7.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 68/77


It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
Eliġibbilta' għall-bureau ta' kumitat (interpretazzjoni tal-Artikolu 191(1), tar-Regoli ta' Proċedura)

P7_TA(2012)0363

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-eliġibbilta' għall-bureau ta' kumitat (interpretazzjoni tal-Artikolu 191(1), tar-Regoli ta' Proċedura)

2014/C 68 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittri tat-18 ta' Settembru 2012 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 191, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

"Huma biss il-membri titulari tal-kumitat, li ġew eletti skont l-Artikolu 186, li jistgħu jiġu eletti għall-bureau tiegħu."

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif,