52012DC0749

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użat għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Id-disa' rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2010) /* COM/2012/0749 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użat għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Id-disa' rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2010)

Sommarju eżekuttiv

Id-Direttiva 98/70/KE[1] tistipula speċifikazzjonijiet tekniċi minimi, għal raġunijiet ambjentali u ta' saħħa, għall-fjuwils li jintużaw għall-vetturi mgħammra b'magni li jiġu mqabbda bl-ispark plaggs u bil-kompressjoni. Il-kwalità tal-fjuwil hija importanti għall-ambjent għax taffettwa l-emissjonijiet tat-tniġġis mill-magni u, b'hekk, il-kwalità tal-arja. Taffettwa wkoll il-faċilità u l-ispiża li bihom il-manifatturi jistgħu jilħqu l-limiti mixtieqa għat-tniġġis u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

F'każ li ma tiġix irrispettata l-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil, jista' jkun hemm żieda fl-emissjonijiet (pereżempju, ossiġenati żejda jistgħu jżidu l-emissjonijiet ta' NOx), u tista' ssir ħsara lill-magna u lis-sistemi tat-trattament ulterjuri tal-egżost (pereżempju, kubrit żejjed li jagħmel ħsara lill-katalisti). Dawn huma sitwazzjonijiet li jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet li jniġġsu l-arja. Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards tal-kwalità tal-fjuwil li huma obbligatorji skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' kontroll tal-kwalità tal-fjuwil.

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/70/KE jesiġi li l-Kummissjoni tippubblika rapport annwali dwar il-kwalità tal-fjuwil fl-Istati Membri. Dan id-disa' Rapport tal-Kummissjoni jiġbor fil-qosor is-sottomissjonijiet tal-Istati Membri dwar il-kwalità tal-petrol u d-diżil, kif ukoll il-volumi mibjugħa għall-2010. L-Istati Membri kollha ssottomettew rapport sħiħ għall-2010. Xi Stati Membri bagħtuh aktar tard mid-data ta' skadenza meħtieġa tat-30 ta' Ġunju.

Il-puntwalità tas-sottomissjoni tar-rapporti kienet xi ftit agħar mill-2009, fejn 17-il Stat Membru ssottomettew ir-rapport tagħhom tal-2010 qabel id-data ta' skadenza annwali, u mill-10 rapporti li kien għad fadal, 5 waslu 3 xhur jew aktar wara d-data ta' skadenza tar-rappurtar.

Id-dejta dwar il-kontroll tal-kwalità tal-fjuwil fl-2010 turi li l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil stipulati fid-Direttiva 98/70/KE huma ġeneralment imħarsa u kienu ftit dawk il-każijiet ta' qbiż tal-limitu li ġew identifikati. Għall-petrol, il-parametri prinċipali fejn ġie identifikat qbiż tal-limiti kienu l-indiċi tal-ottan RON/MON[2], il-pressjoni tal-fwar fis-sajf[3], id-distillazzjoni/evaporazzjoni mal-100/150 °C[4] u l-kontenut massimu ta' kubrit. Għad-diżil, il-parametri ewlenin fejn ġie identifikat qbiż tal-limiti kienu l-kontenut ta’ kubrit, il-punt ta’ distillazzjoni ta’ 95 % u l-indiċi taċ-ċetan.

Peress li l-qbiż tal-limiti huwa relattivament rari, u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jitneħħa mill-bejgħ dak il-fjuwil li ma jkunx konformi, il-Kummissjoni ma taf bl-ebda riperkussjoni negattiva fuq l-emissjonijiet mill-vetturi jew fuq il-funzjonament tal-magni. Madankollu, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu jieħdu azzjoni li tiżġura konformità sħiħa sabiex problemi bħal dawn ma jitfaċċawx fil-futur.

Kontenut baxx ta' kubrit jgħin fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u fl-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida tal-magni. Fl-1 ta' Jannar 2009, daħlet fis-seħħ speċifikazzjoni ġdida għal fjuwils tal-karozzi sabiex tillimita l-kontenut tal-kubrit fil-fjuwils tal-karozzi kollha fl-UE sa 10 ppm (fjuwil mingħajr kubrit). Din hija t-tieni s-sena ta' rappurtar wara li daħal fis-seħħ dan ir-rekwiżit u l-kubrit medju baqa' taħt dan il-livell fl-2010, kif muri fit-Tabella 1.

