52012DC0795

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI PJAN TA' AZZJONI DWAR L-INTRAPRENDITORIJA 2020 Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa /* COM/2012/0795 final */


WERREJ

1........... L-Isfida tagħna – li jkollna iżjed imprendituri fl-Ewropa.................................................... 3

2........... Il-Pilastru ta' Azzjoni 1 - L-edukazzjoni u t-taħriġ fl-intraprendenditorija biex jissostnew it-tkabbir u l-ħolqien tan-negozji............................................................................................................................ 6

2.1........ Sisien ġodda: inżidu l-prevalenza u l-kwalità tat-tagħlim tal-intraprendenditorija................. 6

2.2........ ...u fruntieri ġodda: l-edukazzjoni għolja għall-intraprendenditorija.................................... 7

3........... Il-Pilastru ta' Azzjoni 2 – Noħolqu Ambjent fejn L-Imprendituri jkunu jistgħu Jiffjorixxu u Jikbru           8

3.1........ Aċċess aħjar għall-finanzi................................................................................................ 9

3.2........ Sostenn lill-intrapriżi ġodda fil-fażijiet kruċjali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u għajnuna biex jikbru            11

3.3........ Niftħu l-bibien għall-opportunitajiet ġodda ta' negozju fl-era diġitali................................. 14

3.4........ Trasferimenti kummerċjali aktar faċli.............................................................................. 16

3.5........ Inbiddlu l-falliment f'suċċess: ċans ieħor għal negozjanti li ġenwinament ifallu................... 18

3.6........ Piż regolatorju: regoli aktar ċari u sempliċi..................................................................... 19

4........... Il-Pilastru ta' Azzjoni 3 - il-mudelli eżemplari u l-Ilqugħ ta' gruppi speċifiċi...................... 22

4.1........ Perċezzjonijiet ġodda: l-imprendituri bħala mudelli eżemplari.......................................... 22

4.2........ Orizzonti ġodda: l-indirizzar ta’ nisa, anzjani, migranti, dawk qiegħda, żgħażagħ.............. 23

4.2.1..... In-nisa.......................................................................................................................... 24

4.2.2..... Anzjani......................................................................................................................... 25

4.2.3..... Migranti........................................................................................................................ 26

4.2.4..... Nies qiegħda, b’mod partikolari żgħażagħ...................................................................... 27

5........... Konklużjonijiet............................................................................................................. 28

Anness: Azzjonijiet Ewlenin tal-Kummissjoni................................................................................ 29

Anness: Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Imprenditorija 2020 - ix-xrara tal-ispirtu imprenditorjali fl-Ewropa 29

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

PJAN TA' AZZJONI DWAR L-INTRAPRENDITORIJA 2020

Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa

Sa mill-2008 l-Ewropa ilha tbati l-effetti tal-iżjed kriżi serja għal dawn l-aħħar 50 sena: għall-ewwel darba fl-Ewropa, hemm iżjed minn 25 miljun persuna qiegħda u, fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għad ma rnexxilhomx jirkupraw biex jilħqu l-livelli ta' qabel il-kriżi.

Qabel il-kriżi ekonomika u finanzjarja kurrenti, l-ekonomija Ewropea ffaċċjat sfidi strutturali għall-kompetittività u t-tkabbir, kif ukoll tfixkil għall-intraprenditorija. Ħafna minn dawn għadhom jeżistu, iżda l-kriżi kienet ukoll katalist għal tibdil kbir u għall-istrutturar mill-ġdid. L-ekonomija dinjija wkoll tbiddlet f'dawn l-aħħar għaxar snin. Iż-żidiet mgħaġġla fid-domanda u fil-produzzjoni fis-swieq dinjin għamlu pressjoni fuq il-provvista tar-riżorsi u tal-enerġija li wasslet għal tibdil fl-istrutturi tal-kostijiet għall-kumpaniji Ewropej, li ħafna minnhom jiddependu mill-importazzjoni ta' dawn il-provvisti.

L-Istrateġija Ewropa 2020 irreaġixxiet għal dan billi stabbiliet il-pedamenti għat-tkabbir u l-kompetittività fil-ġejjieni li jkunu intelliġenti, sostenibbli u inklussivi, u li jindirizzaw l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. It-tiswija tal-problemi tal-imgħoddi u l-istabbiliment tal-UE fuq direzzjoni ta' żvilupp aktar sostenibbli fil-ġejjieni hija responsabbiltà reċiproka tal-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE. L-UE, li tirrikonoxxi li l-ekonomiji tagħna huma marbutin ma' xulxin, issa qiegħda tagħti sura ġdida lill-governanza ekonomika biex tiżgura reazzjonijiet politiċi aktar effikaċi għall-isfidi kurrenti u tal-ġejjieni.

Biex l-Ewropa terġa' tiġi f'tagħha fir-rigward tat-tkabbir u ta' livelli ogħla ta' impjieg, għandha bżonn aktar imprendituri. B'segwitu għar-Rieżami tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa ta' April 2011 u tal-komunikazzjoni dwar il-politika Industrijali li ġiet adottata f'Ottubru li għadda, il-Pjan ta' Azzjoni propost jistabbilixxi viżjoni mġedda u għadd ta' azzjonijiet li għandhom isiru kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, biex isostnu l-intraprenditorija fl-Ewropa. Dan il-pjan huwa msejjes fuq tliet pilastri: l-iżvilupp tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-intraprenditorija; il-ħolqien ta' ambjent kummerċjali xieraq; il-mudelli eżemplari u l-mira lejn gruppi speċifiċi.

1.           L-Isfida tagħna – li jkollna iżjed imprendituri fl-Ewropa

L-Intraprenditorija hija mutur b'saħħtu għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi[1]: din toħloq kumpaniji u impjiegi ġodda, tiftaħ swieq ġodda u ssostni ħiliet u abbiltajiet ġodda. Pereżempju fil-qasam tal-industrija, l-intraprenditorija għalhekk hija importanti b'mod partikolari għall-iżvilupp mgħaġġel tas-sitt setturi tat-tkabbir li ġew identifikati fl-aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali tal-Kummissjoni[2]. Bis-saħħa tal-intraprenditorija, l-ekonomiji jsiru aktar kompetittivi u innovattivi u din għandha wkoll rwol kruċjali biex jintlaħqu l-miri ta' bosta politiki settorjali Ewropej[3]. Il-kummerċjalizzazzjoni ta' ideat ġodda ttejjeb il-produttività u toħloq il-ġid. Mingħajr l-impjiegi ġodda minn kumpaniji ġodda, it-tkabbir nett medju fl-impjiegi kien ikun negattiv[4]. Il-kumpaniji ġodda, partikolarment l-SMEs, jirrappreżentaw l-iktar sors importanti ta' impjiegi ġodda: joħolqu aktar minn erba' miljun impjiegi ġodda fl-Ewropa kull sena[5]. Iżda l-magna tal-irkupru qiegħda tbati: sa mill-2004 'l hawn, il-proporzjon ta' nies li jippreferu jaħdmu għal rashom milli jkunu impjegati naqas fi 23 fost is-27 Stat Membru tal-UE[6]. Filwaqt li tliet snin ilu, li wieħed jaħdem għal rasu kienet l-ewwel preferenza ta' 45% tal-Ewropej, issa dan il-perċentwal niżel għal 37%[7]. B'kuntrast ma' dan, fl-Istati Uniti u fiċ-Ċina dan il-proporzjon huwa ħafna ikbar: 51% u 56% rispettivament. Barra minn hekk, meta jiġu stabbiliti impriżi ġodda, fl-UE jikbru aktar bil-mod[8] milli fl-Istati Uniti jew f'pajjiżi emerġenti, u hemm inqas minnhom li jidħlu fil-klassifika mal-akbar kumpaniji dinjin[9].

Hemm varjazzjoni kbira fil-livell u n-natura tal-intraprenditorija bejn Stat Membru u ieħor, u għaldaqstant huma diversi r-raġunijiet għan-nuqqas ta' entużjażmu għal karriera intraprenditorjali. Xi Stati Membri li għandhom livelli ogħla ta' intraprenditorija jirnexxilhom inqas minn oħrajn li jgħinu lill-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju l-ġodda biex jikbru. Fil-biċċa l-kbira, fl-Ewropa, dawk li jixtiequ jkunu imprendituri jsibu ruħhom f'ambjent diffiċli: l-edukazzjoni ma toffrix sisien tajbin għal karriera imprenditorjali, l-aċċess għall-kreditu u għas-swieq huwa diffiċli, it-trasferiment tan-negozju huwa diffiċli, hemm il-biża ta' sanzjonijiet punittivi jekk wieħed ma jirnexxix, u hemm proċeduri amministrattivi tqal. L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013 dan l-aħħar enfasizza l-ħtieġa li l-ambjent kummerċjali jittejjeb biex tiżdied il-kompetittività tal-ekonomiji fl-UE. Barra minn hekk, il-miżuri għas-sostenn tal-SMEs għadhom żbilanċjati, b'għadd sostanzjali ta' Stati Membri tal-UE li għadhom ma bdewx jieħdu ħsieb il-karatteristiċi tan-negozji ż-żgħar, b'mod partikolari n-negozji mikro[10], meta jkunu qegħdin jifformulaw il-leġiżlazzjoni tagħhom, inkella ma jiffaċilitawx li imprendituri ġenwini li jkunu fallew ikollhom ċans li jerġgħu jibdew mill-ġdid[11].

Mhux talli huwa diffiċli l-ambjent, iżda hemm ukoll kultura mifruxa li ma tirrikonoxxix u ma tippremjax biżżejjed l-isforzi imprenditorjali u ma tfaħħarx il-merti tal-imprendituri li jkunu rnexxew, u turihom bħala eżemplari li joħolqu l-impjiegi u l-introjtu. Biex l-intraprenditorija ssir il-mutur għat-tkabbir tal-ekonomija tagħna, l-Ewropa teħtieġ bidla kulturali radikali mifruxa.

Fuq l-isfond tal-kriżi ekonomika kurrenti u l-mekkaniżmu ġdid tal-governanza ekonomika, din il-komunikazzjoni tkompli tiżviluppa u tenfasizza l-azzjoni f'dawk l-oqsma fejn ir-Rieżami tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar[12] tal-Kummissjoni identifika li għad hemm ħtieġa ta' titjib kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak Ewropew.

Kull SME huwa differenti: il-varjazzjonijiet fid-daqs, fl-oqsma tal-attivitajiet u fil-forma legali jeħtieġu l-attenzjoni addattata ta' dawk li jfasslu l-politika[13]. Dan il-prinċipju japplika bl-istess mod għall-professjonijiet liberali u għall-imprendituri individwali li wkoll jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ekonomija tal-UE[14]. Il-prinċipju li għandna "l-ewwel naħsbu żgħir" irid ikun il-mudell għall-politiki Ewropej u nazzjonali.

Jeħtieġ li naħdmu biex niżguraw li l-intraprenditorija ssir prospett attraenti għall-Ewropej. Dan jinkludi wkoll l-imprendituri soċjali, li l-potenzjal tagħhom ta' spiss ma jkunx stmat biżżejjed[15]. Dawn jiġġeneraw impjiegi sostenibbli u wrew reżiljenza aħjar kontra l-kriżi milli kellha l-ekonomija ġenerali. L-imprendituri soċjali huma innovaturi, jimbuttaw l-inklużjoni soċjali u jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-miri tal-istrateġija UE2020.

Is-sitwazzjoni kurrenti tista' tinbidel biss permezz ta' azzjoni kuraġġuża u kkoordinata mill-amministrazzjonijiet kollha fil-livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali.

Dan il-Pjan ta' Azzjoni huwa mudell għal azzjoni deċiżiva konġunta biex toħroġ il-potenzjal intraprendenti tal-Ewropa, biex tneħħi t-tfixkil li jeżisti u biex tbiddel b'mod drastiku l-kultura tal-intraprendenza fl-Ewropa. Huwa għandu l-għan li jħeffef il-ħolqien ta' negozji ġodda u li joħloq ambjent ta' aktar sostenn fejn l-imprendituri eżistenti jkunu jistgħu jiffjorixxu u jikbru.

Huwa jipproponi tliet oqsma għall-intervent immedjat:

1. L-edukazzjoni u t-taħriġ fl-intraprendenditorja biex jissostnew it-tkabbir u l-ħolqien tan-negozji

2. It-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-qafas għall-imprendituri bit-tneħħija tat-tfixkil strutturali eżistenti, u s-sostenn tal-imprendituri fil-fażijiet kruċjali taċ-ċiklu tan-negozju,

3. Il-kultura tal-intraprendenza fl-Ewropa tingħata l-enerġija: l-inkoraġġiment ta' ġenerazzjoni ġdida ta' imprendituri.

2.           Il-Pilastru ta' Azzjoni 1 - L-edukazzjoni u t-taħriġ fl-intraprendenditorija biex jissostnew it-tkabbir u l-ħolqien tan-negozji

2.1.        Sisien ġodda: inżidu l-prevalenza u l-kwalità tat-tagħlim tal-intraprendenditorija...

L-investiment fl-edukazzjoni tal-intraprendenditorija huwa wieħed mill-aqwa investimenti li jrendu li tista' tagħmel l-Ewropa. L-istħarriġ jagħti ħjiel li bejn 15% u 20% tal-istudenti li jipparteċipaw f'programmi ta' kumpaniji żgħar fl-iskola sekondarja fil-futur jiftħu l-kumpaniji tagħhom, dan huwa proporzjon ta' bejn tlieta u ħames darbiet akbar minn dak tal-popolazzjoni ġenerali[16]. Iż-żgħażagħ li jibbenefikaw mit-tagħlim tal-intraprendenditorija jiżviluppaw tagħrif kummerċjali u ħiliet u attitudnijiet essenzjali li jinkludu l-kreattività, l-inizjattiva, t-tenaċja, l-abbiltà li jaħdmu f'tim, il-fehim tar-riskju u sens ta' responsabbiltà, kemm jekk jistabbilixxu xi kummerċ jew itrapriża soċjali, kif ukoll jekk le, wara li jitilqu mill-iskola. Dan huwa t-tip ta' ħsieb intraprenditorjali li jgħin lill-imprendituri jittrasformaw l-ideat f'azzjoni u li jżid l-impjegabbiltà b'mod sinifikanti.

L-intraprendenditorija hija kompetenza ewlenija fil-Qafas Ewropew[17], u hija azzjoni fiż-żewġ Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni riċenti dwar ir-Reviżjoni tal-Edukazzjoni[18]. Ir-rwol tal-intraprendenditorija bħala strument biex itejjeb il-livelli tal-impjegabbiltà huwa enfasizzat ukoll fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013[19]. Għadd ta' Stati Membri rrnexxielhom jintroduċu strateġiji nazzjonali għall-edukazzjoni fl-intraprendenditorija jew għamlu t-tagħlim tal-intraprendenditorija parti obbligatorja tal-kurrikulu, iżda jeħtieġ li jsir iżjed. L-edukazzjoni trid tingħata l-ħajja permezz ta' mudelli ta' tagħlim prattiċi u esperjenzjali u permezz tal-esperjenza ta' imprendituri fid-dinja attwali. Jinħtieġu riżultati ddefiniti tat-tagħlim tal-intraprendenditorija għall-edukaturi kollha biex jiddaħħlu metodoloġiji effettivi tat-tagħlim intraprendenti fil-klassi.

L-esperjenza prattika tal-intraprendenditorija tista' tinkiseb ukoll barra mill-edukazzjoni. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu inkoraġġuti li jiżviluppaw il-ħiliet intraprenditorjali permezz tal-edukazzjoni informali u mhux formali, bħall-volontarjat. Din l-esperjenza għandha tiġi vvalidata u rikonoxxuta, skont ir-rakkomandazzjoni proposta għal dan il-qasam mill-Kummissjoni[20].

