52012JC0034

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea /* JOIN/2012/034 final - 2012/0348 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea. Id-Deċiżjoni temenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-embargo fuq l-armi.

2. Azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa biex jingħata effett lil ċerti aspetti tal-emenda fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-embargo.

3. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 għandu għalhekk ikun emendat.

2012/0348 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea[1],

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009[2] tat-22 ta' Diċembru 2009 kien jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK[3] (li aktar tard ġiet sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK[4]), b'rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà ta' dimostranti politiċi f'Conakry fit-28 ta' Settembru 2009.

(2)       Fis-26 ta' Ottubru 2012l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/665/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK li emendat il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri relatati mat-tagħmir militari.

(3)       Ċerti aspetti minn dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fuq il-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

(4)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1.

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) Il-punt (g) segwenti huwa miżjud mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4:

"(g) il-provvista ta' finanzjamnet, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta' intermedjazzjoni u servizzi oħra relatati ma’ splussivi u tagħmir relatat intenzjonat biss għal użu ċivili f’investimenti ta’ estrazzjoni mill-minjieri u infrastruttura sakemm il-ħżin u l-użu tal-isplussivi u tat-tagħmir relatat ikun ikkontrollat u vverifikat minn korp indipendenti u l-fornituri ta’ servizzi relatati jkunu identifikati."

(2) Il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 4:

"3. L-Istat Membru relevanti jinforma lill-Istati Membri l-oħra mill-inqas ġimgħatejn qabel bl-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1."

(3) L-Anness III huwa mibdul bl-Anness ta’ ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President                                                                        […]

ANNESS

"ANNESS III

Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 8, 9, 10(1), 12 u 17 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A. Awtoritajiet kompetenti għal kull Stat Membru:

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id = 28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id = 12750&LNG = en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548 IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B. Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew komunikazzjonijiet oħra magħha:

Il-Kummissjoni Ewropea

Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium"

[1]               ĠU L 299, 27.10.2012, p. 45.

[2]               ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

[3]               ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

[4]               ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.