Tabella 1: Xejra annwali fil-kontenut medju ta' kubrit fil-fjuwil tal-petrol u d-diżil

L-UE || Kontenut Medju ta' Kubrit, ppm*

Fjuwil/Sena || 2002 || 2003* || 2004* || 2005* || 2006** || 2007*** || 2008*** || 2009*** || 2010

Petrol || 51 || 37 || 38 || 19 || 18 || 18 || 14 || 6 || 6

Diżil || 169 || 125 || 113 || 25 || 22 || 23 || 18 || 8 || 7.5

*Teskludi lil Franza, li ma bagħtitx rapporti fil-perjodu 2003-2005. **Teskludi lil Malta, li ma bagħtitx rapporti fl-2006.

***Teskludi lil-Lussemburgu, li ma bagħatx rapporti fl-2007, fl-2008 jew b'mod sħiħ fl-2009.

Għad hemm differenzi sostanzjali bejn is-sistemi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità tal-fjuwil. Madankollu, ir-rekwiżiti tad-Direttiva huma mistennija jippromwovu l-omoġeneità u jtejbu l-kwalità tar-rappurtar.

2.         Introduzzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil mibjugħa fl-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE. Id-Direttiva tesiġi wkoll li l-Istati Membri jirrappurtaw sommarji tal-kwalità tal-fjuwils mibjugħa fit-territorji tagħhom. Mill-2004 ’l hawn, l-Istati Membri mitluba jirrappurtaw il-kontroll tagħhom skont l-Istandard Ewropew EN 14274[5], jew skont sistemi daqstant ieħor affidabbli. L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/70/KE, kif emendat bl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2003/17/KE, jesiġi li l-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tar-rappurtar tal-Istati Membri dwar il-kwalità tal-fjuwil. F’konformità ma' din it-talba, dan id-disa' Rapport tal-Kummissjoni jiġbor fil-qosor il-kwalità tal-petrol u tad-diżil, kif ukoll il-volumi mibjugħa, fl-UE għas-sena 2010. Ir-rapporti tas-snin ta' qabel huma disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-Kummissjoni[6].

3.           Sistemi nazzjonali ta’ kontroll

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/159/KE u l-Istandard Ewropew EN 14274 saħħu l-utilità tal-informazzjoni u ffaċilitaw l-analiżi ta’ xejriet tal-fjuwil fl-UE. Il-kwalità tad-disinn tas-sistemi ta' kontroll, il-konformità mal-valuri ta' limitu u l-informazzjoni mogħtija fis-sottomissjonijiet qed ikomplu jitjiebu. Madankollu, għad hemm ftit oqsma li jeħtieġu titjib kif spjegat fil-qosor hawn taħt:

L-Istati Membri huma mħeġġa jkomplu jtejbu l-puntwalità tas-sottomissjonijiet. Bosta Stati Membri ma jiġbrux biżżejjed kampjuni għall-fjuwils kollha jew mhumiex qed jiġbru biżżejjed kampjuni fi stazzjonijiet ta' riforniment (għall-kuntrarju ta' depow/raffinerija) biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-EN 14274[7], ara t-Tabella 4. Meta l-Istati Membri jużaw is-sistemi ta' kontroll nazzjonali tagħhom stess, dan għandu jkun deskritt b'mod sħiħ sabiex jiġi vverifikat jekk huwiex konformi mal-Istandard Ewropew. Din id-deskrizzjoni għandha turi l-ekwivalenza tal-kunfidenza statistika tas-sistema ta' kontroll mal-EN 14274. Ir-rapporti tal-Istati Membri huma vvalutati skont il-perjodi staġjonali xierqa sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà mar-rappurtar madwar l-UE. Meta Stat Membru jkun għażel li juża perjodu staġjonali differenti minn dak speċifikat, l-informazzjoni xierqa għandha tiġi pprovduta fl-anness nazzjonali fi ħdan ir-rapport dwar il-Kontroll tal-Kwalità tal-fjuwil.

4.           Ir-rappurtar tal-2010

4.1 Kwalitajiet u volumi tal-fjuwil

B'kuntrast ma' snin preċedenti, il-limitu ġdid tal-kontenut ta' kubrit ta' massimu ta' 10 ppm (introdott fl-2009) għall-fjuwils tal-karozzi tat-triq kollha wassal għal bidla minn petrol RON 95 (<50 mg/kg) għal RON 95 (<10 mg/kg). Fir-rigward tal-indiċi ottan, b'67 %, l-RON 95 kien l-aktar petrol mibjugħ fl-2010. Il-bqija, 27 % minnhom kien 95=<RON<98, l-RON 98 kien jammonta għal madwar 5 % u l-RON 91 kien jammonta għal 1 % tal-bejgħ totali.

Grafika 1: Proporzjonijiet tal-bejgħ tal-fjuwil fl-UE skont it-tip ta’ fjuwil (%) għall-2010

 

Miljuni ta' litri

|| || || RON=91 || || || RON = 95 || || || RON 95=<RON<98 || || || RON 98 || || || Diżil

Tabella 2: Sommarju skont it-tip ta' fjuwil għall-2010

Grad ta' fjuwil || Miljun litru || Is-sehem mis-suq tal-UE

Bla ċomb min. RON=91 || 1,618 || 1%

Bla ċomb min. RON=95 || 80,308 || 67%

Bla ċomb 95≤RON<98 || 32,898 || 27%

Bla ċomb RON≥98 || 6,409 || 5%

Total ta’ petrol || 121,233 || 100.0%

Diżil (<10 ppm S) || 246,841 || 100.0%

Total ta’ diżil || 246,841 || 100.0%

|| ||

Xejriet temporali fil-bejgħ tal-fjuwil fl-UE

Grafika 2 turi l-evoluzzjoni tal-konsum tal-fjuwil fl-UE matul dawn l-aħħar 10 snin u turi żieda ċara fil-konsum tad-diżil meta mqabbel mal-petrol.

Grafika 2: evoluzzjoni tal-konsum tal-fjuwil fl-UE

Miljuni ta' litri

||

Teskludi lil Franza matul il-perjodu 2003-2005, minħabba li ma ntbagħtet l-ebda sottomissjoni; teskludi lil Lussemburgu fl-2007 sal-2009 u lil Malta fl-2006 u l-2009 meta ma ntbagħat l-ebda rapport.

Bejgħ tal-fjuwil skont it-tip fl-UE27

Tabella 3 turi l-konsum tal-fjuwil skont it-tip u l-Istat Membru għall-2010.

Tabella 3: Konsum tal-fjuwil skont it-tip u l-Istat Membru

Tip ta’ Fjuwil || Bejgħ tal-Petrol (f'miljuni ta' litri) || Bejgħ tad-Diżil (f'miljuni ta' litri)

Stat Membru || min. RON=91 || min. RON=95 || 95≤ RON <98 || RON ≥98 || Total ta’ Petrol || Total ta’ Diżil

L-Awstrija || 150 || - || 2,251 || 64 || 2,465 || 7,437

Il-Belġju || - || 1,251 || - || 363 || 1,614 || 7,733

Il-Bulgarija || - || 847 || - || - || 847 || 2,168

Ċipru || - || 479 || - || 47 || 526 || 428

Ir-Repubblika Ċeka || 5 || - || 2,459 || 49 || 2,513 || 4,637

Id-Danimarka || 517 || 1,570 || - || 3 || 2,090 || 3,101

L-Estonja || - || - || 338 || 33 || 371 || 572

Il-Finlandja || - || 2,075 || 162 || - || 2,237 || 2,790

Franza || - || 8,677 || - || 2,202 || 10,879 || 39,749

Il-Ġermanja || 943 || - || 24,901 || 740 || 26,584 || 38,356

Il-Greċja || - || 4,634 || 220 || 153 || 5,007 || 2,977

L-Ungerija || - || 1,743 || - || 47 || 1,790 || 3,274

L-Irlanda || - || 1,974 || - || - || 1,974 || 2,672

L-Italja || - || 11,678 || - || - || 11,678 || 30,238

Il-Latvja || - || - || 347 || 29 || 376 || 801

Il-Litwanja || - || 385 || - || 9 || 394 || 1,190

Il-Lussemburgu || 1 || 373 || - || 92 || 466 || 1,894

Malta || - || - || 91 || 10 || 101 || 120

Il-Pajjiżi l-Baxxi || - || 5,496 || - || 75 || 5,571 || 7,634

Il-Polonja || - || 5,138 || - || 513 || 5,651 || 13,896

Il-Portugall || - || - || 1,703 || 187 || 1,890 || 5,898

Ir-Rumanija || - || - || 1,274 || 793 || 2,067 || 4,997

Is-Slovakkja || - || 781 || - || 19 || 800 || 1,281

Is-Slovenja || - || - || 660 || 79 || 739 || 1,419

Spanja || - || 6,908 || - || 766 || 7,674 || 31,540

L-Isvezja || - || 4,394 || - || 138 || 4,532 || 5,164

Ir-Renju Unit || - || 19,444 || 953 || - || 20,397 || 24,875

Tabella 3 turi l-volum ta' bejgħ ta' fjuwil għal kull Stat Membru skont it-tip ta' fjuwil. Wieħed jista' jinnota ċerti xejriet ġenerali:

· Id-diżil jiddomina s-suq kullimkien ħlief f'żewġ Stati Membri.

· Il-Belġju huwa l-aktar pajjiż dipendenti fuq id-diżil li jiddomina l-bejgħ tal-fjuwil u li għandu 82,7 % f'sehem mis-suq - l-akbar proporzjon fl-Istati Membri kollha.

· L-akbar volum ta' bejgħ tal-fjuwil fl-2010 seħħ fil-Ġermanja, b'17,6 % tat-total ta' bejgħ tal-fjuwil fl-UE u b'sehem ta' petrol/diżil li jlaħħaq il-21,9 % fil-każ tal-petrol u 15,5 % fil-każ tad-diżil. It-tieni l-akbar suq kien dak ta' Franza b'sehem ta' 13,8 % tal-bejgħ tal-fjuwil tal-petrol u d-diżil tal-UE, li kull wieħed jammonta għal 9,0 % u 16,1 % rispettivament filwaqt li l-bejgħ totali tar-Renju Unit kien jammonta għal 12,3 % tal-bejgħ totali tal-fjuwil, li jinqasmu f'16,8 % għall-petrol u 10,1 % għad-diżil.

Kif kien il-każ bejn l-2001 u l-2009, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit kellhom l-akbar volumi ta' bejgħ ta' fjuwil fl-2010.

Mill-2001 'il quddiem kien hemm żieda fl-omoġeneità fl-għadd ta' tipi ta' kwalitajiet ta' fjuwil li ġie rrappurtat disponibbli fl-UE kollha. Id-distinzjoni bejn il-kwalitajiet tal-petrol issir primarjament permezz tal-livelli differenti ta' ottan (kategorija RON). Fl-2010, sitt Stati Membri biss irrapurtaw li kellhom tliet kwalitajiet ta’ petrol disponibbli bil-bqija jirrappurtaw żewġ kwalitajiet ta’ petrol (l-ebda Stat Membru ma rrapporta d-disponibbiltà ta' grad wieħed biss ta' fjuwil tal-petrol).

Qabel l-2009, kien hemm biss żewġ gradi ta’ diżil disponibbli għall-użu fil-karozzi: b'livell baxx ta' kubrit u mingħajr kubrit (jiġifieri konċentrazzjonijiet ta' anqas minn 10 ppm ta' kubrit). Kif mistenni u kif ikkonfermat bid-dejta tal-2010, l-Istati Membri qalbu għal fjuwils tad-diżil 100% ħielsa mill-kubrit, skont il-limitu obbligatorju ta' kontenut tal-kubrit, u għalhekk baqa' biss tip wieħed ta' diżil.

5. Kampjunar u rappurtar

Fl-istandard EN 14274 hemm rekwiżiti ddettaljati dwar l-għadd tal-kampjuni li għandhom jittieħdu, fejn għandhom jittieħdu u dwar ir-rapporti nazzjonali dwar il-kwalità tal-fjuwil tal-Istati Membri. EN 14274 jelenka l-għadd ta' fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat ir-reġim ta' kampjunar: bħall-għadd ta' raffineriji li jfornu s-suq, l-għadd ta' gradi ta' fjuwil disponibbli u l-għadd ta' gradi ta' fjuwil differenti importati u s-sorsi tagħhom. L-istandard jispeċifika l-għadd minimu ta' kampjuni għal kull grad ta' fjuwil f'kull perjodu ta' xitwa u sajf. Matul is-snin preċedenti, kien hemm nuqqas ta' ċertezza fl-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kampjunar - madankollu l-kwantitajiet ta' kampjuni u d-diviżjoni tar-rappurtar bejn il-perjodi tas-sajf u x-xitwa tjiebu matul dawn l-aħħar snin.

Tabella 4 tipprovdi analiżi tal-kampjunar u r-rappurtar li saru min-naħa ta' Stati Membri individwali fl-2010. L-għadd minimu ta' kampjuni meħtieġ jiġi kkalkulat fil-każijiet fejn l-Istat Membru uża mudell statistiku kif ippreżentat f'EN 14274, billi l-eżiġenza minima ta' kampjunar hija magħrufa għal kull mudell[8]. It-tabella tipprovdi wkoll analiżi ddettaljata tal-kampjuni kollha li ttieħdu u l-kampjunar li sar fl-istazzjonijiet ta' riforniment. Mhux l-Istati Membri kollha pprovdew din l-analiżi fl-2010 (l-Isvezja, ir-Renju Unit, Spanja, il-Ġermanja u l-Latvja). L-istandard EN 14274 jispeċifika li r-rekwiżit minimu ta' kampjunar għandu jittieħed mis-siti tad-distribuzzjoni tal-fjuwil, li huma ddefiniti bħala "sit, li jbigħ bl-imnut jew kummerċjali fejn il-fjuwil jiġi ddistribwit fil-vetturi tat-triq għall-propulsjoni." Għalhekk kwalunkwe kampjunar li jsir fit-terminals ta' distribuzzjoni jew fir-raffineriji għandu jittieħed flimkien ma' dak li jsir fl-istazzjonijiet ta' riforniment sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi ta' kampjunar.

Fejn Stati Membri jkunu għamlu r-rapport tagħhom skont "sistema ta' kontroll nazzjonali"[9], saret valutazzjoni tar-rekwiżiti minimi ta' kampjunar ekwivalenti abbażi tad-daqs tal-pajjiż u ta' dettalji oħra pprovduti. Meta jkun magħruf il-post fejn iseħħ il-kampjunar, huwa possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-kwantità ta' kampjuni meħuda hijiex konformi mal-istandard EN 14274.

Seba' Stati Membri (li użaw sistema bbażata fuq l-EN 14274 jew sistema ta' kontroll nazzjonali) ma kinux kompletament konformi mar-rekwiżiti tal-istandard. Dan seħħ minħabba l-postijiet fejn ittieħdu l-kampjuni kif ukoll l-għadd ta' kampjuni li nġabru; madankollu, dawk il-problemi ma jikkompromettux l-effettività u l-kredibbiltà tar-riżultati rrappurtati lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem mal-Istati Membri sabiex tikkjarifika r-raġunijiet għal dawk in-nuqqasijiet u qed tagħmel ħilitha sabiex din is-sitwazzjoni tittejjeb fil-futur.

Tabella 4 tindika l-għadd minimu ta' kampjunar li għandu jittieħed mill-istazzjonijiet ta' forniment tal-Istati Membri sabiex tkun żgurata l-konformità tagħhom mad-Direttiva.

Tabella 4: Sommarju tal-kampjunar u r-rappurtar tal-Istati Membri b'rabta mar-rekwiżiti tad-Direttiva 98/70/KE u l-Istandard Ewropew EN 14274

SM || Mudell FQMS (1) || Daqs(2) || Distinzjoni bejn is-sajf u x-xitwa? (3) || Kampjuni skont il-kwalità għal kull perjodu (4) || Kampjuni totali meħtieġa (5) || Kampjuni meħuda (6) || Kampjuni meħuda fl-istazzjonijiet ta' forniment (7)

Petrol || Diżil || Petrol || Diżil || Petrol || Diżil

L-Awstrija || AT || C || S || ü || 50 || 102 || 100 || 203 || 100 || 203 || 100

Il-Belġju || BE || N || S || ü || 100 || 400 || 200 || 2133 || 4985 || 2133 || 4958

Il-Bulgarija || BG || B || S || ü || 100 || 200 || 200 || 427 || 468 || 418 || 456

