Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran uu li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 /* JOIN/2012/02 final - 2012/0030 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI L-UE introduċiet sanzjonijiet kontra
r-Repubblika Iżlamika tal-Iran ('Iran') skont
ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi
kontra l-Iran, li ddaħħal fis-seħħ il-Pożizzjoni
Komuni 2007/140/PESK u timplimenta l-miżuri relevanti previsti skont
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet
Uniti 1737 (2006). Minn dakinhar, l-UE espandiet is-sanzjonijiet
skont l-UNSCR 1747 (2006), 1803 (2008) u 1929 (2010) u
imponiet miżuri addizzjonali li jiffukaw fuq programm tal-Iran dwar
il-proliferazzjonai nukleari u ballistika. Fil-25 ta' Ottubru 2010,
il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar
miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 423/2007[1]biex
idaħħal fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK[2].
Ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 jespandi l-miżuri
restrittivi, b'mod partikolari fis-setturi finanzjarji u tal-enerġija, kif
ukoll fis-settur tat-trasport. Skont il-mandat li ġie rċevut
mill-Kunsill Ewropew fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill
approva, fit-23 ta' Jannar 2012,
id-Deċiżjon 2012/35/PESK li tipprovdi miżuri restrittivi
addizzjonali kontra l-Iran. Dawk il-miżuri restrittivi l-ġodda
jinkludu, b'mod partikolari, restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-kummerċ
ta' merkanzija u teknoloġiji b’użu doppju, kif ukoll fuq tagħmir
u teknoloġija ewlenin li jistgħu jintużaw fl-industrija
pertokimika, projbizzjoni fuq l-importazzjoni taż-żejt mhux
maħdum Iranjan, prodotti petroliferi u prodotti petrokimiċi, kif
ukoll projbizzjoni tal-investiment fl-industrija petrokimika. Barra minn hekk,
il-kummerċ fid-deheb, tal-metalli prezzjużi u tad-djamanti mal-Gvern
tal-Iran, kif ukoll il-konsenja ta' flus tal-karti u tal-munita lil jew
għall-benefiċċju tal-Bank Ċentrali tal-Iran, għandhom
jiġu pprojbiti. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva
tal-miżuri, għandhom jiġu pprovduti l-listi ta' merkanzija u
teknoloġija sanzjonati . Barra minn hekk,
id-Deċiżjoni 2012/35/PESK testendi l-iffriżar tal-assi lil
persuni, entitajiet jew korpi addizzjonali li jipprovdu sosten lill-Gvern
tal-Iran kif ukoll lil membri oħrajn tal-Korp tal-Gwardjani
tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (Islamic Revolutionary Guard Corps - IRGC).
Id-Deċiżjoni 2012/35/PESK tenfasizza wkoll li l-prattiċi qarrieqa
tal-Bank Ċentrali tal-Iran u l-attentati li juża s-settur finanzjarju
tal-Iran biex jevita l-miżuri jeħtieġu viġilanza
finanzjarja msaħħa mill-istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji
tal-UE, u tipprovdi għall-iffriżar tal-assi tal-Bank Ċentrali
tal-Iran. Madankollu d-Deċiżjoni tagħmilha ċara li dawn
il-miżuri mmirati ma għandhomx jipprevjenu t-tkomplija ta' operati
kummerċjali legali mal-Iran. Id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll
għall-iffriżar tal-assi tal-Bank Tejarat, iżda tippermetti
għall-eliminazzjoni gradwali tat-tranżazzjonijiet ma' dik l-entità
sanzjonata. Barra minn hekk, saru meħtieġa wkoll
ċerti emendi tekniċi lil miżuri eżistenti. B'mod
partikolari, id-definizzjoni tas-servizzi ta' senserija għandhom jiġu
ċċarati f'dak is-sens li tkopri s-senserija mill-UE u tapplika wkoll għal
servizzi relatati. Id-definizzjoni ta' "trasferimenti ta' fondi"
għandha tiġi riveduta biex tinkludi trasferimenti mhux
elettroniċi, bħala reazzjoni għall-prattiċi qarrieqa
tal-Iran. L-applikazzjoni tal-miżuri ta' ffriżar minn dawk li
jipprovdu messaġġi ta' komunikazzjoni finanzjarja għandha
tiġi ċċarata. Id-dispożizzjonijiet fir-rigward
tal-kontrolli tat-trasferimenti għandhom jiġu riveduti sabiex
jiffaċilitaw l-applikazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet u
mill-operaturi kompetenti. Ir-restrizzjonijiet fuq l-assigurazzjonijiet
għandhom jiġu aġġustati, b'mod speċjali bil-għan
li jiġi ċċarat li l-assigurazzjoni ta' missjonijiet
diplomatiċi u konsulari fl-UE hija permessa skont is-sanzjonijiet.
Għandhom isiru wkoll aġġustamenti
għad-dispożizzjonijiet fir-rigward tar-responsabbiltà tal-operaturi,
tal-projbizzjoni tal-evitar tal-miżuri restrittivi u tal-provvediment ta'
servizzi ta’ bunkering u ta’ forniment lill-bastimenti. Barra minn hekk, il-mekkaniżmi
għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati
Membri u tal-Kummissjoni għandhom jiġu riveduti wkoll biex
isaħħu l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri restrittivi. Ir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tat-tagħmir
għar-ripressjoni interna, li s'issa huma skont
ir-Regolament (EU) Nru 961/2010, għandhom ikunu skont
ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi
diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest
tas-sitwazzjoni fl-Iran, li jipprovdi għas-sanzjonijiet b'reazzjoni għal
ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Għaldaqstant huwa meħtieġ li
jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 961/2010
tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra
l-Iran . Għar-raġuni taċ-ċarezza, il-Kummissjoni u
r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà jipproponu li jibdlu dan b’Regolament ikkonsolidat
ġdid. 2012/0030 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u
u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 li temenda
d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran[3], Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1)
Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill
adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri
restrittivi kontra l-Iran u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 423/2007[4],
sabiex tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill
2010/413/PESK[5].
(2)
Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill
approva d-Deċiżjoni 2012/35/PESK li tipprovdi miżuri
restrittivi addizzjonali kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran ('Iran')
kif mitlub mill-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011. (3)
Dawk il-miżuri restrittivi jinkludu, b'mod
partikolari, restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-kummerċ ta' merkanzija u
teknoloġiji b’użu doppju, kif ukoll fuq tagħmir u teknoloġija
ewlenin li jistgħu jintużaw fl-industrija pertokimika, projbizzjoni
fuq l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum Iranjan, prodotti
petroliferi u prodotti petrokimiċi, kif ukoll projbizzjoni tal-investiment
fl-industrija petrokimika. Barra minn hekk, il-kummerċ fid-deheb,
tal-metalli prezzjużi u tad-djamanti mal-Gvern tal-Iran, kif ukoll
il-konsenja ta' flus tal-karti u tal-munita lil jew
għall-benefiċċju tal-Bank Ċentrali tal-Iran, għandhom
jiġu pprojbiti. (4)
Saru meħtieġa wkoll ċerti emendi
tekniċi lil miżuri eżistenti. B'mod partikolari, id-definizzjoni
tas-"servizzi ta' senserija" għandha tiġi
ċċarata, u d-definizjoni tat-"trasferimenti ta' fondi"
għandha titwessa' għal trasferimenti mhux elettroniċi biex
jagħmlu tajjeb għall-attentati li jiġu evitati l-miżuri
restrittivi. (5)
Il-miżuri restrittivi riveduti li
jikkonċernaw l-oġġetti b’użu doppju għandhom ikopru
l-oġġetti u t-teknoloġija kollha stabbiliti fl-Anness I
għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 tal- 5 ta' Mejju 2009
li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll
tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’
oġġetti b’użu doppju[6],
bl-eċċezzjoni ta' ċerti oġġetti fil-Parti 2
tal-Kategorija 5 tiegħu minħabba l-użu tagħhom
fis-servizzi ta' komunikazzjoni pubblika fl-Iran. (6)
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni
effettiva tal-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew
l-esportazzjoni lejn l-Iran ta' ċertu tagħmir jew teknoloġija
ewlenin li jistgħu jintużaw fis-setturi ewlenin tal-industriji
taż-żejt u tal-gass naturali u petrokimiċi għandhom
jiġu pprovduti listi ta' tali tagħmir u teknoloġija ewlenin. (7)
Għall-istess raġuni, għandhom
jiġu pprovduti wkoll il-listi ta' oġġetti suġġetti
għar-restrizzjonijiet tal-kummerċ fuq iż-żejt mhux
maħdum u l-prodotti petroliferi, id-deheb, il-metalli prezzjużi u
d-djamanti. (8)
Barra minn hekk, sabiex ikunu effettivi,
ir-restrizzjonijiet fuq l-investiment fis-settur Iranjan taż-żejt u
l-gass għandhom ikopru ċerti attivitajiet ewlenin, bħal servizzi
ta' trasmissjoni tal-gass bi kwantitajiet kbar għall-iskop ta’ transitu
jew twassil lejn sistemi ta’ distribuzzjoni interkonnessi direttament u,
għall-istess raġuni, għandhom japplikaw għal impriżi
konġunti kif ukoll għal forom oħrajn ta' assoċjazzjonijiet
u kooperazzjoni mal-Iran fis-settur tat-trasmissjoni tal-gass naturali. (9)
Restrizzjonijiet effettivi fuq investiment Iranjan
fl-Unjoni jeħtieġu li jittieħdu miżuri sabiex il-persuni
fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi
soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri jkunu
pprojbiti milli jagħmlu possibbli jew jawtorizzaw dan l-investiment. (10)
Id-Deċiżjoni 2012/35/PESK testendi
wkoll l-iffriżar tal-assi lil persuni, entitajiet u korpi addizzjonali li
jipprovdu sostenn lill-Gvern tal-Iran, inkluż appoġġ
finanzjarju, loġistiku u materjali, jew dawk assoċjati magħhom.
Id-Deċiżjoni testendi wkoll il-miżuri restrittivi lil membri
oħrajn tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). (11)
Id-Deċiżjoni 2012/35/PESK tipprovdi
wkoll għall-iffriżar tal-assi tal-Bank Ċentrali tal-Iran.
Madankollu, meta jitqies ir-rwol speċifiku li kellu l-Bank Ċentrali
tal-Iran fl-iffinanzjar tal-kummerċ barrani, huwa meqjus neċessarju
li jkun hemm deroga għar-rifinanzjament tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u
finanzjarji hekk kif din il-miżura finanzjarja mmirata ma għandhiex
tipprevjeni operati kummerċjali li jkunu f'konformità
mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Regolament. Hija meħtieġa wkoll
deroga għall-pagamenti lill-Bank Ċentrali biex tippermetti
għall-eżekuzzjoni, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan
ir-Regolament, sal-1 ta' Lulju 2012, tal-kuntratti relatati
mal-importazzjoni, l-akkwist jew it-trasport taż-żejt u tal-prodotti
petroliferi konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012. (12)
Huwa projbit, f'konformità mal-obbligu
tal-iffriżar tal-assi tal-Iżlamic Republic of Iran Shipping Line
(IRISL) u ta' entitajiet li huma proprjetà jew ikkontrollati mill-IRISL, li
jgħabbu u jħottu tagħbijiet fuq jew minn bastimenti li huma
l-proprjetà tal-IRISL jew chartered minnu jew minn tali entitajiet f'portijiet
tal-Istati Membri. Barra minn hekk, it-trasferiment
tas-sjieda tal-bastimenti li huma proprjetà, ikkontrollati jew mikrija
mill-kumpaniji tal-IRISL lil entitajiet oħrajn għandhom
jiġu pprojbiti wkoll skont l-iffriżar tal-assi tal-IRISL. Madankollu, l-obbligu tal-iffriżar tal-fondi u
r-riżorsi ekonomiċi tal-IRISL u ta' entitajiet li huma proprjetà jew
ikkontrollati mill-IRISL ma jirrikjedix il-qbid jew iż-żamma ta'
bastimenti li huma proprjetà ta' tali entitajiet jew il-merkanzija li
tinġarr minnhom dment li tali merkanzija tkun proprjetà ta' partijiet
terzi, u lanqas ma jirrikjedi ż-żamma tal-ekwipaġġ
ikkuntrattat minnhom. (13)
Meta jitqiesu l-attentati tal-Iran biex jevitaw
is-sanzjonijiet, għandu jiġi ċċarat li l-fondi u
r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma proprejetà, miżmuma jew
ikkontrollati minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati
fl-Annessi I jew II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK
għandhom jiġu ffriżati bla dewmien, inklużi dawk ta'
entitajiet suċċessuri stabbiliti biex jevitaw il-miżuri
stabbiliti f'dan ir-Regolament. (14)
Għandu jiġi ċċarat wkoll li
l-fatt li jiġu ppreżentati u li jintbagħtu d-dokumenti
neċessarji lil xi bank għall-fini tat-trasferiment finali
tagħhom lil xi persuna, entità jew korp li mhumiex elenkati, sabiex isiru
ħlasijiet li jkunu permessi skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament,
ma jikkostitwixxix it-tqegħid tal-fondi għad-dispożizzjoni
fis-sens tal-Artikolu 23(3) ta’ dan ir-Regolament, (15)
Għandu jiġi ċċarat li l-fondi
jew ir-riżorsi ekonomiċi jistgħu jiġu rilaxxati għal
finijiet uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari jew
organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunità skont il-liġi
internazzjonali, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. (16)
L-applikazzjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji
mmirati minn dawk li jipprovdu s-servizzi ta' komunikazzjoni finanzjarja
għandha tiġi ċċarata, f'konformità
mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. (17)
Għandu jiġi ċċarat li l-assi
tal-persuni, entitajiet jew korpi li mhumiex innominati, li huma miżmuma
f'istituzzjonijiet innominati tal-kreditu u finanzjarji ma għandhomx
jibqgħu ffriżati fl-applikazzjoni tal-miżuri finanzjarji mmirati
u jistgħu jiġu rilaxxati skont il-kondizzjonijiet pprovduti f'dan
ir-Regolament. (18)
Meta jitqiesu l-attentati tal-Iran li jużaw
is-sistema finanzjarja għall-finijiet li jevitaw is-sanzjonijiet, huwa
meħtieġ li tiġi żgurata viġilanza msaħħa
fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-istituzzjonijiet tal-Iran tal-kreditu
u finanzjarji sabiex jipprevjenu l-evitar tad-dispożizzjonijiet ta' dan
ir-Regolament, inkluż l-iffriżar tal-assi tal-Bank Ċentrali
tal-Iran. Dawn ir-rekwiżiti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u
finanzjarji għandhom ikunu kumplimentari għal obbligi eżistenti
li joħorġu mir-Regolament (KE) 1781/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni
dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi[7] u mill-implimentazzjoni
tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu
tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u
l-finanzjament tat-terroriżmu[8]. (19)
Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw
il-kontrolli tat-trasferimenti ta' fondi għandhom jiġu riveduti
sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet u
mill-operaturi kompetenti biex jipprevjenu l-evitar tad-dispożizzjonijiet
ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iffriżar tal-assi tal-Bank
Ċentrali tal-Iran. (20)
Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet dwar
l-assigurazzjoni għandhom jiġu aġġustati, b'mod
speċjali biex jiġi ċċarat li l-assigurazzjoni
tal-missjonijiet diplomatiċi u konsulari fl-UE tkun permessa skont
ir-Regolament, u biex jippermettu li tiġi pprovduta assigurazzjoni ta'
responsabbiltà ta' parti terza jew assigurazzjoni ta' responsabbiltà
ambjentali. (21)
Barra minn hekk, ir-rekwiżit li tiġi
sottomessa informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq
jeħtieġ li jiġi aġġornat peress li dan l-obbligu sar
ġeneralment applikabbli għall-oġġetti kollha li jidħlu
fi jew joħorġu mit-territorju tad-dwana tal-Unjoni wara
l-implimentazzjoni sħiħa mill-1 ta' Jannar 2012
tal-miżuri ta' sigurtà tad-dwana stipulati fid-dispożizzjonijiet
relevanti li jirrigwardaw id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u
tal-ħruġ fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92[9] u fir-Regolament (KEE)
Nru 2454/93[10].
(22)
Għandhom isiru wkoll aġġustamenti
għad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-provvediment ta' servizzi ta’
bunkering u ta’ forniment lill-bastimenti, tar-responsabbiltà tal-operaturi u
tal-projbizzjoni tal-evitar tal-miżuri restrittivi. (23)
Il-mekkaniżmu għall-iskambju ta'
informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tiġi
riveduta sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u uniformi ta' dan
ir-Regolament. (24)
Meta jitqiesu dawn il-miri, il-projbizzjoni fuq
it-tagħmir ta' ripressjoni interna għandha tkun skont
ir-Regolament (UE) 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti
kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni
fl-Iran[11],
minflok skont dan ir-Regolament. (25)
Għall-fini taċ-ċarezza,
ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 għandu jiġi rrevokat u
mibdul b’dan ir-Regolament. (26)
Il-miżuri restrittivi deskritti hawn fuq
jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u,
għalhekk, partikolarment sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi
tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija
meħtieġa leġislazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex
timplimentahom f’dak li jirrigwarda l-Unjoni. (27)
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet
fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari
mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment
id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust,
id-dritt għal proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data
personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk
id-drittijiet u prinċipji. (28)
Dan ir-Regolament jirrispetta wkoll l-obbligi
tal-Istati Membri skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment
vinkolanti tar-Risoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. (29)
Il-proċedura għan-nomina ta' persuni
soġġetti għal miżuri ta' ffriżar skont dan
ir-Regolament għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet
għall-inklużjoni fil-lista lil persuni fiżiċi jew
ġuridiċi, entitajiet jew korpi nnominati, sabiex jingħataw
l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jitressqu
osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali
ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid
id-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u
jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati kif
meħtieġ. (30)
Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament,
u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fi ħdan l-Unjoni,
l-ismijiet u data relevanti oħra dwar persuni fiżiċi u
ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi
ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu ffriżati skont ir-Regolament,
għandhom jiġu ppubblikati. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta
personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament għandu
jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni
ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet
u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta[12] u d-Direttiva 95/46/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar
il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta
personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[13]. (31)
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri
pprovduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Kapitolu I
Definizzjonijiet Artikolu 1 Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a)
'fergħa' ta' istituzzjoni finanzjarja jew ta'
kreditu tfisser post ta' negozju li jifforma parti legalment dipendenti
minn istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu u li jwettaq b'mod dirett
it-tranżazzjonijiet kollha, jew parti minnhom, inerenti fin-negozju
ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji; (b)
'servizzi ta' senserija' tfisser: (i) in-negozjar jew l-arranġament ta'
tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta'
merkanzija u teknoloġija jew servizzi relatati, jew ta' servizzi
finanzjarji, inklużi minn pajjiż terz għal kwalunkwe pajjiż
terz ieħor; jew (ii) il-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija
u teknoloġija jew servizzi relatati, jew ta' servizzi finanzjarji, inklużi
fejn jinsabu f’pajjiżi terzi għat-trasferiment tagħhom għal
pajjiż terz ieħor; (c)
"pretensjoni" tfisser kull talba, sew
asserita bi proċeduri legali jew le, magħmula qabel jew wara d-data
tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt jew b'rabta
ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi: (i) talba għal twettiq ta' kwalunkwe
obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni jew b'rabta
magħhom; (ii) talba għall-estensjoni jew
ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kwalunkwe forma; (iii) talba għal kumpens rigward
kuntratt jew tranżazzjoni; (iv) kontrotalba; (v) talba għall-għarfien jew
infurzar, inkluż bil-proċedura ta' eżekutur, ta' sentenza,
deċiżjoni bl-arbitraġġ jew deċiżjoni ekwivalenti,
magħmula jew deċiża fejn ikun; (d)
'kuntratt jew tranżazzjoni' tfisser kwalunkwe
tranżazzjoni ta' liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli,
sew jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili
magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, 'kuntratt'
jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja
jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux,
kif ukoll kwalunkwe provvediment relatat li joriġina mit-tranżazzjoni
jew ikun marbut miegħu; (e)
‘awtoritajiet kompetenti’ tirreferi
għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq
il-websajts elenkati fl-Anness X; (f)
'istituzzjoni ta' kreditu' tfisser istituzzjoni ta'
kreditu kif imfissra fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006
rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’
kreditu[14],
inklużi l-fergħat fl-Unjoni u 'l barra minnha; (g)
“territorju doganali” tal-Unjoni tfisser
it-territorju kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi
Doganali tal-Komunità[15]
u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93
tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet
għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92[16]; (h)
'riżorsi ekonomiċi' tfisser assi ta’ kull
tip, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex
fondi, iżda li jistgħu jintużaw għall-kisba ta’ fondi,
merkanzija jew servizzi; (i)
'istituzzjoni finanzjarja' tfisser (i) intrapriża, għajr istituzzjoni
ta' kreditu, li mill-anqas operazzjoni waħda minn dawk inklużi
fil-punti 2 sa 12 u punti 14 u 15 tal-Anness I
tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-attivitajiet ta' uffiċji ta'
kambju tal-munita (bureaux de change); (ii) kumpanija tal-assigurazzjoni kif
awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u
l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni
(Solvibbiltà II)[17],
sakemm din twettaq l-attivitajiet koperti b’din id-Direttiva; (iii) ditta tal-investimenti kif definita
fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar
is-swieq fl-istrumenti finanzjarji[18]; (iv) intrapriża ta' investiment kollettiv
li tikkumerċjalizza l-unitajiet u l-ishma tagħha; jew (v) intermedjarja tal-assigurazzjoni kif
definita fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni
fl-assigurazzjoni[19],
għajr l-intermedjarji msemmija fl-Artikolu 2(7) ta' dik id-Direttiva,
meta jaġixxu fir-rigward tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u servizzi
oħrajn relatati mal-investiment; inklużi l-fergħat tagħha fl-Unjoni
u 'l barra minnha; (j)
‘iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi’
tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi
għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod,
inkluż, iżda mhux limitat għal, il-bejgħ, il-kiri jew
l-użu bħala garanzija tagħhom; (k)
‘iffriżar ta' fondi’ tfisser il-prevenzjoni
ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', jew negozjar
ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum,
l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni
tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw,
inkluż l-immaniġġjar ta' portafolli; (l)
“fondi” tfisser assi finanzjarji u
benefiċċji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitati
għal: (i) flus kontanti, ċekkijiet,
pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra
ta' ħlas; (ii) depożiti ma’ istituzzjonijiet
finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u
obbligi ta' dejn; (iii) titoli u strumenti ta' dejn innegozjati
pubblikament u privatament, inklużi l-ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw
titoli, bonds, nota, garanziji, ċedoli ta’ obbligazzjoni u kuntratti
tad-derivattivi; (iv) imgħax, dividendi jew introjtu
ieħor fuq, jew valur dovut minn, jew iġġenerat minn, assi; (v) kreditu, dritt ta’ tpaċija,
garanziji, garanziji fuq xogħol b'kuntratt jew impenji finanzjarji
oħra; (vi) ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz
ta' bejgħ; kif ukoll (vii) dokumenti li jagħtu prova ta’
interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji; (m)
'merkanzija’ tinkludi oġġetti, materjali
u tagħmir; (n)
“assigurazzjoni” tfisser intrapriża jew impenn
fejn persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar ikunu
obbligati, bi ħlas, li jipprovdu lil persuna waħda oħra jew
aktar, fil-każ ta’ materjalizzazzjoni ta’ riskju, b’indennizz jew benefiċċju
kif determinat mill-intrapriża jew l-impenn; (o)
“persuna, entità jew korp Iranjani” tfisser: (i) l-Istat tal-Iran jew kwalunkwe awtorità
pubblika tiegħu; (ii) kwalunkwe persuna fiżika Iranjana,
jew residenti fih; (iii) kwalunkwe persuna ġuridika, entità
jew korp bl-uffiċċju rreġistrat fl-Iran; (iv) kwalunkwe persuna ġuridika, entità
jew korp, fl-Iran jew barra minnu, proprjetà ta' jew ikkontrollati direttament
jew indirettament minn wieħed jew aktar mill-persuni jew korpi msemmija
hawn fuq; (p)
'riassigurazzjoni' tfisser l-attività li
tikkonsisti fl-aċċettar ta’ riskji ċeduti minn impriża
tal-assigurazzjoni jew minn impriża tar-riassigurazzjoni oħra jew,
fil-każ tal-assoċjazzjoni ta’ sottoskritturi magħrufa bħala
Lloyd’s, l-attività li tikkonsisti fl-aċċettar ta’ riskji ċeduti
minn xi membru tal-Lloyd’s, minn impriża tal-assigurazzjoni jew
tar-riassigurazzjoni għajr l-assoċjazzjoni ta’ sottoskritturi
magħrufa bħala Lloyd’s; (q)
"Kumitat tas-Sanzjonijiet" tfisser
il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit
skont il-paragrafu 18 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà
tan-Nazzjonijiet Uniti ('UNSCR') 1737 (2006); (r)
‘assistenza teknika’ tfisser kwalunkwe
appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura,
immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u
tista’ tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni
ta’ għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza;
inklużi forom verbali ta’ għajnuna; (s)
'territorju tal-Unjoni' tfisser it-territorji
tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont
il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru
tagħhom; (t)
'trasferiment ta' fondi' tfisser kwalunkwe
tranżazzjoni magħmula f'isem pagatur permezz ta' fornitur ta'
servizzi ta' pagament, jew b'mezzi elettroniċi jew b'mezzi oħrajn
bħal flus kontanti, ċekkijiet jew ordnijiet ta' kontabiliżmu,
bil-ħsieb li jqiegħed fondi għad-dispożizzjoni ta'
riċevitur għand fornitur ta' servizzi ta' pagament, irrispettivament
jekk il-pagatur u r-riċevitur ikunux l-istess persuna. It-termini min
iħallas, min jitħallas u l-fornitur tas-servizz ta' ħlas
għandhom l-istess tifsira skont
ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006. Kapitolu II
Restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni Artikolu 2 1. Għandhom jiġu
pprojbiti l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni,
dirett jew indirett, tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati
fl-Annessi I jew II, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le,
lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani jew għal użu fl-Iran.
2. L-Anness I għandu
jinkludi oġġetti u teknoloġija, inkluż softwer, li huma
oġġetti jew teknoloġija b’użu doppju kif definiti
fir-Regolament (KE) Nru 428/2009
tal-5 ta' Mejju 2009, għajr għal ċerti
oġġetti u teknoloġija definiti fil-parti A
tal-Anness I għal dan ir-Regolament. 3. L-Anness II jinkludi
oġġetti u teknoloġija oħrajn li jistgħu
jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-arrikkiment,
l-ipproċessar mill-ġdid, jew relatati mal-ilma tqil tal-Iran,
għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari, jew
għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ suġġetti oħrajn
li dwarhom l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA)
esprimiet tħassib jew identifikathom bħala pendenti, inklużi
dawk determinati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat ta'
Sanzjonijiet. 4. L-Annessi I, II u III ma
jinkludux oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari
Komuni tal-Unjoni Ewropea[20]
(‘il-Lista Militari Komuni’). Artikolu 3 1. Il-bejgħ, il-provvista,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta,
tal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fl-Anness III, kemm
jekk joriġinaw fl-Unjoni u kemm jekk le, lil persuna, entità jew korp
Iranjani jew għall-użu fl-Iran, jirrekjedi awtorizzazzjoni minn
qabel. 2. Għall-esportazzjonijiet
kollha li jeħtieġu awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu, din
l-awtorizzazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru
fejn huwa stabbilit l-esportatur u għandha tkun f'konformità mar-regoli
dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.
L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha. 3. L-Anness III għandu
jinkludi kwalunkwe oġġett u teknoloġija għajr dawk
inklużi fl-Annessi I u II, li jistgħu jikkontribwixxu għal
attivitajiet relatati mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid jew
relatati mal-ilma tqil, għall-iżvilupp ta' sistemi ta’ kunsinna ta’
armi nukleari, jew għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’
suġġetti oħra li dwarhom IAEA esprimiet tħassib jew
identifikathom bħala pendenti. 4. L-esportaturi għandhom
jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni relevanti kollha
meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom għal
awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. 5. L-awtoritajiet kompetenti ma
għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għal kwalunkwe bejgħ,
provvista, trasferiment jew esportazzjoni tal-oġġetti jew
it-teknoloġija inklużi fl-Anness III, jekk huma jkollhom
raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-bejgħ,
il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni jistgħu jikkontribwixxu
għal xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin: (a) l-attivitajiet tal-Iran relatati
mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid, jew relatati mal-ilma tqil; (b) l-iżvilupp mill-Iran ta' sistemi ta'
kunsinna ta' armi nukleari; jew (c) it-twettiq mill-Iran ta’ attivitajiet
relatati ma’ suġġetti oħrajn li dwarhom l-IAEA esprimiet
tħassib jew identifikathom bħala pendenti. 6. Bil-kondizzjonijiet
stabbiliti fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri,
jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw
awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni li huma jkunu diġà taw. 7. Meta l-awtorità kompetenti
ta’ Stat Membru tiċħad li tagħti awtorizzazzjoni, jew tannulla,
tissospendi, tillimita sostanzjalment jew tirrevoka awtorizzazzjoni
f'konformità mal-paragrafu 5 jew 6, hija għandha
tinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar dan u
tikkondividi l-informazzjoni relevanti magħhom, filwaqt li tikkonforma
mad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97
tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn
l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn
tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett
tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli[21]. 8. Qabel ma Stat Membri
jagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 5 għal
tranżazzjoni li hija essenzjalment identika għal tranżazzjoni li
hija s-soġġett ta’ ċaħda li tkun għadha valida,
maħruġa minn Stat Membru ieħor jew minn Stati Membri oħra
taħt il-paragrafi 6 u 7 għandu l-ewwel nett jikkonsulta
lill-Istat jew Stati Membri li jkunu ħarġu ċ-ċaħda.
Jekk, wara dawn il-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat
jiddeċiedi li jagħti l-awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma
lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan, filwaqt li jipprovdi
l-informazzjoni relevanti kollha biex jispjega d-deċiżjoni. Artikolu 4 Għandhom jiġu pprojbiti x-xiri,
l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran, direttament jew indirettament, ta'
oġġetti u teknoloġija elenkati fl-Anness I u II, kemm jekk
l-oġġett ikkonċernat joriġina mill-Iran u kemm jekk le. Artikolu 5 1. Għandhom jiġi
pprojbiti: (a) li tkun ipprovduta, direttament jew
indirettament, assistenza teknika relatata mal-oġġetti u
t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, jew relatata
mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’
oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità
jew korp Iranjani jew għall-użu fl-Iran; (b) li jkunu pprovduti, direttament jew
indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija relatati mal-oġġetti
u t-teknoloġija elenkati fl-Annessi I jew II, jew relatati
mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’
oġġetti elenkati fl-Annessi I jew II, lil kwalunkwe persuna,
entità jew korp Iranjani jew għall-użu fl-Iran; kif ukoll (c) li jkunu pprovduti, direttament jew
indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati
mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni
jew fl-Annessi I jew II, inklużi b’mod partikolari l-għotjiet,
is-self u l-assigurazzjoni fuq il-kreditu għall-esportazzjoni, għal
kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn
l-oġġetti, jew għal kwalunkwe provvista ta’ assistenza teknika
relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani jew għall-użu
fl-Iran. 2. Il-provvista ta’ dan li
ġej għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni
mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat: (a) assistenza teknika jew servizzi ta’
senserija relatati ma' oġġetti u teknoloġija elenkati
fl-Anness III u għall-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u
l-użu ta’ dawk l-oġġetti, direttament jew indirettament lil
kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani jew għall-użu fl-Iran; (b) finanzjament jew assistenza finanzjarja
relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija
fl-Anness III, inklużi b’mod partikolari l-għotjiet, is-self u
l-assigurazzjoni fuq il-kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe
bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawk
l-oġġetti, jew għal kwalunkwe għoti ta’ assistenza teknika
relatata, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp
Iranjani jew għall-użu fl-Iran. 3. L-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri, ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni
għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jekk huma
jkollhom raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-azzjoni
tikkontribwixxi għal waħda mill-attivitajiet li ġejjin: (a) l-attivitajiet tal-Iran relatati
mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid, jew relatati mal-ilma tqil; (b) l-iżvilupp mill-Iran ta' sistemi ta'
kunsinna ta' armi nukleari; jew (c) it-twettiq mill-Iran ta’ attivitajiet
relatati ma’ suġġetti oħrajn li dwarhom l-IAEA esprimiet
tħassib jew identifikathom bħala pendenti. Artikolu 6 L-Artikolu 2 (1) ma għandux
jgħodd:. (a) għat-trasferiment dirett jew
indirett ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-Parti B
tal-Anness I, permezz tat-territorji tal-Istati Membri meta dawk
l-oġġetti jinbiegħu, jkunu pprovduti, ittrasferiti jew esportati
lejn, jew għall-użu fl-Iran għal reattur ta’ ilma ħafif
fl-Iran li beda jinbena qabel Diċembru 2006; (b) għat-tranżazzjonijiet li
l-mandat tagħhom ingħata mill-programm ta' kooperazzjoni teknika
tal-IAEA. jew (c) għall-oġġetti
pprovduti jew ittrasferiti lejn jew għall-użu fl-Iran, minħabba
l-obbligi tal-Istati Partijiet skont il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni
tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi
Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom tat-13 ta' Jannar 1993. Artikolu 7 1. L-awtoritajiet kompetenti
jistgħu jagħtu, skont tali termini u kondizzjonijiet li huma jqisu
bħala xieraq, awtorizzazzjoni għal tranżazzjoni fir-rigward
tal-oġġetti u tat-teknoliġija msemmija fl-Artikolu 2(1) jew
tal-assistenza jew tas-servizzi ta' senserija msemmija fl-Artikolu 5(1),
sakemm: (a)
l-oġġetti u t-teknoloġija,
l-assistenza jew is-servizzi ta' senserija jkunu għall-ikel,
għall-agrikoltura, għal finijiet mediċi jew umanitarji
oħrajn, u (b) f’dawk il-każijiet fejn
it-tranżazzjoni tikkonċerna oġġetti u teknoloġija li
jinsabu fil-listi tal-Grupp ta’ Fornituri Nukleari u r-Reġim ta’ Kontroll
tat-Teknoloġija Missilistika, il-Kumitat ta' Sanzjonijiet iddetermina
bil-quddiem u fuq bażi ta’ każ b’każ li b'mod ċar
it-tranżazzjoni ma tikkontribwixxix għall-iżvilupp ta’
teknoloġiji b’appoġġ għall-attivitajiet nukleari tal-Iran
fir-rigward tal-proliferazzjoni, jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’
kunsinna ta’ żvilupp ta’ armi nukleari. 2. L-Istat Membru
kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħrajn u
lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni
mill-inqas għaxart ijiem ta' xoghol qabel l-awtorizzazzjoni. Artikolu 8 1. Għandu jkun ipprojbit li
jinbiegħu, jiġu pprovduti, trasferiti jew esportati t-tagħmir
jew it-teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VI, direttament jew
indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani jew għall-użu
fl-Iran. 2. L-Anness VI għandu
jinkludi tagħmir u teknoloġija ewlenin għas-setturi ewlenin li
ġejjin tal-industrija taż-żejt u l-gass fl-Iran: (a) l-esplorazzjoni taż-żejt mhux
maħdum u tal-gass naturali; (b) il-produzzjoni taż-żejt mhux
maħdum u tal-gass naturali; (c) ir-raffinar; (d) il-likwefazzjoni tal-gass naturali. 3. L-Anness VI għandu
jinkludi wkoll it-tagħmir u t-teknoloġija ewlenin
għall-industrija petrokimika fl-Iran. 4. L-Anness VI ma
għandux jinkludi oġġetti inklużi fil-Lista Militari Komuni,
jew fl-Anness I, l-Anness II jew l-Anness III. Artikolu 9 Għandhom jiġi pprojbiti: (a) li jkunu pprovduti, direttament jew
indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati
mat-tagħmir u t-teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VI, jew
relatati mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta'
oġġetti elenkati fl-Anness VI, lil kwalunkwe persuna, entità jew
korp Iranjani jew għall-użu fl-Iran. (b) li jkunu pprovduti, direttament jew
indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati
mat-tagħmir u t-teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VI, lil
kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani jew għall-użu fl-Iran. Artikolu 10 Sakemm il-persuna fiżika jew ġuridika,
entità jew korp li jkunu qegħdin ifittxu li jinvolvu ruħhom fit-tranżazzjoni
msemmija fil-punti (a) jew (b), jew biex jipprovdu assistenza jew tali
tranżizzjonijiet, jkunu nnotifikaw, mill-inqas 20 jum ta' xogħol
qabel, it-tranżazzjoni jew l-assistenza lill-awtoritajiet kompetenti
tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita, il-projbizzjonijiet
fl-Artikoli 8 u 9 ma għandhomx japplikaw: (b)
għat-tranżazzjonijiet meħtieġa
minn kuntratt kummerċjali fir-rigward ta' tagħmir u teknoloġija
fl-esplorazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali,
tal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali,
tar-raffinar, tal-likwifazzjoni tal-gass naturali konkluż qabel
is-27 ta' Ottubru 2010, jew b'kuntratt jew bi ftehim
konkluż qabel is-26 ta' Lulju 2010 u relatat ma investiment
fl-Iran li jkun sar qabel is-26 ta' Lulju 2010, u lanqas ma għandhom
jipprevjenu l-eżekuzzjoni ta' obbligu li jirrizulta minnhom; jew (c)
għat-tranżazzjonijiet meħtieġa
minn kuntratt kummerċjali rigward tagħmir u teknoloġija ewlenin
għall-industrija petrokimika konkluż qabel [daħħal id-data
tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jew b'kuntratt jew bi
ftehim konkluż qabel it-23 ta' Jannar 2012 u relatat ma'
investiment fl-Iran li jkun sar qabel it-23 ta' Jannar 2012, u
lanqas ma għandhom jipprevjenu l-eżekuzzjoni ta' obbligu li
jirriżulta minnhom. Artikolu 11 1. Għandhom jiġi
pprojbiti: (a)
l-importazzjoni ta' żejt mhux maħdum jew
ta' prodotti petroliferi lejn l-Unjoni jekk: (i) joriġinaw fl-Iran; jew (ii) ikunu ġew esportati mill-Iran; (b)
ix-xiri ta' żejt mhux maħdum jew ta’
prodotti petroliferi li jinsabu fl-Iran jew li joriġinaw fih; (c)
it-trasport taż-żejt mhux maħdum jew
tal-prodotti petroliferi jekk dawn ikunu joriġinaw mill-Iran, jew ikunu
qed jiġu esportati mill-Iran lejn kwalunkwe pajjiż ieħor; kif
ukoll (d)
li jiġu pprovduti, direttament jew
indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi direttivi
finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għajr
għall-assigurazzjoni ta' responsabbiltà ta' parti terza u
għall-assigurazzjoni ta' responsabbiltà ambjentali relatati mal-oġġetti
msemmija fil-punti (a), (b) u (c). 2. Żejt mhux maħdum u
prodotti petroliferi tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness IV; Artikolu 12 Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 11 ma
għandhomx japplikaw għal: (a) l-eżekuzzjoni
sal-1 ta' Lulju 2012, ta' kuntratti kummerċjali
konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew ta' kuntratti
anċillari, inklużi kuntratti ta' trasport, ta’ assigurazzjoni jew ta’
spezzjoni, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti; (b) ix-xiri u t-trasport ta’ żejt mhux
maħdum jew ta’ prodotti petroliferi li kienu ġew esportati mill-Iran
qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew, fejn l-esportazzjoni saret
skont il-punt (a) fil-1 ta' Lulju 2012 jew qabel; jew (c) l-eżekuzzjoni ta' kuntratti
konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew ta' kuntratti
anċillari, inklużi kuntratti ta' trasport, ta’ assigurazzjoni jew ta’
spezzjoni, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti,
fejn tali kuntratt jipprovdi b'mod speċifiku li l-forniment
taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti petroliferi Iranjani jew
ir-rikavati li jiġu mill-forniment tagħhom huma
għar-rimborż ta' ammonti pendenti lil persuni, entitajiet jew korpi
taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, sakemm il-persuna, l-entità jew il-korp li jkunu
qegħdin ifittxu li jeżegwixxu l-kuntratt ikkonċernat ikunu
nnotifikaw, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, l-attività jew
it-tranżazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun
stabbilita. Artikolu 13 1. Għandhom jiġu
pprojbiti x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran, direttament jew
indirettament, tal-prodotti petrokimiċi kif elenkati fl-Anness V,
kemm jekk l-oġġett ikkonċernat joriġina mill-Iran u kemm
jekk le. 2. Għandu jiġi
pprojbit li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament
jew assistenza finanzjarja, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni,
għajr għall-assigurazzjoni ta' responsabbiltà ta' parti terza u
għall-assigurazzjoni ta' responsabbiltà ambjentali relatati
mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 14 Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 13 ma
għandhomx japplikaw għal: (a)
l-eżekuzzjoni
sal-1 ta' Mejju 2012, ta' kuntratti kummerċjali
konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew ta' kuntratti
anċillari, inkluż kuntratti ta' trasport, ta’ assigurazzjoni jew ta’
spezzjoni, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti; (b)
ix-xiri u t-trasport ta’ prodotti petroliferi li
kienu ġew esportati mill-Iran qabel it-23 ta' Jannar 2012,
jew, fejn l-esportazzjoni saret skont il-punt (a)
fil-1 ta' Mejju 2012 jew qabel; jew (c)
l-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi
qabel it-23 ta' Jannar 2012, jew ta' kuntratti anċillari,
inklużi kuntratti ta' trasport, ta’ assigurazzjoni jew ta’ spezzjoni,
meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, fejn tali
kuntratt jipprovdi b'mod speċifiku li l-forniment ta' prodotti petroliferi
Iranjani jew ir-rikavati li jiġu mill-forniment tagħhom huma
għar-rimborż ta' ammonti pendenti lil persuni, entitajiet jew korpi
taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, sakemm il-persuna, l-entità jew il-korp li jkunu
qegħdin ifittxu li jeżegwixxu l-kuntratt ikkonċernat ikunu
nnotifikaw, mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel, l-attività jew
it-tranżazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun
stabbilita. Artikolu 15 1. Għandhom jiġi
pprojbiti: (a) il-bejgħ, il-forniment,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, ta' deheb, metalli
prezzjużi u djamanti, kif elenkat fl-Anness VII, sew jekk
joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, lill-Gvern tal-Iran, lill-korpi
pubbliċi, lill-korporazzjonijiet u lill-aġenziji tiegħu,
lill-Bank Ċentrali tal-Iran u lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li
jaġixxi f'isimhom jew b'ordni minnhom, jew lil kwalunkwe entità jew korp
li huma proprjetà jew ikkontrollati minnhom; (b) ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport,
direttament jew indirettament, ta' deheb, metalli prezzjużi u djamanti,
kif elenkat fl-Anness VII, sew jekk l-oġġett ikkonċernat
joriġina mill-Iran kif ukoll jekk le, mill-Gvern tal-Iran, mill-korpi
pubbliċi, mill-korporazzjonijiet u mill-aġenziji tiegħu,
mill-Bank Ċentrali tal-Iran u minn kwalunkwe persuna, entità jew korp li
jaġixxi f'isimhom jew b'ordni minnhom, jew minn kwalunkwe entità jew korp
li huma proprjetà jew ikkontrollati minnhom; kif ukoll (c) li jiġu pprovduti, direttament jew
indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta' senserija, finanzjament jew
assistenza finanzjarja, relatata mal-oġġetti mesmmija
fil-punti (a) u (b) lill-Gvern tal-Iran, lill-korpi pubbliċi,
lill-korporazzjonijiet u lill-aġenziji tiegħu, lill-Bank
Ċentrali tal-Iran u lil kwalunkwe persuna, entità jew korp li
jaġixxui f'isimhom jew b'ordni minnhom, jew lill-entitajiet jew lil
kwalunkwe entità jew korp li huma proprjetà jew ikkontrollati minnhom; 2. L-Anness VII
għandu jinkludi deheb, metalli prezzjużi u djamanti
suġġetti għall-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 16 Għandhom jiġu pprojbiti
l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament
jew indirettament, ta' karti tal-flus u muniti ġodda, li għadhom kemm
ġew stampati jew li għadhom ma ħarġux, b'denominazzjoni
Iranjana, stampati jew maħruġa fl-Unjoni, lill-Bank Ċentrali
tal-Iran." Kapitolu III
Restrizzjonijiet fuq l-iffinanzjar ta’ ċerti intrapriżi Artikolu 17 1. Dan li ġej għandu
jiġi pprojbit: (a) l-għoti ta' self finanzjarju jew
kreditu lil persuna, entità jew korp Iranjani msemmija fil-paragrafu 2; (b) il-kisba jew l-estensjoni ta'
parteċipazzjoni ta' persuna, entità jew korp Iranjani msemmija
fil-paragrafu 2; (c) il-ħolqien ta' kwalunkwe
impriża konġunta ma' persuna, entità jew korp Iranjani msemmija
fil-paragrafu 2; 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1
għandha tapplika għal kwalunkwe persuna, entità jew korp Iranjani
involuti: (a) fil-manifattura ta' oġġetti jew
teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness I jew
II; (b) fl-esplorazzjoni jew il-produzzjoni ta'
żejt mhux maħdum u gass naturali, ir-raffinar ta' karburanti jew
il-likwifazzjoni ta' gass naturali. jew (c) l-industrija petrokimika 3. Għall-finijiet
tal-paragrafu 2(b) biss, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li
ġejjin. (a) “esplorazzjoni ta' żejt mhux
maħdum u gass naturali” tinkludi l-esplorazzjoni għal, prospetti ta’
u l-ġestjoni tar-riservi taż-żejt mhux maħdum u l-gass
naturali, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi ġeoloġiċi marbuta
ma’ tali servizzi; (b) “produzzjoni ta' żejt mhux
maħdum u gass naturali” tinkludi servizzi ta' trasmissjoni tal-gass bi
kwantitajiet kbar għall-fini ta' transitu għal sistemi ta'
distribuzzjoni interkonnessi b'mod dirett; (c) “raffinar” tfisser
l-ipproċċessar, il-kondizzjonament jew it-tħejjija
għall-bejgħ finali tal-karburanti. 4. Għandu jkun ipprojbit li
tiġi stabbilita kooperazzjoni ma' persuna, entità jew korp Iranjan
involuti fit-trasmissjoni ta' gass naturali kif imsemmi
fil-paragrafu 3(b). 5. Għall-fini
tal-paragrafu 4, “kooperazzjoni” tfisser: (a) il-kondiviżjoni
tal-ispejjeż tal-investimenti f'katina tal-forniment integrata jew
ġestita għar-riċeviment jew il-konsenja ta' gass naturali minn
jew lejn it-territorju tal-Iran; kif ukoll (b) il-kooperazzjoni diretta għall-fini
tal-investiment f'faċilitajiet tal-gass naturali likwifikat fit-territorju
tal-Iran jew f'faċilitajiet tal-gass naturali likwifikat konnessi
miegħu b'mod dirett. Artikolu 18 1. L-investiment permezz ta’
tranżazzjonjijiet kif imsemmi fl-Artikolu 17(1) f’persuna, entità jew
korp Iranjani impenjati fil-manifattura ta’ oġġetti jew
teknoloġija elenkati fl-Anness III għandu jkun soġġett
għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
kkonċernat. 2. L-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri, ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni
għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jekk huma
jkollhom raġunijiet ġustifikati biex jiddeterminaw li l-azzjoni
tikkontribwixxi għal waħda mill-attivitajiet li ġejjin: (a) l-attivitajiet tal-Iran relatati
mal-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid, jew relatati mal-ilma tqil; (b) l-iżvilupp mill-Iran ta' sistemi ta'
kunsinna ta' armi nukleari; jew (c) it-twettiq mill-Iran ta’ attivitajiet
relatati ma’ suġġetti oħrajn li dwarhom l-IAEA esprimiet
tħassib jew identifikathom bħala pendenti. Artikolu 19 1. B’deroga mill-Artikolu 17(2)(a),
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu, skont termini u
kondizzjonijiet li huma jqisu opportuni, jagħtu awtorizzazzjoni li jsir
investiment permezz ta’ tranżazzjonjiiet kif imsemmi
fl-Artikolu 17(1) jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li
ġejjin: (a)
il-persuna, entità jew korp Iranjani jkunu impenjaw
ruħhom li japplikaw garanziji opportuni għall-utent aħħari
fir-rigward tal-oġġetti jew it-teknoloġija kkonċernata; (b)
l-Iran impenja ruħu li ma jużax
l-oġġetti jew it-teknoloġija kkonċernata f’attivitajiet
nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’
sistemi ta’ konsenja ta’ armi nukleari; kif ukoll (c)
f’dawk il-każijiet fejn l-investiment isir
f’persuna, entità jew korp Iranjani impenjati fil-manifattura ta’
oġġetti jew teknolġija li jinsabu fil-listi tal-Grupp ta’
Fornituri Nukleari u r-Reġim ta’ Kontroll tat-Teknoloġija
Missililistika, il-Kumitat ta' Sanzjonijiet ikun iddetermina bil-quddiem u fuq
bażi ta’ każ b’każ li b’mod ċar it-tranżazzjoni ma
tikkontribwixxix għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji
b’appoġġ għall-attivitajiet nukleari tal-Iran fir-rigward
tal-proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’
żvilupp ta’ armi nukleari. 2. L-Istat Membru
kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni
bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas
għaxart ijiem ta' xoghol qabel l-awtorizzazzjoni. Artikolu 20 L-Artikolu 17(2)(b) ma għandux
japplika għall-għoti ta' self finanzjaru jew kreditu għall-kisba
jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk jiġu sodisfatti
l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) it-tranżazzjoni hija
meħtieġa minn ftehim jew kuntratt milħuq qabel
is-26 ta' Lulju 2010; kif ukoll (b) l-awtorità kompetenti ġiet
infurmata mill-inqas 20 jum tax-xogħol b'dan il-ftehim jew kuntratt. Artikolu 21 L-Artikolu 17(2)(c) ma għandux
japplika għall-għoti ta' self finanzjaru jew kreditu għall-kisba
jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk jiġu sodisfatti
l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) it-tranżazzjoni hija
meħtieġa minn ftehim jew kuntratt milħuq qabel
is-23 ta' Jannar 2012; kif ukoll (b) l-awtorità kompetenti ġiet
infurmata mill-inqas 20 jum tax-xogħol b'dan il-ftehim jew kuntratt. Artikolu 22 Għandu jiġi pprojbit li jiġi
aċċettat jew approvat, permezz ta' konklużjoni ta' ftehim jew bi
kwalunkwe mezz ieħor, li l-għoti ta' kwalunkwe self finanzjarju jew
kreditu, jew il-kisba jew l-estensjoni tal-parteċipazzjoni, jew
il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta jsiru minn persuni,
entitajiet jew korpi Iranjani, f'intrapriża impenjata fi kwalunkwe
waħda mill-attivitajiet li ġejjin: (a) il-minjieri tal-uranju, (b) l-arrikkiment tal-uranju u
l-ipproċessar mill-ġdid tal-uranju; (c) il-manifattura ta’ oġġetti
jew teknoloġija li jinsabu inklużi fil-listi tal-Grupp ta’ Fornituri
Nukleari jew tar-Reġim ta’ Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika. Kapitolu IV
Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi Artikolu 23 1. Il-fondi u r-riżorsi
ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma l-proprjetà ta’, huma miżmuma
jew huma kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati
fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK
għandhom jiġu ffriżati. L-Anness I tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK jinkludi l-persuni, l-entitajiet u l-korpi
magħżula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat
ta' Sanzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 12
tal-UNSCR 1737 (2006), il-paragrafu 7
tal-UNSCR 1803 (2008) jew
il-paragrafi 11, 12 jew 19 tal-UNSCR 1929 (2010). 2. Il-fondi u r-riżorsi
ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma l-proprjetà ta’, huma miżmuma
jew huma kkontrollati mill-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati
fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK
għandhom jiġu ffriżati. L-Anness II tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK għandu jinkludi l-persuni fiżiċi
u ġuridiċi, entitajiet u korpi li, f'konformità
mal-Artikolu 20(1)(b) u (c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
2010/413/PESK, ġew identifikati li: (a) huma impenjati, huma direttament
assoċjati ma', jew jipprovdu apoġġ għal attivitajiet
nukleari ta' natura sensittiva fir-rigward tal-proliferazzjoni jew
l-iżvilupp ta' sistemi li jwasslu l-armi nukleari mill-Iran, inkluż
permezz l-involviment fl-akkwist ta' oġġetti u teknoloġija
pprojbiti, jew li jkunu propjetà ta', jew ikkontrollati minn, tali persuna,
entità jew korp, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, jew li
jaġixxu f'isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom; (b) huma persuna fiżika jew
ġuridika, entità jew korp li assistew lil persuna, entità jew korp
elenkati biex jevadu jew jiksru d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament,
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK jew tal-UNSCR 1737
(2006), UNSCR1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010); (c) huma membru tal-Korp tal-Gwardjani
tar-Rivoluzzjoni Iżlamika jew persuna ġuridika, entità jew korp
proprjetà ta' jew ikkontrollat mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni
Iżlamika jew minn wieħed jew aktar mill-membri tiegħu, jew
persuni fiżiċi jew ġuridiċi f'isimhom; (d) huma persuni,
entitajiet jew korpi oħrajn li jipprovdu appoġġ , bħal
appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju, lill-Gvern
tal-Iran, u lill-persuni, entitajiet u korpi assoċjati magħhom; (e) huma persuna
ġuridika, entità jew korp li huwa proprjetà ta' jew ikkontrollat
mill-Iżlamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL), jew li jaġixxu
f'isimhom. Għandu jiġi projbit, skont l-obbligu
tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-IRISL u ta'
entitajiet innominati li huma proprjetà jew ikkontrollati mill-IRISL, li
jgħabbu jew iħottu tagħbijiet fuq jew minn bastimenti li huma
l-proprjetà tal-IRISL jew chartered minnu jew minn tali entitajiet f'portijiet
tal-Istati Membri. L-obbligu tal-iffriżar ta' fondi u
riżorsi ekonomiċi tal-IRISL u ta' entitajiet innominati li huma
l-proprjetà ta' jew ikkontrollati mill-IRISL ma għandux jirrekjedi l-qbid
jew iż-żamma ta' bastimenti li huma proprjetà ta' tali entitajiet jew
il-merkanziji li jinġarru minnhom dment li tali merkanzija tkun proprjetà
ta' partijiet terzi, u lanqas ma jirrekjedi ż-żamma
tal-ekwipaġġ ikkuntrattat minnhom. 3. L-ebda fondi jew riżorsi
ekonomiċi ma għandhom ikunu disponibbli, direttament jew
indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni
fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati
fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK. 4. Skont l-obbligu għall-iffriżar
tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi, u mingħajr preġudizzju
għall-eżekuzzjoni tad-derogi previsti fil-paragrafi 24, 25, 26,
27, 28, 29 jew 30, għandha tiġi pprojbità l-provvista ta' servizzi
ta' komunikazzjoni finanzjarja, li jintużaw mill-istituzzjonijiet
finanzjarji biex jiskambjaw dejta finanzjarja bejniethom, lill-persuni
fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati
fl-Annessi I jew II tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK. 5. L-Annessi I u II
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK għandhom jinkludu
r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni, entitajiet u korpi elenkati,
kif previsti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet
fir-rigward tal-Anness I. 6. L-Annessi I u II
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK għandhom jinkludu
wkoll, fejn ikun disponibbli, informazzjoni neċessarja
għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew
ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati, kif previsti
mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward
tal-Anness I. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni
tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post
tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta
tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew
il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u
l-korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data
tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Fir-rigward tal-linji tal-ajru u tal-kumpaniji tat-tbaħħir,
l-Annessi I u II għandhom
jinkludu wkoll, fejn ikun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex
jidentifikaw kull bastiment jew inġenju tal-ajru li huwa proprjetà ta'
kumpanija elenkata bħan-numru oriġinali tar-reġistrazzjoni jew
l-isem. L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll id-data
tan-nomina."; Artikolu 24 1. Permezz ta’ deroga
mill-Artikolu 23, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu
jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi
ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin: (d)
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma
s-suġġett ta' rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali
stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin
fl-Artikolu 23 ġew nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill
tas-Sigurtà jew il-Kunsill jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva
jew arbitrali li għaddiet qabel dik id-data; (e)
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser
jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet
żgurati minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali
sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli
li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet; (f)
il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx
għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkati
fl-Anness I u II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; (g)
ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma
tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; kif ukoll (h)
fejn japplika l-Artikolu 23(1), il-Kumitat
tas-Sanzjonijiet ġie nnotifikat mill-Istat Membru dwar ir-rahan jew
is-sentenza. 2. L-Istat Membru relevanti
għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar
awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1. Artikolu 25 B'deroga mill-Artikolu 23 u sakemm
ħlas minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I u II tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK huwa dovut taħt kuntratt jew ftehim li kien
konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għall-persuna, entità jew
korp ikkonċernat, qabel id-data meta dik il-persuna, entità jew korp kienu
nnominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà jew
mill-Kunsill, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu
jawtorizzaw, taħt tali kondizzjonijiet li huma jqisu adatt, ir-rilaxx ta'
ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi, jekk jintlaħqu
l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-awtorità kompetenti
kkonċernata tkun iddeterminat li: (i) il-fondi jew ir-riżorsi
ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna,
entità jew korp elenkati fl-Anness I u II tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK; (ii) il-pagament ma għandux
jikkontribwixxi għal attività pprojbita skont dan ir-Regolament u (iii) il-pagament mhuwiex bi ksur
tal-Artikolu 23(3); (b) fejn japplika l-Artikolu 23(1),
l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet
b’dik id-determinazzjoni mesmmija fil-punt (a) u bl-intenzjoni tiegħu
li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx
oġġezzjona għal dik l-azzjoni fi żmien għaxart ijiem
ta’ xogħol min-notifika; kif ukoll (c) l-Istat Membru kkonċernat
innotifka lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar dik
id-determinazzjoni mesmmija fil-punt (a) u l-ħsieb tiegħu li
jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem ta' xoghol qabel
l-awtorizzazzjoni. Artikolu 26 1. B'deroga
mill-Artikolu 23, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu
jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa,
ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati
jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni ċertu fondi jew
riżorsi ekonomiċi, dment li jintlaħqu l-kundizzjonjonijiet li
ġejjin: (a) l-awtorità kompetenti kkonċernata
ddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma: (i) meħtieġa biex jissodisfaw
il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni elenkati fl-Annessi I
u II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, u l-membri tal-familja
dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti
tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, poloz
tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta’ servizzi pubbliċi; (ii) maħsuba esklussivament
għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż
ta’ spejjeż imġarrba b'konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi legali;
jew (iii) maħsuba esklussivament
għall-ħlas ta' onorarji jew ħlasijiet għal servizzi
għall-kustodja normali jew għall-manutenzjoni ta' fondi u
riżorsi ekonomiċi ffriżati; kif ukoll (b) bil-kundizzjoni li, fejn
l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati
fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, l-Istat
Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'dik
id-determinazzjoni msemmija fil-punt (a) u bl-intenzjoni tiegħu li
jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx
oġġezzjona għal dak il-perkors ta’ azzjoni fi żmien
ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika."; 2. L-Istat Membru relevanti għandu
jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar
awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1. 3. B'deroga mill-Artikolu 23,
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx
ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li
ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, wara li
jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati
huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji jew
għall-ħlas jew it-trasferiment ta' oġġetti meta jiġu
akkwistati għal reattur b'ilma ħafif fl-Iran li beda jinbena qabel
Diċembru 2006 jew għall-oġġetti msemmija
fl-Artikolu 6(b) u (c), bil-kondizzjoni li jintlaħqu
l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna
persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat
dwar dik id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li
d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat; kif ukoll (b) fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna
persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK, l-Istat Membru kkonċernat għandu
jinnotifka lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar dik
id-determinazzjoni u l-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni
mill-inqas għaxart ijiem ta' xoghol qabel l-awtorizzazzjoni. Artikolu 27 1 B'deroga
mill-Artikolu 23 (2) u (3), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati
Membri jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li
jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi
ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew
riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew
ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għall-finijiet
uffiċjali ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari jew organizzazzjonijiet
internazzjonali li jgawdu immunitajiet skont il-liġi internazzjonali. 2. L-Istat Membru relevanti
għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar
awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1. Artikolu 28 B'deroga mill-Artikolu 23(2) u (3),
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa: (u)
(a) li ċerti fondi jkunu disponibbli
għall-Bank Ċentrali tal-Iran wara li jiddeterminaw li l-fondi huma
meħtieġa għall-eżekuzzjoni,
sal-1 ta' Lulju 2012, ta' kuntratti msemmi fl-Artikolu 12;
jew (v)
(b) li ċerti fondi jew riżorsi
ekonomiċi jkunu disponibbli għall-Bank Ċentrali tal-Iran jew
ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati
tal-Bank Ċentrali tal-Iran, wara li jiddeterminaw li l-fondi jew
ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa biex jipprovdu
lill-istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji b'likwidità
għall-iffinanzjar tal-kummerċ, demt li l-Istat Membru kkonċernat ikun
innotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-ħsieb
tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart ijiem ta'
xoghol qabel l-awtorizzazzjoni. Artikolu 29 1. B'deroga
mill-Artikoli 23(2) u (3), u sat-23 ta' Marzu 2012,
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, taħt
tali kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, li ċerti fondi jew riżorsi
ekonomiċi jkunu disponibbli għall-Bank Ċentrali tal-Iran jew
ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi tal-Bank
Tejarat, iffriżati wara t-23 ta' Jannar 2012, sakemm: (a) il-fondi jew ir-riżorsi
ekonmiċi jintużaw għal pagament dovut skont kuntratt
kummerċjali; (b) il-pagament mhuwiex bi ksur
tal-Artikolu 23(3); 2. L-Istat Membru
kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħrajn u
lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni
mill-inqas għaxart ijiem ta' xoghol qabel l-awtorizzazzjoni. Artikolu 30 1. L-Artikolu 23(3) ma
għandux jipprevjeni lil istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji milli
jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti
fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati,
sakemm kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata
wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tgħarraf
bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b'tali tranżazzjonijiet. 2. L-Artikolu 23(3) ma
għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati
ta': (a) imgħax jew qligħ ieħor fuq
dawk il-kontijiet; jew (b) ħlasijiet dovuti taħt
kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew tqajmu qabel
id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 23
ġew nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà jew
mill-Kunsill; sakemm kwalunkwe imgħax jew dħul
ieħor u ħlasijiet bħal dawn huma ffriżati skont
l-Artikolu 23(1) jew (2). 3. Dan l-Artikolu ma
għandux jinftiehem bħala li jawtorizza t-trasferimenti ta' fondi
msemmijin fl-Artikolu 31. Kapitolu V
Restrizzjonijiet fuq trasferimenti ta’ fondi u fuq servizzi finanzjarji Artikolu 31 1. It-trasferiment ta' fondi lil
persuna, entità jew korp Iranjani jew mingħandhom għandu jiġi
pproċessat kif ġej: (a) trasferimenti dovuti fuq
tranżazzjonijiet li jirrigwardaw prodotti tal-ikel, kura
tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet umanitarji
għandhom jitwettqu mingħajr kwalunkwe awtorizzazzjoni min qabel.
It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat minn qable bil-miktub
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jekk ikun ekwivalenti
għal EUR 10 000 jew aktar; (b) kwalunkwe trasferiment ieħor ta'
inqas minn EUR 40,000 għandu jsir mingħajr awtorizzazzjoni minn
qabel. It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat minn qable bil-miktub
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jekk ikun ekwivalenti
għal EUR 10 000 jew aktar; (c) kwalunkwe trasferiment ieħor li jkun
ekwivalenti għal EUR 40 000 jew aktar ikun
jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri. 2. Il-paragrafu 1
għandu japplika indipendentement minn jekk it-trasferiment ta' fondi jkunx
eżegwit f'operazzjoni waħda jew f'diversi operazzjonijiet li jidhru
marbutin ma' xulxin. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “l-operati li
jidhru li huma marbuta" jinkludu: (i) katina ta' trasferimenti minn jew lill-istess
persuna, entità jew korp li jsiru b'konnessjoni ma' obbligu wieħed li
jagħmlu trasferiment ta' fondi, fejn kull trasferiment individwali jaqa'
taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 31 iżda li, fl-aggregat,
jissodisfaw il-kriterji għan-notifika jew għall-awtorizzazzjoni; jew (ii) katina ta' trasferimenti li jinvolvu
fornituri differenti ta' servizzi ta' pagament li jaffettwaw obbligu
wieħed biex jagħmlu trasferiment ta' fondi. 3. In-notifiki u t-talbiet
għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferimenti ta' fondi għandhom
jipproċedu kif ġej: (a)
(a) In-notifiki u t-talbiet
għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil persuna,
entità jew korp Iranjani għandhom jiġu indirizzati mill-fornitur ta'
servizzi ta' pagament, jew f'ismu, ta' min ikun qed iħallas kif imsemmi
fl-Artikolu 1(t) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun
ingħatat l-ordni inizjali għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment. (b)
(b) In-notifiki u t-talbiet
għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi minn persuna,
entità jew korp Iranjani għandhom jiġu indirizzati mill-fornitur ta'
servizzi ta' pagament, jew f'ismu, ta' min qed jirċievi l-ħlas kif
imsemmi fl-Artikolu 1(t) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru
fejn huwa residenti min qed jirċievi l-ħlas jew fejn huwa stabbilit
il-fornitur tas-servizzi ta' pagament. (c)
(c) F’każ li l-applikazzjoni
tal-punti (a) u (b) tirriżulta f'żewġ obbligi
fir-rigward tan-notifika jew tat-talba għall-awtorizzazzjoni relatati
mal-istess trasferiment ta' fondi, il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta'
minn iħallas kif imsemmi fl-Artikolu 1(t) biss għandu jindirizza
notifika jew talba għall-awtorizzazzjoni relatati mal-istess trasferiment
ta' fondi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tingħata
l-ordni inizjali biex jiġi eżegwit it-trasferiment. (d)
(d) Jekk il-fornitur tas-servizz ta'
pagament ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ma' jaqax taħt
il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 50, in-notifiki u
t-talbiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati,
fil-każ ta' trasferiment lil persuna, entità jew korp Iranjani,
min-naħa ta' min iħallas, u fil-każ ta' trasferiment minn
persuna, entità jew korp Iranjani min-naħa ta' min jitħallas lill-awtoritajiet
kompetenti tal-Istat Membru li fih joqogħdu, rispettivament, min
iħallas jew min jitħallas. (e)
(e) In-notifiki u t-talbiet
għall-awtorizzazzjoni relatati mat-trasferiment ta' fondi lil jew minn
persuna, entità jew korp Iranjani fl-UE għandhom jiġu indirizzati
mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-persuna, tal-entità jew tal-korp
Iranjani lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit
il-fornitur tas-servizzi ta' pagament. (f)
(f) B'relazzjoni mat-trasferiment ta' fondi
lil jew minn persuna, entità jew korp Iranjani fejn la min iħallas, la min
jitħallas jew lanqas il-fornitur rispettiv tagħhom ta' pagamenti ta'
ħlas ma jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni
tal-Artikolu 50 iżda fornitur ta' servizz ta' pagament li jaqa'
taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu jaġixxi bħala
intermedjarju, imbagħad dak il-fornitur ta' servizz ta' pagament irid
jikkonforma mal-obbligi tan-notifika jew ifittex awtorizzazzjoni, kif
applikabbli, jekk ikun jaf jew għandu raġuni valida li jissuspetta li
t-trasferiment huwa lil jew minn persuna, entità jew korp Iranjan . Fejn ikun
hemm aktar minn fornitur wieħed ta' servizz ta' pagament li jaġixxi
bħala intermedjarju, l-ewwel fornitur biss ta' servizz ta' pagament li
jipproċessa t-trasferiment huwa meħtieġ li jikkonforma
mal-obbligu tan-notifika jew ifittex awtorizzazzjoni, kif applikabbli.
Kwalunkwe notifika jew talba għall-awtorizzazzjoni trid tiġi
indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta'
servizz ta' pagament huwa stabbilit. (g)
(g) Fejn ikun hemm aktar minn fornitur
wieħed ta' servizz ta' pagament involut fit-trasferimenti ta' fondi,
it-trasferimenti fl-UE għandhom jinkludu referenza
għall-awtorizzazzjoni mogħtija lill-fornitur relevanti ta' servizz
ta' pagament. 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c),
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu, skont tali termini u
kondizzjonjiet li huma jqisu adatti, awtorizzazzjoni għal trasferiment ta'
fondi li għandhom valur ta' EUR 40 000 jew aktar, sakemm ma
jkunx hemm raġunijiet ġustifikati li jiddeterminaw li t-trasferiment
ta' fondi li għalihom intalbet l-awtorizzazzjoni jistgħu jiksru
kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament. Awtorità kompetenti tista' titlob tariffa
għall-valutazzjoni ta' talbiet għal awtorizzazzjoni. Awtorizzazzjoni tkun ikkunsidrata li ngħatat,
jekk awtorità kompetenti rċeviet talba bil-miktub għal
awtorizzazzjoni, u fi żmien erba' ġimgħat, l-awtorità kompetenti
ma tkunx oġġezzjonat bil-miktub għat-trasferiment ta' fondi.
