija tar-riċiklaġġ || Lingwa(i) ta’ ħidma || [1] Regolament
(KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart. [2] Fl-2009,
iktar minn 90 % tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE kienu
żarmati barra l-OECD, il-biċċa l-kbira fin-nofsinhar tal-Asja. [3] Il-piż
ta’ bastiment skrappjat ħafna drabi huwa espress f’tunnellati ta’
spostament ħafif (Light Displacement Tonnes (LDT)) li huwa kkalkulat
mingħajr merkanzija, fjuwil, ilma tas-saborra eċċ u b’mod
approssimattiv huwa ekwivalenti għall-piż tal-ażżar ta’
bastiment. [4] Deċiżjoni VII/26
dwar il-ġestjoni ambjentalment soda taż-żarmar tal-bastimenti
adottata matul is-7 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel. [5] Ara
d-deċiżjoni VIII/11
"http://www.basel.int/meetings/cop/cop8/docs/16e.pdf" \ [6] Deċiżjoni
OEWG VII/12 dwar il-ġestjoni ambjentalment soda taż-żarmar
tal-bastimenti [7] Ara
d-Deċiżjoni OEWG-VII/12 http://www.basel.int/meetings/oewg/oewg7/docs/21e.pdf [8] Sottomissjoni
mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħa disponibbli fuq http://archive.basel.int/ships/oewg-vii12-comments/comments/eu.doc
[9] Deċiżjoni X/AA
dwar iż-żarmar ambjentalment sod tal-bastimenti adottata matul l-10
Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel. [10] Komunikazzjoni
COM(2008) 767 finali tad-19 ta’ Novembru 2008 li
tippreżenta Strateġija tal-UE għal żarmar aħjar
tal-bastimenti u valutazzjoni tal-impatt tad-Dokument ta’ Ħidma
tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2008) 2846. [11] Regolament
(KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart.
[12] "http://ec.europa.eu/environment/waste/ships/index.htm” [13] "http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P6-TA-2009-0195+0+DOC+XML+V0//EN&language=EN" [14] "http://eescopinions.eesc.europa.eu/EESCopinionDocument.aspx?identifier=ces\nat\nat425\ces877-2009_ac.doc&language=EN" [15] "http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/envir/110626.pdf
[16] ĠU L
190, 12.7.2006, p.1 [17] Emenda
għall-Konvenzjoni ta’ Basel (Emenda ta’ projbizzjoni) adottata
bid-Deċiżjoni III/1 tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’
Basel. [18] ĠU L 312, 22.11.2008, p.3 [19] ĠU L 55, 28.2.2011, p 13. [20] ĠU L 196, 16.8.1967, p.1 [21] ĠU L 353, 31.12.2008, p 1. [22] ĠU L 131, 28.5.2009, p 11. [23] ĠU L 255, 30.9.2005, p 22. [24] ĠU L 243, 24.9.1996, p 31. [25] ĠU L 286, 31.10.2009, p 1. [26] ĠU L 223, 25.8.2010, p 29. [27] Din
il-paġna tal-approvazzjoni fl-istħarriġ għandha tkun
riprodotta u miżjuda maċ-ċertifikat kif meqjusa neċessarja
mill-amministrazzjoni. [28] Din
il-paġna tal-approvazzjoni fl-istħarriġ għandha tkun
riprodotta u miżjuda maċ-ċertifikat kif meqjusa neċessarja
mill-amministrazzjoni. [29] Din
il-paġna tal-approvazzjoni fl-istħarriġ għandha tkun
riprodotta u miżjuda maċ-ċertifikat kif meqjusa neċessarja
mill-amministrazzjoni. [30] Din
il-paġna tal-approvazzjoni fl-istħarriġ għandha tkun
riprodotta u miżjuda maċ-ċertifikat kif meqjusa neċessarja
mill-amministrazzjoni. [31] Numru
tal-identità kif indikat fil-lista Ewropea. [32] Din
il-paġna tal-approvazzjoni għandha tkun riprodotta u miżjuda
maċ-ċertifikat kif meqjusa neċessarja mill-amministrazzjoni.