Ċipru || CY || C || S || ü || 50 || 100 || 100 || 293 || 167 || 149 || 167

Ir-Repubblika Ċeka || CZ || C || S || ü || 50 || 101 || 100 || 747 || 877 || 747 || 877

Id-Danimarka || DK || N || S || ü || 50 || 201 || 100 || 42 || 22 || 42 || 22

L-Estonja || EE || C || S || ü || 50 || 103 || 100 || 350 || 200 || 350 || 200

Il-Finlandja || FI || A || S || ü || 50 || 103 || 100 || 185 || 162 || 140 || 117

Franza || FR || B || L || ü || 200 || 416 || 400 || 827 || 395 || 827 || 395

Il-Ġermanja || DE || N || L || ü || 200 || 405 || 400 || 417 || 305 || - || -

Il-Greċja || EL || A || S || ü || 50 || 105 || 100 || 250 || 120 || 29 || 17

L-Ungerija || HU || C || S || ü || 50 || 101 || 100 || 120 || 120 || 120 || 120

L-Irlanda || IE || C || S || ü || 50 || 100 || 100 || 144 || 126 || 92 || 92

L-Italja || IT || A || L || ü || 100 || 200 || 200 || 200 || 200 || 100 || 100

Il-Latvja || LV || N || S || ü || 100 || 400 || 200 || 438 || 674 || - || -

Il-Litwanja || LT || C || S || ü || 50 || 101 || 100 || 101 || 100 || 97 || 95

Il-Lussemburgu || LU || C || S || ü || 50 || 104 || 100 || 47 || 75 || 43 || 71

Malta || MT || N || S || ü || 100 || 209 || 200 || 49 || 43 || 39 || 30

Il-Pajjiżi l-Baxxi || NL || A || S || ü || 50 || 100 || 100 || 100 || 100 || 100 || 100

Il-Polonja || PL || B || L || ü || 200 || 408 || 400 || 291 || 229 || 291 || 229

Il-Portugall || PT || N || S || ü || 100 || 209 || 200 || 236 || 118 || 200 || 100

Ir-Rumanija || RO || B || S || ü || 100 || 400 || 200 || 360 || 210 || 360 || 210

Is-Slovakkja || SK || C || S || ü || 50 || 101 || 100 || 168 || 137 || 168 || 137

Is-Slovenja || SI || C || S || ü || 50 || 103 || 100 || 149 || 181 || 145 || 115

Spanja || ES || N || L || ü || 200 || 409 || 400 || 520 || 264 || - || -

L-Isvezja || SE || N || S || ü || 100 || 203 || 200 || 553 || 620 || - || -

Ir-Renju Unit || UK || N || L || ü || 200 || 404 || 400 || 2195 || 2428 || - || -

6. Konformità mad-Direttiva 98/70/KE fl-2010

6.1 Petrol

Fl-2010, il-maġġoranza tal-Istati Membri pprovdew tagħrif sħiħ dwar il-konformità tal-kampjuni tal-petrol. Sabiex tkun iddeterminata l-konformità, huwa meħtieġ li jkun magħruf liema metodu ta' ttestjar intuża għall-ittestjar ta' dawn il-parametri (minħabba li r-riproduċibbiltà u l-livelli ta' tolleranza jvarjaw skont il-metodu ta' ttestjar). Ittieħdu ċerti miżuri sabiex fir-rapporti l-Istati Membri jikkomunikaw din l-informazzjoni. Għalkemm din mhijiex parti obbligatorja mir-rappurtar, hija indispensabbli sabiex jiġu ddeterminati l-livelli ta' konformità. Fl-2010, inġabru 11 531 kampjun għall-petrol u 13 391 għad-diżil.

Fl-2010, il-parametri li ma kinux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-Unjoni kienu, spiss, dawn li ġejjin:

· Il-pressjoni tal-fwar fis-sajf inqabżet 215-il darba fl-2010 jew 1,85 % tal-kampjuni totali. Madankollu, qed issir dejjem aktar evidenti li l-bosta każijiet fejn inqabżu l-limiti huma r-riżultat ta' fjuwils tranżizzjonali meta l-fornituri jaqilbu mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-fjuwil fis-sajf għal dawk stabbiliti għall-fjuwil tax-xitwa u viċi versa.