Jekk l-oġġezzjoni titqajjem minħabba li hemm investigazzjoni
pendenti, l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara dan u tikkomunika
d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. L-awtoritajiet
kompetenti għandhom ikollhom aċċess f'waqtu, direttament jew
indirettament, għal informazzjoni relatata mas-sitwazzjoni finanzjarja,
amministrattiva u tal-infurzar tal-liġi, liema informazzjoni hija
meħtieġa għat-twettiq tal-investigazzjoni. L-Istati Membri kkonċernati għandhom
jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni
rifjutata. 5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika fejn
awtorizzazzjoni tkun ingħatat skont l-Artikolu 24, 25, 26, 27, 28 jew
29. 6. Il-persuni, entitajiet jew korpi li sempliċiment
ibiddlu dokumenti tal-karta f'data elettronika u jkunu qegħdin jaġixxu
taħt kuntratt ma' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja ma
jaqgħux fil-kamp ta' dan l-Artikolu, u lanqas taqa' fil-kamp tagħha
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità u korp li jipprovdu
lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji biss b'messaġġ jew
b'sistema ta' appoġġ oħra għad-dispaċċ ta' fondi
jew b'sistema ta' kklerjar u ta' ħlas. Artikolu 32 1. Fergħat u sussidjarji li
jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 50 ta'
istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu domiċiljati fl-Iran
għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma
stabbiliti t-trasferimenti kollha ta' fondi mwettqa jew irċevuti minnhom,
l-ismijiet tal-partijiet u l-ammont u d-data tat-tranżazzjoni, fi
żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li jkun twettaq jew ġie
rċevut it-trasferiment ta' fondi kkonċernat. Jekk l-informazzjoni
hija disponibbli, in-notifika għandha tispeċifika n-natura
tat-tranżazzjoni u, fejn adatt, in-natura tal-oġġetti koperti
mit-tranżazzjoni u għandha, b'mod partikolari, tiddikjara jekk
l-oġġetti humiex koperti mill-Anness I, II, III, IV, V, VI jew
VII ta' dan ir-Regolament u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hija
soġġetta għal awtorizzazzjoni, tindika n-numru tal-liċenzja
mogħtija. 2. Suġġetti għal
u skont l-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni,
l-awtoritajiet kompetenti nnotifikati l-oħra għandhom mingħajr
dewmien jittrasmettu dik id-data, kif meħtieġ, sabiex jipprevjenu
kwalunkwe tranżazzjoni li tista' tikkontribwixxi għal attivitajiet
nukleari ta' natura sensittiva fir-rigward tal-proliferazzjoni jew
għall-iżvilupp ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi nukleari,
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fejn
il-kontropartijiet għal tranżazzjonijiet bħal dawn huma
stabbiliti. Artikolu 33 1. L-istituzzjonijiet ta'
kreditu u finanzjarji għandhom, fl-attivitajiet tagħhom
mal-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2 u
sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan
ir-Regolament, jagħmlu viġilanza msaħħa skont kif ġej: (a) l-eżerċizzju ta' viġilanza
kontinwa fuq l-attività tal-kont, b'mod partikolari permezz tal-programmi
tagħhom fuq diliġenza dovuta mal-klijent; (b) jeħtieġu li f'istruzzjonijiet
ta' ħlasijiet l-oqsma kollha tal-informazzjoni li huma relatati mal-oriġinatur
u l-benefiċjarji tat-tranżazzjoni inkwistjoni jimtlew u jekk dik
l-informazzjoni mhix ipprovduta, jirrifjutaw it-tranżazzjoni; (c) iżommu r-rekords kollha
tat-tranżazzjonijiet għal perijodu ta' ħames snin u dawn
għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta
jintalbu; (d) jekk huma għandhom raġuni
valida li jissuspettaw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji
jistgħu jiksru d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament,
għandhom jirraportaw mingħajr dewmien is-suspetti tagħhom lill-Unità
tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew lil awtorità kompetenti oħra
nnominata mill-Istat Membru kkonċernat, mingħajr preġudizzju
għall-Artikoli 5 u 23. L-UIF jew tali awtorità kompetenti
oħra sservi bħala ċentru nazzjonali għar-riċeviment u
l-analiżi ta’ rapporti suspettużi ta’ tranżazzjonijiet dwar
il-ksur potenzjali ta' dan ir-Regolament. L-UIF jew tali awtorità kompetenti
oħra għandha jkollha aċċess, direttament jew indirettament,
fuq bażi adegwata għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u
tal-infurzar tal-liġi li hija teħtieġ biex twettaq din
il-funzjoni, inkluża l-analiżi ta' rapporti ta' tranżazzjonijiet
suspettużi. 2. Il-miżuri stilupati
fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal istituzzjonijiet
finanzjarji u ta' kreditu fl-attivitajiet tagħhom ma': (a) istituzzjonijiet finanzjarji u ta’
kreditu ddomiċiljati fl-Iran; (b) fergħat u sussidjarji li jaqgħu
taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 50, ta' istituzzjonijiet
finanzjarji u ta' kreditu domiċiljati fl-Iran; (c) fergħat u sussidjarji li jaqgħu
taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 50, ta' istituzzjonijiet
finanzjarji u ta' kreditu domiċiljati fl-Iran; kif ukoll (d) istituzzjonijiet finanzjarji u ta'
kreditu li mhumiex domiċiljati fl-Iran iżda li huma kkontrollati minn
persuni u entitajiet domiċiljati fl-Iran. Artikolu 34 1. Għandu jkun ipprojbit
għal istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu li jaqgħu fil-kamp
ta' applikazzjoni tal-Artikolu 50 li jagħmlu kwalunkwe minn dawn li
ġejjin: (a) jiftħu kont bankarju ġdid ma'
istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu domiċiljata fl-Iran, jew ma
kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu msemmija
fl-Artikolu 33(2); (b) jistabbilixxu relazzjoni bankarja
korrispondenti ġdida ma' istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu
domiċiljata fl-Iran, jew ma kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta'
kreditu msemmija fl-Artikolu 33(2); (c) jiftħu uffiċċju
rappreżentattiv ġdid fl-Iran jew jistabbilixxu fergħa jew
sussidjarja ġdida fl-Iran; (d) jistabbilixxu impriża konġunta
ġdida ma' istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu domiċiljata
fl-Iran, jew ma kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu msemmija
fl-Artikolu 33(2). 2. Għandhom jiġi
pprojbiti: (a) l-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta'
uffiċċju rappreżentattiv jew l-istabbiliment ta' fergħa jew
sussidjarja fl-Unjoni ta' istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu
domiċiljata fl-Iran, jew ta' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta'
kreditu msemmija fl-Artikolu 33(2); (b) il-konklużjoni ta' ftehimiet
għal, jew f'isem, istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu
domiċiljata fl-Iran, jew għal, jew f'isem, kwalunkwe istituzzjoni
finanzjarja jew ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 33(2), li jagħmlu
parti mill-ftuħ ta' uffiċċju rappreżentattiv, jew it-twaqqif
ta’ fergħa jew sussidjarja fl-Unjoni; (c) l-għoti ta' awtorizzazzjoni
għall-ftuħ u t-twettiq ta' negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu jew
għal kwalunkwe negozju ieħor li jeħtieġ awtorizzazzjoni
minn qabel, minn uffiċċju rappreżentattiv, fergħa jew
sussidjarja ta' istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu domiċiljata
fl-Iran, jew għal kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu
msemmija fl-Artikolu 33(2), jekk l-uffiċċju
rappreżentattiv, il-fergħa jew is-sussidjarja ma kinux operattivi
qabel is-26 ta' Lulju 2010. (d) għall-akkwist jew l-estensjoni ta'
parteċipazzjoni jew l-akkwist ta' kwalunkwe interess ieħor ta' sjieda
f'istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu li jaqa' taħt il-kamp ta'
applikazzjoni tal-Artikolu 50 minn kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew
ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 33(2). Artikolu 35 Għandhom jiġi pprojbiti: (a) il-bejgħ jew ix-xiri ta' bonds
pubbliċi jew bonds garantiti pubblikament maħruġa wara
s-26 ta' Lulju 2010, direttament jew indirettament, lil jew
mingħand kwalunkwe minn dawn li ġejjin: (i) l-Iran jew il-Gvern tiegħu,
il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu; (ii) istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu
domiċiljata fl-Iran, jew ma' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta'
kreditu msemmija fl-Artikolu 33(2); (iii) persuna fiżika jew persuna
ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f'isem jew fuq ordni ta' persuna
ġuridika, entità jew korp imsemmija f’(i) jew (ii); (iv) persuna ġuridika, entità jew korp
proprjetà ta' jew ikkontrollati minn persuna, entità jew korp imsemmija f’(i),
(ii) jew (iii); (b) l-għoti ta' servizzi ta'
senserija fir-rigward ta' bonds pubbliċi jew garantiti pubblikament
maħruġa wara s-26 ta' Lulju 2010 lil persuna, entità
jew korp imsemmija fil-punt (a); (c) l-għajnuna lil persuna, entità
jew korp imsemmija fil-punt (a) sabiex joħorġu bonds
pubbliċi jew garantiti pubblikament, billi jiġu provduti b'servizzi
ta' senserija, reklamar jew kwalunkwe servizz ieħor fir-rigward ta' tali
bonds. Artikolu 36 1. Għandu jiġi
pprojbit li jiġu pprovduti assigurazzjoni jew riassigurazzjoni,
inklużi biex ikun hemm arranġament jew sensar tad-dispożizzjoni
tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, lil: (a) l-Iran jew il-Gvern tiegħu,
il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu; (b) persuna, entità jew korp Iranjani
minbarra persuna fiżika; jew (c) persuna fiżika jew persuna
ġuridika, entità jew korp meta jaġixxu f'isem jew taħt
id-direzzjoni ta' persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija f’(a) jew
(b); 2. Il-punti (a) u (b)
tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta'
assigurazzjoni ta' responsabbiltà obbligatorja jew ta' parti terza jew
assigurazzjoni ta' responsabbiltà ambjentali, lanqas għall-forniment ta'
assigurazzjoni lil missjonijiet Iranjani diplomatiċi u konsulari
fl-Unjoni. 3. Il-punt (c) tal-paragrafu 1
ma għandux japplika għall-forniment ta' assigurazzjoni, inkluż
assigurazzjoni fuq is-saħħa u dik fuq l-ivvjaġġar, lil
individwi li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom, ħlief
il-persuni elenkati fl-Annessi I uII tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK, u r-riassigurazzjoni relatata ma' dan. Il-punt (c) tal-paragrafu 1 ma
għandux jimpedixxi l-forniment ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni
lill-proprjetarju ta' bastiment, inġenju tal-ajru jew vettura chartered
minn persuna, entità jew korp imsemmijin fil-punt (a) jew (b)
tal-paragrafu 1 u li mhumiex elenkati fl-Annessi I uII
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK. Għall-finijiet tal-punt (c)
tal-paragrafu 1, persuna, entità jew korp ma għandhomx jitqiesu li
qed jaġixxu fuq ordni ta' persuna, entità jew korp imsemmija
fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1(a) fejn dik l-ordni tkun
għall-finijiet ta' ttrakkar, tgħabbija, ħatt jew transitu sikur
ta' bastiment jew inġenju tal-ajru li jinsabu temporanjament fl-ilmijiet
jew fl-ispazju tal-ajru Iranjan. 4. Dan l-Artikolu jipprojbixxi
l-estensjoni jew it-tiġdid ta' ftehimiet tal-assigurazzjoni jew ta'
riassigurazzjoni milħuqa qabel is-27 ta' Ottubru 2010,
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(3), ma jipprojbixxix
il-konformità ma' ftehimiet konklużi qabel dik id-data. Kapitolu VI
Restrizzjonijiet fuq it-trasport Artikolu 37 1. Għall-prevenzjoni
tat-trasferiment ta' oġġetti u teknoloġija koperti mil-Lista
Militari Komuni jew il-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment,
l-esportazzjoni jew l-importazzjoni tagħhom tkun projbita minn dan
ir-Regolament, u kif ukoll għall-obbligu li l-awtoritajiet kompetenti
tad-dwana tal-Istati Membri jiġu pprovduti bl-informazzjoni ta' qabel
il-wasla u ta' qabel it-tluq kif iddeterminat fid-dispożizzjonijiet
relevanti li jirrigwardaw relevanti li jirrigwardaw id-dikjarazzjonijiet
sommarji tad-dħul u tal-ħruġ u kif ukoll id-dikjarazzjonijiet
tad-dwana fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92[22] u
fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93[23], il-persuni li jipprovdu
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandha tiddikjara jekk
l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni jew minn dan
ir-Regolament u, fejn l-esportazzjoni tagħhom tkun soġġetta
għal awtorizzazzjoni, tingħata speċifika tal-partikolaritajiet
tal-liċenzja mogħtija tal-esportazzjoni. 2. L-elementi addizzjonali
meħtieġa msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitressqu jew
bil-miktub jew bl-użu ta' dikjarazzjoni tad-dwana kif adatt. Artikolu 38 1. Il-forniment ta' servizzi ta'
bunkering jew ta' servizzi ta' provvista ta' vapuri, jew kwalunkwe servizz
ieħor ta' bastimenti, lil bastimenti li jappartjenu għal jew huma
kkontrollati minn, direttament jew indirettament, persuna, entità jew korp
Iranjani, għandu jkun ipprojbit fejn il-fornituri tas-servizz
għandhom informazzjoni, inkluż mill-awtoritajiet doganali kompetenti
fuq il-bażi tal-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif
imsemmi fl-Artikolu 37, li tipprovdi raġunijiet ġustifikati li
jkun hemm deċiżjoni li l-bastimenti qed iġorru oġġetti
koperti mil-Lista Militari Komuni jew oġġetti li l-forniment,
il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huwa pprojbit
taħt dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' tali servizzi mhuwiex
meħtieġ għal skopijiet umanitarji. 2. Il-forniment ta' servizzi
tal-inġinerija jew ta' manutenzjoni lil inġenji tal-ajru
tal-merkanzija li jappartjenu għal jew huma kkontrollati minn, direttament
jew indirettament, persuna, entità jew korp Iranjani, għandu jkun
ipprojbit, fejn il-fornituri tas-servizz għandhom informazzjoni,
inkluż mill-awtoritajiet doganali kompetenti fuq il-bażi
tal-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif imsemmi
fl-Artikolu 37, li tipprovdi raġunijiet ġustifikati li jkun hemm
deċiżjoni li l-inġenji tal-ajru tal-merkanzija qed iġorru
oġġetti koperti mil-Lista Militari Komuni jew oġġetti li
l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom
huwa pprojbit taħt dan ir-Regolament, sakemm il-forniment ta' tali
servizzi mhuwiex meħtieġ għal skopijiet umanitarji jew ta' sigurtà. 3. Il-projbizzjonijiet
fil-paragrafu 1 u 2 għandhom japplikaw sakemm il-merkanzija tkun
ġiet spezzjonata u, jekk meħtieġ maqbuda jew eliminata, skont
il-każ. Kwalunkwe qbid u eliminazzjoni , skont
il-leġislazzjoni nazzjonali jew id-deċiżjoni ta' awtorità
kompetenti, tista' titwettaq bi spejjeż għall-importatur jew
jiġu rkuprati minn kwalunkwe persuna jew entità oħra responsabbli
għat-tentattiv ta' forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni
illeċiti. Kapitolu VII
Dispożizzjonijiet ġenerali u finali Artikolu 39 1. Ebda pretensjoni b'konnessjoni
ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn
ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew
parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament inklużi
pretensjonijiet għal indennità jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan
it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt
garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta'
bond, garanzija jew indennità, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennità
finanzjarja, ta' kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi sodisfatta,
jekk din issir minn: (a) persuni, entitajiet, jew korpi nnominati
elenkati fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK; (b) kwalunkwe persuna, entità jew korp
ieħor Iranjan, inkluż il-gvern Iranjan; (c) kwalunkwe persuna, entità jew korp li
jaġixxi permezz ta' jew f'isem waħda mill-persuni, l-entitajiet jew
il-korpi msemmija fil-punti (a) u (b). 2. L-eżekuzzjoni ta’
kuntratt jew tranżazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala
affettwata mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament meta
l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżultaw direttament
jew indirettament minn dawn il-miżuri. 3. Fi kwalunkwe proċedura
għall-infurzar ta' pretensjoni, l-obbligu biex ikun pruvat li
l-ilqugħ tat-talba mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, għandu jkun
fuq il-persuna li tkun qed tfittex l-infurzar ta' dik il-pretensjoni. 4. Dan l-Artikolu huwa bla
ħsara għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija
fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità
tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament. Artikolu 40 Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u
9, punt (b) tal-Artikolu 17(2), u l-Artikoli 31 u 36,
kwalunkwe korp, entità jew detentur ta' drittijiet derivati minn għotja
oriġinali qabel is-27 ta'Ottubru 2010 minn Gvern sovran minbarra
l-Iran, ta' ftehim ta' kondiviżjoni tal-produzzjoni, ma għandux
jiġi kkunsidrat bħala persuna, entità jew korp Iranjan.
F'każijiet bħal dawn u b'relazzjoni mal-Artikolu 8, l-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru tista' teħtieġ garanziji għall-utent
aħħari adatti minn kwalunkwe korp jew entità għal kwalunkwe
bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' kwalunkwe
tagħmir jew teknoloġija ewlenin elenkati fl-Anness VI. Artikolu 41 1. Mingħajr
preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar,
il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u
ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom: (a) ifornu minnufih kull informazzjoni li
tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni
fuq kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 23,
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn
jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew
permezz l-Istati Membri, lill-Kummissjoni; (b) jikkooperaw ma’ dik l-awtoritajiet
kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni. 2. Kwalunkwe informazzjoni
addizzjonali rċevuta direttament mill-Kummissjoni għandha tkun
magħmula disponibbli lill-Istat Membru kkonċernat. 3. Kwalunkwe informazzjoni li
tingħata jew li tiġi riċevuta skont dan
l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li
għalihom tkun ġiet pprovduta jew riċevuta. Artikolu 42 Għandu jiġi pprojbit
il-parteċipazzjoni, bil-ħsieb u intenzjonata, f'attivitajiet li
l-objettiv jew l-effet tagħhom ikun li jaqbeż il-projbizzjonijiet
imniżżla fl-Artikoli 2, 3, 4, 5, 8, 9, 11, 13, 15, 16, 17, 18,
22, 23, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37 jew 38. Artikolu 43 1. L-iffriżar ta' fondi u
riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi
ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq bona fede fuq il-bażi li tali
azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandux joħloq
responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew
ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi
jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u
r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma
b'riżultat ta' negliġenza. 2. Il-miżuri stabbiliti
f'dan ir-Regolament ma għandhomx iwasslu għal responsabbiltà ta' ebda
xorta min-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi,
entitajiet jew korpi kkonċernati, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom
ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet jew in-nuqqasijiet
tagħhom kienu se jiksru dawn il-projbizzjonijiet. 3. L-iżvelar in bona fide,
kif previst fl-Artikoli 31, 32 u 33, minn persuna, entità jew korp
koperti minn dan ir-Regolament jew impjegat jew direttur ta' tali persuna,
entità jew korp, tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 31, 32 u 33
ma għandux joħloq responsabbilità ta’ kwalunkwe tip għall-istituzzjoni
jew il-persuna jew għad-diretturi jew l-impjegati tagħha. Artikolu 44 1. Stat Membru jista’ jieħu
l-azzjonijiet kollha li huwa jqis meħtieġa sabiex jassigura illi
l-obbligi legali relevanti internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali li jikkonċernaw
is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-protezzjoni ambjentali
jiġu rrispettati fejn il-kooperazzjoni ma' persuna, entità jew korp
Iranjan tista' tiġi affettwara mill-implimentazzjoni ta' dan
ir-Regolament. 2. Għall-għan
tal-azzjoni mittieħda taħt il-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet
fl-Artikolu 8 u 9, il-punt (b) tal-Artikolu 17(2), u
l-Artikoli 23(2), 31 u 36 ma għandhomx japplikaw. 3. L-Istat Membru
kkonċernat għandu jinnotifka lill-Istati Membri l-oħrajn u
lill-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni mesmmija fil-paragrafu 1 u
l-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni mill-inqas għaxart
ijiem ta' xoghol qabel l-awtorizzazzjoni. Artikolu 45 1. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda
taħt dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni oħra
relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar dan
ir-Regolament f'intervalli regolari, b'informazzjoni partikolari. (a)
fir-rigward tal-fondi ffriżati skont
l-Artikolu 23 u d-derogi mogħtija skont l-Artikoli 24, 26 u 27; (b)
fir-rigward tal-ksur u tal-problemi ta' infurzar u
ta' sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali. 2. L-Istati Membri għandhom
jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni
oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li
tista' taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament. Artikolu 46 Il-Kummissjoni għandha: (a) temenda l-Anness II abbażi
tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet
Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew abbażi tal-informazzjoni
mogħtija mill-Istati Membri; (b) temenda l-Annessi III, IV, V,
VI, VII jew VIII abbażi ta' tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri. Artikolu 47 1. Meta l-Kunsill tas-Sigurtà jew
il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika,
entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew
ġuridika, entità jew korp fl-Anness I tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK. 2. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li
jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp
għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 23(2) u (3), huwa għandu
jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK
kif meħtieġ. 3. Il-Kunsill għandu jikkomunika
d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet
għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew
il-korp imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, jew direttament, jekk
l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u
b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp
jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. 4. Fejn jiġu ppreżentati
osservazzjonijiet, jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu
jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma
lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat
kif meħtieġ. 5. Fil-każ li n-Nazzjonjiet Uniti
tiddeċiedi li tneħħi persuna fiżika jew ġuridika,
entità, jew korp mil-lista jew li temenda d-data ta' identifikazzjoni ta'
persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill
għandu jemenda l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
2010/413/PESK kif meħtieġ. 6. Il-lista fl-Anness II
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK għandha tiġi
eżaminata mill-ġdid f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il
xahar. Artikolu 48 1. L-Istati Membri għandhom
jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan
ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex
jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti jridu
jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom
jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara
d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom
jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti. Artikolu 49 1. L-Istati Membri għandhom
jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u
jidentifikawhom fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness VIII.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil
fl-indirizzi tas-siti tal-internet tagħhom elenkati fl-Anness VIII. 2. L-Istati Membri għandhom
jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom,
inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti,
mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament
u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti. 3. Fejn dan ir-Regolament
jippreżenta obbligu li tiġi nnotifikata jew infurmata l-Kummissjoni,
jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji
l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din
il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness VIII. Artikolu 50 Dan ir-Regolament għandu japplika: (a) fi ħdan it-territorju
tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha; (b) abbord kwalunkwe inġenju
tal-ajru jew kwalunkwe bastiment skont il-ġuriżdizzjoni ta' Stat
Membru; (c) għal kwalunkwe persuna
fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta’ Stat
Membru; (d) għal kwalunkwe persuna
ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni,
li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru; (e) għal kwalunkwe persuna
ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq,
b’mod sħiħ jew parzjalment, ġewwa l-Unjoni. Artikolu 51 Ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 huwa
b’dan imħassar. Ir-referenzi għar-regolament irrevokat għandhom
jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 52 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jkun
vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri
kollha. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I PARTI A Oġġetti u teknoloġija
msemmija f'Artikoli 2(1),(2) u (4),
3(3), 5(1), 6, 8(4), 17(2) u 32(1) Dan l-Anness jinkludi l-oġġetti
kollha u t-teknoloġija elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009,
kif definiti fih, għajr għal dawn li ġejjin: Punt mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 || Deskrizzjoni 5A002 || Sistemi tas-"sigurtà tal-informazzjoni" u t-tagħmir u l-komponenti għalihom, kif ġej: a. Sistemi, tagħmir, "assemblaġġi elettroniċi" għal applikazzjoni speċifika, moduli u ċirkwiti integrati għas-"sigurtà tal-informazzjoni", kif ġej, u komponenti mfassala b'mod speċifiku għalihom: N.B.: Għall-kontroll ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) li jirċievu tagħmir li jkun fih jew juża deċifrar (jiġifieri, GPS jew GLONASS), ara 7A005. 1. Imfassla jew modifikati sabiex jużaw "a" b'metodi diġitali li jeżegwixxu kwalunkwe funzjoni kriptografika minbarra awtentikazzjoni jew firma diġitali u li jkollhom xi wieħed minn dan li ġej: Noti tekniċi: 1. Funzjonijiet ta' awtentikazzjoni u firma diġitali jinkludu l-funzjoni assoċjata tagħhom ta' ġestjoni taċ-ċwievet. 2. Awtentikazzjoni tinkludi l-aspetti kollha tal-kontroll tal-aċċess fejn m'hemm l-ebda kodifikazzjoni ta' fajls jew test ħlief kif relatat direttament mal-protezzjoni ta' passwords, Numri ta' Identifikazzjoni Personali (PIN) jew data simili sabiex timpedixxi l-aċċess mhux awtorizzat. || 3. "Kriptografija" ma tinkludix metodi ta' kompressjoni jew kodifikazzjoni ta' data "fissa". Nota: 5A002.a.1. tinkludi tagħmir iddisinjat jew modifikat sabiex juża l-kriptografija bl-użu ta' prinċipji analoġiċi meta din qed titħaddem b'metodi diġitali. a. "Algoriżmu simetriku" li juża tul taċ-ċavetta li jaqbeż is-56 bit; jew b. "Algoriżmu asimetriku" fejn is-sigurtà tal-algoriżmu tkun ibbażata fuq xi wieħed minn dan li ġej: 1. Fatturizzazzjoni ta' numri sħaħ ta' iżjed minn 512-il bit (eż., RSA); 2. Kalkolu ta' logaritmi diskreti fi grupp multiplikattiv ta' kamp finit ta' daqs ikbar minn 512-il bit (eż., Diffie-Hellman fuq Z/pZ); jew 3. Logaritmi diskreti fi grupp minbarra dak imsemmi f'5A002.a.1.b.2. ta' aktar minn 112-il bit (eż, Diffie-Hellman fuq kurva ellittika); 5D002 || "Softwer" kif ġej: a. "Softwer" imfassal b'mod speċjali jew modifikat għall-"użu" ta' tagħmir speċifikat f'5A002.a.1 jew ta' "softwer" speċfikat f'5D002.c.1; || b. "Softwer" speċifiku, kif ġej: 1. “Softwer” li jkollu l-karatteristiċi, jew li jeżegwixxi jew jissimula l-funzjonijiet ta’ tagħmir, speċifikat f’5A002.a.1; Nota: 5D002 ma jkoprix "softwer" kif ġej: a. "Softwer" meħtieġ għall-"użu" ta' tagħmir eskluż mill-kontroll b'Nota għal 5A002; b. “Softwer” li jipprovdi xi waħda mill-funzjonijiet tat-tagħmir eskluż mill-kontroll bin-Nota għal 5A002. 5E002 || “Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’5A002.a.1 jew ta’ “softwer” speċifikat f’5D002.a. jew 5D002.c.1 ta' din il-lista. PARTI B L-Artikolu 6 japplika
għall-oġġetti li ġejjin: Punt mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 || Deskrizzjoni 0A001 || "Reatturi Nukleari" u tagħmir u komponenti mfassla jew ippreparati b'mod speċjali għalihom, kif ġej: a. "Reatturi Nukleari"; b. Kontenituri tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, inkluża l-parti ta' fuq tal-kontenitur tar-reattur għal kontenitur tal-pressjoni ta' reattur, imfassla jew ippreparati b'mod speċjali sabiex jinkludu l-qalba ta' "reattur nukleari"; c. Tagħmir manipulattiv imfassal b'mod speċjali jew ippreparat sabiex jinserixxi jew ineħħi l-karburant f' "reattur nukleari"; d. Vireg tal-kontroll imfassala b'mod speċifiku jew ippreparati għall-kontroll tal-proċess ta' fissjoni f' "reattur nukleari", strutturi ta' appoġġ jew ta' sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg; e. Tubi ta' pressjoni mfassala b'mod speċifiku jew ippreparati sabiex ikun fihom elementi ta' karburant u l-aġent tat-tkessiħ primarju f' "reattur nukleari" fi pressjoni operattiva ta' aktar minn ta' 5.1 MPa; f. Metall u liegi taż-żirkonju fil-forma ta' tubi jew assemblaġġi ta' tubi li fihom il-proporzjon ta' ħafnju għal żirkonju huwa inqas minn 1:500 partijiet bl-użin, imfassala b'mod speċifiku jew ippreparati għall-użu f' "reattur nukleari"; g. Pompi ta' aġenti tat-tkessiħ imfassala b'mod speċifiku jew ippreparati għaċ-ċirkulazzjoni tal-aġent tat-tkessiħ primarju ta' "reatturi nukleari"; h. 'Interni ta' reatturi nukleari' mfassla jew ippreparati b'mod speċjali għall-użu f'"reattur nukleari", inklużi kolonni ta' appoġġ għall-qalba, kanali tal-karburant, tarki termali, defletturi, pjanċi tal-grilja tal-qalba, u pjanċi ta' diffużjoni; Nota: F’0A001.h ‘interni ta’ reatturi nukleari’ tfisser kwalunkwe struttura ewlenija fil-kontenitur ta’ reattur li għandha funzjoni waħda jew aktar bħal appoġġ tal-qalba, li żżomm l-allinjament tal-karburant, tidderieġi l-fluss tal-aġent tat-tkessiħ primarju, tipprovdi tarki tar-radjazzjoni għar-reċipjent tar-reattur, u tiggwida l-istrumentazzjoni fil-qalba. i. Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana (ġeneraturi tal-istim) imfassala b'mod speċifiku jew ippreparati għal użu fiċ-ċirkwit tal-aġent tat-tkessiħ primarju ta' "reattur nukleari"; j. Strumenti għar-rilevament u t-tkejjil tan-newtroni mfassala b'mod speċifiku jew ippreparati sabiex jiddeterminaw il-livelli ta' fluss ta' newtroni fil-qalba ta' "reattur nukleari". 0C002 || Uranju b'konċentrazzjoni baxxa kopert b'0C002 meta jkun inkorporat f'elementi ta' fjuwils nukleari kkombinati ANNESS II Oġġetti u teknoloġija
msemmija fl-Artikoli 2(1)(2) u (4), 3(3), 5(1), 8(4), 17(2), 46 u 32(1) Noti
ta' introduzzjoni 1. Sakemm
ma jkunx iddikjarat mod ieħor, in-numri ta’ referenza użati
fil-kolonna intitolata ‘Deskrizzjoni’ jirreferu għal deskrizzjonijiet ta’
oġġetti b’użu doppju u teknoloġija stipulati fl-Anness I
għar-Regolament (KE) Nru 428/2009. 2. Numru ta' referenza li jidher
fil-kolonna intitolata "Oġġett relatat mill-Anness I
tar-Regolament (KE) Nru 428/2009" ifisser li
l-karatteristiċi tal-oġġett deskritt fil-kolonna
"Deskrizzjoni" huma barra mill-parametri tad-deskrizzjoni
tal-annotazzjoni b'użu doppju li għaliha qed issir referenza. 3. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn
‘virgoletti singoli’ jinsabu f’nota teknika għall-oġġett
relevanti. 4. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn
"virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I
tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. Noti
Ġenerali 1. L-iskop tal-projbizzjonjiet
imsemmija f’dan l-Anness ma għandux jiġi nnewtralizzat
mill-esportazzjoni ta’ kwalunkwe merkanzija mhux ipprojbita (inkluż
impjant) li fihom komponent wieħed jew aktar li huma pprojbiti meta
l-komponent jew il-komponenti pprojbiti jkunu l-element prinċipali
tal-merkanzija u jistgħu possibbilment jitneħħew jew
jintużaw għal finijiet oħrajn. N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk
il-komponent jew il-komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala
l-element prinċipali, huwa meħtieġ li jintiżnu l-fatturi
tal-kwantità, tal-valur u tal-għarfien teknoloġiku u ċirkostanzi
speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew
il-komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-merkanzija li
qed jiġu akkwistati. 2. Il-merkanzija speċifikata f’dan
l-Anness tinkludi kemm merkanzija ġdida kif ukoll dik użata. Nota
Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT) (Għandha
tinqara flimkien mat-Taqsima II.B.) 1. Il-bejgħ, il-provvista,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ ‘teknoloġija’ li hija
‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew
l-‘użu’ ta’ oġġetti li huwa pprojbit il-bejgħ,
il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom fil-Parti A
(Oġġetti) ta’ hawn taħt, huwa pprojbit skont
id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II.B. 2. Il-bejgħ, il-provvista,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ ‘teknoloġija’ li hija
‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew
l-‘użu’ ta’ oġġetti li l-bejgħ, il-provvista,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija kkontrollata
fil-Parti A (Oġġetti) tal-Anness IV, huma pprojbiti skont
id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II.B. 3. It-‘Teknoloġija’“meħtieġa”
għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' prodotti
pprojbiti tibqa’ pprojbita anke meta tkun applikabbli għal
oġġetti mhux ipprojbiti. 4. Il-projbizzjonijiet ma japplikawx
għal dik it-‘teknoloġija’ li hija l-minimu meħtieġ
għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni
(iċċekkjar) u t-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li mhumiex
ipprojbiti jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata skont
ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 jew dan ir-Regolament. 5. Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment
ta' ‘teknoloġija’ ma japplikawx għall-informazzjoni ‘ta' dominju
pubbliku’, għal ‘riċerka xjentifika bażika’ jew
għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet
ta’ privattivi. II.A. OĠĠETTI A0. Materjali, Faċilitajiet u Tagħmir Nukleari Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 II.A0.001 || Lampi tal-katodju, vojta minn ġewwa, kif ġej: a. Lampi tal-jodju bil-katodu vojt bi twieqi tas-silikon pur jew tal-kwarz b. Lampi bil-katodu vojt tal-uranju || — II.A0.002 || Iżolaturi Faraday fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' 500 nm – 650 nm || — II.A0.003 || Gradi ottiċi fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' 500 nm – 650 nm || — II.A0.004 || Fibri ottiċi fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' 500 nm – 650 nm miksijin b'saffi li ma jirriflettux fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' 500 nm – 650 nm u li għandhom dijametru ċentrali ta' iktar minn 0,4 mm iżda mhux iktar minn 2 mm || — II.A0.005 || Komponenti ta' kontenituri ta' reatturi nukleari u tagħmir tal-ittestjar, minbarra dawk speċifikati f'0A001, kif ġej: 1. Siġilli 2. Komponenti interni 3. Tagħmir tal-issiġillar, tal-ittestjar u ta' kejl || 0A001 II.A0.006 || Sistemi ta' skoperta nukleari għall-iskoperta, l-identifikazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta' materjali radjuattivi u r-radjazzjoni ta' oriġini nukleari u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom, minbarra dawk speċifikati f'0A001.j jew 1A004c. || 0A001.j 1A004.c II.A0.007 || Valvijiet issiġillati bl-imniefaħ magħmulin minn liga tal-aluminju jew it-tip 304, 304L jew 316L tal-azzar li ma jissaddadx. Nota: Dan l-oġġett ma jikkontrollax valvijiet tal-imniefaħ definiti f’0B001.c.6 u 2A226. || 0B001.c.6 2A226 II.A0.008 || Mirja tal-laser, minbarra dawk speċifikati f’6A005.e, li jikkonsistu f’sottostrati li għandhom koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta’ 10-6K-1 jew inqas f’20°C (pereż. silika mdewba jew żaffir). Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix sistemi ottiċi ddiżinjati speċjalment għal applikazzjonijiet ta’ astronomija, minbarra jekk il-mirja jkun fihom silika fuża. || 0B001.g.5, 6A005.e II.A0.009 || Lentijiet tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e.2, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6K-1 jew inqas f’20°C (eż. silika fuża). || 0B001.g, 6A005.e.2 II.A0.010 || Pajpijiet, sistemi ta' pajpijiet, aċċessorji magħmula minn jew miksija bin-nikel, jew lega tan-nikel, li jkollha aktar minn 40% nikel bil-piż, barra minn dawk speċifikati f'2B350.h.1. || 2B350 II.A0.011 || Pompi tal-vakwu, barra minn dawk speċifikati f'0B002.f.2 jew 2B231, kif ġej: Pompi turbomolekulari li jkollhom rata ta' fluss ta' 400 l/s jew aktar, Pompi tal-vakwu li jduru tat-tip “roots” li għandhom rata ta' fluss aspirattiva volumetrika akbar minn 200 m3/h. Kumpressuri tax-xott f'forma ta' spiral bil-minfaħ u pompi vojta minn ġewwa f'forma ta' spiral bil-minfaħ. || 0B002.f.2, 2B231 II.A0.012 || Għeluq protett għall-manipulazzjoni, il-ħżin u l-immaniġġjar ta' sustanzi radjuattivi (Ċelloli jaħarqu). || 0B006 II.A0.013 || ‘Uranju naturali’ jew ‘uranju eżawrit’ jew torju fil-forma ta' metall, lega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn is-sustanzi msemmija, barra minn dawk speċifikati f'0C001. || 0C001 II.A0.014 || Kmamar tad-detonazzjoni li għandhom kapaċità li jassorbu splużjoni ekwivalenti għal aktar minn 2.5kg ta' TNT. || — A1. Materjali, kimiċi, "mikroorganiżmi" u "tossini" Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 II.A1.001 || Solvent abbażi ta' aċidu bis (2-ethylhexyl) fosforiku (HDEHP jew D2HPA) CAS 298-07-7 fi kwalunkwe kwantità, b'purezza ta' iktar minn 90%. || – II.A1.002 || Gass fluworin (Numru tal-Astratt tal-Kimika (CAS): 7782-41-4), b'purezza mill-inqas ta' 95%. || – II.A1.005 || Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu b'kapaċità ta' produzzjoni ikbar minn 100 g ta' fluworin fis-siegħa. Nota: Dan il-punt ma jkoprix ċelloli elettrolitiċi definiti fil-punt 1B225. || 1B225 II.A1.006 || Katalizzaturi, minbarra dawk ipprojbiti minn 1A225, li fihom il-platinu, il-palladju jew ir-rodju, li jistgħu jintużaw għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta' skambju isotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil. || 1B231, 1A225 II.A1.007 || Aluminju u l-ligi tiegħu, minbarra dawk speċifikati f'1C002.b.4 jew 1C202.a, f'forma mhux raffinata jew semi-fabbrikata li għandha kwlaunkwe mill-karatteristiċi li ġejjin: a. Kapaċi għal limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 460 MPa jew aktar f'293 K (20 °C); jew b. Reżistenza għat-tensjoni ta' 415 MPa jew aktar f'298 K (25 °C). || 1C002.b.4, 1C202.a II.A1.008 || Metalli bil-kalamita, ta' kull tip u ta' kwalunkwe forma, li għandhom permeabbiltà relattiva inizjali ta' 120 000 jew aktar u ħxuna bejn 0,05 u 0,1 mm. || 1C003.a II.A1.009 || '‘Materjali fibrużi u bil-filamenti’ jew prepregs, kif ġej: N.B. ARA WKOLL II.A1.019.a. a. 'Materjali fibrużi jew filamentari' tal-karbonju jew ta' l-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: 1. "Modulu speċifiku" li jaqbeż l-10 × 106m; jew 2. "qawwa speċifika tal-materjal" li taqbeż is-17 × 104 m; b. ‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-ħġieġ li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: 1. "Modulu speċifiku" li jaqbeż it-3,18 × 106 m; jew 2. "qawwa speċifika tal-materjal" li taqbeż is-76,2 × 103 m; || 1C010.a 1C010.b 1C210.a 1C210.b || c. 'Ħjut', 'faxex tal-fibra', 'wajers' jew 'tejps' kontinwament imprenjati bir-reżina fformata bis-sħana b'wisa' ta' 15 mm jew inqas (preimprenjati darba), magħmula mill-'materjali fibrużi jew filamentari' tal-karbonju jew tal-ħġieġ minbarra dawk speċifikati f'II.A1.010.a. jew b. Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix materjali fibrużi jew filamentari definiti fl-annotazzjonijiet 1C010.a, 1C010.b, 1C210.a and 1C210.b.' || II.A1.010 || Fibri imprenjati mir-reżina jew miż-żift/qatran (preimprenjati), fibri tal-metall jew miksija bil-karbonju (preformati) jew “preformati tal-fibri tal-karbonju”, kif ġej: a. Magħmula mill-“materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f'II.A1.009 hawn fuq; b. “Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju imprenjati b'“matriċi” tar-reżina epossidika (preimprenjati), speċifikati f'1C010.a, 1C010.b jew 1C010.c, għat-tiswija ta' strutturi jew laminati ta' inġenji tal-ajru, fejn id-daqs tal-folji inividwali mhuwiex aktar minn 50 cm × 90 cm; || 1C010.e 1C210 || c. Preimprenjati speċifikati f'1C010.a, 1C010.b jew 1C010.c, meta imprenjati b'reżini fenoliċi jew epossidiċi li jkollhom temperatura tat-tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg) inqas minn 433 K (160 °C) u temperatura tal-kura aktar baxxa mit-temperatura tat-tranżizzjoni tal-ħġieġ. Nota: Din l-annotazzzjoni ma tkoprix materjali fibrużi jew filamentari definiti fl-annotazzjoni 1C010.e.' || II.A1.011 || Komposti riinfurzati taċ-ċeramika tas-silikon karbajd li jistgħu jintużaw għall-ponta, għal vetturi ta' rientrata, għal portelli taż-żennuni, u li jintużaw f'‘missili’, barra minn dawk speċifikati f'1C107. || 1C107 II.A1.012 || Azzar maraging, barra dak speċifikat f'1C116 jew 1C216, "kapaċi għal" qawwa aħħarija ta' tensjoni ta' 2050 MPa jew iktar, b'293 K (20 °Ċ). Nota Teknika: Il-frażi 'azzar maraging kapaċi għal' tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-trattament bis-sħana. || 1C216 II.A1.013 || Tungstenu, tantalu, karbid tat-tungstenu, karbid tat-tantalu u ligi, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. F'forom b'simmetrija ċilindrika jew sferika vojta (inklużi segmenti taċ-ċilindru) b'dijametru intern bejn 50 mm u 300 mm; kif ukoll b. Massa ta' aktar minn 5 kg; Nota: Dan il-punt ma jkoprix tungstenu, karbid tat-tungstenu u ligi definiti fil-punt 1C226. || 1C226 II.A1.014 || Trabijiet elementali tal-kobalt, tan-neodimju jew tas-samarju jew ligi jew taħlitiet tagħhom li fihom tal-inqas 20% f'piż tal-kobalt, in-neodimju jew is-samarju, b'daqs tal-partikola inqas minn 200 μm. || — II.A1.015 || Fosfat tat-tributil pur (TBP) [CAS Nru 126-73-8] jew kwalunkwe taħlita b'kontenut tat-TBP ta' aktar minn 5% f'piż. || — II.A1.016 || Azzar maraging, minbarra dawk ipprojbiti minn 1C116, 1C216 jew II.A1.012 Nota Teknika: Azzar maraging huma ligi tal-ħadid ġeneralment karatterizzati minn kontenut għoli ta' nikil, kontenut baxx ħafna ta' karbonju u l-użu ta' elementi ta' sostituzjoni jew preċipitati sabiex jipproduċu t-tisħiħ u t-twebbis biż-żmien tal-liga. || — II.A1.017 || Metalli, trabijiet u materjal tal-metall kif ġej: a. Tungstenu u ligi tat-tungstenu, minbarra dawk ipprojbiti minn 1C117, fil-forma ta' partikoli uniformi sferikali jew atomizzati b'dijametru ta' 500μm jew inqas b'kontenut tat-tungstenu ta' 97% f'piż jew aktar; b. Molibdenu u ligi tal-molibdenu, minbarra dawk ipprojbiti minn 1C117, fil-forma ta' partikoli uniformi sferikali jew atomizzati b'dijametru ta' 500μm jew inqas b'kontenut tal-molibdenu ta' 97% f'piż jew aktar; c. Materjali tat-tungstenu fil-forma solida, minbarra dawk ipprojbiti minn 1C226, jew II.A1.013 b'kompożizzjonijiet ta' materjali kif ġej: 1. Tungstenu jew ligi li fihom 97% f'piż jew aktar ta' tungstenu; 2. Tungstenu infiltrat bir-ram li fih 80% f'piż jew aktar ta' tungstenu; jew 3. Tungstenu infiltrat bil-fidda li fih 80% f'piż jew aktar ta' tungstenu. || — II.A1.018 || Ligi manjetiċi morbidi li għandhom kompożizzjoni kimika kif ġej: a) Kontenut tal-ħadid bejn 30% u 60%, u b) Kontenut tal-kobalt bejn 40% u 60%. || — II.A1.019 || “Materjali fibrużi jew filamentari” jew prepregs, li mhumiex ipprojbiti mill-Anness I jew mill-Anness II (taħt II.A1.009, II.A1.010) għal dan ir-Regolament, jew li mhumiex speċifikati mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009, kif ġej: a) "Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju; Nota: II.A1.019a ma jkoprix drappijiet. b) "Ħjut", "rovings", "irmunkar" jew "rutelli" kontinwi li huma ssettjati bis-sħana u fihom ir-reżina magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju; c) ‘Ħjut’, “rovings”, “irmunkar” jew “rutelli” kontinwi tal-polyacrylonitrile (PAN) || — A2. Ipproċessar ta' Materjali Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 II.A2.001 || Sistemi ta’ prova ta’ vibrazzjoni, tagħmir u komponenti tagħhom, minbarra dawk speċifikati f’2B116: a. Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni li jużaw metodi ta' retroazzjoni jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b'aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 0.1g rms bejn 0.1 Hz u 2 kHz u jagħtu forza daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b' 'mejda vojta'; b. Kontrolluri diġitali, flimkien ma’ “softwer” tal-ittestjar tal-vibrazzjoni mfassla b'mod speċjali, b’faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali ta’ aktar minn 5 kHz imfassla għall-użu mas-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f’a.; c. Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew aktar, imkejla b''mejda vojta', u li jistgħu jintużaw fis-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f'a.; d. Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi mfassla sabiex jgħaqqdu unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b''mejda vojta', u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati f'a. Nota Teknika: 'Mejda vojta' tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal. || 2B116 II.A2.002 || Għodod bil-magna u komponenti u kontrolli numeriċi għall-għodod bil-magna, kif ġej: a. Għodod bil-magni għat-tħin li għandhom il-preċiżjoni tal-pożizzjoni bil-"kumpens kollu disponibbli" li hu ndaqs jew inqas (aħjar) minn 15 μm skont ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenti nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari; Nota: Dan il-punt ma jkoprix għodod bil-magni għat-tħin definiti fil-punti 2B201.b u 2B001.c. b. Komponenti u kontrolli numeriċi, imfassla b'mod speċjali għall-għodod bil-magni speċifikati f'2B001, 2B201, jew taħt a. || 2B201.b 2B001.c II.A2.003 || Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej: a. Magni tal-ibbilanċjar, magħmula jew modifikati għal apparat dentali jew mediku ta' xorta oħra, li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: 1. Mhumiex kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi li għandhom massa akbar minn 3 kg; || 2B119 || 2. Kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi f'veloċità akbar minn 12500 rpm; 3. Kapaċi jikkoreġu żbilanċ f'żewġ pjani jew aktar; kif ukoll 4. Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta' 0,2 g × mm għal kull kg ta' massa li ddur; b. Irjus indikaturi mfassla jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati f'a hawn fuq. Nota Teknika: Irjus indikaturi huma kultant magħrufa bħala strumentazzjoni tal-ibbilanċjar. || II.A2.004 || Manipulaturi minn distanza li jistgħu jintużaw biex jipprovdu azzjonijiet minn distanza f'operazzjonijiet ta' separazzjoni radjukimika jew ċelluli jaħarqu, minbarra dawk speċifikati f'2B225, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: a. Kapaċi jippenetraw 0,3 m jew aktar f'ħajt ta' ċellula taħraq (operazzjoni tat-tip minn ġol-ħajt); jew b. Kapaċi jgħaddu minn fuq naħa għal oħra ta' ħajt ta' cellula taħraq bi ħxuna ta' 0,3 m jew aktar (operazzjoni tat-tip minn fuq il-ħajt). || 2B225 II.A2.006 || Fran li kapaċi jaħdmu f'temperaturi ta' aktar minn 400 °C kif ġej. a. Fran ta’ ossidazzjoni b. Fran għat-trattament bis-sħana f'atmosfera kkontrollata Nota: Dan il-punt ma jkoprix tunnel kilns li jimxu fuq roller jew permezz ta’ karozza, tunnel kilns b’conveyor belt, kilns tat-tip li jiġu mbuttati jew shuttle kilns, imfassla b'mod speċjali għall-produzzjoni tal-ħġieġ, ċeramika għall-mejda jew ċeramika strutturali. || 2B226 2B227 II.A2.007 || “Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta' pressjoni f'sinjal ellettriku” (pressure transducers), minbarra dawk iddefiniti f'2B230, li hu kapaċi jkejjel pressjonijiet assoluti f'kull punt tal-iskala minn 0 sa 200 kPa u li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. Elementi sensibbli għall-pressjoni magħmula jew protetti minn "Materjali reżistenti għat-tmermir mill-eżafluworidu tal-uranju (UF6)", kif ukoll b. Li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: 1. Skala sħiħa ta' inqas minn 200 kPa u “preċiżjoni” ta' aħjar minn ±1% ta' skala sħiħ; jew 2. Skala sħiħa ta’ 200 kPa jew aktar u ‘preċiżjoni’ aħjar minn 2 kPa. || 2B230 II.A2.011 || Separaturi ċentrifugali, b'kapaċità ta' separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta' erosols u manifatturati minn: 1. Ligi b'aktar minn 25% nikil u 20% kromju f'piż; 2. Fluworopolimeri; 3. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); 4. Nikil jew ligi b'aktar minn 40% nikil f'piż; 5. Tantalu jew ligi tat-tantalu; 6. Titanju jew ligi tat-titanju; jew 7. Żirkonju jew legi taż-żirkonju; Nota: Dan il-punt ma jkoprix separaturi ċentrifugali definiti fil-punt 2B352.c. || 2B352.c II.A2.012 || Filtri tal-metall magħquda mit-trab permezz tas-sħana (sintered) magħmula min-nikil jew ligi tan-nikil b'kontenut ta' nikil ta' 40% jew aktar f'piż. Nota: Dan il-punt ma jkoprix filtri definiti fil-punt 2B352.d. || 2B352.d II.A2.013 || Magni spin-forming u magni flow-forming, minbarra dawk ikkontrollati minn 2B009, 2B109 jew 2B209, li għandhom forza tar-roller ta’ aktar minn 60 kN u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom. Nota Teknika: Għall-finijiet ta' II.A2.013, magni li jgħaqqdu l-funzjoni ta' spin-forming u flow-forming huma meqjusa bħala magni flow-forming. || — II.A2.014 || Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati, kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-ġbir ta' likwidu mfassla għal tagħmir bħal dan, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati jkunu kwalunkwe wieħed milli ġejjin: N.B. ARA WKOLL IV.A2.008. a. Magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin: 1. Ligi b'aktar minn 25% nikil u 20% kromju f'piż; 2. Fluworopolimeri; 3. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); 4. Grafit jew 'grafit tal-karbonju'; 5. Nikil jew ligi b'aktar minn 40% nikil f'piż; 6. Tantalu jew ligi tat-tantalu; 7. Titanju jew ligi tat-titanju; jew 8. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; jew b. Magħmul kemm mill-azzar li ma jissaddadx u wieħed jew aktar materjali speċifikati fi II.A2.014.a. Nota Teknika: ‘Grafit tal-karbonju’ hu kompożizzjoni ta' karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta' grafit hu ta' 8% jew aktar fil-piż. || 2B350.e II.A2.015 || Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d., kif ġej: N.B. ARA WKOLL IV.A2.009. Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b’wiċċ għat-trasferiment tas-sħana ikbar minn 0.05m2, u inqas minn 30m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (nuklei) mfassla għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i jkunu kwalunkwe wieħed milli ġejjin: a. Magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin: 1. Ligi b'aktar minn 25% nikil u 20% kromju f'piż; 2. Fluworopolimeri; 3. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); 4. Grafit jew 'grafit tal-karbonju'; 5. Nikil jew ligi b'aktar minn 40% nikil f'piż; 6. Tantalu jew ligi tat-tantalu; 7. Titanju jew ligi tat-titanju; 8. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; 9. Karbur tas-silikon; jew 10. Karbur tat-titanju; jew b. Magħmul kemm mill-azzar li ma jissaddadx u wieħed jew aktar materjali speċifikati fi II.A2.015.a. Nota: Dan il-punt ma jkoprix ir-radjaturi tal-vetturi. Nota Teknika: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta' funzjonijiet ta' ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta' kontroll tat-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana. || 2B350.d II.A2.016 || Pompi b’siġilli multipli jew bla siġill, barra minn dawk speċifikati f'2B350i, tajbin għal fluwidi li jnawru, b'rata ta' fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 0,6m3 fis-siegħa, jew pompi tal-vakwu b'rata ta’ fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 5m3/fis-siegħa [mkejla f'kundizzjonijiet standard ta' temperatura ta' (273 K jew 0 °Ċ) u ta’ pressjoni ta' (101,3 kPa)]; u kejsings (pump bodies), kisi ta’ kejsings, disk b’għadd ta’ pali ffittjati miegħu storjat f’kàver biex jiċċirkola l-ilma minflok b’pompa għal ġol-ġakits taċ-ċilindri, rotors jew pompi tal-merżuq biż-żennuna mfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati jkunu kwalunkwe wieħed milli ġejjin: N.B. ARA WKOLL IV.A2.010. a. Magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin: 1. Ligi b'aktar minn 25% nikil u 20% kromju f'piż; 2. Ċeramiki; 3. Ferrosilikon; 4. Fluworopolimeri; 5. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ); 6. Grafit jew “grafit tal-karbonju”; 7. Nikil jew ligi b'aktar minn 40% nikil f'piż; 8. Tantalu jew ligi tat-tantalu; 9. Titanju jew ligi tat-titanju; 10. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; 11. Nijobju (columbium) jew ligi tan-nijobju; jew 12. Ligi ta’ aluminju; jew b. Magħmul kemm mill-azzar li ma jissaddadx u wieħed jew aktar materjali speċifikati fi II.A2.016.a. Nota Teknika: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta' funzjonijiet ta' ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta' kontroll tal-pompa. || 2B350.i A3. Elettronika Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 II.A3.001 || Provvisti ta' enerġija ta' kurrent dirett ta' vultaġġ għoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. Kapaċi li jipproduċu kontinwament, fuq perijodu ta' ħin ta' tmien sigħat, 10 kV jew aktar, bi produzzjoni ta' kurrent ta' 5 kW jew aktar bl-isweeping jew mingħajru; kif ukoll b. Kurrent jew stabbiltà ta' vultaġġ aħjar minn 0,1% fuq perijodu ta' ħin ta' erba' sigħat. Nota: Dan il-punt ma jkoprix provvisti ta' enerġija definiti fil-punti 0B001.j.5 u 3A227. || 3A227 II.A3.002 || Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati f'3A233 jew 0B002.g, kapaċi jkejlu joni ta' unità ta' massa atomika daqs jew akbar minn 200 u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn 2 partijiet f'200, kif ġej, u s-sorsi ta' joni għalihom: a. Spettrometri tal-massa bil-plażma b'akkoppjament induttiv (ICP/MS); b. Spettrometri tal-massa li jitfgħu dawl inkandexxenti (GDMS); || 3A233 || c. Spettrometri tal-massa b'jonizzazzjoni termika (TIMS); d. Spettrometri tal-massa b'bumbardament ta' elettroni li għandhom kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew ibbanjata b' 'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-uranju eżafluworidu UF6'; e. Spettrometri tal-massa b'raġġi molekulari li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: 1. Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew ibbanjata b'azzar li ma jissaddadx jew molibdenu u mgħammra bi trappola tal-kesħa li kapaċi tkessaħ sa 193 K (– 80°C) jew anqas; jew 2. Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew ibbanjata b' “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-uranju eżafluworidu (UF6)”; f. Spettrometri tal-massa mgħammra b'sors joniku ta' mikrofluworizzazzjoni mfassla għal aktinidi jew fluworidi tal-aktinid. || II.A3.003 || Varjaturi tal-frekwenza jew ġeneraturi, minbarra dawk ipprojbiti minn 0B001 jew 3A225, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti u softwer ddisinajti speċjalment għalihom: a. Ħruġ multifażi li kapaċi jipprovdi qawwa ta' 40 W jew aktar; b. Kapaċi jaħdmu fil-medda ta' frekwenzi bejn 600 u 2000 Hz; kif ukoll c. Kontroll tal-frekwenza aħjar (anqas) minn 0,1%. Nota Teknika: Varjaturi tal-frekwenza f'II.A3.003 huma magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri. || — A6. Sensuri u Lejżers Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 II.A6.001 || Vireg tal-granata ta' ittriju tal-aluminju (YAG) || – II.A6.002 || Tagħmir ottiku u komponenti, minbarra dawk speċifikati f'6A002, 6A004.b kif ġej: Ottiċi bl-infrared fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' 9000 μm – 17000 nm u komponenti tagħhom, inkluż komponenti tal-tellurur tal-kadmju (CdTe). || 6A002 6A004.b II.A6.003 || Sistemi ta’ korrezzjoni tal-front ta’ mewġa għall-użu b’raġġ tal-lejżer li għandu dijametru ta’ iktar minn 4 mm, u komponenti disinjati speċjalment għal dan, inklużi sistemi ta’ kontroll, sensuri phase front u ‘mirja deformabbli’ inklużi mirja bimorf. Nota: Dan il-punt ma jkoprix mirja definiti f'6A004.a, 6A005.e u 6A005.f. || 6A003 II.A6.004 || "Lejżers" tal-jonju argon li għandhom enerġija ta’ ħruġ ugwali għal 5 W, jew aktar Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax ‘lejżers’ tal-argon jonizzat definiti fil-punti 0B001.g.5., 6A005 u 6A205.a. || 6A005.a.6 6A205.a II.A6.005 || "Lejżers" semikondutturi u l-komponenti tagħhom, kif ġej: a. “Lejżers" individwali semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 200 mW kull wieħed, fi kwantitajiet ta' aktar minn 100; b. Armaturi tal-"lejżer" semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 20 W. Noti : 1. "Lejżers" semikondutturi normalment jissejħu dijodi "lejżer". 2. Din l-annotazzjoni ma tkoprix “lejżers” definiti fl-annotazzjonijiet 0B001.g.5, 0B001.h.6 u 6A005.b. 3. Din l-annotazzjoni ma tkoprix dijodi tal-“lejżer” b’tul ta’ mewġ fil-limitu ta’ 1200 nm – 2000 nm. || 6A005.b II.A6.006 || "Lejżers" tas-semikondutturi sintonizzabbli u armaturi tal-"lejżers" tas-semikondutturi sintonizzabbli, ta' tul ta' mewġ ta' bejn 9 μm u 17 μm, kif ukoll armaturi ta' "lejżers" tas-semikondutturi li jkun fihom mill-anqas "armatura tal-lejżer" waħda sintonizzabbli ta' dak it-tul ta' mewġ. Noti : 1. "Lejżers" semikondutturi normalment jissejħu dijodi "lejżer". 2. Dan il-punt ma jikkontrollax “lejżers” definiti fil-punti 0B001.h.6 u 6A005.b || 6A005.b II.A6.007 || “Lejżers" "sinkronizzabbli" fi stat solidu u elementi mfassla b'mod speċjali għalihom, kif ġej: a. Lejżers taż-żaffir-titanju, b. Lejżers bl-alessandrite. Nota: Dan il-punt ma jkoprix lejżers taż-żaffir titanju u lejżers alessandriti definiti fil-punti 0B001.g.5, 0B001.h.6 u 6A005.c.1. || 6A005.c.1 II.A6.008 || “Lejżers” iddopati bin-neodimju (għajr ħġieġ), b’tul ta’ mewġ talħruġ li jaqbeż l-1000 nm iżda ta’ mhux iżjed minn 1100 nm u enerġija ta’ ħruġ li teċċedi 10 J kull impuls. Nota: Dan il-punt ma jkoprix 'lejżers' iddopati bin-neodimju (għajr ħġieġ) definiti fil-punt 6A005.c.2.b. || 6A005.c.2 II.A6.009 || Komponenti ta' akustiċiottiċi, kif ġej: a. Tubi għall-iffrejmjar u għodda għall-immaġni fl-istat solidu li għandhom frekwenza ta' rikorrenza daqs 1kHz jew akbar; b. Provvisti ta' frekwenza ta' rikorrenza; c. Ċelloli ta' Pockels. || 6A203.b.4.c II.A6.010 || Kameras reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet tagħhom, minbarra dawk speċifikati f'6A203.c, iddisinjati apposta, jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 × 103 Gy(silikon) (5 × 106 rad (silikon)) mingħajr degradazzjoni operattiva. Nota Teknika: It-terminu Gy(silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun mhux protett tas-silikon meta espost għar-radjazzjoni jonizzanti. || 6A203.c II.A6.011 || Amplifikaturi u oxxillaturi lejżer bl-impulsi b'koloranti li jistgħu jiġu kkurdati, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: 1. Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 300 nm u 800 nm; 2. Jipproduċu qawwa medja ta' aktar minn 10 W iżda mhux aktar minn 30 W; 3. Rata ta' repetizzjoni ogħla minn 1 kHz; kif ukoll 4. Wisa' tal-impuls inqas minn 100 ns. Noti : 1. Dan il-punt ma jkoprix l-oxxillaturi b'modalità waħda. 2. Dan il-punt ma jkoprix amplifikaturi u oxxillaturi lejżer bl-impulsi b'koloranti li jistgħu jiġu kkurdati definiti fil-punti 6A205.c, 0B001.g.5 u 6A005. || 6A205.c II.A6.012 || "Lejżers" bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: 1. Jaħdmu f'tul ta' mewġ bejn 9000 nm u 11000 nm; 2. Rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 Hz; 3. Għandhom qawwa medja ta' ħruġ ogħla minn 100 W iżda li ma taqbiżx it-500 W; kif ukoll 4. Wisa' tal-impuls inqas minn 200 ns. Nota: Dan il-punt ma jkoprix amplifikaturi u oxxillaturi lejżer bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju definiti fil-punti 6A205.d, 0B001.h.6 u 6A005.d. || 6A205.d II.A6.013 || "Lejżers" ta' fwar tar-Ram li għandhom dawn iż-żewġ karateristiċi li ġejjin: 1. Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 500 nm u 600 nm; kif ukoll 2. Qawwa medja ta' ħruġ daqs jew aktar minn 15W; || 6A005.b II.A6.014 || “Lejżers” bl-impulsi tal-monossidu tal-karbonju li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: 1. Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 5000 nm u 6000 nm; 2. Rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 Hz; 3. Qawwa medja ta' ħruġ ogħla minn 100 W; kif ukoll 4. Wisa' tal-impuls ta' inqas minn 200 ns; Nota: Dan l-oġġett ma jikkontrollax lejżers industrijali tal-monossidu tal-karbonju b'enerġija ogħla (tipikament bejn 1 sa 5kW) li jintużaw f'applikazzjonijiet bħall-qtugħ u wweldjar hekk kif dawn il-lejżers tal-aħħar jużaw mewġa kontinwa jew jużaw impuls li jkollu wisa' tal-impuls ta' akbar minn 200 ns. || A7. Navigazzjoni u Avjoniċi Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 II.A7.001 || Sistemi inerzjali ta' navigazzjoni u komponenti mfassala b'mod speċifiku għalihom, kif ġej: I. Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali ċċertifikati għall-użu fuq "inġenji tal-ajru ċivili" mill-awtoritajiet ċivili ta’ Stat parteċipant fil-Ftehim ta’ Wassenaar, u l-komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom, kif ġej: a. Sistemi ta' navigazzjoni inerzjali (gimballed jew strapdown) u tagħmir inerzjali ddisinjat għall-"ajruplan", "vettura tal-art" jew "vettura tal-ispazju" għall-attitudni, gwida jew kontroll, li jkollu kwalunkwe mis-segwenti karrateristiċi, u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom: 1. Żball ta' navigazzjoni (liberu inerzjali) sussegwenti għal allinjament normali ta' 0,8 mili nawtiċi fis-siegħa (nm/hr) "CEP" (Probabbiltà ta' Żball Ċirkulari) jew anqas (aħjar); jew 2. Speċifikati sabiex jaħdmu f'livelli ta' aċċellerazzjoni lineari li jeċċedu l-10 g; || 7A003 7A103 b. Sistemi ta’ Navigazzjoni Ibridi Inerzjali, li jkunu jinstabu f’Sistema/i ta’ Satellita Globali ta’ Navigazzjoni (GNSS) jew ma’ Sistema/i ta’ "Navigazzjoni b’Referenzi f’Bażi tad-Data" (Data-Based Referenced Navigation - "DBRN") għall-attitudni, gwida jew kontroll, sussegwenti għall-allinjament normali, li jkollhom eżattezza ta’ pożizzjoni ta’ navigazzjoni INS wara t-telf ta’ GNSS jew "DBRN" għall-perijodu sa erbà minuti, ta’ inqas minn (aħjar) 10 metri, "Żball Ċirkolari Probabbli" (Circular Error Probable- CEP); c. Tagħmir inerzjali għall-Indikazzjoni tal-Ażimut, ir-Rotta, jew it-Tramuntana li għandhom xi wieħed minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti mfassala b'mod speċifiku għalihom: 1. Iddisinjat sabiex ikollu preċiżjoni tal-indikazzjoni tal-Ażimut, ir-Rotta, jew it-Tramuntana ugwali għal, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta' arkata/ minuti RMS f'latitudni ta' 45 grad; jew 2. Iddisinjat għal livell ta' skoss non-operattiv ta' 900 g jew aktar għal durata ta' 1 msec jew iżjed; Nota: Il-parametri ta' I.a. u I.b. huma applikabbli ma' kull waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin: 1. Vibrazzjoni każwali tad-dħul ta' manjitudni globali ta' 7,7 g rms fl-ewwel nofs siegħa u durata totali tat-test ta' siegħa u nofs għal kull assi f'kull wieħed mit-tliet assi perpendikolari, meta l-vibrazzjoni każwali tissodisfa dan kollu li ġej: a. Valur kostanti tad-densità spettrali tal-qawwa (PSD) ta’ 0,04 g2/Hz tul intervall ta’ frekwenza ta’ 15 sa 1000 Hz; kif ukoll b. Il-PSD tonqos mal-frekwenza minn 0,04 g2/Hz sa 0,01 g2/Hz tul intervall ta’ frekwenza minn 1000 sa 2000 Hz; 2. Rata ta' roll u tgħawwiġ (yaw) daqs + 2,62 radian/s (150 deg/s) jew aktar; jew 3. Skont l-istandards nazzjonali ekwivalenti għal 1. jew 2. hawn fuq. Noti tekniċi: 1. I.b. jirreferi għal sistemi li fihom jiġu integrati f'unità waħda INS u għajnuniet indipendenti oħra għan-navigazzjoni sabiex tinkiseb prestazzjoni aħjar. 2. 'Probabbiltà ta' Żball Ċirkulari (CEP) — F’distribuzzjoni normali ċirkolari, ir-raġġ taċ-ċirku li fih 50 fil-mija tal-kejl individwali li jkunu qed jittieħdu, jew ir-raġġ taċ-ċirku li fih hemm probabbiltà ta’ lokalizzazzjoni ta’ 50 fil-mija. II. Sistemi ta' teodolit li jinkorporaw tagħmir inerzjali ddisinjat apposta għal skopijiet ta' surveying ċivili u ddisinjat sabiex ikollu preċiżjoni tal-indikazzjoni tal-Ażimut, ir-Rotta, jew it-Tramuntana ugwali għal, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta' arkata RMS f'latitudni ta' 45 grad), u komponenti ddisinjati apposta għalihom. III. Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor li juża aċċellerometri speċifikati f'7A001 jew 7A101, fejn tali aċċellerometri huma mfassla u żviluppati b'mod speċjali bħala sensuri MWD (Kejl Waqt it-Tħaffir) għall-użu f'operazzjonijiet ta' tħaffir. A9. Aerospazju u Propulsjoni Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 II.A9.001 || Skorfini splussivi. || — II.B. TEKNOLOĠIJA Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 II.B.001 || Teknolġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti fil-Parti II.A. (Oġġetti) haw fuq. || – II.B.002 || Teknoloġija meħtieġa għall-iżvilupp jew il-produzzjoni tal-oġġetti fil-Parti IV A. (Oġġetti) tal-Anness IV. Nota Teknika: It-terminu “teknoloġija” jinkludi softwer. || – ANNESS III Oġġetti u teknoloġija
msemmija fl-Artikoli 3(1), (3) u (5), 5(2), 8(4), 18(1), 46 u 32(1) Noti
ta' introduzzjoni 1. Sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod
ieħor, in-numri ta’ referenza li jidhru fil-kolonna intitolata
“Deskrizzjoni” jirreferu għad-deskrizzjonijiet tal-oġġetti u
t-teknoloġija b’użu doppju stabbiliti fl-Anness I
tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. 2. Numru ta’ referenza li jidher
fil-kolonna intitolata “Punt relatat mill-Anness I
tar-Regolament (KE) Nru 428/2009' ifisser li
l-karatteristiċi tal-oġġett deskritt fil-kolonna 'Deskrizzjoni'
huma barra mill-parametri tad-deskrizzjoni tal-annotazzjoni b’użu doppju
li għaliha qed issir referenza. 3. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn
‘virgoletti singoli’ jinsabu f’nota teknika għall-oġġett
relevanti. 4. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn
"virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I
tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. Noti
Ġenerali 1. L-iskop tal-kontrolli f'dan
l-Anness ma għandux jingħeleb bl-esportazzjoni ta' kwalunkwe
oġġett mhux ikkontrollat (li jinkludi impjanti) li jkun fih komponent
ikkontrollat wieħed jew aktar, meta l-komponent jew komponenti
kkontrollati jkunu l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jkunu
jistgħu jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet
oħra. N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk
il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala
l-element prinċipali, hu meħtieġ li jiġu evalwati l-fatturi
tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika involuti u
ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu
l-komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali
tal-oġġetti miksuba. 2. Il-merkanzija speċifikata f’dan
l-Anness tinkludi kemm merkanzija ġdida kif ukoll dik użata. Nota
Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT) (Għandha tinqara flimkien mat-Taqsima
III.B) 1. Il-bejgħ, il-forniment,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-'teknoloġija' li huma
'meħtieġa' għall-'użu' ta' oġġetti li
l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom
huma kkontrollati fil-Parti A (Oġġetti) hawn taħt, huwa
kkontrollat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima III.B. 2. Il-bejgħ, il-provvista,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ ‘teknoloġija’ li hija
‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew
l-‘użu’ ta’ oġġetti li l-bejgħ, il-provvista,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija kkontrollata
fil-Parti A (Oġġetti) hawn taħt, huma pprojbiti skont
id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II.B. 3. It-“teknoloġija” “meħtieġa”
għall-“użu” ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa’ taħt
kontroll anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux
ikkontrollati. 4. Il-kontrolli ma japplikawx għal
dik it-“teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ
għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni
(iċċekkjar) u t-tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex
ikkontrollati jew l-esportazzjoni tagħhom li ġiet awtorizzata skont
ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 jew dan ir-Regolament. 5. Il-kontrolli fuq trasferiment ta'
"teknoloġija" ma japplikawx għal informazzjoni "ta'
dominju pubbliku", għal "riċerka xjentifika
bażika" jew għall-informazzjoni minima neċessarja għal
applikazzjonijiet ta’ privattivi. III.A. OĠĠETTI A0. Materjali, Faċilitajiet u Tagħmir Nukleari Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 III.A0.015 || ‘Kaxex għall-ingwanti', imfasslin b'mod speċjali għall-iżotopi radjuattivi, għas-sorsi radjuattivi jew għar-radjunuklidi. Nota Teknika:. ‘Kaxex għall-ingwanti' tfisser tagħmir li jipprovdi protezzjoni lill-utent, mill-fwar, mill-partiċelli jew mir-radjazzjoni li jagħmlu l-ħsara, minn materjali ġo t-tagħmir li qiegħed jintuża jew ipproċessat minn persuna li tkun fuq in-naħħa ta' barra tat-tagħmir, permezz ta' manipulaturi jew ingwanti integrati fit-tagħmir. || 0B006 III.A0.016 || Sistemi għall-monitoraġġ ta’ gassijiet tossiċi mfassla għall-operat u għall-individwazzjoni kontinwi tas-Sulfur tal-Idroġinu, u rilevaturi mfassla b'mod speċjali għalihom. || 0A001 0B001.c III.A0.017 || Rilevaturi għall-Ħruġ tal-Elju. || 0A001 0B001.c A1. Materjali, kimiċi, ‘mikroorganiżmi’ u ‘tossini’ Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 III.A1.003 || Siġilli u gaskits f'forma ta' ċrieki, b'dijametru intern ta' 400mm u anqas, magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin: a. Kopolimeri ta' fluworur tal-vinilidin li għandhom 75% jew aktar ta' struttura kristallina beta mingħajr tiġbid; b. Polimidi fluworati li fihom 10% f'piż jew aktar ta' fluworu kkombinat; c. Elastomeri tal-fosfażin fluworinat li għandhom 30% jew aktar f'piż ta' fluworu kkombinat; d. Poliklorotrifloretilene (PCTFE, e.g. Kel-F ®); e. Fluworoelastomeri (eż., Viton ®, Tecnoflon ®); f. Politetrafluworoetilen (PTFE) || III.A1.004 || Tagħmir personali għas-sejba ta' radjazzjoni ta' oriġini nukleari, inklużi dożimetri personali. Nota: Dan il-punt ma jkoprix sistemi ta' sejba nukleari kif iddefiniti fl-oġġett 1A004.c. || 1A004.c III.A1.020 || Ligi tal-azzar fil-forma ta' folja jew pjanċa, li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: (a) Ligi tal-azzar 'kapaċi għal limitu ta’ reżistenza għat-tensjoni ta’ 1200MPa jew aktar f’293K (20°C); jew (b) Azzar li ma jissaddadx dupleks stabilizzat bin-nitroġenu. Nota: Il-frażi ligi 'kapaċi għal' tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana Nota Teknika:. ‘Azzar li ma jissaddadx dupleks stabilizzat bin-nitroġenu’ għandu mikrostruttura ta' żewġ fażijiet li tikkonsisti minn frak ta' azzar ferritiku u awstenitiku biż-żieda tan-nitroġenu biex jistabbilizza l-mikrostruttura. || 1C116 1C216 III.A1.021 || Materjal Kompożitu tal-Karbonju-Karbonju || 1A002.b.1 III.A1.022 || Ligi tan-nikil f'forma mhux maħduma jew semi fabbrikata, li jkollhom 60% f'piż jew aktar nikil. || 1C002.c.1.a III.A1.023 || Ligi tat-titanju f'forma ta' folja jew pjanċa 'kapaċi għal' limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 900 MPa jew aktar f'293 K (20°C); Nota: Il-frażi ligi 'kapaċi għal' tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana || 1C002.b.3 III.A1.024 || Propellanti u sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti kif ġejjin: (a) Dijisoċjanat tat-tolwina (TDI) (b) Dijisoċjanat tad-Difenil tal-Metil (MDI) (c) Dijisoċjanat tal-Isoforon (IPDI) (d) Perklorat tas-Sodju (e) Ksilidina (f) Hydroxy Terminated Polyether (HTPE) (g) Hydroxy Terminated Caprolactone Ether (HTCE) Nota Teknika:. Dan il-punt jirreferi għal sustanza pura u għal kwalunkwe taħlita li jkollha mill-inqas 50% ta' waħda mill-kimiki msemmija hawn fuq. || 1C111 III.A1.025 || 'Materjali lubrikanti' li bħala l-ingredjenti prinċipali tagħhom fihom xi wieħed minn dawn li ġejjin: a) Perfluoroalkiletere, (CAS 60164-51-4); b) Perfluoropolialkiletere, PFPE, (CAS 6991-67-9). ‘Materjali għal-lubrikazzjoni’ tfisser żjut u likwidi. || 1C006 III.A1.026 || Ligi tal-Berillju-Ram jew Ram-Berillju f'forma ta' pjanċa, folja, strixxa jew vireg, li jkollhom kompożizzjoni li tinkludi r-Ram baħla l-akbar element f'piż u elementi oħrajn li jinkludu inqas minn 2% f'piż tal-Berillju. || 1C002.b A2. Ipproċessar ta' Materjali Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 III.A2.008 || Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati, kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-ġbir ta' likwidu mfassla għal tagħmir bħal dan, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati huma magħmula mill-materjali li ġejjin: N.B. ARA WKOLL II.A2.014. 1. Azzar li ma jisaddadx. Nota: għall-azzar li ma jissaddadx b'aktar minn 25% ta' nikil u 20% ta' kromu f'piż ara l-annotazzjoni II.A2.014.a || 2B350.e III.A2.009 || Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d., kif ġej: N.B. ARA WKOLL II.A2.015. Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b’wiċċ għat-trasferiment tas-sħana ikbar minn 0.05 m2, u inqas minn 30 m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (nuklei) mfassla għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati huma magħmula mill-materjali li ġejjin: 1. Azzar li ma jisaddadx. Nota 1: għall-azzar li ma jisaddadx b'aktar minn 25% ta' nikil u 20% ta' kromu f'piż ara l-annotazzjoni II.A2.015.a Nota 2: Dan il-punt ma jkoprix ir-radjaturi tal-vetturi. Nota Teknika: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta' funzjonijiet ta' ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta' kontroll tat-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana. || 2B350.d III.A2.010 || Pompi b’siġilli multipli jew bla siġill, barra minn dawk speċifikati f'2B350.i, tajbin għal fluwidi li jnawru, b'rata ta' fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 0,6m3 fis-siegħa, jew pompi tal-vakwu b'rata ta’ fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 5m3/fis-siegħa [mkejla f'kundizzjonijiet standard ta' temperatura ta' (273K jew 0°Ċ) u ta’ pressjoni ta' (101,3kPa)]; U kisi (pump bodies), kisjiet ta' kisi preformati, impellers, rotors jew pompi tal-merżuq biż-żennuna mfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati huma magħmula mill-materjali li ġejjin: N.B. ARA WKOLL II.A2.016. || 2B350.i 1. Azzar ma jsaddadx (stainless steel); Nota: għall-azzar li ma jisaddadx b'aktar minn 25% ta' nikil u 20% ta' kromu f'piż ara l-annotazzjoni II.A2.016.a Nota Teknika: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta' funzjonijiet ta' ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta' kontroll tal-pompa. III.A2.017 || Għodod tal-Magni għall-Elettroerożjoni (EDM - Electrical Discharge Machine) għat-tneħħija jew għall-qtugħ ta' metalli, ċeramika jew "kompożiti", kif ġejjin, u elettrodi tal-virga, taċ-ċomba tal-għads jew tal-wajer mfasslin b'mod speċjali għalihom: (a) Magni għall-Elettroerożjoni tal-elettrodu tal-vireg jew taċ-ċomba tal-għads (b) Magni għall-Elettroerożjoni tal-elettrodu tal-wajer Nota: Il-Magni għall-Elettroerożjoni huma magħrufa wkoll bħala Spark Erosion Machines jew Wire Erosion Machines. || 2B001.d III.A2.018 || Magni tal-kejl tal-koordinat (CMM) ikkontrollati minn kompjuter jew "ikkontrollati numerikament", jew magni ta' spezzjoni dimensjonali, li għandhom żball ta' indikazzjoni massimu tridimensjonali (volumetriku) permissibbli (MPPE) fi kwalunkwe punt fil-medda operattiva tal-magna (jiġifieri, fit-tul ta' assi) daqs jew inqas (aħjar) minn (3 + L/1000) μm (L huwa t-tul imkejjel f'mm), ittestjati skont l-ISO 10360-2 (2001), u sonda tal-kejl ddisinjata għalihom. || 2B006.a 2B206.a III.A2.019 || Magni għall-Iwweldjar b'Raġġ ta' Elettroni (Electron Beam Welding Machines) kkontrollati bil-kompjuter jew "ikkontrollati numerikament", u komponenti tagħhom imfassala b'mod speċifiku għalihom. || 2B001.e.1.b III.A2.020 || Magni għall-Iwweldjar bil-Lejżer u għall-Qtugħ bil-Lejżer (Lejżer Welding and Lejżer Cutting Machines) kkontrollati bil-kompjuter jew "ikkontrollati numerikament", u komponenti tagħhom imfassla b'mod speċifiku għalihom. || 2B001.e.1.c III.A2.021 || Magni għall-Qtugħ bil-Plasma (Plasma Cutting Machines) kkontrollati bil-kompjuter jew "ikkontrollati numerikament", u komponenti tagħhom imfassla b'mod speċifiku għalihom. || 2B001.e.1 III.A2.022 || Tagħmir għall-Monitoraġġ tal-Vibrazzjoni mfassal b'mod speċjali għal skrejjen jew tagħmir u makkinarju li jdur, kapaċi jkejjel kwalunkwe frekwenza fil-firxa ta' 600-2000 Hz. || 2B116 III.A2.023 || Pompi li joħolqu vakwu b’ċirku tal-Likwidu(Liquid Ring Vacuum Pumps), u komponenti tagħhom imfassla b'mod speċifiku għalihom. || 2B231 2B350.i III.A2.024 || Pompi bil-Vakwu bil-Qala' li Jduru (Rotary Vane Vacuum Pumps), u komponenti tagħhom imfassala b'mod speċifiku għalihom. Nota 1: III.A2.024 ma jikkontrollax il-pompi bil-vakwu bil-qala' li jduru li huma mfassla b'mod speċifiku għal tagħmir ieħor speċifiku. Nota 2: L-istauts ta' kontroll tal-pompi bil-vakwu bil-qala' li jduru, li huma mfassala b'mod speċjali għal tagħmir ieħor speċifiku, huwa ddeterminat mill-kondizzjonijiet ta' kontroll ta' dak it-tagħmir l-ieħor. || 2B231 2B235.i 0B002.f III.A2.025 || Filtri għall-arja, kif ġejjin, li għandhom dimensjoni ta' daqs fiżika waħda jew aktar li hija akbar minn 1000mm: a) Filtri ta' Arja Partikolata ta’ Effiċjenza Għolja (High Efficiency Particulate Air - HEPA); b) Filtri ta' Arja Partikolata Baxxa Ħafna (Ultra-Low Penetration Air ULPA) filters. Nota: III.A2.025 ma jikkontrollax il-filtri tal-arja mfassla b'mod speċifiku għat-tagħmir mediku. || 2B352.d A3. Elettronika Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 III.A3.004 || Spettrometri u diffrattometri, iddisinjati għat-test indikattiv jew l-analiżi kwantitattiva tal-kompożizzjoni elementali tal-metalli jew il-ligi mingħajr dekompożizzjoni kimika tal-materjal. || III.A3.005 || ‘Tagħmir li Jbiddel il-Frekwenza", Ġeneraturi tal-Frekwenza u tagħmir elettriku li Jikkontrolla l-Veloċità, li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin: (a) Potenza ġġenerata multifażi ta' 10W jew aktar; (b) Kapaċi jopera fuq frekwenza ta' 600Hz jew aktar; kif ukoll (c) Kontroll tal-frekwenza aħjar (anqas) minn 0.2%. Nota Teknika:. ‘Tagħmir li Jbiddel il-Frekwenza’ jinkludi konverturi ta' frekwenza u inverturi tal-frekwenza. Noti: 1. L-oġġett III.A3.005 ma jikkontrollax tagħmir li jbiddel il-frekwenza li jinkludi protokolli jew intrefaces ta' komunikazzjoni mfassla għal makkinarju industrijali speċifiku (bħal għodod tal-magni, makkinarju rotanti, magni li juzaw printed circuit board machines) ħalli t-tagħmir li jbiddel il-frekwenza ma jintużax għal finijiet oħrajn filwaqt li jissodisfa l-karatteristiċi ta' prestazzjoni ta' hawn fuq. 2. L-oġġett III.A3.005 ma jikkontrollax it-tagħmir li jbiddel il-frekwenza mfassal b'mod speċjali għal vetturi u li jopera b'sekwenza ta' kontroll li hija kkomunikata b'mod reċiproku bejn it-tagħmir li jbiddel il-frekwenza u l-unità ta' kontroll tal-vettura. || 3A225 0B001.b.13 A6. Sensuri u Lejżers Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 III.A6.012 || ‘Gauges tal-pressjoni tal-vakwu’, li jaħdmu bl-elettriku u li għandhom preċiżjoni tal-kejl ta' 5% jew inqas (aħjar). ‘Gauges tal-pressjoni tal-vakwu’ jinkludu Pirani Gauges, Penning Gauges u Capacitance Manometers. || 0B001.b III.A6.013 || Mikroskopji u tagħmir u ditekters relatati, kif ġejjin: a) Scanning Electron Microscopes; b) Scanning Auger Microscopes; c) Transmission Electron Microscopes; d) Atomic Force Microscopes; e) Scanning Force Microscopes; f) Tagħmir u ditekters, mfassla b'mod speċjali biex jintużaw mal-mikroskopji speċifikati fil-III.A6.013 a) sa e) hawn fuq, u jużaw kwalunkwe tekniki tal-analiżi tal-materjali li ġejjin: 1. Spettroskopija ta' Ritratt b'X-ray(XPS); 2. Energy-dispersive X-ray Spectroscopy (EDX, EDS); jew 3. Spettroskopija bl-Elettroni għall-Analiżi Kimika (ESCA). || 6B A7. Navigazzjoni u Avjoniċi Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 III.A7.002 || Aċelerometri li jkollhom element ta' transdjuser taċ-ċeramika pjeżoelettriku, li għandu sensittività ta' 1000mV/g jew aħjar (ogħla) || 7A001 A9. Aerospazju u Propulsjoni Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 III.A9.002 || ‘Ċelluli ta’ Karga’ kapaċi li jkejlu l-imbuttatura ta' muturi rokit li għandhom kapaċità li taqbeż it-30kN. Nota Teknika:. ‘Ċelluli ta’ Karga’ tfisser apparati u transdjusers li jkejlu s-saħħa tat-tensjoni u tal-kompressjoni. Nota: III.A9.002 ma jinkludix tagħmir, apparati jew transdjusers, imfassla b'mod speċjali biex ikejlu l-piż tal-vetturi, e.ż. jintiżnu l-pontijiet. || 9B117 III.A9.003 || Turbini tal-gass li jiġġeneraw l-enerġija elettrika, komponenti u tagħmir relatat kif ġejjin: (a) Turbini tal-Gass imfassla b'mod speċjali għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika, li għandhom potenza ġġenerata li taqbeż 200 MW; (b) Qlugħ, Stators Kompartimenti tal-Kombustjoni u Żennuni għall-Injezzjoni tal-Fjuwil, imfassla b'mod speċjali għat-turbini tal-gass li jiġġeneraw l-enerġija elettrika speċifikati f'III.A9.003.a; (c) Tagħmir imfassal b'mod speċjali għall-"iżvilupp" u għall-"produzzjoni" ta' turbini tal-gass li jiġġeneraw l-enerġija elettrika speċifikati f'III. A9.003.a. || 9A001 9A002 9A003 9B001 9B003 9B004 III.B. TEKNOLOĠIJA Nru || Deskrizzjoni || Punt relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 III.B.001 || Teknoloġija meħtieġa għall-użu tal-oġġetti fil-Parti III.A. (Oġġetti) haw fuq. Nota Teknika: It-terminu “teknoloġija” jinkludi softwer. || ANNESS IV Lista ta' 'żejt mhux maħdum u
prodotti petrolifiċi' msemmija fl-Artikolu 11 u 32(1) Kodiċi tas-SA Deskrizzjoni 2707 Żjut u prodotti oħrajn
tad-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam b'temperatura għolja;
prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi huwa aktar
mill-kostitwenti mhux aromatiċi. 2709 00 Żjut tal-petroleum u żjut
miksuba minn minerali bituminużi, mhux maħduma 2709 00 10 Kondensati ta' gass
naturali 2709 00 90 Oħrajn 2710 Żjut tal-petroleum
u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux
raffinati; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi xi mkien
ieħor, li skont il-piż ikunu 70% jew aktar żjut tal-petroleum u żjut
miksuba minn minerali bituminużi, fejn dawn iż-żjut ikunu
l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; skart taż-żjut
(ħlief għax-xiri, fl-Iran, ta' pitrolju, karburant tal-avjazzjoni
kodiċi NM 2710 19 21 li mhuwiex projbit, sakemm ikun
hemm l-intenzjoni, u jkun se jiġi użat biss, għall-iskop li
l-ajruplan mgħobbi biha jkompli f'titjirtu). 2710 11 Żjut u
preparazzjonijiet ħfief 2710 19 Oħrajn 2711 Gassijiet
taż-żejt u idrokarburi gassużi oħra 2711 11 Gass naturali 2711 12 Propan 2711 13 Butani 2711 14 Etilen, propilin, butilen
u butadjen 2711 19 Gass tal-Petroleum Likwifikati 2711 21 Gass naturali 2711 29 Oħrajn 2712 Vażellina; xema'
tal-paraffina, xema' mikrokristallina taż-żejt, xema' nofsha
raffinata b'kontenut għoli ta' żejt (slack wax), ożokerit,
ix-xema’ tal-linjite, ix-xema’ tal-pit, xemgħat oħra minerali u
prodotti simili miksuba permezz ta' sinteżi jew permezz ta' proċessi
oħrajn kemm jekk ikkuluriti kif ukoll jekk mhumiex. 2712 10 Vażelina 2712 20 Xemgħa tal-paraffina
li jkollha f'piż inqas minn 0,75% taż-żejt 2712 90 Oħrajn 2713 Kokk tal-petroleum,
qatran tal-petroleum u fdalijiet oħrajn ta’ żjut tal-petroleum jew
ta’ żjut miksuba minn minerali bituminużi. 2713 90 Residwi oħrajn ta'
żjut mhux maħduma jew żjut li jinkisbu minn minerali
bituminużi 2714 Qatran u asfalt,
naturali; shale tal-bitum jew taż-żejt u ramel taż-żift;
asphaltites u blat asfalitiku. 2715 00 00 Taħlitiet
bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq bitum naturali, fuq bitum
taż-żejt mhux maħdum, fuq żift minerali jew żift
tal-qatran minerali (pereżempju, gomom bituminużi, cut-backs)” ANNESS V Litsta ta' "prodotti
petrokimiċi" msemmija fl-Artikolu 13 u 32(1)
Kodiċi tas-SA Deskrizzjoni 2707 10 Benżol
(benżina) 2707 20 Toluol
(toluwina) 2707 30 Ksilol
(ksilini) 2707 40 Naftalina 2711 14 Etilen,
propilin, butadjen 2901 21 Etilen 2901 22 Propin
(propilin) 2902 20 Benżin 2902 30 Tolwin 2902
41 o-Xylene 2902
42 m-Ksilin 2902
43 p-Ksilin 2902
44 Isomeri ta’ ksilin imħallat 2910 10 Oksiran
(ossidu etiliniku) 2905 31 Glikol
tal-etilen (etanediol) 2910 20 Metiloksiran
(ossidu propiliniku) 2905 12 Propan-1-ol(alkoħol
propiliku) u propan-2-ol (alkoħol isopropiliku) 2914 11 Aċetun 2917 35 Anidride
ftalika (PA) 2917 14 Anidride
maleika (MA) 2707 99 80 Fenoli 2907 11 sa 2907 19 Fenoli 2902 50 Stirin 3901 10 Polietilene
bi gravità speċifika inqas minn 0.94 3901 20 Polietilene
bi gravità speċifika 0,94 jew aktar 3901 30 00 Kopolimeri
tal-aċetat tal-etinel-vinil 3901 90 Oħrajn 2902 70 Kumin 2905 13 Butan-1-ol(alkoħol
n-butiliku) 2917 36 Aċtu
tereftaliku u l-melħ tiegħu 2917 37 Tereftalat
dimetiliku (DMT) 2926 10 Akrilonitrile 2812 10 Fosġen
(klorur tal-karbonil) 2929 10 Dijisoċjanat
tad-Difenil tal-Metil (MDI) 2929 10 Dijisoċjanat
tal-eżametilin (HDI) 2929 10 Dijisoċjanat
tat-tolwina (TDI) 2905 11 Metanol
(alkoħol tal-metil) 2814 10 sa 2814 20 Ammonja
3102 10 Urea ANNESS VI Lista ta' tagħmir u teknoloġija
ewlenin mesmmija fl-Artikoli 8 u 32(1) Noti
Ġenerali 1. L-iskop tal-projbizzjonjiet
imsemmija f’dan l-Anness ma għandux jiġi nnewtralizzat
mill-esportazzjoni ta’ kwalunkwe merkanzija mhux ipprojbita (inkluż
impjant) li fihom komponent wieħed jew aktar li huma pprojbiti meta
l-komponent jew il-komponenti pprojbiti jkunu l-element prinċipali
tal-merkanzija u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw
għal finijiet oħrajn. N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk
il-komponent jew il-komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala
l-element prinċipali, huwa meħtieġ li jintiżnu l-fatturi
tal-kwantità, tal-valur u tal-għarfien teknoloġiku u ċirkostanzi
speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew
il-komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-merkanzija li
qed jiġu akkwistati. 2. Il-merkanzija
speċifikata f’dan l-Anness tinkludi kemm merkanzija ġdida kif
ukoll dik użata. 3. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn
‘virgoletti singoli’ jinsabu f’nota teknika għall-oġġett
relevanti. 4. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn
"virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I
tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. Nota
Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT) 1. It-"Teknoloġija"
“meħtieġa” għall-"iżvilupp",
il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' prodotti pprojbiti
tibqa' pprojbita anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux
ipprojbiti. 2. Il-projbizzjonijiet ma japplikawx
għal dik it-‘teknoloġija’ li hija l-minimu meħtieġ
għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni
(iċċekkjar) u t-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li mhumiex
ipprojbiti jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata skont
ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 jew dan ir-Regolament. 3. Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment
ta' "teknoloġija" ma japplikawx għall-informazzjoni
"ta' dominju pubbliku", għal "riċerka xjentifika
bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa
għall-applikazzjonijiet ta’ privattivi. Esplorazzjoni
u produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u l-gass naturali 1.A Tagħmir 1. Tagħmir, vetturi, bastimenti u
inġenji tal-ajru għall-analiżi ġeofiżiku li ġew
imfassla jew adattati b'mod speċjali sabiex jiksbu dejta
għall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass flimkien mal-komponenti
mfassla b'mod speċjali għalihom. 2. Sensuri mfassla b'mod speċjali għal
operazzjonijiet fi ħdan il-bjar taż-żejt u tal-gass,
inklużi sensuri użati għall-kejl matul it-tħaffir u
t-tagħmir assoċjat imfassal b'mod speċjali sabiex tinkiseb u
tinħażen dejta minn tali sensuri. 3. Tagħmir ta' tħaffir
imfassal għat-tħaffir ta' formazzjonijiet tal-blat, b'mod
speċifiku għall-finijiet ta' esplorazzjoni għal, jew
il-produzzjoni taż-żejt, gass u materjali idrokarburi oħrajn ta'
oriġini naturali. 4. Golji, pajpijiet
għat-tħaffir, kullar tal-golja għat-tħaffir,
ċentralizzaturi u tagħmir ieħor imfassal b'mod speċjali
għall-użu fit-tagħmir u mat-tagħmir għat-tħaffir
tal-bjar taż-żejt u tal-gass u miegħu. 5. Drilling wellheads (l-istruttura
fil-wiċċ tal-bir), 'blowout preventers' (tagħmir li jipprevjeni
l-iżbroffi), u l-hekk imsejħa 'Christmas jew production trees'
(muntaġġ ta' tagħmir għall-kontroll tal-fluss tal-fluwidi)
u l-komponenti tagħhom imfassla b'mod speċjali, li jissodisfaw
l-ispeċifikazzjonijiet tal-API u tal-ISO għall-użu mal-bjar taż-żejt
u tal-gass. Noti tekniċi: a. 'Blowout preventer' huwa apparat li
normalment jintuża mal-livell tal-art (jew jekk isir tħaffir
taħt l-ilma, mal-livell ta' qiegħ il-baħar) matul
it-tħaffir sabiex jiġi pprevenut il-ħruġ mhux ikkontrollat
taż-żejt u/jew tal-gass mill-bir. b. 'Christmas tree jew production tree'
huwa apparat li normalment jintuża sabiex jikkontrolla l-fluss ta' fluwidi
mill-bir meta dan jitlesta u tkun bdiet il-produzzjoni taż-żejt u/jew
tal-gass. c. Għall-finijiet ta' dan
l-oġġett l-'ispeċifikazzjoni tal-API u tal-ISO' tirreferi għall-ispeċifikazzjoni
6A, 16A, 17D u 11IW tal-American Petroleum Institute u/jew
l-ispeċifikazzjoni 10423 u 13533 tal-International Standards Organisation
blowout preventers, wellhead u Christmas trees għall-użu fuq il-bjar
taż-żejt u/jew tal-gass . 6. Pjattaformi għat-tħaffir
u għall-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass
naturali. 7. Bastimenti u braken li jinkorporaw
tagħmir għat-tħaffir u/jew għall-ipproċessar
taż-żejt, tali tagħmir jintuża għall-produzzjoni
taż-żejt, gass u materjal ieħor li jieħu n-nar b'mod
naturali. 8. Separaturi ta' likwidu/gass li
jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni 12J tal-API, imfassla b'mod
speċjali sabiex jipproċessaw il-produzzjoni minn bir
taż-żejt jew tal-gass, sabiex jisseparaw il-likwidi
taż-żejt minn kwalunkwe ilma jew kwalunkwe gass mil-likwidi. 9. Kumpressuri tal-gass bi pressjoni
mfassla ta' 40 bar (PN 40 u/jew ANSI 300) jew aktar u
b'kapaċità ta' volum ta' ġbid ta' 300,000 Nm3/siegħa
jew aktar, għall-ipproċessar inizjali u għat-trasmissjoni ta'
gass naturali, esklużi kumpressuri tal-gass għall-pompi tal-mili ta'
CNG (Gass Naturali Kkompressat), u l-komponenti mfassla b'mod speċjali
għalihom. 10. Tagħmir għall-kontroll
tal-produzzjoni ta' taħt il-baħar u l-komponenti għalih li
jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-API u tal-ISO għall-użu
fi bjar taż-żejt u tal-gass. Nota Teknika:. Għall-finijiet ta' din l-iskrizzjoni,
'l-ispeċifikazzjonijiet tal-API u tal-ISO' tirreferi
għall-ispeċifikazzjon 17F tal-American Petroleum Institute u/jew
għall-ispeċifikazzjoni 13268 tal-Korp Internazzjonali ta'
Standardizzazzjoni għas-sistemi ta' kontroll tal-produzzjoni ta' taħt
il-baħar. 11. Pompi, kapaċità tipikament
għolja u/jew pressjoni għolja (iżjed minn 0,3m3
kull minuta u/jew 40bar), imfassla b'mod speċjali
għall-ippumpjar ta' tajn u/jew siment fi bjar taż-żejt jew
tal-gass. 1.B Tagħmir
għall-ittestjar u l-ispezzjoni tat-tagħmir 1. Tagħmir imfassal b'mod
speċjali sabiex jittieħdu kampjuni u jsiru testijiet u analiżi
tal-proprjetajiet tal-tajn tat-tħaffir, tas-siment għall-bir
taż-żejt u materjali oħrajn imfassla b'mod speċjali u/jew
ifformulati għall-użu fil-bjar taż-żejt u tal-gass. 2. Tagħmir imfassal b'mod
speċjali sabiex jittieħdu kampjuni u jsiru testijiet u analiżi
tal-proprjetajiet tal-kampjuni tal-blat, kampjuni f'forma likwida u f'forma ta'
gass u materjali oħrajn meħuda minn bir taż-żejt u/jew
tal-gass jew matul u wara t-tħaffir, jew mill-faċilitajiet
għall-ipproċessar inizjali marbuta magħhom. 3. Tagħmir imfassal b'mod
speċjali għall-ġbir u l-interpretazzjoni ta' informazzjoni dwar
il-kondizzjoni fiżika u mekkanika ta' bir taż-żejt u/jew
tal-gass, u sabiex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet in situ
tal-formazzjoni tal-blat u tal-ġibjun. 1.C Materjali 1. Tajn għat-tħaffir,
addittivi tat-tajn tat-tħaffir u l-komponenti tagħhom li ġew
ifformulati sabiex jiġu stabbilizzati l-bjar taż-żejt u tal-gass
matul it-tħaffir, sabiex jittella' t-terrapien imħaffer (drill
cuttings) għal fuq l-art u sabiex jiġi llubrifikat u jitkessaħ
it-tagħmir ta' tħaffir fil-bir. 2. Simenti u materjali oħrajn li
jissodisfaw l-'ispeċifikazzjonijiet tal-API u tal-ISO' għall-użu
fil-bjar taż-żejt u tal-gass . Nota Teknika:. 'L-ispeċifikazzjoni tal-API u tal-ISO'
tirreferi għall-ispeċifikazzjoni 10A tal-American Petroleum
Institute jew għall-ispeċifikazzjoni 10426 tal-International
Standards Organisation għas-siment għall-bir taż-żejt u
materjali oħrajn li huma fformulati b'mod speċjali
għall-użu fl-issimentar tal-bjar taż-żejt u tal-gass . 3. Aġenti għat-twaqqif
tal-korrużjoni, għat-trattament ta' emulsjoni, għat-twaqqif
tar-ragħwa, u kimiki oħrajn li huma fformulati b'mod speċjali
għall-użu fit-tħaffir għal u l-ipproċessar inizjali
taż-żejt prodott minn bir taż-żejt u/jew tal-gass. 1.D Softwer 1. 'Softwer' imfassal b'mod
speċjali għall-ġbir u l-interpretazzjoni tad-dejta miksuba minn
analiżi sismika, elettromanjetika, manjetika jew tal-gravità
għall-fini li tiġi stabbilita l-prospettività taż-żejt jew
tal-gass. 2. 'Softwer' imfassal b'mod
speċjali għaż-żamma, l-analiżi u l-interpretazzjoni
tal-informazzjoni miksuba matul it-tħaffir u l-produzzjoni sabiex
jiġu vvalutati l-karattarestiċi fiżiċi u l-imġiba
tal-ġibjuni taż-żejt jew tal-gass. 3. 'Softwer' imfassal b'mod
speċjali għall-'użu' tal-faċilitajiet
għall-produzzjoni u l-ipproċessar taż-żejt jew subunitajiet
speċifiċi ta' tali faċilitajiet. 1.E. Teknoloġija 1. “Teknoloġija”“meħtieġa”
għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” u l-“użu” tat-tagħmir
speċifikat f'1.A.01 - 1.A.11. Ir-raffinar
taż-żejt mhux maħdum u l-likwefazzjoni tal-gass naturali; 2.A Tagħmir
1. Tagħmir għat-trasferiment
tas-sħana kif ġej u l-komponenti mfassla b'mod speċjali
għalih: a. Tagħmir b'aletti
għat-trasferiment tas-sħana b'superfiċe/proporzjon tal-volum
akbar minn 500m2/m3, imfassal b'mod speċjali
sabiex il-gass naturali jitkessaħ minn qabel; b. Tagħmir b'koljaturi
għat-trasferiment tas-sħana mfassal b'mod speċjali
għal-likwefazzjoni jew sabiex il-gass naturali jitkessaħ minn qabel; 2. Krijopompi għat-trasport
tal-materja f'temperatura ta' inqas minn -120ºC li jkollhom kapaċità
ta' trasport għal aktar minn 500m3/h u komponenti mfassla b'mod
speċjali għalihom 3. 'Coldbox' u tagħmir
għall-'coldbox' mhux speċifikat mit-2.A.1. Nota Teknika:. 'It-tagħmir għall-'coldbox' jirreferi
għal kostruzzjoni mfassla b'mod speċjali, li hija speċifika
għall-impjanti tal-LNG u li tinkorpora l-istadju tal-proċess
tal-likwefazzjoni. Il-'coldbox' jinkorpora tagħmir għat-trasferiment
tas-sħana, sistemi ta' pajpijiet, strumentazzjoni oħra u
iżolaturi termiċi. It-temperatura ġewwa l-'coldbox' hija ta'
madwar–120 C (kondizzjonijiet għall-kondensazzjoni tal-gass
naturali). Il-funzjoni tal-'coldbox' hija l-iżolazzjoni termika
tat-tagħmir imsemmi hawn fuq. 4. Tagħmir għat-terminals
tat-trasport bil-baħar ta' gassijiet likwefatti li jkollhom. temperatura
inqas minn – 120°C u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom. 5. Linja flessibbli u mhux flessibbli
ta' trasferiment li għandha dijametru akbar minn 50mm
għat-trasport tal-materja li jkollha temperatura inqas minn–120ºC 6. Bastimenti marittimi mfassla b'mod
speċjali għat-trasport tal-LNG. 7. Tagħmir li jneħħi
l-melħ bi proċess elettrostatiku mfassal b'mod speċjali sabiex
ineħħi kontaminanti bħal imluħ, solidi u ilma
miż-żejt mhux maħdum u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom. 8. Il-crackers kollha, (tagħmir
għall-qsim tal-molekoli) inklużi l-hydrocrackers (tagħmir
għall-qsim tal-molekoli tal-idrokarburi), u l-cokers, imfassla b'mod
speċjali għall-bidla ta' żjut tal-gass ta' vakum jew ta' residwu
ta' vakum, u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom 9. Hydrotreaters mfassla b'mod
speċjali għat-tneħħija tal-kubrit mill-gażolina, minn
terrapien imħaffer ta' diżil u mill-pitrolju u komponenti mfassla
b'mod speċjali għalihom. 10. Riformaturi katalitiċi mfassla
b'mod speċjali sabiex il-gażolina li jkun tneħħielha
l-kubrit tinbidel f'gażolina b'livell għoli ta' ottanu, u komponenti
mfassla b'mod speċjali għalihom 11. Unitajiet ta' raffinerija
għall-iżomerizzazzjoni ta' terrapien imħaffer ta'
tip C5-C6, u unitajiet ta' raffinerija għall-alkilazzjoni ta' olefini
ħfief, biex jittejjeb l-indiċi tal-ottan tat-terrapien imħaffer
tal-idrokarburi 12. Pompi mfassla b'mod speċjali
għat-trasport ta' żejt mhux maħdum u karburanti, li
għandhom kapaċità ta' 50m3/h jew aktar u komponenti
mfassla b'mod speċjali għalihom. 13. Tubi b'dijametru ta' barra
ta' 0.2m jew aktar u magħmula minn kwalunkwe wieħed
mill-materjali li ġejjin: a. Azzar li ma jissaddadx (stainless steel)
bi 23% ta' kromju jew aktar f'piż; b. Azzar li ma jissaddadx u ligi fuq
bażi ta' nikil b'numru ta' 'fattur ekwivalenti tar-reżistenza
għat-tħaffir (Pitting resistance equivalent)' ogħla
minn 33. Nota Teknika:. In-numru tal-'fattur ekwivalenti
tar-reżistenza għat-tħaffir' (Pitting resistance equivalent-PRE)
jikkaratterizza r-reżistenza tal-korrużjoni tal-azzar li ma
jissaddadx u tal-ligi tan-nikil meta mqabbla mal-korrużjoni li
tħaffer jew dik interstizzjali. Ir-reżistenza għat-tħaffir
tal-azzar li ma jissaddadx u tal-ligi tan-nikil hija ddeterminata primarjament
bil-kompożizzjonijiet tagħhom, primarjament: kromju, molibdenum, u
nitroġenu. Il- formula sabiex jiġi kkalkulat in-numru tal-PRE hija:
PRE = Cr + 3.3% Mo + 30% N 14. 'Pigs' (Pipeline inspection gauge(s))
u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom. Nota Teknika:. Il-'Pig' huwa apparat li normalment
jintuża fuq in-naħa ta' ġewwa tal-pipeline għat-tindif jew
l-ispezzjoni (l-istat tal-korrużjoni jew il-formazzjoni ta' xi qasma) u
jiġi mbuttat bil-pressa tal-prodott ta' ġol-pipeline. 15. Pig launchers sabiex il-pig
jiddaħħal ġol-pipeline u pig catchers sabiex jitneħħa
mill-pipeline. 16. Tankijiet għall-ħażna
ta' żejt mhux maħdum u karburanti b'volum akbar minn 1000 m3
(1 000 000 litru) kif ġejjin, u komponenti mfassla b'mod
speċjali għalihom: a. tankijiet b'saqaf fiss; b. tankijiet b'saqaf li jżomm
fil-wiċċ. 17. Pajpijiet flessibbli għal
taħt il-baħar imfassla b'mod speċjali għat-trasport ta'
idrokarburi u fluwidi ta' injezzjoni, ilma jew gass, b'dijametru ta' aktar
minn 50mm. 18. Pajpijiet flessibbli sabiex
jintużaw għal pressjoni għolja għal applikazzjoni ta' fuq u
taħt il-baħar. 19. Tagħmir ta'
iżomerizzazzjoni mfassal b'mod speċjali għall-prodizzjoni ta'
gażolina b'livell għoli ta' ottan abbażi ta' idrokarburi
ħfief u l-komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom. 2.B Tagħmir
għall-ittestjar u l-ispezzjoni tat-tagħmir 1. Tagħmir imfassal b'mod
speċjali għall-ittestjar u l-analiżi tal-kwalità (proprjetajiet)
taż-żejt mhux maħdum u karburanti. 2. Sistemi ta' kontroll
interfaċċja mfassla b'mod speċjali sabiex jiġi kkontrollat
u sabiex isir l-aħjar użu mill-proċess
għat-tneħħija tal-melħ. 2.C Materjali 1. Dietileneglikol (CAS
111-46-6), Trietilene glikol (CAS 112-27-6) 2. N-Metilpirrolidon (CAS
872-50-4), Sulfolan (CAS 126-33-0) 3. Żeoliti, ta'
oriġini naturali jew sintetiku, mfassla b'mod speċjali
għall-cracking (qsim ta' molekoli) katalitiku fluwidu jew
għall-purifikazzjoni u/jew id-deidratazzjoni ta' gassijiet, inklużi
gassijiet naturali. 4. Katalisti għall-cracking
u għall-bidla ta' idrokarburi kif ġejjin: a. Metall singolu (grupp tal-platinu) fuq
tip ta' allumina jew fuq żeoliti, mfassal b'mod speċjali
għall-proċess ta' riforma katalitika; b. Speċijiet ta' metall imħallat
(platinu flimkien a metalli nobbli) fuq tip ta' allumina jew fuq żeoliti
mfassal b'mod speċjali għall-proċess ta' riforma katalitika; c. Katalisti tal-kobalt u tan-nikil
trattati bil-molibdenum fuq tip ta' allumina jew fuq żeoliti mfassla b'mod
speċjali għall-proċess tat-tneħħija tal-kubrit; d. Katalisti tal-palladju, nikil, kromju u
tangstin fuq tip ta' allumina jew fuq żeoliti mfassla b'mod speċjali
għall-proċess ta' hydrocracking katalitiku; 5. Addittivi tal-gażolina
formulati b'mod speċjali sabiex iżidu n-numru ta' ottanu
tal-gażolina. Nota: Din l-annotazzjoni tinkludi Etil terzjarju
butil eteru (ETBE) (CAS 637-92-3) u Metil butil terzjarju eteru (MTBE) CAS
1634-04-4). 2.D Softwer 1. 'Softwer' imfassal b'mod
speċjali għall-'użu' mill-impjanti tal-LNG jew subunitajiet
speċifiċi ta' tali impjanti. 2. “Softwer” imfassal b'mod
speċjali għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu”
mill-impjanti (inklużi s-subunitajiet tagħhom) għar-raffinar
taż-żejt. 2.E. Teknoloġija 1. 'Teknoloġija'
għall-kondizzjonament u l-purifikazzjoni tal-gass naturali mhux raffinat
(deidratazzjoni, taħlil, tneħħija ta' impuritajiet). 2. “Teknoloġija”
għal-likwefazzjoni tal-gass naturali, inkluża “teknoloġija”
meħtieġa għall-“iżvilupp”, għall-“produzzjoni” jew
għall-“użu” f'impjanti tal-LNG. 3. “Teknoloġija”
għat-trasport bil-baħar tal-gass naturali likwefatt. 4. 'Teknoloġija'
'meħtieġa' għall-'iżvilupp', il-'produzzjoni' jew
għall-'użu' minn bastimenti tal-baħar imfassla b'mod
speċjali għat-trasport ta' gass naturali likwefatt 5. 'Teknoloġija'
għall-ħażna ta' żejt mhux maħdum u karburanti. 6. “Teknoloġija”“meħtieġa”
għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' impjant ta'
raffinerija bħal: 6.1. 'Teknoloġija' sabiex l-olefin
ħafif jinbidel f'gażolina; 6.2. Teknoloġija ta' riformar katalittiku
u ta' isomerizzazzjoni; 6.3. Teknoloġija ta' cracking termali u
katalittiku. L-Industrija
Petrokimika 3.A Tagħmir
1. Reatturi a. mfassla b'mod speċjali
għall-produzzjoni tal-fosġen (CAS 506-77-4) u komponenti mfassla
b'mod speċjali għalihom, bl-eċċezzjoni tar-reatturi
sekondarji, u s-softwer relevanti żviluppat għalihom; b. għall-fosġenazzjoni mfassla b'mod
speċjali għall-produzzjoni tal-HDI, TDI, MDI u komponenti mfassla
b'mod speċjali għalihom, bl-eċċezzjoni tar-reatturi
sekondarji u s-softwer relevanti żviluppat għalihom; c. mfassla b'mod speċjali
għall-polimerizzazzjoni tal-etilen u tal-propilen u komponenti mfassla
b'mod speċjali għalihom u s-softwer relevanti żviluppat
għalihom; d. mfassla b'mod speċjali
għall-ikkrekkjar termali tal-EDC (diklorat tal-etilen) u komponenti
mfassla b'mod speċjali għalihom, bl-eċċezzjoni tar-reatturi
sekondarji u s-softwer relevanti żviluppat għalihom; e. mfassla b'mod speċjali
għall-klorinazzjoni u għall-oksiklorinazzjoni fil-produzzjoni
tal-klorur tal-vinil u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom,
bl-eċċezzjoni tar-reatturi sekondarji u s-softwer relevanti
żviluppat għalihom; 2. Katalisti applikabbli għall-proċessi
tal-produzzjoni tat-trinitrotoluwen, in-nitrat tal-ammonju u proċessi
kimiċi u petrokimiċi oħrajn użati għall-manifattura
tal-isplussiv u s-softwer relevanti żviluppat għalihom; 3. Katalisti użati għall-produzzjoni
ta' monomeri bħall-etilen u l-propilen (unitajiet tal-ikkrekkjar bil-fwar
u/jew gass tal-unitajiet petrokimiċi) u s-softwer relevanti żviluppat
għalihom; 4. Evaporaturi b’rita rqiqa u evaporaturi
b’rita li tinżel magħmula minn materjali reżistenti għal
aċidu aċetiku kkonċentrat jaħraq u komponenti mfassla b'mod
speċjali għalihom u s-softwer relevanti żviluppat għalihom;
5. Impjanti għas-separazzjoni
tal-aċidu idrokloriku permezz tal-elektrolisi u komponenti mfassla b'mod
speċjali għalihom u s-softwer relevanti żviluppat għalihom;
6. Kolonni li għandhom dijametri akbar
minn 5000 mm u komponenti mfassla b'mod speċjali għalihom; 7. Valvi f'forma ta' ballun u plug valves
bi blalen taċ-ċeramika jew plugs, li għandhom dijametru
nominali ta' 10mm jew aktar, u komponenti mfassla b'mod speċjali
għalihom; 8. Kompressur ċentrifugu u /jew
bil-moviment alternat li għandu enerġija installata ta' aktar
minn 2MW u li jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni API610; 3.B Tagħmir
għall-ittestjar u l-ispezzjoni tat-tagħmir 3.C Materjali 3.D Softwer 1. “Softwer”, imfassal b'mod speċjali
biex "jintuża" fl-impjanti li jeqilbu l-Gass f’ Likwidu (GTL)
jew li jeqilbu l-Gass f’Petrokimiċi (GTP); 3.E. Teknoloġija 1. “Teknoloġija”
għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew
l-"użu" tal-proċessuri li jeqilbu l-Gass f’Likwidu (GTL)
jew li jeqilbu l-Gass f’Petrokimiċi (GTP) jew għall-impjanti tal-GTL-
jew tal-GTP; 2. “Teknoloġija”
għall-"produzzjoni" tal-ammonja, tal-urea u tal-metanol; Nota: "teknoloġjija"
tfisser "informazzjoni" speċifika meħtieġa
għall-"iżvilupp", "il-produzzjoni" jew
"l-użu" tal-merkanzija"; L-informazzjoni tieħu l-forma
ta' "dejta teknika" jew "assistenza teknika". ANNESS VII Lista ta' deheb, metalli prezzjużi u
djamanti msemmija fl-Artikolu 15 u 32(1) Kodiċi tas-SA Deskrizzjoni 7102 Djamanti, maħdumin jew le,
iżda mhux immuntati jew ingastati 7106 Fidda (inkluża fidda
miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f’għamliet
semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab 7108 Deheb (inkluż deheb miksi
bi platinu), mhux maħdum jew f’għamla semi-manifatturata, jew f’għamla
ta’ trab 7109 Metalli ta’ valur baxx jew
fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief
semi-manifatturati. 7110 Platinu, f’għamliet mhux
maħdumin jew semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab 7111 Metalli ta’ valur baxx, fidda
jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief
semimanifatturati. 7112 Skart u fdal ta’ metall
prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal
ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż,
ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż 7502 Nikil mhux maħdum 7503 Skart u fdal ta’ nikil 7504 Trabijiet u qxur ta’ nikil 8112 Renju, Indju, Ġermanju 8103 Tantalu u oġġetti
tiegħu, inklużi skart u fdal ANNESS VIII Websajts għal informazzjoni dwar
l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-
L-Artikoli 3(2),(4),(5),(6) u (7), 5(2) u (3), 7(1), 10(1), 12(1), 14(1),
18(1), 19(1), 20, 21, 24(1), 25, 26(1) and (3), 27(1), 28, 29(1), 30(1),
31(1),(3) u (4), 32(1) u (2), 33(1), 37(1), 38(1),(2) u (3), 40, 41(1) u 49(1)
u (2),
u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea: Il-BELĠJU http://www.diplomatie.be/eusanctions Il-BULGARIJA http://www.mfa.government.bg Ir-REPUBBLIKA ĊEKA http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce Id-DANIMARKA http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/ Il-ĠERMANJA http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html L-ESTONJA http://www.vm.ee/est/kat_622/ L-IRLANDA http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id = 28519 Il-GREĊJA http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html SPANJA http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/
Sanciones_%20Internacionales.aspx FRANZA http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/ L-ITALJA http://www.esteri.it/UE/deroghe.html ĊIPRU http://www.mfa.gov.cy/sanctions Il-LATVJA http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539 Il-LITWANJA http://www.urm.lt Il-LUSSEMBURGU http://www.mae.lu/sanctions L-UNGERIJA http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf MALTA Tel. http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp Il-PAJJIŻI L-BAXXI http://www.minbuza.nl/sancties L-AWSTRIJA http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id
= 12750&LNG = en&version= Il-POLONJA http://www.msz.gov.pl Il-PORTUGALL http://www.min-nestrangeiros.pt Ir-RUMANIJA http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3 Is-SLOVENJA http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
Is-SLOVAKKJA http://www.foreign.gov.sk Il-FINLANDJA http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet L-ISVEZJA http://www.ud.se/sanktioner Ir-RENJU UNIT www.fco.gov.uk/competentauthorities Indirizz għan-notifiki
lill-Kummissjoni Ewropea: Il-Kummissjoni Ewropea Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija Uffiċċju EEAS 02/309 B-1049 Bruxelles/Brussell (il-Belġju) Email: relex-sanctions@ec.europa.eu Tel. [1] ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1. [2] ĠU L 195, 27.07.2010, p. 39. [3] ĠU L 19 24.01.2012, p. 23. [4] ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1. [5] ĠU L 195, 27.07.2010, p. 39. [6] ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1. [7] ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1. [8] ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15. [9] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1 [10] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. [11] ĠU L100, 14.4.2011, p.1 [12] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. [13] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. [14] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. [15] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. [16] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. [17] ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.– [18] ĠU 145, 30.4.2004, p. 1. [19] ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3. [20] ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19. [21] ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1. [22] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1 [23] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.