Is-sħubiji man-negozji jistgħu jiżguraw li l-kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ ikunu rilevanti għad-dinja attwali. Inizjattivi bħall-VET[21] - Forum kummerċjali u Alleanzi għall-Ħiliet Settorjali[22] jipprovdu mezz biex jiġu involuti n-negozji. L-istituzzjonijiet edukattivi għandhom jiġu inkoraġġuti li jsiru aktar imprenditorjali fl-approċċ usa tagħhom, biex ikun żgurat li jiżviluppaw u jgħixu kultura ta' intraprendenza u innovazzjoni permezz tal-missjonijiet, tat-tmexxija, tal-involviment tal-partijiet interessati, tal-kurrikuli u tar-riżultati tat-tagħlim tagħhom.

2.2.        ...u fruntieri ġodda: l-edukazzjoni għolja għall-intraprendenditorija

Ir-rwol tal-edukazzjoni għolja fl-intraprendenditorija huwa ħafna aktar mis-sempliċi twassil tal-għarfien, huwa l-parteċipazzjoni fl-ekosistemi, fis-sħubiji u fl-alleanzi industrijali. Minħabba li l-intrapriżi b'teknoloġija avvanzata u bi tkabbir kbir qegħdin dejjem iżjed jinsabu fiċ-ċentru ta' politiki pubbliċi marbuta mal-intraprendenditorija, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja huma komponent attiv tal-politiki ta' innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-UE.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) fetaħ it-triq għar-rwol tal-intraprendenditorija bħala abilitanta ewlenija tal-innovazzjoni f'livell tal-UE u qed jgħin biex jgħaqqad aħjar l-edukazzjoni mal-innovazzjoni għall-industrija. Għadd ta' negozji ġodda diġà nħalqu permezz tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tal-EIT. Il-programmi tal-EIT jiżguraw li l-istudenti jkunu esposti għal edukazzjoni ta' xjenza mal-intraprendenditorija spinta mill-eċċellenza, għal servizzi ta' ħolqien ta' negozji u għal skemi ta' mobbiltà. Is-sħubiji jistgħu jipprovdu pjattaforma b'saħħitha biex jiġu indirizzati l-ħiliet ta' intraprendenditorija ta' diversi setturi billi jagħtu involviment dirett fil-provvista, fl-applikazzjoni u fl-aġġornament tal-ħiliet.

L-universitajiet iridu jsiru aktar intraprenditorjali[23]. Fuq dan l-isfond, il-Kummissjoni Ewropea, b'kollaborazzjoni mal-OECD diġà żviluppat qafas għall-universitajiet intraprenditorjali. Il-qasam huwa maħsub biex jgħin lil dawk l-universitajiet li jkunu interessati biex jivvalutaw ruħhom u jtejbu l-kapaċità tagħhom b'moduli ta' tagħlim mfassla każ b'każ. L-aċċess għall-qafas se jitwessa' bil-mod il-mod.

Il-Kummissjoni se:

· Tiżviluppa inizjattiva ta' tagħlim intraprenditorjali pan-Ewropea li tgħaqqad flimkien il-kompetenzi eżistenti Ewropej u nazzjonali tal-valutazzjoni tal-impatt, tal-iskambju tal-għarfien, tal-iżvilupp ta' metodoloġiji u ta' ggwidar tal-pari fost prattikanti professjonisti mill-Istati Membri.

· Tirrinforza l-kooperazzjoni mal-Istati Membri biex tivvaluta l-introduzzjoni tal-edukazzjoni intraprenditorjali f'kull pajjiż ibbażata fuq l-esperjenza attwali u biex issostni l-amministrazzjonijiet pubbliċi li jkunu jridu jitgħallmu mill-pari tagħhom li rnexxew.

· Tistabbilixxi, flimkien mal-OECD, qafas ta' gwida li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' skejjel u istituzzjonijiet VET intraprenditorjali[24].

· Tippromwovi r-rikonoxximent u l-validazzjoni tat-tagħlim intraprenditorjali f'ambjenti ta' tagħlim informali jew mhux formali[25].

· Twassal il-qafas tal-gwida għall-universitajiet intraprenditorjali lejn il-bidu tal-2013; tiffaċilita l-iskambji bejn universitajiet li jkunu interessati li japplikaw il-qafas; tippromwovih bil-mod il-mod mal-Istituzzjonijiet ta' Edukazzjoni Għolja fl-UE;

· Tapprova mekkaniżmi li jirnexxu mmexxija minn universitajiet, għall-ħolqien tan-negozji (spin-offs eċċ) u ekosistemi università-negozju emerġenti mibnijin madwar l-isfidi ewlenin soċjali.

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Jiżguraw li l-kompetenza ewlenija "intraprendenditorija" tkun imdaħħla fil-kurrikuli kollha tal-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali, għolja u tal-adulti qabel tmiem l-2015.

· Joffru l-opportunità liż-żgħażagħ li jkollhom mill-inqas esperjenza waħda prattika ta' intraprendenditorija[26] qabel ma jlestu l-edukazzjoni obbligatorja, pereżempju li jmexxu kumpanija żgħira, jew ikunu responsabbli minn proġett intraprenditorjali għal xi kumpanija, jew proġett soċjali

· Jagħtu spinta lit-taħriġ intraprenditorjali għaż-żgħażagħ u għall-adulti fl-edukazzjoni permezz ta' riżorsi ta' Fondi Strutturali konformi mal-pjan nazzjonali tal-impjiegi, jiġifieri l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) konformi mal-Pjanijiet Nazzjonali tal-Impjiegi, b'mod speċjali bħala għodda biex tagħti opportunità oħra ta' edukazzjoni lil dawk li mhumiex fl-edukazzjoni, fl-impjieg jew fit-taħriġ. Jieħdu l-vantaġġ kollu tal-possibbiltajiet ta' taħriġ disponibbli skont il-fond għall-iżvilupp rurali – Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

· Jippromwovu l-moduli ta' tagħlim intraprenditorjali għaż-żgħażagħ li jkunu qegħdin jipparteċipaw fi skemi nazzjonali ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ[27].

3.           Il-Pilastru ta' Azzjoni 2 – Noħolqu Ambjent fejn L-Imprendituri jkunu jistgħu Jiffjorixxu u Jikbru

In-negozji l-ġodda għandhom bżonn ta' attenzjoni speċifika. Jeżistu sitt oqsma ewlenin fejn tinħtieġ l-azzjoni biex jitneħħa t-tfixkil eżistenzi għall-ħolqien u t-tkabbir tagħhom:

· L-aċċess għall-finanzi

· L-appoġġ għall-imprendituri fil-fażijiet kruċjali fiċ-ċiklu tal-ħajja tan-negozju u tat-tkabbir

· Opportunitajiet ġodda ta’ negozju fl-era diġitali

· Trasferiment ta’ negozju

· Proċeduri ta’ falliment u opportunitajiet alternattivi għall-imprendituri ġenwini

· Tnaqqis tal-piż regolatorju.

3.1.        Aċċess aħjar għall-finanzi

Mingħajr finanzjament xieraq u mingħajr flus kontanti ebda negozju ma jista’ jopera, jinvesti u jikber – tabilħaqq l-aċċess għall-finanzi huwa wieħed mill-istrumenti ewlenin għat-tkabbir għall-SMEs[28]. Skont konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Kummissjoni f’Lulju 2012, l-aċċess għall-finanzji jikkostitwixxi waħda mill-limitazzjonijiet sinifikanti għat-tkabbir u l-intraprenditorija fl-Ewropa. L-SMEs dejjem iddependew fuq is-self mill-banek u għaldaqstant il-limitazzjonijiet ta’ kreditu bankarju attwali li ġejjin mill-kriżi għandhom impatt sproporzjonat fuq l-SMEs. Barra minn dan, l-imprendituri b’mod partikolari jsibuha diffiċli biex isibu finanzjament fl-istadji bikrija tan-negozju tagħhom. F’Diċembru 2011 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Pjan ta’ Azzjoni biex ittejjeb l-aċċess għall-SMEs[29] u proposti dwar fondi ta’ kapitali ta’ riskju u fondi ta’ intraprenditorija soċjali[30]. Ingħatat attenzjoni partikolari wkoll lill-SMEs fid-Direttiva dwar l-Istrumenti Finanzjarji[31] u fin-negozjati finali dwar id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital[32]. Iżda, jeħtieġ li jsir aktar minn hekk kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali biex jiġu megħluba n-nuqqasijiet tas-suq, inkluż it-tkixxif dwar alternattivi għal self mill-banek għall-SMEs, biex jkun ikkomplementat il-finanzjament privat limitat disponibbli u biex l-informazzjoni dwar il-finanzjament tkun iktar faċilment disponibbli.

Huwa importanti wkoll li jiżdiedu l-kwalità u r-redditi finanzjarji tal-proġetti tal-istart-ups. L-appoġġ finanzjarju għall-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-iggwidar tat-teknoloġiji ġodda, it-tisħiħ tal-kapital ta’ riskju, l-investiment minn individwi privati, l-inkubaturi u s-self għal SMEs b’potenzjal kbir huma wħud mill-oqsma fejn l-azzjoni hi possibbli. L-imprendituri jeħtieġu l-fondi biex jikkummerċjalizzaw ir-riċerka u l-iżvilupp u biex jittestjaw mudelli ta’ negozju innovattivi. L-appoġġ f’dawn l-oqsma huwa propost mill-Kummissjoni fil-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u tal-SMEs (COSME)[33] tagħha kif ukoll fil-Programm Horizon 2020, u huma rinfurzati fil-Fondi Strutturali Ewropej[34].

L-atturi tal-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali huma katalisti importanti għall-ħolqien tax-xogħol inklużiv u tal-innovazzjoni soċjali. Filwaqt li dawn jiffaċċjaw problemi simili għal ta’ ħafna mill-SMEs, jistgħu jiltaqgħu wkoll ma’ diffikultajiet addizzjonali biex ikollhom aċċess għall-finanzjament, diffikulatjiet li l-Kummissjoni indirizzathom fil-Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (PSCI) tal-ġejjieni kif ukoll fir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali[35].

Komponent importanti ta’ ekosistema intraprenditorjali li tirnexxi jikkonsisti minn firxa ta’ investituri fi stadju bikri (kapitali ta’ riskju u investituri privati) li jipprovdu investimenti ta' ekwità seminali u tal-ewwel turn. Dawn l-investituri jużaw netwerk estensiv tal-pari u jipprovdu għarfien siewi kif ukoll sostenn dwar is-suq u l-iżvilupp tal-“flejjes intelliġenti" ta' riskju. Dawn l-investimenti jistgħu wkoll jkunu xprunati permezz ta’ inċentivi fiskali.

Fl-2008, il-Kummissjoni ħolqot l-Enterprise Europe Network, sħubija b’aktar minn 600 organizzazzjoni ospitanti, b’wieħed mill-kompiti tagħha jkun li tipprovdi lin-negozji u lil dawk li jixtiequ jkunu imprendituri bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-aċċess għall-finanzjament mill-UE u għall-finanzi tal-UE. Sal-lum, it-talba biex tingħata informazzjoni aħjar dwar l-appoġġ mill-UE għadha waħda mill-akbar talbiet imressqa min-negozji. Il-Kummissjoni qed taħdem, flimkien mal-partijiet interessati, biex in-Netwerk jissaħħaħ hekk li jsir aktar attiv u effettiv.

Il-Kummissjoni se:

· Tiffinanzja programmi mmirati lejn l-iżvilupp ta' suq għall-mikrofinanzjament fl-Ewropa, permezz ta’ inizjattivi bħalma huma l-Progress Microfinance u l-inizjattiva Joint Action to Support Microfinance Institutions (JASMINE) u tagħmel disponibbli riżorsi għall-mikroffinanzjar għall-Istati Membri u r-reġjuni permezz tal-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

· Tiffaċilita l-aċċess dirett tal-SMEs għas-suq kapitali permezz tal-iżvilupp ta’ sistema tal-UE għal kuntesti speċjalizzati fil-bejgħ u x-xiri ta' ishma u bonds maħruġa minn SMEs ("swieq għat-tkabbir tal-SMEs"), fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Suq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID)

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Jivvalutaw il-ħtieġa li tiġi mmodifikata l-leġiżlazzjoni finanzjarja nazzjonali attwali bil-għan li jkunu ffaċilitati forom ġodda u alternattivi ta’ finanzjament għal negozji ġodda u SMEs b’mod ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward ta' pjattaformi għal finanzjament parteċipattiv, kif ukoll jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni tat-taxxa biex ikompli jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ swieq finanzjarji alternattivi bħal pereżempju investituri privati fin-negozju.

· Jużaw ir-riżorsi mill-fondi strutturali biex jistabbilixxu skemi ta’ sostenn għall-mikrofinanzi skont il-prijoritajiet rispettivi ta’ investiment tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR).

· Jużaw il-potenzjal kollu disponibbli permezz tal-FAEŻR biex jiżguraw aċċess għall-finanzjament tal-intraprenditorija, b’mod partikolari fl-istadju bikri tan-negozju fl-agrikultura (bħala ma l-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ) u fiż-żoni rurali inġenerali, anki permezz ta’ strumenti finanzjarji.

3.2.        Sostenn lill-intrapriżi ġodda fil-fażijiet kruċjali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u għajnuna biex jikbru

Madwar 50 % tan-negozji l-ġodda jfallu fl-ewwel ħames snin tagħhom. Jekk irridu li l-imprendituri Ewropej jiġġeneraw it-tkabbir li qed nistennew minnhom, irridu niddedikaw aktar riżorsi biex jgħinuhom jegħlbu dan il-perjodu. In-negozji ta’ spiss ikun jonqoshom ekosistema adegwata li tippermettilhom jikbru.

Assistenza vitali tista’ tingħata minn servizzi ta' appoġġ li jkunu jafu s-swieq tagħhom u b’hekk iżidu b’mod sinifikanti r-rata ta’suċċess tal-intrapriżi ġodda. Appoġġ effettiv ikun jikkonsisti minn programmi olistiċi li jintegraw l-elementi essenzjali bħalma hu t-taħriġ fil-management, l-ikkowċjar fir-riċerka u l-iżvilupp, u n-netwerkjar mal-fornituri u l-klijenti potenzjali. L-imprendituri qegħdin jiġu dejjem iktar bżonn ta’ pariri u ta’ sostenn biex jittrattaw il-limitazzjonijiet f’dawk li huma riżorsi u nuqqas ta’ sikurezza ta’ provvista f’dawk li huma investimenti strateġiċi u żviluppi fil-prodotti. Bosta intrapriżi iżgħar fid-daqs ukoll huma dejjem taħt iktar pressjoni mill-kumpaniji li jfornulhom il-prodotti biex jilħqu standards ġodda u jissodisfaw rekwiżiti ġodda fejn jidħol id-diżinn li huma marbuta ma’ effiċjenza aħjar u mar-riċiklabbiltà tar-riżorsi.

Tnaqqis fl-ispejjeż marbuta mal-konformità mat-taxxa jtejjeb l-ambjent tan-negozju, b'mod partikolari għall-kumpaniji ż-żgħar. Minħabba l-esperjenza u r-riżorsi limitati tagħhom, in-negozji ż-żgħar u dawk ġodda jsofru aktar minn korporazzjonijiet kbar fejn jidħlu l-ispejjeż għolja marbuta mal-konformità li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni kumplessa dwar it-taxxa u minn proċeduri kkumplikati ta’ rappurtar. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jissimplifikaw il-proċeduri tar-reġistrazzjoni tal-VAT u joħolqu punt uniku għar-reġistrazzjoni elettronika biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ diġitali transkonfini min-negozji żgħar.