· Il-kampjuni RON/MON li ma kinux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet kienu jammontaw għal 59 fl-2010, jiġifieri 0,5 % tal-kampjuni totali.

· Il-kontenut massimu tal-kubrit ta' 10ppm inqabeż f'34 kampjun jew 0,29 % tal-kampjuni totali, bl-aktar valur għoli tal-kampjuni jkun dak ta' 45,9 mg/kg. Madankollu, il-kontenut medju ta' kubrit fl-Istati Membri kollha għadu anqas mil-limitu obbligatorju ta' 10ppm, jiġifieri 5,8 ppm.

Il-Pajjiżi l-Baxxi ma pprovdewx tagħrif iddettaljat dwar il-kampjuni li ma kinux konformi mal-limiti ta' tolleranza u l-Ġermanja ma setgħetx tipprovdi d-dettalji ta' wħud mill-kampjuni tal-petrol RON 91 li ma kinux konformi.

6.2 Diżil

Fl-2010, żewġ Stati Membri biss ma pprovdewx dettalji fir-rigward ta' kampjuni mhux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fil-każ tad-diżil (il-Latvja u l-Pajjiżi l-Baxxi, fejn tal-anqas kampjun wieħed tal-fjuwil ittestjat f'kull Stat Membru kien jaqbeż il-limiti ta' tolleranza). Mill-ħames parametri ttestjati għad-diżil fl-2010, l-ispeċifikazzjonijiet ma ġewx irrispettati fil-każijiet li ġejjin:

· minkejja li l-kontenut medju tal-kubrit fl-UE baqa' anqas mil-limitu obbligatorju ta' 10ppm (6,5 ppm), kien hemm 169 kampjun jew 1,26 % tal-kampjuni totali li ma kinux konformi mal-valuri estremi:

– valur massimu ta' 500 mg/kg fil-Bulgarija (fejn ġiet imposta multa fuq il-fornitur bħala riżultat tan-nuqqas ta' konformità tal-kampjun tal-fjuwil)

– instab li kampjun wieħed jew aktar meħuda fil-Polonja ma kinux konformi, b'valur massimu ta' kontenut ta' kubrit ta' 455 mg/kg. Fil-Polonja, fejn instab li l-fjuwil għandu kontenut estremament għoli ta' kubrit, dan il-fjuwil ġie irtirat mis-suq. L-awtoritajiet Pollakki nnotifikaw ukoll lill-Uffiċċju tal-Kontrolli Fiskali u tad-Dwana u lill-Ispettorat Reġjonali għall-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità tal-fjuwil.

– 294 mg/kg fir-Rumanija (ma ġie pprovdut l-ebda dettal fir-rigward tal-azzjonijiet li ttieħdu) u;

– 94,2 mg/kg f'Ċipru, fejn il-kontaminazzjoni fl-istazzjon ta' forniment kienet ikkawżata minn taħlita ta' diżil tal-karozzi mad-diżil għat-tisħin. Inbdiet prosekuzzjoni penali kontra l-pompa tal-petrol.

· Total ta' 38 kampjun qabżu l-limiti ta' distillazzjoni fl-2010.

· B'kollox, instabu 4 kampjuni, minn fost il-kampjuni li ġie ttestjat l-indiċi ċetan tagħhom, li ma kinux konformi mal-ispeċifikazzjoni.

6.3 Sommarju

Tabella 5 tiġbor fiha l-konformità tal-Istati Membri mad-Direttiva 98/70/KE għar-rappurtar tal-2010 f'termini ta' riżultati tal-analiżi tal-kampjuni mal-Limiti ta' Tolleranza u l-format u l-kontenut tar-rappurtar. L-emendi tad-Direttiva 98/70/KE (Direttiva 2003/17/KE) inkludew l-inserzjoni ta' paragrafu li jgħid "L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-multi li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Il-multi stabbiliti għandhom ikunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi."

Xi Stati Membri pprovdew spjegazzjoni tal-azzjonijiet ta' rimedju u tas-sanzjonijiet imposti mill-awtoritajiet nazzjonali fejn jinstab li l-kampjuni ma kinux konformi mal-ispeċifikazzjoni.

