Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim tal-1994 tal-GATT) /* COM/2012/0105 final - 2012/0045 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA In-negozjati skont
l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT dwar it-tjur, li ġew
konklużi fl-2007 (ĠU L 138, 30.5.2007), koprew il-linji
tariffarji dwar il-laħam tat-tjur li jaqgħu fi ħdan l-intestatura
numru 0210 kif ukoll linja waħda dwar it-tjur ipproċessati
bin-numru 1602 32 19 fl-Iskeda CXL tal-KE msejħa “preparazzjonijiet
imsajrin li fihom iktar minn 57 % laħam tat-tjur”. Ġie
maħsub li jekk in-negozjati jiġu llimitati għal-linja dwar
it-tjur ipproċessati bin-numru 1602 32 19, dan kien se jkun
biżżejjed biex jiġu evitati effetti potenzjali ta’
sostituzzjoni. Madankollu, id-dejta tal-importazzjoni ta’ wara wriet li kien
hemm żieda qawwija fl-importazzjoni tal-laħam tat-tjur
ipproċessat li jaqa’ fi ħdan il-linja tariffarja
bin-numru 1602 32 30, imsejħa “preparazzjonijiet li
fihom 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 %
tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur”. Dan wera li
l-esportaturi donnhom kienu qed jieħdu vantaġġ mid-differenza
relattiva fil-livell ta’ protezzjoni tal-UE, u kienu qed jibdlu
l-preparazzjonijiet tat-tjur li fihom iktar minn 57 % laħam tat-tjur
bi preparazzjonijiet li fihom inqas minn 57 %, li jaqgħu fi ħdan
il-linja tariffarja bin-numru 1602 32 30. Huma mistennija
effetti ta’ sostituzzjoni simili għal dawn għal-linji tariffarji
l-oħra li jaqgħu fi ħdan l-intestatura numru 1602
fil-ġejjieni. Sabiex dawn l-effetti ta’ sostituzzjoni, li jaffettwaw
l-industrija tat-tjur tal-UE, jiġu indirizzati b’mod sħiħ,
il-Kummissjoni talbet lill-Kunsill jawtorizza n-negozjar mill-ġdid
tal-konċessjonijiet dwar il-laħam tat-tjur li jaqa’ fi ħdan
il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda. Fil-25 ta’ Mejju 2009,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati skont
l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (il-proposta
COM 8615/09 WTO 72 AGRI 166) bil-għan li
l-konċessjonijiet dwar il-linji tariffarji dwar il-laħam tat-tjur li
jaqgħu fi ħdan il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda jiġu
nnegozjati mill-ġdid. Fis-16 ta’ Ġunju 2009,
il-komunikazzjoni dwar l-intenzjoni tal-UE li tibdel il-konċessjonijiet
għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 20 10, 1602 32 11, 1602 32 30, 1602 32 90, 1602 39 21, 1602 39 29, 1602 39 40 u 1602 39 80 inklużi fl-Iskeda CXL
tal-Komunitajiet Ewropej intbagħtet lill-membri l-oħra tal-WTO. Il-Kummissjoni
wettqet in-negozjati b’konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Politika Kummerċjali
u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa
mill-Kunsill. Il-Kummissjoni nnegozjat mar-Repubblika
Federali tal-Brażil u mar-Renju tat-Tajlandja, li t-tnejn għandhom
interessi ewlenin tal-provvista u/jew interessi sostanzjali f’għadd ta’
linji tariffarji kkonċernati. In-negozjati wasslu għal Ftehimiet
fil-forma ta’ skambju ta’ ittri inizjalati mar-Renju tat-Tajlandja
fit-22 ta’ Novembru 2011 u mar-Repubblika Federali
tal-Brażil fis-7 ta’ Diċembru 2011. 2. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Ara d-dokument finanzjarju mogħti
fl-Anness (jekk jogħġbok innota li dan huwa kopja tad-dokument
finanzjarju marbut mal-proposta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar
il-konklużjoni tal-Ftehimiet). 2012/0045 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea,
tal-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tibdil
fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat bejn
l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn l-Unjoni
Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim
Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim tal-1994
tal-GATT) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel paragrafu
tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fil-25 ta’ Mejju 2009,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati skont
l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (il-proposta
COM 8615/09 WTO 72 AGRI 166) bil-għan li
l-konċessjonijiet dwar il-linji tariffarji dwar il-laħam tat-tjur li
jaqgħu fi ħdan il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda
jiġu nnegozjati mill-ġdid. (2) Dawk in-negozjati wasslu
għal Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri inizjalati mar-Renju
tat-Tajlandja fit-22 ta’ Novembru 2011 u mar-Repubblika Federali
tal-Brażil fis-7 ta’ Diċembru 2011, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi
awtorizzat jaħtar il-persuna/i li għandha/għandhom
is-setgħa tiffirma/jiffirmaw il-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri
dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur
ipproċessat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil
u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja, skont l-Artikolu XXVIII
tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim
tal-1994 tal-GATT). It-test tal-Ftehimiet huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada
tal-adozzjoni tagħha. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM
FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont
l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u
l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil
fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat
imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT A.