Mix-xjenza u mir-riċerka jaslu bosta ideat ġodda għal negozji li jirnexxu, iżda hemm aktar x’jista' jsir biex in-negozji jibdew jużaw ir-riżultati tar-riċerka. Għaldaqstant, man-negozji trid tibda tinqasam iktar informazzjoni dwar l-indikazzjonijiet li joħorġu minn proġetti ffinanzjati mill-Programmi ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp.

In-negozji l-ġodda spiss jisfaw vittmi ta’ prattiki kummerċjali qarrieqa. Dawn ivarjaw minn għoti ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa dwar is-servizz, sat-tressiq ta’ offerti mogħtija l-libsa ta’ fattura jew ta’ formoli qarrieqa li jitolbu lil dak li jkun jaġġorna l-entrata tiegħu fid-direttorji tan-negozju. Il-Kummissjoni ippubblikat strateġija[36] b’lista dettaljata ta’ azzjonijiet għall-ġejjieni sabiex tiżdied il-protezzjoni tan-negozji, u għandha l-ħsieb li tippreżenta proposta leġiżlattiva matul l-2013.

It-tneħħija tal-ostakli fis-Suq Uniku b’mod li jinħoloq ambjent ekwu għandu jgħin lin-negozji ż-żgħar jiżviluppaw attivitajiet transkonfini. Dan jinkludi li tiġi indirizzata t-tassazzjoni doppja u jiġu eliminati d-diskrepanzi fit-taxxi, kif ukoll miżuri oħra marbuta mat-taxxa li jikkostitwixxu ostakli transkonfini fis-suq uniku u għall-investiment barrani fl-UE.

Barra minn hekk, f'ħafna mill-pajjiżi tal-UE, l-oqfsa legali għas-sigurtà soċjali ta' dawk li jaħdmu għal rashom huma sostanzjalment differenti minn ta’ dawk li huma impjegati, u dan joħloq ostakli addizzjonali għall-imprendituri. L-appoġġ lin-negozji ġodda huwa partikolarment importanti fil-mogħdija minn stat ta’ qgħad għal wieħed fejn tarma għal rasek. L-arranġamenti biex ikun aktar faċli għan-nies li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali (bħal benefiċċji tal-qgħad) biex jiftħu negozju għal rashom u jsiru ekonomikament indipendenti (pontijiet tal-welfer) jistgħu jkunu ta’għajnuna. Għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu jesploraw il-possibbiltà li min jaħdem għal rasu jirċievi benefiċċji (eż. tas-saħħa, tal-irtirar, tad-diżabbiltà, tal-qgħad, fil-każ li n-negozju jingħalaq/ifalli, eċċ.) li jkunu komparabbli mal-benefiċċji għall-ħaddiema impjegati mingħajr ma jitnaqqas xejn lil dawn.

Biex jirnexxu, l-imprendituri u l-SMEs jeħtieġu għarfien espert speċifiku, wieħed iffukat għalihom, li jkun jista’ jgħinhom jiżviluppaw vantaġġi kompetittivi kif ukoll jibbenefikaw minn katini ta’ valur globali u minn immaniġġjar kondiviż ta’ riżorsi umani. Raggruppamenti, networks tan-negozju u tipi oħra ta’ assoċjazzjoni ta’ intrapriżi jistgħu jipprovdu ambjenti ta' sostenn bħal dawn peress li jġibu flimkien l-atturi rilevanti mill-komunità tan-negozju, l-edukazzjoni, ir-riċerka u s-settur pubbliku[37]. Fost l-SMEs, xi kumpaniji, bħalma huma l-intrapriżi soċjali, ħafna drabi jkollhom mudelli ta’ negozju speċifiċi li jkunu jirrikjedu skemi ta’ sostenn apposta għalihom. Ir-raggruppar tal-SMEs jista’ jwassal għal żieda fil-kompetittività.[38] Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw jekk ir-reġimi fiskali tagħhom jistgħux jittejbu b’mod li jippermetti aktar gruppi tal-SMEs ta’ dan it-tip.

Barra minn dan, l-imprendituri jistgħu jibbenefikaw bil-kbir mis-Suq Uniku. Madankollu, fil-preżent, it-tħaddim tajjeb tas-Suq Uniku għadu mxekkel minn xi ostakli. Fit-3 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet l-Att dwar is-Suq Uniku II[39] biex jitnaqqsu l-ostakli attwali. L-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-miżuri tista' tippromwovi l-intraprenditorija fl-Ewropa f'oqsma bħalma hu dak tas-servizzi transkonfini, ir-rikonoxximent ta’ diplomi u kwalifiki, u d-dritt ta’ stabbiliment.

Barra minn dan, għandhom jiġu inkoraġġuti l-iskambji ma’ imprendituri b’għarfien tajjeb fi ħdan l-UE, fosthom permezz tal-iskema tal-Kummissjoni Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ (Erasmus for Young Entrepreneurs, EYE).

Il-Kummissjoni sejra:

· Tidentifika u tippromwovi l-aqwa prassi mħaddma mill-Istati Membri bil-għan li joħolqu ambjent fiskali li jkun aktar aċċessibbli għall-imprendituri.

· Tappoġġja l-kooperazzjoni bejn ir-raggruppamenti u netwerks tan-negozji;

· Tappoġġja n-netwerking u l-iskambji tal-aqwa prassi bejn l-aġenziji li jmexxu l-iskemi dwar l-effiċjenza tar-riżorsi fl-SMEs;

· Issaħħaħ is-sħubija tan-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi ma’ organizzazzjonijiet ospitanti, mal-Punti Uniċi ta’ Kuntatt u mal-organizzazzjonijiet kollha li jappoġġaw lill-SMEs biex (i) jinfirex waħda u sew it-tagħrif dwar l-inizjattivi tal-UE, dwar is-sorsi tal-finanzi, u dwar l-appoġġ għall-innovazzjoni, (ii) l-Istati Membri jiġu inkoraġġuti jsaħħu l-miżuri sabiex tiżdied id-disponibbiltà tal-imprendituri u tal-SMEs li jinvestu u (iii) tingħata assistenza effettiva biex tgħin lin-negozji jibbenefikaw bis-sħiħ mis-Suq Uniku u biex jaċċessaw is-swieq f'pajjiżi terzi.

· Tirrevedi r-regoli li jipprojbixxu ċerti prattiki kummerċjali qarrieqa[40] u tagħmilhom iktar sodi filwaqt li ssaħħaħ l-infurzar kontra tali prattiki f'każijiet transkonfini.

· Tiftaħ il-bibien beraħ għall-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku Diġitali għall-SMEs billi tindirizza l-ostakli eżistenti tan-negozju onlajn transkonfini[41].

· Tkompli tiżviluppa l-programm Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ biex tissodisfa ż-żieda fid-domanda għal parteċipazzjoni minn imprendituri ġodda fis-Suq Uniku[42]

· Tinkoraġġixxi l-iskambji ta’ imprendituri żgħażagħ bejn l-UE u pajjiżi terzi

· Tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw skemi ta’ appoġġ integrat permezz ta’ seminars dwar il-bini tal-kapaċità ffinanzjati mill-assistenza teknika tal-FSE, b’mod li jkunu involuti l-partijiet interessati, inklużi dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiżviluppaw strateġiji integrati u billi jiġu stabbiliti azzjonijiet speċifiċi, l-aktar għall-imprendituri żgħażagħ.

· Tkompli tiżviluppa l-portal L-Ewropa Tiegħek ‑ In-Negozju, b’informazzjoni dwar is-Suq Uniku kemm mill-Kummissjoni u kemm mill-Istati Membri.

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Jagħmlu l-ambjent tal-amministrazzjoni fiskali nazzjonali aktar favorevoli għall-istadju bikri tan-negozji. Inaqqsu l-ispejjeż tal-konformità mat-taxxa billi jissimplifikaw id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u l-ħlas tagħha, billi jestendu l-użu ta’ mezzi elettroniċi, inkluż it-tħaffif tal-implimentazzjoni sħiħa tas-Suq Uniku Diġitali.

· Jippromwovu l-koordinazzjoni tat-taxxa biex jiżguraw li l-inkonsistenzi fit-trattament tat-taxxa ma jwasslux għal tassazzjoni doppja jew għal prattiki oħra, marbuta mat-taxxa, li jkunu ta’ ħsara u li jfixklu s-Suq Uniku billi jxekklu n-negozji transkonfini u l-investimenti transkonfini f’kapital tar-riskju.

· Jevalwaw mill-ġdid ir-reġimi tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji b’mod li jikkunsidraw li jestendu l-istatut tal-limitazzjoni tat-telf u tat-tnaqqis fit-Taxxa fuq id-Dħul tal-Kumpaniji.

· Jikkunsidraw li mill-2013 jimplimentaw l-għażla offruta lin-negozji ż-żgħar ta’ skema ta’ kontabilità bbażata fuq il-ħlasijiet għall-VAT.

· Jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jappoġġjaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-proġetti ta' żvilupp filwaqt li jqisu l-isfidi speċjali tal-kumpaniji li jkunu għadhom kif twaqqfu.

· Jikkunsidraw l-għażla li s-sidien ta’ intrapriżi ġodda jitolbu aġġustamenti possibbli fl-iskedi tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali għal żmien limitat u abbażi tas-sitwazzjoni speċifika tal-impriża u ta’ ġustifikazzjonijiet sodi.

· Jieħdu l-vantaġġ kollu possibbli tal-għażliet ta’ sostess ġodda li ġew introdotti skont il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex jinfetħu n-negozji u biex jiġu żviluppati skemi komprensivi għal skambji professjonali ta’ imprendituri u għal żjajjar fil-farms, u jsostnu wkoll ir-raggruppamenti, in-netwerks tan-negozji u l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija, l-ipproċessar tal-ikel agrikolu u fost in-negozji nonagrikoli rurali.

3.3.        Niftħu l-bibien għall-opportunitajiet ġodda ta' negozju fl-era diġitali

Użu aħjar tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) jista’ jgħin b’mod sinifikanti biex in-negozji ġodda jirnexxu. L-ICT huwa s-sors ewlieni tat-tkabbir għall-ekonomiji nazzjonali, u l-SMEs Ewropej jikbru bejn darbtejn sa tliet darbiet aktar malajr meta jħaddnu l-ICT. Kif indikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika Industrijali[43], “l-imprendituri jeħtieġ jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku diġitali fl-UE li huwa mistenni li jikber b’10 % fis-sena sal-2016."

Abbażi tal-Aġenda Diġitali u l-Inizjattivi ewlenin ta' politika industrijali, il-Kummissjoni se tgħin lill-imprendituri u lill-SMEs biex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-ICT, kemm f’termini ta’ provvista ta’prodotti u servizzi diġitali ġodda, u kemm f’termini ta’ domanda u ta’ użu intelliġenti ta' dawn it-teknoloġiji.

Fuq in-naħa tal-provvista, l-imprendituri tal-web jikkostitwixxu kategorija speċifika ta’ imprendituri li joħolqu prodotti u servizzi diġitali ġodda li jużaw il-web bħala komponent indispensabbli. Negozji ġodda bbażati fuq il-web għandhom tendenza li jikbru u jfallu aktar malajr minn negozji oħra u l-iżvolti li jieħdu jkunu qawwija u f’salt, li jfisser riżultati ogħla iżda wkoll riskji ogħla. Dawn joperaw f’ekosistema kumplessa u li tevolvi malajr, fejn in-netwerking u l-esperimentazzjoni huma ferm importanti. Negozji ġodda bbażati fuq il-web jiswew inqas flus biex jitwaqqfu u l-ostakli għad-dħul fis-suq huma baxxi, hekk li huma mezz attraenti biex wieħed jibda karriera intraprenditorjali. L-imprendituri tal-web, għal din ir-raġuni, jeħtieġu miżuri ta’ appoġġ speċifiċi għalihom li jsaħħu, strutturalment, l-ekosistema ta’ negozju ġdid ibbażat fuq il-web.

Fuq in-naħa tad-domanda, l-investiment f’teknoloġiji diġitali ma għadux kwistjoni ta’ għażla: il-kumpaniji llum il-ġurnata jistgħu jkunu kompetittivi biss jekk iħaddnu d-dinja diġitali. Dan joħloq opportunitajiet u sfidi, b'mod partikolari għall-SMEs, billi ħafna drabi dawn ikunu inqas mgħammra biex jittrattaw iż-żieda fis-sofistikazzjoni ta' mudelli ġodda ta’ negozju.

L-imprendituri diġitali huma dawk l-imprendituri li jisfruttaw bis-sħiħ prodotti u servizzi diġitali, inkluż il-“cloud computing”, biex jagħtu ħajja ġdida lill-mudelli ta’ negozju tagħhom u biex ikunu aktar kompetittivi[44]. L-inizjattivi tal-UE “Smart use of information technologies and the integration of SMEs in global industrial value chains” u e-Skills se jippromwovu l-adozzjoni ta' teknoloġiji diġitali u jqarrbu l-SMEs lejn id-dinja diġitali.

Il-potenzjal tal-kummerċ elettroniku bħala parti mill-opportunitajiet imwassla mis-Suq Uniku Diġitali għall-imprendituri għadu mhux qed jiġi sfruttat għalkollox.Numru ta’ azzjonijiet speċifiċi iwassal għal qabża pożittiva lejn il-kummerċ onlajn.[45]

Il-Kummissjoni se tkun qiegħda:

· Ssaħħaħ il-bażi tal-għarfien dwar ix-xejriet ewlenin tas-suq u l-mudelli ta’ negozju innovattiv billi tistabbilixxi Mekkaniżmi ta' Monitoraġġ tas-Suq u Skeda ta’ Gradazzjoni (Scoreboard) onlajn, b'koperazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin, biex jiffaċilitaw id-djalogu u jwasslu għal aġenda kondiviża għal azzjoni.

· Trawwem kuxjenza permezz ta’ kampanja ta' informazzjoni fl-Ewropa kollha għall-imprendituri u l-SMEs dwar il-benefiċċji mill-evoluzzjonijiet diġitali ġodda; il-kampanja se tippromwovi stejjer ta’ suċċess mill-Ewropa, kompetizzjonijiet panEwropej u skemi ta’ għoti ta’ premijiet biex tissensibilizza lill-imprendituri dwar l-evoluzzjoni tal-kuntest tan-negozju u dwar opportunitajiet ġodda ta' negozju.

· Tiffaċilita n-netwerking biex titfa’ d-dawl fuq ideat ġodda għan-negozju u ssostnihom, fosthom billi: Toħloq netwerk Ewropew ta' Mentors għal taħriġ, pariri u kowċing prattiku dwar kif għandu jsir in-negozju fl-era diġitali, u avvenimenti intiżi li jlaqqgħu l-partijiet interessati biex jesploraw sħubijiet ġodda.

· Tniedi azzjonijiet speċifiċi għall-imprendituri tal-web bħal: i) Start-up Europe Partnership li jkebbes l-għarfien espert, il-mentoring, it-teknoloġija u s-servizzi, u, ii) Web Entrepreneurs Leaders Club biex iġib flimkien imprendituri tal-web ta’ klassi dinjija u jsaħħaħ il-kultura intraprenditorjali fuq il-web fl-Ewropa; iii) Netwerk Ewropew ta’ aċċeleraturi ta’ negozji fuq il-web; iv) taħdem mal-investituri Ewropej sabiex jiżdied il-fluss tal-kapital ta’ riskju u tal-crowd funding f’negozji ġodda bbażati fuq il-web; u v) Issaħħaħ it-talent fuq il-web billi tistimula l-ħolqien ta’ Bosta Korsijiet Miftuħa Onlajn[46] u t-twaqqif ta’ pjattaformi għal-mentoring u t-trawwim tal-ħiliet.

· Issaħħaħ il-kompetenzi u l-ħiliet billi tintensifika l-azzjonijiet tagħha tal-E-skills biex tara titjib fil-ħiliet tal-e-leadership id-dixxiplini xjentifiċi u kreattivi, u l-ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali biex tindirizza s-swieq teknoloġiċi ġodda.

L-Istati Membri huma mistiedna:

· Isaħħu l-appoġġ nazzjonali jew reġjonali għal negozji ġodda bbażati fuq il-web u dawk diġitali u jiżviluppaw finanzjament alternattiv fl-istadji bikrija ta’ start-ups fil-qasam tat-teknoloġija, bħalma huma l-iskemi f’vouchers għall-innovazzjonif l-ICT.

· Jippromwovu l-aċċess għall-imprendituri għall-Open Data u għall-Big Data miġbura pubblikament jew għal programmi appoġġjati mill-industrija bħal pereżempju s-sett tad-dejta kulturali Europeana.[47]

· Isostnu lill-imprendituri tal-akbar talent, eż. billi l-aqwa gradwati jiġu inkoraġġuti jibdew il-karriera tagħhom bil-ftuħ ta’ negozju ġdid.

· Isostnu l-adozzjoni, fil-pront, ta’ inizjattivi ta’ politika li jkunu għaddejjin fil-mument bħalma hi dik tar-riforma marbuta mal-ħarsien tad-dejta kif ukoll il-proposta għal Liġi Ewropea Komuni dwar il-Bejgħ li jwasslu biex inaqqsu x-xkiel għall-iżvilupp tal-cloud computing fl-UE.

· Jiżguraw l-aħjar użu tal-fondi Ewropej għall-intraprenditorija fuq il-web u dik diġitali skont ir-regoli u l-prijoritajiet li jkunu japplikaw

3.4.        Trasferimenti kummerċjali aktar faċli

Ta' kull sena jiġu ttrasferiti mal-Ewropa madwar 450 000 negozji li jimpjegaw żewġ miljuni ta' ħaddiema. Iżda tant jista' jkun diffiċli biex isir it-trasferiment li huwa smat li kull sena jintilfu madwar 150 000 negozji li jħaddmu 600 000 ruħ[48]. Ir-raġunijiet ewlenin għal dan huma l-piżijiet regolatorji jew tat-taxxi, nuqqas ta' għarfien tal-preparazzjonijiet meħtieġa u ta' swieq trasparenti għal dawn it-transazzjonijiet, u t-tul ta' żmien meħtieġ biex wieħed jikkonforma mal-formalitajiet. Barra minn hekk, il-forma legali ta' kumpanija (propretarji uniċi) kif ukoll l-età tagħha (b'mod speċjali għal dawk il-kumpaniji li jkollhom inqas minn tliet snin) huma elementi addizzjonali ta' vulnerabbiltà. Huwa għalhekk li l-iżgħar negozji huma l-iżjed vulnerabbli għal trasferimenti li ma jirnexxux.

Dawn il-kumpaniji huma "negozji attivi" bi prodotti, swieq u klijenti stabbiliti u għaldaqstant għandhom probabbiltà ikbar ta' sopravvivenza minn kumpaniji ġodda. Dawk li qed jitħajru jsiru imprendituri għandhom ikunu jafu li l-akkwist ta' "negozju attiv" jista' jkun alternattiva attraenti għall-ħolqien ta' kumpanija ġdida. It-trasferimenti għandhom isiru iżjed faċli kemm għall-imprenditur li jixtieq jgħaddi l-kumpanija tiegħu lil ħaddieħor, kif ukoll għal min jakkwista l-kumpanija.

It-trasferiment ta' kumpanija minn ġenerazzjoni għal oħra huwa l-karatteristika li tiddefinixxi negozju tal-familja u huwa l-akbar sfida li dan jista' jiffaċċja. Trasferiment ta' negozju tal-familja jrid jitqies bħala trasferiment ta' proprjetà, fejn il-proprjetà mhijiex assi likwida iżda ħaġa li nbniet u ġiet żviluppata mill-familja tul il-ġenerazzjonijiet, u tinkludi l-valuri, it-tradizzjonijiet u l-għarfien. L-ambitu u l-iskala ta' approċċi diversi għat-taxxi tas-suċċessjoni u t-taxxi fuq il-beni immobbli madwar l-UE juru li għad fadal ħafna lok għal titjib fil-klima legali dwar it-trasferimenti ta' negozji tal-familja.

Il-qasam tat-trasferimenti tan-negozji ġie indirizzat b'mod speċifiku mill-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA)[49] u r-Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa tal-2011[50] u ġie indirizzat b'mod speċifiku fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2006, "L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi : Trasferiment tan-negozju – Kontinwità bis-saħħa ta’ bidu ġdid[51].

Minkejja li xi pajjiżi Ewropej għamlu progress u ġie żviluppat qafas regolatorju li jagħmilha aktar faċli li jsiru t-trasferimenti, anki f’dawn il-pajjiżi jista’ jkun għad fadal għarfien baxx min-naħa tal-komunità intraprenditorjali u tal-partijiet interessati (assoċjazzjonijiet professjonali, ditti legali u konsulenti tal-imprendituri) dwar il-possibilitajiet ta’ trasferimenti u dwar il-preparattivi meħtieġa.

Billi l-ostakoli għat-trasferimenti kummerċjali jinsabu l-aktar fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, ikun żgur siewi li wieħed iqabbel l-approċċi adottati mal-Ewropa bil-ħsieb li jsir skambju tal-aqwa prassi u jittieħdu azzjonijiet, l-aktar f’termini ta’ sensibilizzazzjoni dwar it-trasferimenti kummerċjali, faċilitajiet finanzjarji speċjali intiżi biex jiffinanzjaw it-trasferimenti, trasformazzjoni legali (l-iktar il-possibbiltà li jinħolqu kumpaniji pubbliċi b’kapital limitat għall-faċilitazzjoni ta’ bejgħ ta’ ditta) u swieq trasparenti għat-trasferimenti kummerċjali.[52]

Il-Kummissjoni se:

· Tiżviluppa linji gwida dwar l-aktar programmi effettivi u l-aqwa prassi biex it-trasferimenti tal-impriżi jkunu eħfef, inklużi miżuri għat-twessiegħ u l-espansjoni tas-swieq għall-impriżi, identifikazzjoni tal-programmi disponibbli fl-Ewropa u proposta ta’ azzjonijiet meħtieġ biex jitneħħew l-ostakoli possibbli li jifdal għat-trasferimenti tal-impriżi transkonfinali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qed torganizza grupp ta’ ħidma espert bir-rappreżentanti tal-Istati Membri li fl-2013 se jkollu l-għan li jwettaq rendikont u analiżi tar-raġunijiet għala fadal ostakoli f’dan il-qasam u li jipproponi rakkomandazzjonijiet u miżuri ta’ appoġġ li jindirizzaw dawn l-ostakoli.

L-Istati Membri huma mistiedna:

· Itejbu d-dispożizzjonijiet legali, amministrattivi u fiskali għat-trasferimenti tal-impriżi filwaqt li jikkunsidraw il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2006 dwar it-trasferimenti tal-impriżi u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 dwar l-indirizzar tal-ostakoli transkonfinali tat-taxxa tas-suċċessjoni fi ħdan l-UE[53].

· Jużaw il-fondi Ewropej attwali skont ir-regoli u l-prijoritajiet applikabbli tagħhom għall-appoġġ tat-trasferimenti ta’ SMEs għall-imprendituri li jkollhom ħsieb ikomplu imexxu l-impriża.

· Itejbu s-servizzi ta’ informazzjoni u notifikazzjoni għat-trasferimenti tal-impriżi kif ukoll itejbu l-ġbir tad-dejta u l-monitoraġġ tat-trasferimenti tal-impriżi.

· Ixandru b’mod effettiv il-pjattaformi tat-trasferimenti tal-impriżi u s-swieq u jniedu kampanji biex jiżdied l-għarfien fost il-bejjiegħa u x-xerrejja potenzjali ta’ impriżi vijabbli.

· Jikkunsidraw li jirrevedu r-regolamentazzjoni fiskali fir-rigward tal-impatti tagħha fuq il-likwidità tal-SMEs immexxija mill-familji f’każ ta’ suċċessjoni ta' proprjetà mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq id-dħul fiskali.

3.5.        Inbiddlu l-falliment f'suċċess: ċans ieħor għal negozjanti li ġenwinament ifallu

Il-falliment fin-negozju, bħall-ħolqien tan-negozju, huwa parti integrali minn suq dinamiku u b'saħħtu. Il-provi juru li l-maġġoranza (96%) tal-fallimenti huma kkawżati minn sensiela ta' pagamenti b'lura jew problemi oġġettivi oħra – fi kliem ieħor dawn huma "fallimenti ġenwini", li ma jiġrux minħabba li l-imprenditur jagħmel frodi[54]. B'danakollu, l-imprendituri jiġu ttrattati minn bosta liġijiet dwar il-falliment daqs li kieku kienu huma frodulenti, u jkollhom jgħaddu minn proċeduri komplessi qabel ma jinħelsu. F'xi Stati Membri l-proċedura tant tieħu żmien li l-imprendituri ma jikkunsidrawx li jibdew impriża oħra[55]. F'ċerti każi dawn jistgħu jiġu preskritti legalment milli jibdew impriża ġdida għal għomorhom jew kważi għal għomorhom.

Anki wara li jinħelsu, dawk li jkunu fallew jiġu stimmatizzati u jiffaċċjaw id-diffikultajiet biex isibu l-finanzi għal impriża ġdida. Għalhekk, bosta imprendituri potenzjali sempliċiment jaqtgħu qalbhom u ma jikkunsidrawx li jerġgħu jippruvaw.

Iżda r-riċerka turi li n-negozji li jibdew mill-ġdid ("second starters") jirnexxu iżjed u jibqgħu iżjed fit-tul mill-medja tan-negozji l-ġodda; dawn jikbru iżjed malajr u jimpjegaw aktar ħaddiema[56]. Għaldaqstant, falliment imprenditorjali ma għandux ikun "sentenza tal-mewt" li jipprojbixxi kull attività imprenditorjali fil-ġejjieni, iżda għandu jintgħaraf bħala opportunità biex wieħed jitgħallem u jittejjeb – perspettiva li llum il-ġurnata diġà naċċettawha bħala l-bażi tal-progress fir-riċerka xjentifika. B'konsegwenza ta' dan, kull sforz biex ninkoraġġixxu ġenerazzjoni ġdida ta' imprendituri jrid jinkludi s-serħan il-moħħ li, jekk l-ewwel idea tagħhom ma tirnexxix, mhux se jkunu preskritti għal dejjem milli jerġgħu jippruvaw jirnexxu darba oħra. Għaldaqstant, il-liġijiet dwar il-falliment iridu jipprevedu modi ħfief biex wieħed jippreżenta u jirkupra t-talbiet għall-impriżi kredituri, filwaqt li għandhom jiġu stabbiliti proċeduri aktar ħfief u aktar affordabbli għall-għeluq ta' negozju u għall-ħelsien mill-falliment.

F'Diċembru li għadda l-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar approċċ ġdid Ewropew lejn il-falliment u l-insolvenza[57] biex dan joħloq ambjent aktar faċli għall-kummerċ, pereżempju billi jsiru aktar effiċjenti l-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza, inklużi t-tul taż-żmien u l-kosti tal-perjodu ta' ħelsien mill-falliment. Bħala l-ewwel pass li jrid isir, il-Kummissjoni adottat ukoll fl-istess ħin proposta għall-modernizzazzjoni tar-Regolament dwar il-proċeduri tal-insolvenza[58] li se jiżgura ir-rikonoxximent transkonfinali tas-salvataġġ ta' impriżi u jinkludi wkoll il-faċilitazzjoni tal-preżentazzjoni ta' talbiet fi Stat Membru ieħor.

Il-Kummissjoni se:

· Tniedi konsultazzjoni pubblika biex tirċievi l-fehmiet tal-partijiet interessati dwar il-kwistjonijiet identifikati fil-Komunikazzjoni dwar approċċ Ewropew ġdid lejn il-falliment u l-insolvenza tan-negozji, din tkun tinkludi l-fehmiet dwar l-għotja ta' ċans ieħor lill-imprendituri ġenwini li jfallu u dwar it-taqsir u l-allinjament taż-"żmien għall-ħelsien".

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Inaqqsu fejn possibbli ż-żmien għall-ħelsien tal-falliment u tal-ħlas tad-dejn għal imprenditur ġenwin wara li dan ikun falla għal massmu ta' tliet snin sal-2013.[59]

· Joffru s-servizzi ta' sostenn lill-impriżi għal ristrutturar bikri, il-pariri biex jipprevjenu l-fallimenti u s-sostenn għall-SMEs biex jirristrutturaw u jibdew mill-ġdid.

· Jipprovdu s-servizzi ta' konsulenza lill-imprendituri li jkunu fallew għall-amministrazzjoni tad-dejn u biex jiffaċilitaw l-inklużjoni ekonomika u soċjali u jiżviluppaw il-programmi għal min jibda mill-ġdid ("second starters") ta' mentoraġġ, taħriġ u netwerking kummerċjali.

3.6.        Piż regolatorju: regoli aktar ċari u sempliċi

L-imprendituri għandhom ikunu "l-klijent normali" li fuqhom l-amministrazzjonijiet jagħmlu l-punt ta' riferiment tar-rekwiżiti proċedurali u b'danakollu, kważi tliet kwarti tal-Ewropej iqisuha diffiċli wisq biex jibdew negozju minħabba l-kumplessitajiet amministrattivi[60]. Bosta oħrajn gergru dwar il-piżijiet regolatorji tqal li jiġu imposti fuq it-tmexxija ta' negozju. Minħabba li taf b'dan kollu, fl-2007 il-Kummissjoni kkommettiet ruħha għal Programm ta' Azzjoni biex tinqata' l-burokrazija kkawżata mil-leġiżlazzjoni tal-UE b'25% qabel tmiem l-2012[61]. F'Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat ir-Rapport tagħha dwar il-minimizzazzjoni tal-piż regolatorju għall-SMEs – u addattat ir-regolamenti tal-UE għall-ħtiġiet tal-mikrointrapriżi[62], u dan wessa' l-fokus għal firxa ħafna aktar wiesgħa tal-piżijiet regolatorji kollha lil hinn mill-piż amministrattiv li jirrappurtaw lill-awtoritajiet, u introduċiet il-prinċipju tal-obbligu tal-provi bil-kontra għal kull piż regolatorju ġdid. Dan impenja wkoll lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-konsultazzjoni man-negozji ż-żgħar u tadotta tabella ta' valutazzjoni annwali dwar il-progress lejn l-implimentazzjoni fl-Istati Membri.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti li jmorru lil hinn mill-mira ta' tnaqqis ta' 25%. Miżuri li jiswew EUR 30,8 biljun ta' frankizz annwali għan-negozji diġà ġew adottati mil-leġiżlaturi tal-UE. Dan jirrappreżenta 25% tal-piż regolatorju, li ġie stmat għal EUR 123,8 biljun. Jista' jinkiseb tnaqqis ieħor ta' 5,5% tal-piż jekk il-proposti addizzjonali ppreżentati mill-Kummissjoni jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Sar frankizz notevoli fl-oqsma tal-liġijiet tat-taxxa (il-bidla mill-kontijiet fuq il-karta għall-kontijiet elettroniċi) u l-liġijiet dwar in-negozju (eċċezzjonijiet għall-mikrointrapriżi minn xi dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta' rappurtar finanzjarju). Pereżempju, id-Direttiva dwar il-Fatturazzjoni[63] ħolqot trattament ugwali ta' fatturati fuq il-karta u fatturati elettroniċi u ma għadhiex tippermetti li l-Istati Membri jippreskrivu teknoloġija partikolari għall-fatturati elettroniċi[64]. Sar progress ukoll fil-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-dwana, li naqqset l-obbligi tar-rappurtar statistiku minn fuq l-SMEs. u f'firxa wiesgħa ta' oqsma madwar l-Istati Membri[65].

It-tnaqqis ta' piż regolatorju bla bżonn jew eċċessiv għadu fil-qofol tal-aġenda politika tal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, apparti milli jsiru l-konferenzi fl-Istati Membri, fl-1 ta' Ottubru 2012 tnediet konsultazzjoni pubblika biex jiġu identifikati l-10 biċċiet leġiżlattivi tal-UE li jimponu l-aktar piż[66]. Ir-riżultat ta' din il-konsultazzjoni, flimkien ma' analiżi aktar speċifika, se jitqiesu meta tiġi vvalutata l-ħtieġa għal reviżjoni tar-regolamenti tal-UE f'oqsma speċifiċi.

L-obbligi regolatorji tan-negozji għandhom ikunu ċari u sempliċi. Apparti milli jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza pubbliċi u fuq il-post tax-xogħol u l-ambjent, oqfsa regolatorji ċari jiżguraw kundizzjonijiet ekwi, kompetizzjoni ġusta u ħielsa, ċertezza kummerċjali u l-prevedibbiltà tas-swieq. Regolamentamentazzjoni intelliġenti tista' wkoll tagħti spinta lill-innovazzjoni li ġġib lill-Kumpaniji Ewropej fil-post ewlieni fl-aktar teknoloġiji u servizzi importanti. Iżda l-liċenzjar doppju jew mhux ikkoordinat għandu jiġi eliminat. Bl-istess mod, formalitajiet peżanti, bħalma hi t-talba li wieħed juri provi tal-awtentiċità ta' dokumenti pubbliċi (eż. rekords korporattivi), għandhom jiġu eliminati għall-attivitajiet kummerċjali fis-Suq Intern.

Għandha tiġi eliminata jew imnaqqsa l-burokrazija żejda fejn hu possibbli għan-negozji kollha u b'mod partikolari għall-intrapriżi mikro li jinkludu lil min jaħdem għal rasu u l-professjonijiet liberi, li huma partikolarment vulnerabbli għall-piżijiet tal-burokrazija minħabba d-daqs żgħir tagħhom u r-riżorsi umani u finanzjarji limitati tagħhom. Fl-istess ħin, għandhom jitneħħew l-ostakoli żejda u mhux ġustifikati biex dak li jkun jidħol f'professjoni libera.

Fil-qasam tal-akkwist pubbliku l-SMEs u offerenti transkonfinali huma mxekkla mir-rekwiżiti amministrattivi (pereżempju l-presentazzjoni ta' dokumenti ta' provi), mill-problemi biex jiksbu l-informazzjoni u xi kultant mir-rekwiżiti sproporzjonati tal-awtoritajiet kontraenti. Il-proporżjon ta' SMEs li jirbħu l-kuntratti ta' akkwist pubbliku ma tbiddilx b'mod sinifikanti mill-2002 'l hawn. L-iżjed fattur sinifikanti li jaffettwa l-parteċipazzjoni tal-SMEs huwa d-daqs tal-kuntratti – l-SMEs ma għandhomx il-kapaċità li jagħmlu l-offerti għal kuntratti pubbliċi kbar jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom, u b'mod ġenerali, il-kuntratti li jkunu akbar minn EUR 300 000 jidher li huma barra mill-kapaċità tagħhom. L-użu tal-lottijiet għal kuntratti b'valur totali ogħla minn ċerti limiti jżid l-għadd ta’ kuntratti aċċessibbli għall-SMEs.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Istati Membri biex ikomplu jimmodernizzaw is-swieq tax-xogħol billi jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni dwar l-impjieg u jiżviluppaw arranġamenti ta' xogħol flessibbli li jkunu jinkludu arranġamenti ta' xogħol fuq żmien qasir[67].

Apparti dan, in-negozji għandhom ikunu jistgħu jafdaw fuq il-parir u l-għajnuna tal-esperti kull meta jkollhom jiffaċċaw il-liġi tas-Suq Intern applikata ħażin, qasam li fih in-netwerk (SOLVIT) tal-Kummissjoni ilhu attiv għal dawn l-aħħar 10 snin.

L-imprendituri għandhom ikunu jistgħu wkoll jorbtu fuq punt ta' kuntatt wieħed minn fejn jieħdu l-informazzjoni komprensiva dwar liċenzji, proċeduri amministrattivi, finanzi u appoġġ pubbliku. Il-"Punti uniċi ta' servizz" għall-imprendituri bħal "Barcelonactiva", ir-rebbiegħ tal-Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriża 2011, għandu jkollhom ambitu usa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni dan l-aħħar varat portal ġdid "L-Ewropa Tiegħek" li jinkludi punt ta' aċċess wieħed dwar l-istrumenti finanzjarji tal-UE[68]. Għandhom isiru disponibbi onlajn għan-negozji aktar proċeduri amministrattivi, anki minn naħa ta' fruntiera għal oħra. L-Istati Membri huma mħeġġin li jestendu l-Punti ta' Kuntatt Uniku tagħhom li ġew stabbiliti skont id-Direttiva dwar is-Servizzi għal aktar proċeduri, li dawn isegwu l-approċċ taċ-ċiklu ta' ħajja tan-negozji, li jkunu multilingwi u aktar faċli għall-utent.

Il-Kummissjoni se:

· Tkompli bl-isforzi kollha tagħha t-tnaqqis tal-piż regolatorju fil-leġiżlazzjoni proposta tal-UE, b'mod speċjali f'oqsma fejn dan il-piż huwa l-itqal.

· Tindika kif se torganizza l-eżami u r-reviżjoni tar-regolamenti tal-UE biex tnaqqas il-piż bla ħtieġa jew eċċessiv f'oqsma li huma identifikati bħala "l-itqal għaxra". Se jiġu proposti wkoll inizjattivi leġiżlattivi li jnaqqsu l-piż amministrattiv f'oqsma oħra, bħal dawk li jipprommwovu l-fatturazzjoni elettronika fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi u dawk li jiffaċilitaw in-negozju permezz ta' dikjarazzjoni standard tal-VAT[69].

· Tipproponi leġiżlazzjoni li tabbolixxi r-rekwiżiti diffiċli ta' awtentikazzjoni għal dokumenti pubbliċi li jridu jippreżentaw l-SMEs biex iwettqu l-kummerċ transkonfinali fis-Suq Uniku.

· Tistabbilixxi grupp ta' ħidma li jivvaluta l-ħtiġiet tal-imprendituri ta' professjoni libera rigward kwistjonijiet bħas-simplifikazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni jew l-aċċess għall-finanzi.

· Tissorvelja l-progress permezz tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt skont id-Direttiva dwar is-Servizzi u tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu approċċ li jkun aktar orjentat lejn il-kummerċ.

· Taġixxi biex tiżgura li jkun hemm aktar negozji li jsibu l-għajnuna permezz tas-SOLVIT meta d-drittijiet tagħhom fis-suq uniku jiġu nnegati mill-awtoritajiet pubbliċi. In-Netwerk Enterprise Europe għandu jgħin lin-negozji bil-għan li jiżgura li dawn ikunu jistgħu effettivament jaċċessaw u jutilizzaw lis-SOLVIT. Tgħarbel ir-riżorsi kollha li jeżistu għall-imprendituri fil-livell tal-UE biex tiżgura ċ-ċarezza u l-aċċessibbiltà tagħhom u biex jiġu evitati l-irduppjar u kull-informazzjoni li ma tkunx għadha tiswa.

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Sal-aħħar tal-2015 inaqqsu ż-żmien għal xahar, għall-ħruġ ta' liċenzji u awtorizzazzjonijiet oħra meħtieġa minn min irid jibda' attività kummerċjali[70]

· Jimplimentaw kompletament il-"Kodiċi Ewropew tal-Aqwa Prattiki li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku" sal-2013.

· Ikomplu jimmodernizzaw is-swieq tas-suq billi jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni dwar l-impjieg u jiżviluppaw arranġamenti ta' xogħol flessibbli, li jinkludu arranġamenti ta' xogħol fuq żmien qasir.[71]

· Jestendu l-ambitu tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt għal aktar attivitajiet ekonomiċi u jirrenduhom aktar faċli għall-utent;

· Jistabbilixxu "punti uniċi ta' servizz għall-imprendituri" biex jiġbru flimkien is-servizzi kollha ta' sostenn għan-negozji, inklużi l-mentoraġġ, il-faċilitazzjoni u l-għotja ta' pariri dwar l-aċċess għall-finanzjament konvenzjonali u mhux konvenzjonali, dwar l-aċċess għall-"inkubaturi" u "aċċelleraturi tan-negozju" u għas-sostenn ta' internazzjonalizzazzjoni bikrija ta' intrapriżi ġodda. Il-partijiet interessati rilevanti kollha għandhom jiġu involuti biex jiġi żgurat approċċ ta' sħubija, dawn jinkludu lil min jipprovdi l-edukazzjoni u t-taħriġ.

4.           Il-Pilastru ta' Azzjoni 3 - il-mudelli eżemplari u l-Ilqugħ ta' gruppi speċifiċi.

4.1.        Perċezzjonijiet ġodda: l-imprendituri bħala mudelli eżemplari

L-Ewropa għandha għadd limitat ta' stejjer ta' suċċess magħrufin. Dan minħabba li l-intraprenditorija qatt ma ġiet ipperċepita bħala karriera ppreferuta. Huwa rari biex issib fl-Ewropa li x-xogħol ta' imprenditur ikun stmat fost l-aħjar professjonijiet. Minkejja l-fatt li l-imprendituri joħolqu l-impjiegi u jmexxu lill-ekonomija, is-suċċessi tagħhom mhumiex murijin mill-midja bħala mudelli ta' min wieħed jimxi fuqhom. B'hekk għaż-żgħażagħ, karriera intraprenditorjali pjuttost tidher fost l-inqas attraenti, u dan għandu effett dissważiv fuq dawk li forsi jkunu jixtiequ jsiru imprendituri.

Għaldaqstant, element importanti biex tinbidel il-kultura dwar l-intraprendenza huwa bidla fil-perċezzjoni tal-imprendituri permezz ta' komunikazzjoni prattika u pożittiva dwar il-kisbiet ta' suċċess tal-imprendituri, dwar il-valur tagħhom għas-soċjetà u dwar l-opportunitajiet li hemm għall-ħolqien jew l-akkwist ta' negozji ġodda bħala karriera. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-viżibbiltà tagħhom bħala mudelli eżemplari trid tiżdied, u trid tintwera wkoll id-diversità tal-profili intraprenditorjali u l-mezzi diversi biex wieħed jikseb suċċess. L-informazzjoni ċara u interessanti dwar l-isfidi u s-sodisfazzjon ta' karriera intraprenditorjali tista' tpatti għall-impressjonijiet negattivi. Għalhekk, diskussjoni korrispondenti usa fil-pubbliku, b'mod speċjali fil-midja, hija essenzjali biex issir revoluzzjoni intraprenditorjali. L-istituzzjonijiet pubbliċi u privati għandhom jitħeġġew li jenfasizzaw l-importanza soċjali u ekonomika tal-intraprenditorija, mhux biss bħala karriera leġittma, iżda wkoll bħala kwistjoni ta' importanza għall-interessi nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

Il-Kummissjoni se:

· Fil-qafas tal-"Ġimgħa tal-SMEs", tistabbilixxi madwar l-Ewropa "Jum tal-UE għall-Intraprenditorija" għall-istudenti li jkunu fl-aħħar sena tal-ekukazzjoni sekondarja. L-avvenimenti jistgħu jinkludu laqgħat mal-imprendituri, studji tal-każijiet, lekċers, sessjonijiet ta' ħidma u "ġranet bil-bibien miftuħa" tan-negozji.

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Jagħtu spinta lill-attivitajiet ta' prommozzjoni tal-intraprenditorija u jaħtru lil imprendituri li jkunu magħrufin bħala Ambaxxaturi tal-Imprenditorija nazzjonali, biex dawn isiru "l-uċuħ tal-intraprenditorija" f'pajjiżhom. Ir-rwol tagħhom ikun li jipprommwovu l-valur tal-intraprenditorija għas-soċjetà, li jenfasizzaw l-importanza li jiġu żviluppati ħiliet u esperjenzi intraprenditorjali fl-edukazzjoni, u li jenfasizzaw lill-intraprenditorija bħala opportunità għal karriera.

· Iqisu aħjar id-diversità tal-mudelli kummerċjali u l-istatus legali fl-iskemi nazzjonali tagħhom ta' sostenn għan-negozji, u jiżviluppaw l-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali.

4.2.        Orizzonti ġodda: l-indirizzar ta’ nisa, anzjani, migranti, dawk qiegħda, żgħażagħ

Il-gruppi demografiċi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed fi ħdan il-popolazzjoni imprenditorjali u speċjalment bħala fundaturi ta’ impriżi ġodda huma dawk taż-żgħażagħ, n-nisa, l-persuni b’diżabilità u/jew il-migranti. L-Ewropa jeħtieġ li tiftaħ toroq għalihom fil-qasam tal-intrapriża biex toħloqilhom impjiegi, issaħħaħhom ekonomikament u soċjalment u tagħti spinta lill-kapaċitajiet kreattivi u innovattivi tagħhom. Dawn it-toroq iridu jkunu sensittivi għall-ħtiġijiet tal-gruppi differenti, l-aspettattivi u d-drawwiet tagħhom għal dak li huwa l-mod kif jitwasslu u jaslu l-pariri u t-tagħrif. L-azzjonijiet għandhom ikunu msejsa fuq skema integrata ta’ appoġġ li ġġib ’il quddiem il-kapital tal-bniedem kif ukoll tipprovdi appoġġ finanzjarju. Apparti mill-attivitajiet speċifiċi adattati għall-ħtiġijiet ta' kull wieħed minn dawn il-gruppi, huma għandhom kollha jiġu inklużi fi programmi ta' taħriġ dwar l-imprenditorija li huma ddisinjati u offruti bi sħubija ma' dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, konsulenti ewlenin fil-qasam tan-negozju u istituzzjonijiet finanzjarji.

4.2.1.     In-nisa

In-nisa jikkostitwixxu 52 % tal-popolazzjoni totali tal-Ewropa iżda jammontaw għal terz biss fil-każ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom jew dawk kollha li jwaqqfu azjenda fl-UE[72]. In-nisa għaldaqstant jirrappreżentaw sors kbir mhux utilizzat ta' potenzjal intraprenditorjali fl-Ewropa. Meta jistabbilixxu jew imexxu azjenda n-nisa jħabbtu wiċċhom ma' aktar diffikultajiet mill-irġiel, l-aktar f’dak li huwa aċċess għal finanzi, taħriġ, netwerking, u rikonċiljazzjoni ta' negozju mal-familja[73].

