Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEErigward emenda għall-Anness XXI (Statistika) /* COM/2012/087 final - 2012/0037 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Sabiex jiġu żgurati r-rekwiżit
taċ-ċertezza legali u l-omoġeneità tas-Suq Intern, il-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni
kollha relevanti tal-Unjoni Ewropea fil-Ftehim taż-ŻEE mill-aktar fis
possibbli wara l-adozzjoni tagħha. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat
Konġunt taż-ŻEE (anness mal-proposta għal
Deċiżjoni tal-Kunsill) għandu l-għan li jemenda
l-Anness XXI (Statistika) billi jżid l-acquis ġdid tal-Unjoni
Ewropea f’dan il-qasam. Dan jirrigwarda r-Regolament (UE)
Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali
Ewropej, li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. Bl-iskop li jiġi implimentat dan l-att,
qed jiġu proposti ċerti adattamenti: (a)
Fir-rigward tal-Islanda, l-Annessi I, II u III
għar-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn
(2) mill-ewwel skadenza għat-trażmissjoni sabiex jitqies
l-iżvilupp ulterjuri tal-kontijiet ambjentali nazzjonali tal-Islanda. (b)
Peress li l-Liechtenstein hu diġà eżentat
mis-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali skont
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96[1],
dan għandu jkun eżentat ukoll mill-obbligi li jikkonċernaw
il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA L-Artikolu 1(3) tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti
għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li
l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi
adottata f’isem l-Unjoni għal tali Deċiżjonijiet, skont proposta
mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz
tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għal
adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni
tittama li tkun tista’ tippreżentah fil-Kumitat Konġunt
taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli. 2012/0037 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
rigward emenda għall-Anness XXI (Statistika)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 338(1) u
218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1)
L-Anness XXI għall-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea, ("il-Ftehim taż-ŻEE")
fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward
tal-istatistika. (2)
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet
ekonomiċi ambjentali Ewropej[2],
għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. (3)
Fir-rigward tal-Islanda, l-Annessi I, II u III
għar-Regolament għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn
(2) mill-ewwel skadenza għat-trażmissjoni sabiex jitqies
l-iżvilupp ulterjuri tal-kontijiet ambjentali nazzjonali tal-Islanda. (4)
Peress li l-Liechtenstein hu diġà eżentat
mis-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali skont
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96[3],
dan għandu jkun eżentat ukoll mill-obbligi li jikkonċernaw
il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt
taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XXI
għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq
l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Abbozz
ta’ DEĊIŻJONI
TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru ta’ li
temenda l-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta
l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem
imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98
tiegħu, Billi: (1)
L-Anness XXI għall-Ftehim kien emendat
bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Nru .../... ta’ …[4]. (2)
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet
ekonomiċi ambjentali Ewropej[5],
għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi
inkluż wara l-punt 27b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE)
Nru 1445/2005) tal-Anness XXI għall-Ftehim: ‘27c. 32011 R 0691:
Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali
Ewropej (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament
għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li
ġejjin: (a) Fir-rigward tal-Islanda,
l-Annessi I, II u III għar-Regolament għandhom jiġu
implimentati fi żmien sentejn (2) mill-ewwel data tal-iskadenza għat-trażmissjoni. (b) Dan ir-Regolament ma għandux
japplika għal-Liechtenstein.’ Artikolu 2 It-testi tar-Regolament (UE) Nru 691/2011
fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu
ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-[…], sakemm ikun saru n-notifiki kollha
taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt
taż-ŻEE*. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment
taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, […]. || Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President […] || Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE […] [1] ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1. [3] ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. [4] ĠU L … [5] ĠU L 192, 22.7.2011,
p. 1. * [L-ebda
rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.] [Hemm rekwiżiti
kostituzzjonali indikati.]