Ittra min-naħa tal-Unjoni Ewropea Post, data Sinjur, Wara negozjati li
saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u
l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil
fil-konċessjonijiet tal-UE għal-laħam tat-tjur ipproċessat,
għandi l-unur nipproponilek dan li ġej: 1. L-Unjoni Ewropea se
ddaħħal it-tibdil li ġej fl-Iskeda tagħha: Ir-rata fissa tad-dazju
għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji
bin-numru 1602 3211, 1602 3230 u 1602 3290 għandha
tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata. Għall-prodotti
li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3211, qed
tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 16 140 tunnellata, li
15 800 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati
għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal
kull tunnellata. Għall-prodotti li
jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230, qed
tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li
62 905 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati
għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %. Għall-prodotti li
jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290, qed
tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li
295 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati
għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10.9 %. 2. L-importazzjonijiet
skont il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq
il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod
mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil. 3. Fuq talba ta’ waħda
mill-Partijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument dwar
kull kwistjoni msemmija hawn fuq. Napprezza jekk
tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk
dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien
għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Brażil. L-Unjoni Ewropea u
l-Brażil għandhom jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew
il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ
tal-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il
(erbatax-il) jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. Dejjem tiegħek, F’isem l-Unjoni Ewropea B.
Ittra min-naħa tal-Brażil Post,
data Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li
rċevejt l-ittra tiegħek ta’ …, li tgħid hekk: “Wara negozjati li
saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u
l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil
fil-konċessjonijiet tal-UE għal-laħam tat-tjur ipproċessat,
għandi l-unur nipproponilek dan li ġej: 1. L-Unjoni
Ewropea se ddaħħal it-tibdil li ġej fl-Iskeda tagħha: Ir-rata fissa tad-dazju għall-prodotti li
jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3211, 1602 3230
u 1602 3290 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull
tunnellata. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3211, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
16 140 tunnellata, li 15 800 tunnellata minnhom
għandhom jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota
għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3230, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
79 705 tunnellata, li 62 905 tunnellata minnhom
għandhom jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota
għandha tkun ta’ 10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3290, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
2 865 tunnellata, li 295 tunnellata minnhom għandhom
jiġu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun
ta’ 10.9 %. 2. L-importazzjonijiet skont
il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq
il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod
mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil. 3. Fuq talba ta’ waħda
mill-Partijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument dwar
kull kwistjoni msemmija hawn fuq. Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern
tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din
l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim
fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil. L-Unjoni Ewropea u l-Brażil għandhom
jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni
tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim
għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara
d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.” B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil
tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra. F’isem
il-Brażil FTEHIM
FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont
l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u
l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet
għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda
tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT A.
Ittra min-naħa tal-Unjoni Ewropea Post,
data Sinjur, Wara negozjati li
saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u
l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil
fil-konċessjonijiet tal-UE għal-laħam tat-tjur ipproċessat,
għandi l-unur nipproponilek dan li ġej: 1. L-Unjoni Ewropea se
ddaħħal it-tibdil li ġej fl-Iskeda tagħha: Ir-rata fissa tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu
fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3230, 1602 3290 u
1602 39 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull
tunnellata. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3230, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
79 705 tunnellata, li 14 000 tunnellata minnhom
għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota
għandha tkun ta’ 10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3290, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
2 865 tunnellata, li 2 100 tunnellata minnhom għandhom
jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’
10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3921, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
10 tunnellati allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha
tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3929, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
13 720 tunnellata, li 13 500 tunnellata minnhom
għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota
għandha tkun ta’ 10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3940, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu
allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’
10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3980, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu
allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’
10.9 %. 2. L-importazzjonijiet skont
il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq
il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod
mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja. 3. Fuq talba ta’ waħda
mill-Partijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument dwar
kull kwistjoni msemmija hawn fuq. Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern
tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din
l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim
fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja. L-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja għandhom
jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni
tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim
għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara
d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. Dejjem tiegħek, F’isem
l-Unjoni Ewropea B.
Ittra min-naħa tat-Tajlandja Post,
data Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li
rċevejt l-ittra tiegħek ta’ …, li tgħid hekk: “Wara negozjati li
saru skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u
l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil
fil-konċessjonijiet tal-UE għal-laħam tat-tjur ipproċessat,
għandi l-unur nipproponilek dan li ġej: 1. L-Unjoni Ewropea se
ddaħħal it-tibdil li ġej fl-Iskeda tagħha: Ir-rata fissa tad-dazju għall-prodotti li
jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3230, 1602 3290
u 1602 39 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull
tunnellata. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3230, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
79 705 tunnellata, li 14 000 tunnellata minnhom
għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota
għandha tkun ta’ 10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3290, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
2 865 tunnellata, li 2 100 tunnellata minnhom għandhom
jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’
10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3921, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
10 tunnellati allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha
tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3929, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
13 720 tunnellata, li 13 500 tunnellata minnhom
għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota
għandha tkun ta’ 10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3940, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu
allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’
10.9 %. Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan
il-linja bin-numru 1602 3980, qed tinfetaħ kwota tariffarja ta’
725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu
allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’
10.9 %. 2. L-importazzjonijiet skont
il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq
il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux
diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja. 3. Fuq talba ta’ waħda
mill-Partijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument dwar
kull kwistjoni msemmija hawn fuq. Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern
tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din
l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim
fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja. L-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja għandhom
jgħarrfu lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni
tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim
għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara
d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.” B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil
tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra. F’isem
it-Tajlandja DIKJARAZZJONI FINANZJARJA || Fichefin/11/ 1163256 DDG/GM/nh 6.146.2011.1 || DATA: 6.10.2011 1. || INTESTATURA TAL-BAĠIT: Il-Kapitolu 12 – Id-dazji doganali u dazji oħrajn || APPROPRJAZZJONIJIET: Fl-abbozz tal-baġit għall-2012: EUR 19 171.2 miljun 2. || TITLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (il-Ftehim tal-1994 tal-GATT). 3. || BAŻI LEGALI: It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 207 u 218 tiegħu. 4. || GĦANIJIET: Li jiġu konklużi l-Ftehimiet bejn l-UE u l-Brażil u l-UE u t-Tajlandja sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-importazzjonijiet li jaffettwaw l-industrija tat-tjur tal-UE. 5. || IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI || FUQ PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (f’miljuni ta’ EUR) || GĦAS-SENA FINANZJARJA ATTWALI – L-2011 (f’miljuni ta’ EUR) || GĦAS-SENA FINANZJARJA LI JMISS – L-2012 (f’miljuni ta’ EUR) 5.0 || INFIQ - MAĦRUĠ MILL-BAĠIT TAL-KE (GĦAR-RIFUŻJONIJIET/GĦALL-INTERVENTI) - MAĦRUĠ MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI - MAĦRUĠ MINN SORSI OĦRAJN || - || - || - 5.1 || DĦUL - MIR-RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (MILL-IMPOSTI/MID-DAZJI DOGANALI) - FIL-LIVELL NAZZJONALI || - || - || - 1.4 || || FL-2013 || FL-2014 || FL-2015 5.0.1 || STIMA TAL-INFIQ || || || 5.1.1 || STIMA TAD-DĦUL || - || - || - 5.2 || METODU TAL-KALKOLU: - 6.0 || IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLIN FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? || IVA LE 6.1 || IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? || IVA LE 6.2 || SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? || IVA LE 6.3 || SE JKUN MEĦTIEĠ LI JIDDAĦĦLU APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI? || IVA LE OSSERVAZZJONIJIET: Wara negozjati li nbdew f’nofs l-2009 mal-Brażil u mat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT, il-miżuri jikkonċernaw il-konklużjoni tal-Ftehimiet bejn l-UE u l-Brażil u l-UE u t-Tajlandja sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-importazzjonijiet li jaffettwaw l-industrija tat-tjur tal-UE. L-impatt finanzjarju tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta dawn il-Ftehimiet huwa mogħti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja ta’ dak ir-Regolament stess*, u jista’ jiġi stmat li huwa tnaqqis fir-riżorsi proprji ta’ ammont nett ta’ madwar EUR 1.4 miljun, wara li jitnaqqsu l-25 % miżmuma mill-Istati Membri għall-ispejjeż tal-ġbir. * Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja bin-numru 1163357/2011.