L-imprendituri nisa potenzjali għandu jkollhom għarfien dwar programmi ta' appoġġ u opportunitajiet ta' finanzjament.

Fl-2009 il-Kummissjoni inawgurat in-Netwerk Ewropew tal-Ambaxxaturi tal-Imprenditorija fost in-Nisa biex iservu bħala mudell ta’ ispirazzjoni għall-imprendituri nisa potenzjali. Fl-2011 dan in-netwerk kellu bħala segwitu n-Netwerk Ewropew ta’ Konsulenti għall-Imprendituri Nisa, li minn rajhom jagħtu pariri lin-nisa li jibdew u jmexxu azjenda ġdida. Fl-2012, il-Kummissjoni għamlet proposta biex ittejjeb il-bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-bordijiet ta’ kumpaniji fl-elenku pubbliku. Anki jekk is-sħubija fil-bordijiet teħtieġ kompetenzi u ħiliet differenti minn dawk tal-imprenditorija, li jkun hemm aktar nisa fil-pożizzjonijiet għolja ta’ tmexxija jista’ jservi ta’ mudell għan-nisa inġenerali. Li jkun hemm għadd ikbar ta’ nisa professjonisti importanti jibgħat messaġġ lin-nisa l-oħra li huma wkoll għandhom ċans li jirnexxu fis-suq tax-xogħol.

L-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-ugwaljanza tas-sessi, b’mod partikolari d-Direttiva 2010/41/KE[74] għandha tkompli tistimula l-imprenditorija fost in-nisa.

Il-Kummissjoni se:

· Toħloq pjattaforma ta’ netwerking onlajn ta’ mentoraġġ, pariri, edukazzjoni u imprenditorija mal-Ewropa kollha għall-imprendituri nisa li lin-netwerks attwali ta' ambaxxaturi u konsulenti se tqiegħdhom onlajn, twessa’ l-offerta tagħhom u tespandi r-raġġ ta’ applikazzjoni tagħhom u tappoġġja l-imprendituri nisa fil-livell nazzjonali u reġjonali billi ġġib 'il quddiem l-iskambju ta’ prassi tajba bejn l-Istati Membri.

L-Istati Membri huma mistiedna biex:

· Jiddisinjaw u jimplimentaw strateġiji nazzjonali għall-imprenditorija fost in-nisa li għandhom l-għan li jżidu s-sehem ta' kumpaniji mmexxija min-nisa.

· Jiġbru dejta li tiddistigwi nisa minn irġiel u jipproduċu aġġornamenti annwali dwar l-istat tal-imprendituri nisa b’mod nazzjonali.

· Jissoktaw u jespandu n-netwerks attwali ta’ Ambaxxaturi u Konsulenti Imprenditorjali Nisa għan-Nisa Imprenditorjali.

· Jimplimentaw politika li tippermetti li n-nisa jiksbu bilanċ xieraq bejn il-ħajja u x-xogħol billi jistabbilixxu ċentri xierqa u għall-but ta’ kulħadd għal tfal u anzjani dipendenti.

4.2.2.     Anzjani

L-anzjani huma riżorsa ta’ valur għall-imprenditorija. Bejn l-1990 u l-2010 is-sehem taċ-ċittadini ’l fuq minn 50 żdied fl-Ewropa minn 32,1 % għal 36,5 % u l-età medja tal-popolazzjoni Ewropea mistennija tiżdied fid-deċenni li jmiss. Grupp dejjem jikber ta’ adulti b’esperjenza kbira u mħarrġin tajjeb qed jirtira kull sena u sal-ġurnata tal-lum is-soċjetà ma għamlet xejn ġdid biex tirrendihom attivi u tibbenefika mill-għarfien u l-ħiliet tagħhom. Li jiġu involuti kemm fil-ħolqien tal-impriżi kif ukoll fl-appoġġ tal-imprendituri ġodda u attwali jimmassimalizza r-rikkezza ta’ esperjenza li għandhom li tista’ tintilef malli jirtiraw, trawwem tagħlim interġenerazzjonali u tiżgura trasferiment ta’ għarfien.

Billi n-nies qed jgħixu aktar u huma aktar sani, il-mudelli tradizzjonali ta’ għażliet ta’ pensjoni bdew jinbidlu. Dawk l-anzjani li jixtiequ jibdew impriża għall-ewwel darba għandhom jibbenefikaw mill-medda sħiħa ta’ servizzi attwali ta’ appoġġ.

L-imprendituri anzjani jistgħu wkoll ikunu sorsa ta' valur għal imprendituri oħra. L-imprendituri pensjonanti għandhom għarfien u esperjenza prezzjuża li tista’ tiffaċilita ħafna lil xi ħadd mingħajr esperjenza li jixtieq jibda u jmexxi kumpanija. Dan l-għarfien jirrappreżenta kapital intellettwali Ewropew ta’ valur u għandu jiġi sfruttat sal-aħħar. L-Ewropa tista’ tkun ispirata minn programmi bħal “Senior Enterprise” (Irlanda) u “Maillages” (Franza) li jħeġġu l-anzjani motivati biex jagħmluha ta’ konsulenti volontarji, xerrejja potenzjali jew investituri f’azjendi, jew maniġers temporanji biex jgħinu impriżi ġodda vulnerabbli jew negozji fi tranżizzjoni[75].

Il-Kummissjoni se:

· Tgħin fl-iskambju tal-aqwa prassi li jgħin lill-eżekuttivi anzjani u lill-imprendituri jagħtu pariri lill-imprendituri ġodda kif ukoll tappoġġa mentoraġġ reċiproku u interġenerazzjonali bejn l-imprendituri, biex jiskambjaw ħiliet vitali, bħall-edukazzjoni fl-ICT u l-esperjenza tal-anzjani.

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Jrawwmu imprendituri anzjani interessati fit-trasferiment tal-għarfien lejn l-imprendituri ġodda u jlaqqgħu flimkien l-imprendituri anzjani mal-imprendituri mingħajr esperjenza biex joħolqu tims b’settijiet ta’ ħiliet usa’.

· Jiżguraw li l-parteċipazzjoni tal-imprendituri anzjani u l-eżekuttivi pensjonanti fi proġetti tkun kompatibbli mal-prospetti tagħhom ta’ pensjoni.

4.2.3.     Migranti

L-immigranti waqqfu 52 % tal-kumpaniji ġodda li nħolqu f’Silicon Valley bejn l-1995 u l-2005 u l-biċċa l-kbira tas-suċċess ta’ Iżrael hija dovuta għall-popolazzjoni ta’ immigranti. Skont l-OECD, l-immigranti għandhom daqsxejn aktar sens ta’ imprenditorija min-nies tal-post u wieħed li jaħdem għal rasu mwieled barra u li għandu azjenda żgħira jew ta’ daqs medju joħloq bejn 1,4 u 2,1 impjieg addizzjonali[76]. L-immigranti jirrappreżentaw riżerva ta’ imprendituri importanti potenzjali fl-Ewropa. Iżda, illum l-impriżi migranti Ewropej huma mikroimpriżi li jimpjegaw ftit nies jew xejn affattu. Huma wkoll żgħar meta jitqabblu ma' impriżi tal-post għal dak li huwa fatturat u profitt. Il-popolazzjonijiet migranti kkwalifikati ta’ sikwit jiltaqgħu ma’ diffikultajiet legali, swieq tax-xogħol limitati u opportunitajiet ta’ karriera li jġgħeluhom jidħlu fil-qasam tax-xogħol awtonomu. B’kuntrast ma’ dan, xi pajjiżi terzi għandhom politika ta’ migrazzjoni partikolarment attraenti biex jiffaċilitaw id-dħul tal-imprendituri. Il-gruppi l-aktar vulnerabbli ta’ migranti anqas ikkwalifikati wkoll għandhom jiġu indirizzati. Minkejja li l-migranti għandhom rati ogħla ta’ ħolqien ta’ azjendi mill-bqija tal-popolazzjoni ifallu aktar minħabba nuqqas ta’ informazzjoni, għarfien u ħiliet lingwistiċi[77].

l-UE għarfet pubblikament il-kontribut ewlieni li l-imprendituri migranti jistgħu jagħmlu għat-tkabbir sostenibbli u u l-impjieg. L-Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni taċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi[78] tenfasizza r-rwol importanti tal-migranti bħala imprendituri u tiddikjara li “il-kreattività tagħhom u l-kapaċità ta’ innovazzjoni għandhom ukoll jissaħħu”. Huwa importanti li l-politika li tinkoraġixxi l-impriża fl-Ewropa tqis bis-sħiħ il-potenzjal imprenditorjali rrappreżentat minn dan il-grupp. Ċittadini mhux tal-UE bi kwalifiki għoljin diġà jistgħu jiġu aċċettati bħala ħaddiema skont id-Direttiva tal-Blue Card[79]. Il-politika nazzjonali u Ewropea għandha wkoll tikkunsidra l-potenzjal tal-migranti kkwalifikati għall-ħolqien tal-impriżi u l-impjiegi. B’mod partikolari, miżuri ta’ appoġġ u inizjattivi ta’ politika għandhom jgħinu biex jiġbdu imprendituri potenzjali bit-talent li jixtiequ joħolqu kumpaniji globali bbażati fl-Ewropa.

Il-Kummissjoni se:

· Tipproponi inizjattivi ta’ politika biex tiġbed l-imprendituri migranti u tiffaċilita l-imprenditorija fost il-migranti li diġà jinsabu fl-UE jew li jidħlu għal raġunijiet li mhumiex ta’ negozju, dejjem fuq il-bażi tal-aħjar prassi li tiżviluppa fl-Istati Membri, inkluż mill-awtoritajiet lokali.

· Tanalizza l-opportunità li tipproponi leġiżlazzjoni li għandha l-għan li tneħħi l-ostakoli legali għat-twaqqif tal-impriżi u tagħti lill-imprendituri immigranti kkwalifikati permessi stabbli.

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Jneħħu l-ostakoli legali għat-twaqqif tal-impriżi mill-imprendituri legali migranti, bħal billi jikkunsidraw inizjattivi biex jagħtu permessi stabbli lill-imprendituri immigranti kkwalifikati jew lill-immigranti gradwati minn istituzzjoni ta’ livell universitarju Ewreopew biex ikunu jistgħu jwaqqfu negozju fl-Ewropa, li jistgħu jiġu estiżi jekk jinkisbu miri predefiniti f’termini ta’ ħolqien ta’ impjieg, fatturat jew ġbir ta’ fondi ġodda.

· Jiffaċilitaw l-aċċess għall-informazzjoni u n-netwerking għall-imprendituri migranti u imprendituri prospettivi migranti billi, pereżempju, joħolqu ċentri ta’ informazzjoni rilevanti f’żoni li għandhom popolazzjoni numeruża ta’ migranti.

4.2.4.     Nies qiegħda, b’mod partikolari żgħażagħ

Minħabba l-għadd sinifikanti ta’ nies qiegħda mal-Ewropa kollha, l-iskemi ta’ appoġġ għall-imprenditorija għandhom jiġu stabbiliti biex jiġi inkoraġġit il-ħolqien tal-impriżi bħala soluzzjoni għall-qgħad[80]. Ftit huma dawk l-iskemi ta’ appoġġ għall-iżvilupp tan-negozju li għandhom fil-mira ż-żgħażagħ b’mod speċfiku[81].

L-appoġġ kollu tal-iżvilupp tan-negozju għandu jinkludi possibilitajiet ta’ informazzjoni u jipprovdi ħoloq għal servizzi ta’ appoġġ, pariri u konsulenza, ikkowċjar imprenditorjali u mentoraġġ. Din l-għajnuna tista' tiġi estiża wkoll għall-forniment ta' ħiliet partikolari (pereżempju l-għarfien tal-opportunitajiet, ippjanar ta' negozju, amministrazzjoni finanzjarja, bejgħ u kummerċjalizzazzjoni), b'mod jew informali (pereżempju skema ta' mentoraġġ) jew b’mod aktar formali, billi jattendu kors. Is-sostenn għandu jkun immirat lejn gruppi li għandhom l-aktar potenzjal, (bħalma huma ħaddiema qiegħda li jkollhom ħiliet professjonali, nisa jew żgħażagħ), u għandu jiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi tal-impjieg, l-appoġġ għan-negozju u l-fornituri tal-finanzjament. L-għan huwa li dawk li huma qiegħda jsibu għajnuna biex iwettqu tranżizzjoni effettiva fil-qasam tax-xogħol awtonomu, jżidu s-sostenibbiltà tan-negozju tagħhom, u li l-appoġġ jiġi indirizzat lejn gruppi li jistgħu jkollhom bżonn ta’ riżorsi addizzjonali bħal żgħażagħ jew dawk li jistgħu ma jintlaħqux bl-aħjar mod b’mezzi tradizzjonali ta’ appoġġ imprenditorjali.

Għandha ssir ukoll attenzjoni għal dawk li huma bla xogħol inġenerali, b’mod partikolari dawk li diġà għandhom ħiliet u kompetenzi li jistgħu jiġu trasferiti permezz ta’ kkowċjar imprenditorjali u mentoraġġ lejn il-qasam tal-imprenditorija awtonoma.

Il-Kummissjoni se:

· Tniedi fl-2014 il-faċilità mikrofinanzjarja tal-ġejjieni skont il-PSCI li se jkollha fil-mira l-gruppi vulnerabbli, inklużi persuni li tilfu xogħolhom jew qegħdin f’riskju li jitilfuh, jew li għandhom diffikultà biex jidħlu, jew jidħlu lura, fis-suq tax-xogħol.

· Tipprovdi, permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, għajnuna teknika li tiffoka, fost l-oħrajn, fuq it-twaqqif ta’ skemi ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ imprendituri ġodda u l-imprendituri soċjali.

· Torganizza, fil-kuntest tal-Faċilità Mikrofinazjarja għall-Progress, forum għall-partijiet interessati dwar il-mikrofinanzjament u l-intraprenditorija soċjali f’Ġunju 2013 biex tinvolvi lill-intermedjarji finanzjarji lokali fil-promozzjoni tal-attivitajiet imprenditorjali fl-ekonomija li tirrispetta l-ambjent.

· Tanalizza fir-Rapport Annwali dwar l-Imprenditorija tagħha tal-2013, imtella’ b’mod konġunt mal-OECD, il-qagħda tal-imprenditorija għal dawk li huma bla xogħol. Ir-rapport se jippreżenta analiżi tas-sitwazzjoni attwali, joffri eżempji ta’ prassi tajba fis-soluzzjoni tal-kwistjoni u jipproponi rakkomandazzjonijiet rilevanti ta’ politika.

· Tanalizza r-riżultati tal-istudju dwar “Ix-xogħol awtonomu u l-imprenditorija: il-kontribut tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg għall-ħolqien tal-impjiegi”, u torganizza avveniment ta’ tixrid għas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg f’Ġunju 2013.

L-Istati Membri huma mistiedna li:

· Jorbtu flimkien is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg mas-servizzi ta’ appoġġ imprenditorjali u l-fornituri tal-(mikro)finanzi biex jgħinu lil min huwa bla xogħol jidħol fil-qasam tal-imprenditorija.

· Jfittxu li jsolvu l-problema tal-qgħad billi joħolqu programmi ta’ taħriġ imprenditorjali għal żgħażagħ qiegħda li jinkludu stadji ddefiniti b'mod ċar: l-elaborazzjoni tal-profili, impriżi ġodda, konsolidament u tkabbir, kull stadju joffri għażla ta’ servizzi varjabbli (konsulenza, taħriġ u kwalifikazzjoni, mentoraġġ u aċċess għall-mikrokreditu), bi sħubija ma’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet oħra, konsulenti imprenditorjali ewlenin u istituzzjonijiet finanzjarji.

