|
23.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/207 |
P7_TA(2012)0491
Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/014 RO/Nokia
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija) (COM(2012)0618 – C7-0359/2012 – 2012/2275(BUD))
(2015/C 434/39)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0618 – C7–0359/2012), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0414/2012), |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tagħti appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol, |
|
B. |
billi l-ambitu tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 ’l quddiem biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, |
|
C. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, |
|
D. |
billi r-Rumanija talbet assistenza għal 1 904 sensja, li minnhom 1 416 huma intenzjonati li jirċievu assistenza, fl-SC Nokia Romania SRL u fornitur wieħed fir-Rumanija, |
|
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG, |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG huma ssodisfati u li għalhekk ir-Rumanija hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament; |
|
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Rumeni ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-22 ta' Diċembru 2011, issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali sat-22 ta' Awwissu 2012, u li l-valutazzjoni tagħha saret biss disponibbli mill-Kummissjoni fid-19 ta' Ottubru 2012; jiddispjaċih dwar il-perjodi twal ta' evalwazzjoni u jistaqsi għaliex din l-applikazzjoni partikolari kienet teħtieġ valutazzjoni ta' 8 xhur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-proċess ta' evalwazzjoni; |
|
3. |
Jilqa' l-ewwel applikazzjoni tar-Rumanija għall-appoġġ tal-FEG; |
|
4. |
Jilqa’ l-fatt li sabiex il-ħaddiema jkunu pprovduti b’assistenza rapida, l-awtoritajiet Rumeni ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tal-miżuri fit-8 ta' Diċembru 2011, qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti ta' appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost; |
|
5. |
Ifakkar fl-importanza tat-titjib fl-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi żviluppati tul il-karrieri professjonali tal-ħaddiema; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għal-livell u għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali attwali; |
|
6. |
Jiddispjaċih li t-telf ta' impjiegi fi Cluj fir-Rumanija u f'Salo fil-Finlandja (applikazzjoni EGF/2012/006/FI/Nokia mill-Finlandja) waslu minn deċiżjoni korporattiva ta' Nokia li tirriloka l-produzzjoni tagħha fl-Asja u huma parti mill-pjanijiet tagħha li tnaqqas l-impjiegi globali tal-Korporazzjoni Nokia bi 17 000 ħaddiem sa tmiem l-2013; |
|
7. |
Jenfasizza li għandhom jinsiltu tagħlimiet mit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' din l-applikazzjoni u oħrajn li jinvolvu sensji tal-massa; |
|
8. |
Jitlob li jkun hemm reċiproċità fil-kummerċ bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi bħala kundizzjoni essenzjali biex il-kumpaniji tal-Unjoni jiggwadanjaw aċċess għal swieq ġodda li mhumiex Ewropej; |
|
9. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jaċċeleraw il-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG, flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG, lill-awtorità baġitarja; jittama li fir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) il-ġdid jiġi integrat aktar titjib proċedurali, u li jintlaħqu effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà akbar tal-FEG; |
|
10. |
Jinnota li l-FEG diġà aġixxa favur 1 337 ħaddiem issensjati b'riżultat ta' rilokazzjoni ta' Nokia mill-Ġermanja għar-Rumanija fl-2008; jinnota li tliet snin wara, il-FEG irid jerġa' jieħu azzjoni minħabba li l-impjant tal-produzzjoni, li nfetaħ fi Cluj wara li kien ingħalaq dak fil-Ġermanja, ingħalaq fl-2011 bħala riżultat ta' rilokazzjoni lejn l-Asja; jistaqsi jekk Nokia kinitx ibbenefikat minn xi inċentivi finanzjarji fil-livell reġjonali, nazzjonali jew tal-Unjoni (b'mod partikolari mill-fondi ta' koeżjoni), meta saret ir-rilokazzjoni mill-Ġermanja għar-Rumanija; |
|
11. |
Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien, immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja; |
|
12. |
Jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni tindika li hi mistennija applikazzjoni oħra tal-FEG biex tkopri t-tieni rawnd ta' sensji minn Nokia f'Salo u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tiċċara kemm u safejn Nokia qiegħda hi stess tappoġġja finanzjarjament il-programm ta' telf ta' impjiegi; |
|
13. |
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra dan jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri għas-suq tax-xogħol attivi li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi miżuri għar-ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi; |
|
14. |
Jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma tippreżenta l-ebda statistika dwar ir-rati ta' qgħad fir-reġjun; jinnota, madankollu, li fl-2011 kważi 40 % tat-total tal-popolazzjoni tar-reġjun ta' Cluj-Napoca li tispeċjalizza fis-setturi tal-IT u tal-komunikazzjonijiet kienet impjegata ma' Nokia; jinnota li s-sensji ta' Nokia se jħallu impatt konsiderevoli fuq l-impjiegi fir-reġjun; |
|
15. |
Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għall-finanzjament mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar kif jikkumpleta azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni; |
|
16. |
Jilqa' l-fatt li wara talbiet mill-Parlament, il-baġit tal-2012 juri approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 5 0 0 00 000 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u għalhekk, jistħoqqlu allokazzjoni speċifika, li tevita trasferimenti, sa fejn hu possibbli, minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li tista' tkun ta' ħsara biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-FEG; |
|
17. |
Jistenna li l-Kummissjoni tispjega jekk Nokia kienet involuta fil-ħolqien ta' pakkett ikkoordinat ta' servizz personalizzat u ta' involviment possibbli fil-kofinanzjar; |
|
18. |
Jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-Kunsill li jibblokka l-estensjoni tad-“deroga marbuta mal-kriżi” li tippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali u mhux biss lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fix-xejriet kummerċjali fid-dinja, u li tippermetti żieda fir-rata tal-kofinanzjament tal-Unjoni għal 65 % tal-ispejjeż tal-programm, għall-applikazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2011; jitlob lill-Kunsill jerġa' jintroduċi mill-ġdid din il-miżura mingħajr dewmien; |
|
19. |
Jiddispjaċih li m'hemmx dettalji dwar it-tipi ta' miżuri ta' taħriġ ta' internships li se jkunu pprovduti fil-pakkett koordinat u kif dawn huma mqabbla mal-ħiliet u l-kwalifiki lokali u ma' oqsma possibbli ta' tkabbir futur fir-reġjun; |
|
20. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
21. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
22. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 2013/15/UE.)