· Jniedu programmi attivi tas-suq tax-xogħol li jipprovdu appoġġ finanzjarju lin-nies qiegħda kollha biex jibdew impriża.

· Jistabbilixxu u jmexxu skemi ta’ edukazzjoni fl-imprenditorija għal dawk bla xogħol biex ikunu jistgħu jidħlu (jidħlu mill-ġdid) fil-qasam tal-imprenditorija bħala imprendituri abbażi ta’ mudelli ta’ suċċess minn għadd ta’ Stati Membri, bi sħubija ma’ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ bħala mezz ta’ involviment fl-edukazzjoni li toffri opportunità alternattiva.

5.           Konklużjonijiet

Fil-kriżi ekonomika attwali l-impriżi ġodda u reċenti jirrappreżentaw ingredjent ewlieni fil-ħolqien ta’ Ewropa li tirkupra bis-saħħa tal-ħolqien ta’ ħafna postijiet tax-xogħol. Il-problemi marbuta mar-rata baxxa ta’ ħolqien ta’ kumpaniji, rata għolja ta’ flutwazzjonijiet u tkabbir baxx ta’ kumpaniji fl-Ewropa huma magħrufa sew. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni li permezz tagħha l-imprendituri Ewropej, u l-Ewropa kollha kemm hi, jistgħu jkunu aktar flessibbli, kreattivi u jkollhom impatt ikbar fil-kompetizzjoni globalizzata li hija dejjem iktar eżiġenti u rapida minn qatt qabel.

Biex isaħħu l-imprendituri tal-Ewropa u jġibu ’l quddiem l-attività imprenditorjali tagħha, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jaħdmu flimkien biex jirkupraw il-fiduċja, joħolqu l-aqwa ambjent possibbli għall-imprendituri billi jqegħduhom fil-qalba nett tal-politika u l-prassi imprenditorjali u jbiddlu radikalment il-kultura tal-imprenditorija.

Il-każijiet ta’ suċċess mill-Ewropa kollha juru li jeżistu prassijiet tajba li permezz tagħhom l-imprendituri jistgħu jikbru u jistgħanew. L-Ewropa trid tħaddan u tisfrutta bis-sħiħ ir-rikkezza ta’ dawn l-esperjenzi biex teħles mill-ostakli u twarrab għal kollox ir-rekwiżiti ta’ xkiel li jxekklu l-operazzjonijiet kummerċjali. L-għarfien tal-imprendituri bħala sors ta’ impjiegi u prosperità għandu jkun mifrux mal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-Ewropa trid tiġbed lejha l-aqwa mħuħ imprenditorjali fuq livell internazzjonali: oqfsa regolatorji u ta’ appoġġ għandhom jiġbdu l-imprendituri li jwaqqfu kumpaniji ġodda minn bnadi oħra tad-dinja lejn l-Ewropa minflok ma jitħallew imorru, pereżempju, lejn l-Istati Uniti jew l-Asja tal-Lvant. B’dan il-mod biss jista’ jinkiseb progress li jkollu segwitu fit-tul fl-oqsma essenzjali: rekwiżiti regolatorji aktar proporzonati u sempliċi, aċċess għall-finanzjament, appoġġ għall-impriżi ġodda, proċeduri effiċjenti ta’ trasferiment ta’ impriżi u li jirrigwardaw il-falliment u opportunità oħra ġusta għall-imprendituri li ġenwinament ifallu.

Madankollu, għalkemm dawn l-elementi huma meħtieġa, mhumiex biżżejjed, waħedhom, biex jerġgħu jagħtu s-saħħa lill-imprenditorija Ewropea. L-għanijiet ewlenin tal-Ewropej biex jibdew impriża huma s-suċċess personali u l-flessibbiltà tal-ħin u l-post tax-xogħol, mhux qafas tajjeb ta’ kondizzjonijiet[82]. Għaldaqstant jeħtieġ bidla mill-għeruq tal-kultura Ewropea lejn nozzjonijiet ġodda dwar l-imprenditorija, li tkun waħda li xxandar pubblikament is-suċċess, tenfasizza l-kontribut tal-imprendituri għall-prosperità Ewropea u tesponi l-frott ta’ karriera imprenditorjali.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, jekk irridu noħolqu bidla fit-tul ma nistgħux ma ninvestux fit-tibdil tal-perċezzjoni pubblika tal-imprenditorija, fl-edukazzjoni imprenditorjali u fl-appoġġ ta’ gruppi li ma humiex irrappreżentati biżżejjed fost l-imprendituri. L-attività imprenditorjali fit-tul fl-Ewropa tista’ tiffjorixxi biss jekk għadd kbir ta’ Ewropej jagħrfu li karriera imprenditorjali hija għażla attraenti u li tagħti l-frott.

Il-bidla mill-għeruq fl-imprenditorija hija ħidma bejn tnejn tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jridu jidħlu għaliha bil-ħsieb fit-tul.

Dan il-Pjan ta’ azzjoni u l-azzjonijiet ewlenin tiegħu se jkollhom segwitu fi ħdan il-Kummissjoni permezz tal-politika dwar il-kompetittività u l-industrija u l-mekkaniżmi ta’ governanza tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, inkluż fid-dimensjoni esterna tagħhom mal-pajjiżi kandidati, potenzjalment kandidati u tal-viċinat. In-netwerk tal-Mibgħuta Nazzjonali tal-SMEs, flimkien mal-Mibgħut tal-UE tal-SMEs, għandu jkollhom rwol partikolari fl-iżgurar li jsir progress fir-rigward tal-miżuri proposti. L-Istati Membri huma mistiedna jirrappurtaw dwar il-progress fl-azzjonijiet ewlenin ta’ din il-Komunikazzjoni fil-livell nazzjonali fil-kuntest tal-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew. Annex:

Anness: Azzjonijiet Ewlenin tal-Kummissjoni

Anness: Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Imprenditorija 2020 - ix-xrara tal-ispirtu imprenditorjali fl-Ewropa

Oqsma ewlenin || Proposti mill-Kummissjoni || Data ta’ implimentazzjoni

Edukazzjoni u taħriġ imprenditorjali għall-appoġġ tal-ħolqien tat-tkabbir u n-negozju

Edukazzjoni u taħriġ || · L-iżvilupp ta’ inizjattiva ta’ tagħlim imprenditorjali pan-Ewropea li tlaqqa’ flimkien l-għarfien espert attwali nazzjonali u Ewropew u tagħmlu disponibbli fir-rigward tal-analiżi tal-impatt, l-għarfien, l-iżvilupp ta’ metodoloġiji u l-iskambju ta’ appoġġ bejn il-professjonisti mill-Istati Membri. · . · It-twaqqif, bejn tnejn mal-OECD, ta’ qafas ta’ gwida biex jitħeġġeġ l-iżvilupp tal-iskejjel imprenditorjali u l-istituzzjonijiet VET. · . · It-tixrid tal-qafas ta’ gwida imprenditorjali universitarju; l-iffaċilitar tal-iskambju bejn l-universitajiet interessati fl-applikazzjoni tal-qafas; il-promozzjoni gradwali lejn l-Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Ogħla tal-UE; · l-approvazzjoni ta’ mekkaniżmi li kellhom riżultati tajba ta’ ħolqien ta’ negozju mmexxi mill-universitajiet (impriżi ġodda li qabdu tajjeb eċċ) u ekosistemi università-negozju li jappoġġjaw dan il-ħolqien || · 2013-15 · 2013-2014 · 2012 - 2013

Ħolqien ta’ Ambjent fejn l-Imprendituri jistgħu Jikbru u Jiffjorixxu

Aċċess għall-finanzi || · L-iffinanzjar ta’ programmi li għandhom l-għan li jiżviluppaw aktar suq għall-mikrofinanzjar fl-Ewropa, permezz ta’ inizjattivi bħall-PSCI u l-Azzjoni Konġunta għall-Appoġġ tal-Istituzzjonijiet ta’ Mikrofinanzjar (JASMINE) u l-forniment ta’ riżorsi għall-mikrofinanzjar lill-Istati Membri u r-reġjuni permezz tal-Fond Soċjali Ewropew jew il-Fond tal-Iżvilupp Reġjonali Ewropew. · L-iżvilupp ta’ reġim ta’ skambju tal-UE li jinnegozja fl-ishma u l-bonds maħruġa mill-SME’s (“Swieq ta’ tkabbir tal-SMEs”) biex jiġi ffaċilitat l-aċċess dirett tal-SMEs għas-suq kapitali fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Suq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID) || · Għaddej bħalissa, u li jrid jissaħħaħ f’MFF ġdid mill-2014 · Għaddej bħalissa

L-appoġġ ta’ negozji ġodda fil-fażijiet kruċjali taċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom u l-għajnuna biex jikbru || · L-identifikazzjoni u l-promozzjoni tal-aqwa prassi tal-Istati Membri bil-ħsieb li jinħoloq ambjent fiskali aktar favur l-intrapriża. · Ir-reviżjoni tar-regoli li jipprojbixxu ċerta prassi qarrieqa ta’ kummerċjalizzazzjoni biex jingħataw aktar saħħa u jiżdied l-infurzar kontra prassi bħal din f’każijiet transkonfinali. · L-għajnuna lill-Istati Membri biex jiżviluppaw skemi u azzjonijiet ta' appoġġ integrati għall-imprendituri ġodda, l-aktar għall-imprendituri żgħażagħ permezz ta’ seminars dwar il-bini tal-kapaċità ffinanzjati mill-għajnuna teknika tal-ESF, bl-involviment fost l-oħrajn ta’ fornituri rilevanti mill-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji integrati. · || · Għaddej bħalissa · 2013 · 2013 ||

Opportunitajiet ġodda ta’ negozju fl-era diġitali || · It-trawwim ta' bini ta’ bażi ta' għarfien dwar it-tendenzi ewlenin u l-mudelli innovattivi ta’ negozju fis-settur diġitali. · It-trawwim tal-għarfien permezz ta’ kampanja ta’ informazzjoni mal-Ewropa kollha favur l-SMEs dwar il-benefiċċji mill-ICT u bl-inklużjoni tal-ħolqien ta' netwerk Ewropew tal-kummerċ bl-internet. · L-iffaċilitar tan-netwerking permezz tal-ħolqien ta’ Netwerk ta’ Konsulenti Ewropej għat-taħriġ u l-pariri u t-tlaqqigħ ta’ sħubiji ġodda. · Se jitniedu inizjattivi speċifiċi għall-imprendituri li jaħdmu bl-internet bħall-ħolqien ta’ Sħubija Ewropea għall-Imprenditorija Ġdida biex ikunu disponibbli l-għarfien, il-mentoraġġ, it-teknoloġija u s-servizzi, kif ukoll ħolqien ta’ Klabb ta’ Mexxejja Imprendituri li Jaħdmu bl-Internet biex jitlaqqgħu flimkien imprendituri ta’ klassi mondjali li jaħdmu bl-internet u tissaħħaħ il-kultura intraprenditorjali tal-internet fl-Ewropa u l-emerġenza ta’ Korsijiet Miftuħa Massivi Onlajn għat-trawwim tat-talent mill-internet u t-twaqqif ta’ pjattaformi għall-konsulenza, u t-tiswir tal-ħiliet · It-tisħiħ tal-kompetenzi u l-ħiliet, jiġifieri l-intensifikazzjoni tal-ħolqien u l-ksib tal-E-ħiliet, ħiliet xjentifiċi u kreattivi u ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali biex jittieħdu fil-mira swieq ġodda. · || · 2013-bidu · 2013-bidu · 2014 · 2013 · Għaddej bħalissa ||

Trasferimenti kummerċjali || · L-iżvilupp ta’ linji gwida dwar l-aktar programmi effettivi u l-aqwa prassi biex it-trasferimenti kummerċjali jsiru aktar faċli, inklużi miżuri għat-twessigħ u t-tkabbir tas-swieq għall-intrapriżi, l-individwazzjoni ta’ programmi disponibbli fl-Ewropa u l-proposta ta’ azzjonijiet meħtieġa biex jitwarrbu l-ostakli possibbli li fadal għat-trasferimenti kummerċjali transkonfinali abbażi tal-ħidma ta’ grupp ta’ ħidma espert u ta’ studju. || · 2013-14 ||

Opportunità oħra għall-fallimenti ġenwini || · It-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika għall-opinjonijiet mill-partijiet interessati dwar kwistjonijiet identifikati fil-Komunikazzjoni dwar approċċ ġdid Ewropew għall-falliment kummerċjali u l-insolvenza, inkluż l-għoti ta’ opportunità oħra lill-fallimenti ġenwini u dwar li jiqsar u jiġi allinjat iż-“żmien tat-tneħħija tal-obbligi". · || ·  2013 ||

Piż regolatorju: regoli aktar ċari u sempliċi || · Proposta ta’ leġiżlazzjoni li tabolixxi rekwiżiti ta’ awtentifikazzjoni ta’ piż għal dokumenti pubbliċi li l-SMEs jridu jippreżentaw għat-twettiq ta’ kummerċ transkonfinali fi ħdan is-Suq Intern. · It-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma biex jivvaluta l-ħtiġijiet speċifiċi tal-imprendituri ta’ professjoni libera fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħas-simplifikazzjoni, l-l-internazzjonalizzazzjoni jew l-aċċess għall-finanzi. · Teħid ta’ azzjoni biex jiġi żgurat li aktar impriżi jirċievu għajnuna permezz ta’ SOLVIT meta l-jeddijiet tagħhom jiġu miċħuda fis-suq uniku mill-awtoritajiet pubbliċi. || · 2013 · 2013 · 2013 ||

Mudelli u l-indirizzar ta’ gruppi speċifiċi ||

Perċezzjonijiet ġodda: L-imprendituri bħala mudelli || ·  It-twaqqif, fil-qafas tal-“Ġimgħa tal-SMEs”, ta’ “Jum l-Imprenditorija tal-UE” mal-Ewropa kollha għall-istudenti fl-aħħar sena tagħhom tal-edukazzjoni sekondarja. || · 2013 ||

In-nisa || · Il-ħolqien ta’ pjattaforma ta’ netwerking ta’ konsulenza, pariri, edukazzjoni u imprenditorija għall-imprendituri nisa li se tqiegħed onlajn in-netwerk tal-ambaxxaturi u l-konsulenti nazzjonali attwali, twessa’ l-offerta tagħhom u tespandi l-ilħuq tagħhom fil-livell nazzjonali u reġjonali. || · 2013-15 ||

L-anzjani || · Għajnuna lill-eżekuttivi anzjani u lill-imprendituri biex jagħtu pariri lill-imprendituri l-ġodda kif ukoll appoġġ għall-konsulenza reċiproka u interġenerazzjonali bejn l-imprendituri, għall-iskambju tal-ħiliet vitali. || · 2013-15 ||

Il-migranti || · Proposta ta’ inizjattivi ta’ politika biex jiġu attirati l-imprendituri migranti u biex tkun iffaċilitata l-imprenditorija fost il-migranti li huma diġà preżenti fl-UE jew li jaslu fl-Unjoni għal raġunijiet differenti u mhux biex iwaqqfu azjenda, abbażi ta’ prassi tajba milll-Istati Membri. · Analiżi tal-opportunità ta’ proposta ta’ leġiżlazzjoni biex jitneħħew l-ostakoli legali għall-imprendituri immigranti kwalifikati milli jwaqqfu azjenda u jiksbu permess ta’ residenza stabbli. || · 2014-2017 · 2014-2017 ||

Il-qegħda || · Tnedija tal-faċilità futura tal-mikrofinanza skont il-PSCI li jkollha fil-mira tagħha l-gruppi vulnerabbli, inklużi persuni li tilfu x-xogħol jew jinsabu f’riskju li jitilfu x-xogħol, jew li jsibuha iebsa li jidħlu (jidħlu lura) fis-suq tax-xogħol. · Permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, għoti ta’ għajnuna teknika li tikkonċentra fuq it-twaqqif ta’ skemi ta’ appoġġ għall-imprendituri kummerċjali żgħażagħ u imprendituri soċjali. · B’rabta mal-Faċilità ta’ Mikrofinanza għall-Progress, l-organizzazzjoni ta’ forum għall-partijiet interessati dwar il-mikrofinanza u l-imprenditorija soċjali biex l-intermedjarji finanzjarji lokali jidħlu għall-promozzjoni tal-imprenditorija fl-ekonomija li tirrispetta l-ambjent. · Analiżi tal-indikazzjonijiet mill-istudju dwar “L-impjieg awtonomu u l-imprenditorija: il-kontribut tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg għall-ħolqien tal-impjieg”, u l-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ tixrid biex it-tagħlimiet miksuba mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg jinqasmu ma' kulħadd. || · 2013 · Marzu 2013 · 2013 · 2013 ||

[1]               Biex issir taf iżjed dwar il-potenzjal tal-intraprenditorija biex toħloq l-impjiegi ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi", 18.4.2012, COM(2012) 173 finali

[2]               COM(2012) 582 finali ta' Ottubru 2012 identifikat: teknoloġiji tal-manifattura avvanzati u produzzjoni nadifa, teknoloġiji abilitanti essenzjali, bijoprodotti, politika sostenibbli fil-qasam tal-industrija, il-kostruzzjoni u l-materja prima, vetturi nodfa, grilji intelliġenti.

[3]               Pereżempju il-COM "It-Tkabbir Blu: opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu" - COM(2012) 494 finali.

[4]               Kauffman Foundation "Business Dynamics Statistics Briefing: Jobs created from business start-ups in the United States" http://www.kauffman.org/uploadedFiles/BDS_Jobs_Created_011209b.pdf

[5]               Kalkolu tal-Kummissjoni bbażat fuq dejta tal-Eurostat (2009)

[6]               Il-pajjiżi fejn żdiedet il-preferenza li wieħed jaħdem għal rasu bejn l-2004 u l-2012 kienu r-Repubblika Ċeka (minn 30% għal 34%), il-Latvja (42% għal 49%), il-Litwanja (52% għal 58%) u s-Slovakkja (30% għal 33%). http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/facts-figures-analysis/eurobarometer/index_en.htm

[7]               Flash EB tal-Kummissjoni Ewropea Nru 354 " Entrepreneurship"

[8]               Albert Bravo-Biosca "The dynamics of Europe's industrial structure and the growth of innovative firms", Konferenza tal-JRC f'Sevilja, Ottubru 2011.

[9]               Huwa notevoli li l-ġganti korporattivi tal-Ewropa huma biss 12-il kumpanija li ġew stabbiliti fit-tieni nofs tas-seklu 20, mqabbla mal-51 fl-Istati Uniti u s-46 fil-pajjiżi emerġenti. minn dawn, tlieta biss inħalqu fl-Ewropa wara l-1975, imqabbla ma' 26 fl-Istati Uniti u 21 fi swieq emerġenti. T Philippon, N Veron, Bruegel Policy Brief 2008/1.

[10]             Kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: "Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikro kreditu b’appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi" COM(2007)0708 finali (adottata fl-20/12/2007).

[11]             'Business Dynamics: Start-ups, Business Transfers and Bankruptcy' http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/business-environment/files/business_dynamics_final_report_en.pdf

[12]             COM(2011) 78 finali, (adottat 23.02.2011), Rieżami tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa.

[13]             Idem

[14]             Id-Direttiva 2005/36/KE: "Sal-punt li dawn huma rregolati, … il-professjonijiet liberali, … skont din id-Direttiva, huma dawk li jiġu pprattikati fuq il-bażi ta' kwalifiki professjonali relevanti f'kapaċità personali, responsabbli u professjonalment indipendenti minn dawk li jipprovdu servizzi intellettwali u konċettwali fl-interess tal-klijent u tal-pubbliku."

[15]             COM(2011)682 finali (adottat 25/102011) "Il-ħolqien ta' klima favorevoli għall intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni". Intrapriża soċjali hija operatur fl-ekonomija soċjali li l-mira ewlenija tagħha hija li jkollha impatt soċjali u mhux li tagħmel il-profitti għas-sidien jew l-azzjonisti tagħha.

[16]             C. Jenner, 'Business and Education: Powerful Social Innovation Partners', Stanford Social Innovation Review (Awwissu 27, 2012).

[17]             Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja.

[18]             COM (2012) 669 http://ec.europa.eu/education/news/rethinking_en.htm

[19]             Ara l-p. 11 tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir COM(2012) 750 http://ec.europa.eu/europe2020/pdf/ags2013_mt.pdf

[20]             COM(2012) 485

[21]             Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET – vocational education and training).

[22]             http://ec.europa.eu/education/news/20120425_en.htm

[23]             Cf. Gibb A, Haskins G, Robertson I, Leading the Entrepreneurial University, University of Oxford, 2009.

[24]             Ara t-taqsima 2.1 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Edukazzjoni COM(2012) 669.

[25]             COM(2012) 485 finali, 05.09.2012

[26]             Ara t-taqsima 2.1 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Edukazzjoni COM(2012) 669.

[27]             Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, COM(2012)729

[28]             COM(2011)206 finali, "Att tas-Suq Uniku. Tnax il-lieva għat-tkabbir u t-tisħiħ tal-fiduċja. Naħdmu flimkien biex noħolqu tkabbir ġdid"

[29]             COM(2011) 870 Finali, Pjan ta’ Azzjoni għat-titjib ta’ aċċess għall-finanzi għall-SMEs

[30]             Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi Kapitali Ewropej ta’ Riskju, COM(2011)860 finali; Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi għall-Imprenditorija Soċjali Ewropea, COM(2011)862 finali.

[31]             Id-Direttiva 2004/39/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/EEC u 93/6/EEC u d-Direttiva 2000/12/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tabroga d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/EEC.

[32]             Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza supplementari tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assikurazzjoni u ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju.

[33]             Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020), COM(2011) 834 finali

[34]             Skont il-proposta tal-Kummissjoni għall-Fondi Strutturali tal-ġejjieni, irid ikun hemm strateġiji komprensivi fis-seħħ għal appoġġ inklużiv b’mod li l-istart-ups ikunu jistgħu jibbenfikaw minn investimenti mill-FSE u mill-FEŻR fl-intraprenditorija. (COM/2012/0496 finali - 2011/0276 (COD)

[35]             Ara l-proposta leġiżlattiva: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52011PC0609:MT:NOT

[36]             COM(2012)702 "Il-protezzjoni ta’ negozji kontra prattiki qarrieqa ta’ kummerċjalizzazzjoni u biex jiġi garantit infurzar effettiv; Analiżi tad-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv".

[37]             The Concept Of Clusters And Cluster Policies And Their Role For Competitiveness And Innovation: Main Statistical Results And Lessons Learned, Commission Staff Working Document SEC (2008) 2637

[38]             European Cluster Policy Group Final Recommendations, il-ħames rakkomandazzjoni, f’http://www.proinno-europe.eu/sites/default/files/newsroom/2010/09/ECPG_Final_Report_web-low1.pdf, segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-European Cluster Alliance.

[39]             COM (2012) 573 finali, "Att dwar is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid"

[40]             Id-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv.

[41]             Fosthom, pereżempju, "punt ta' servizz uniku" mini għal reġistrazzjoni tal-VAT, id-dikjarazzjoni u ħlas bħal fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-VAT (IP/11/1508)

[42]             Fl-2013 id-domanda minn Imprendituri Ġodda se taqbeż il-baġit disponibbli: mill-aħħar ta’ Diċembru 2012 kien hemm madwar 950 Imprendituri Ġdid eliġibbli għal skambju filwaqt li l-baġit disponibbli seta’ jippermetti madwar 930 skambju. Minħabba li l-pool ta’ imprendituri ġodda eliġibbli għal skambju qed jikber b'medja ta' 25 imprenditur kull ġimgħa, huwa ovvju li d-domanda se teċċedi l-provvista fl-2013. Sa mill-2012, għadd ta' Organizzazzjonijiet Intermedjarji kienu diġà użaw il-baġit allokat tagħhom u ma setgħux jistabbilixxu aktar skambji.

[43]             Industrija Ewropea Aktar B’saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku Aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali, COM(2012)582 tal-10 ta' Ottubru 2012.

[44]             COM(2012)529 "L-Isfruttar tal-Potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa”.

[45]             COM(2011)942 tal-11 ta’Jannar 2012. Qafas koerenti għall-bini ta’ fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online.

[46]             Ara, pereżempju, http://www.radicalsocialentreps.org/, http://www.youtube.com/watch?v=iE7YRHxwoDs u http://www.academicmatters.ca/2012/05/the-massive-open-online-professor/

[47]             http://Europeana.eu huwa portal kulturali, maħluq bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, li huwa interfaċċa għal miljuni ta' kotba, pitturi, filmati, oġġetti tal-mużew u rekords arkivjali li ġew diġitalizzati madwar l-Ewropa.

[48]             'Business Dynamics: Start-ups, Business Transfers and Bankruptcy' (2011)

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/business-environment/files/business_dynamics_final_report_en.pdf

[49]             COM(2008) 394 finali. - "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa.

[50]             COM(2011) 78 finali, Reviżjoni tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa

[51]             COM(2006) 117 finali.

[52]             Pereżempju, skont l-istudju tal-'Business Dynamics', terz biss tal-Istati Membri mistħarrġa joffru prodotti finanzjarji speċjali biex jappoġġjaw it-trasferimenti u fi tnax l-Istat Membru ma hemm disponibbli ebda mentoraġġ jew taħriġ, jew hemm ftit wisq, dwar dan is-suġġett.

[53]             COM/2011/864 u r-rakkomandazzjoni assoċjata 2011/856/EU dwar it-taxxa doppja tas-suċċessjoni.

[54]             http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2007:0584:FIN:mt:PDF

[55]             F'xi Stati Membri l-proċedura ta' likwidazzjoni ta' negozju ddum bejn sena u sentejn. Imbagħad jinħtieġu bejn tlieta u disa' snin oħra biex wieħed jerġa' jibda negozju.

[56]             E. Stam, D. B. Audretsch and J. Meijaard, "Renascent Entrepreneurship", Erasmus Research Institute of Management, 2006.

[57]             COM(2012) 742 "Approċċ Ewropew ġdid għall-falliment u l-insolvenza".

[58]             COM(2012) 744

[59]             Kif mitlub fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività ta’ Mejju 2011.

[60]             Il-Flash EB Nru 354 "Entrepreneurship" tal-Kummissjoni Ewropea.

[61]             Il-Programm ta' Azzjoni biex jelimina l-piżijiet amministrattivi minn fuq in-negozji fl-UE identifika oqsma prijoritarji li ġġeneraw madwar 80% tal-piż amministrattiv mil-leġiżlazzjoni tal-UE, inklużi r-regoli nazzjonali li jimplimentaw jew jittraspondu din il-leġiżlazzjoni. B'kollaborazzjoni mallGrupp Stoiber, li għamilha ta' konsulent indipendenti, ġew proposti mijiet ta' addattazzjonijiet li diġà ġġeneraw aktar minn EUR 40 biljun ta' frankizz annwali għall-intrapriżi. Il-proposti involvew oqsma differenti, mill-agrikoltura, l-ambjent, u s-sajd għal-leġiżlazzjoni tal-kumpaniji, it-taxxi, l-istatistika, is-sikurezza fl-ikel u fil-prodotti farmċewtiċi. L-akbar "kontributuri" għal dan il-frankizz huma l-liġijiet tat-taxxi (il-bidla minn kontijiet stampati fuq il-karta għal kontijiet elettroniċi) u l-liġijiet tal-kumpaniji (eċċezzjonijiet għall-intrapriżi mikro minn xi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-karta tal-bilanċ u l-obbligazzjonijiet ta' pubblikazzjoni).

[62]             COM(2011)803 u il-Komunikazzjoni dwar l-Idoneità Regolatorja tal-UE (REFIT!) ara: http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/index_mt.htm

[63]             Id-Direttiva 2010/45/UE tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni

[64]             Huwa stmat li kieku n-negozji kollha kellhom jadottaw il-fatturazzjoni elettronika, il-frankizz li jirriżulta jkun jammonta għal EUR18-il biljun fuq terminu medju ta' żmien.

[65]             Għal ġabra tal-aħjar prattiċi ara l-annessi estensivi ta' 'Europe can do better', adottat mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi (Novembru 2011), fuq http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/admin_burden/best_practice_report/docs/bp_report_signature_en.pdf

[66]             Konsultazzjoni: "Which are the TOP10 most burdensome EU legislative acts for SMEs?" http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/public-consultation-new/index_en.htm

[67]             "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi", 18.4.2012, COM(2012) 173 finali. Ara wkoll "Ostakli għat-tkabbir - Reklutaġġ tal-ewwel impjegat" rapport tal-grupp ta' esperti dwar L-ewwel Impjegat, http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/files/support_measures/first_emp/1st_emp_mt.pdf

[68]             Dan huwa r-riżultat tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni biex jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament mill-SMEs, (COM(2011) 870 finali.

[69]             Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2013 (COM (2012) 629 finali)

[70]             L-istudju "Business Dynamics" tal-2010 sab li f'seba' minn 33 pajjiż Ewropew li ġew mistħarrġa, kien possibbli li ħames kumpaniji mudell jiksbu l-liċenzji kollha meħtieġa fi żmien 30 jum.

[71]             http://ec.europa.eu/europe2020/pdf/ags2013_mt.pdf, , p. 10

[72]             Eurostat, 'Statistics in focus: the entrepreneurial gap between men and women' (30/2007).

[73]             Ara, pereżempju, O. Bekh, ETF Women's Entrepreneurship Development, Policy Brief (2012); A. Lesina, F. Lotti, 'Do Women Pay More for Credit? Evidence from Italy', NBER Working Paper (2008); 'women in business and decision-making', Eurochambres (2004).

[74]             Ġ.U. L180/1 tal-15.7.2010

[75]             Eżempju ieħor ta’ dak li jista’ jinkiseb huwa evidenti fil-Korpi ta’ Servizz ta’ Eżekuttivi Irtirati (SCORE) ibbażati fl-Istati Uniti li waqqfu netwerk ta' 13,000 volontiera li bis-saħħa tal-konsulenza esperta tagħhom inħolqu 67 000 impjieg fl-2011.

[76]             OECD(2010), Open for Business; Migrant Entrepreneurshi in OECD Countries, OECD Publishing, http://dx.doi.org/10.1787/9789264095830-en

[77]             Rath, J., Eurofound (2011), Promoting ethnic entrepreneurship in European cities, Publications Office of the European Union, Luxembourg. Europe, disponibbli fuq : http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2011/38/en/2/EF1138EN.pdf

[78]             COM(2011) 455 finali u SEC(2011) 957 finali

[79]             Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE

[80]             "Inressqu ż-Żgħażagħ lejn l-Impjieg", COM (2012) 727

[81]             Ara b’mod partikolari l-European Commission-OECD Policy Brief on Youth Entrepreneurship in Europe, li tinsab fuq: http://ec.europa.eu/youth/news/20120504-youth-entrepreurship-employment_en.htm

[82]             http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/facts-figures-analysis/eurobarometer/