B'mod ġenerali, mill-11 531 kampjun ittestjat għall-petrol fl-2010, instab li 411 minnhom ma kinux konformi mal-limiti ta' tolleranza għal parametru wieħed jew aktar u b'hekk ir-rata ta' nuqqas ta' konformità kienet dik ta' 3,6 %. Mit-13 391 kampjun ittestjat għall-5 parametri obbligatorji għad-diżil fl-2010, instab li 211 minnhom ma kinux konformi mal-limiti speċifikati, ammont li jirrappreżenta 1,6 % tat-total ta' kampjuni fir-rapport.

Il-proporzjon ta' kampjuni li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni jiddependi mill-għadd ta' kampjuni li ttieħdu, li għandu jkun (f'kull Stat Membru) skont il-volum tal-bejgħ ta' fjuwil u s-sorsi ta' forniment. Madankollu, minħabba li Stati Membri jużaw sistemi ta' kontroll nazzjonali li mhumiex ekwivalenti għall-EN 14274, huwa meħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll in-nuqqas ta' konformità fl-Unjoni kkalkulat abbażi tal-volum u l-għadd ta' kampjuni. Grafika 3 tindika r-rata ta' nuqqas ta' konformità kkalkulata skont il-volum ta' bejgħ u l-għadd ta' kampjuni u turi tendenza ta' żieda fl-2010.

Grafika 3: Xejriet temporali tan-nuqqas ta' konformità fir-rigward tal-valuri limiti stabbiliti għall-fjuwil tal-petrol u d-diżil

Nuqqas ta' konformità bħala % ikkalkulkat skont il-volum ta' bejgħ tal-fjuwil ||  

|| Sena

|| || Diżil || || Petrol

*Teskludi lil Franza matul il-perjodu 2003-2005, minħabba li ma ġiet ipprovduta l-ebda sottomissjoni; Teskludi lil Lussemburgu fl-2007 sal-2009 u lil Malta fl-2006 u l-2009 minħabba li ma ġie pprovdut l-ebda rapport.

Tabella 5: Sommarju tal-konformità tal-Istati Membri mad-Direttiva 98/70/KE għar-rappurtar tal-2010.

|| SM || Nuqqas ta' konformità mal-valuri ta' limitu Kampjuni mhux konformi (Non-compliant - NC)/ Total ta’ kampjuni || Rappurtar mhux komplut parametri mhux imkejla (not measured - NM)/total || Rapport mogħti tard ||

|| || (1) || (2) || (3) ||

|| || Petrol || Diżil || Petrol || Diżil || ||

|| || NC || Total || NC || Total || NM || Total || NM || Total || (xhur) ||

|| AT || 6 || 203 || 3 || 100 || 0 || 18 || 0 || 5 || <1 ||

|| BE || 103 || 2133 || 79 || 4985 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| BG || 39 || 427 || 56 || 468 || 3 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| CY || 41 || 293 || 1 || 167 || 0 || 18 || 0 || 5 || <1 ||

|| CZ || >61 || 747 || 29 || 877 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| DK || 0 || 42 || 0 || 22 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| EE || 17 || 350 || 3 || 200 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| FI || 0 || 185 || 1 || 162 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| FR || 56 || 827 || 10 || 395 || 0 || 18 || 1 || 5 || Fil-ħin ||

|| DE || >7 || 417 || 1 || 305 || 0 || 18 || 0 || 5 || <4 ||

|| EL || 0 || 250 || 0 || 120 || 0 || 18 || 0 || 5 || <1 ||

|| HU || 0 || 120 || 0 || 120 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| IE || 15 || 144 || 1 || 126 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| IT || 2 || 200 || 0 || 200 || 1 || 18 || 0 || 5 || <1 ||

|| LV || 0 || 438 || 0 || 674 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| LT || 0 || 101 || >1 || 100 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| LU || 7 || 47 || 0 || 75 || 1 || 18 || 0 || 5 || <1 ||

|| MT || 2 || 49 || 3 || 43 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| NL || >2 || 100 || >1 || 100 || 0 || 18 || 0 || 5 || <5 ||

|| PL || 15 || 291 || 3 || 229 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| PT || 29 || 236 || 8 || 118 || 0 || 18 || 0 || 5 || <1 ||

|| RO || >5 || 360 || 11 || 210 || 0 || 18 || 0 || 5 || <1 ||

|| SK || 0 || 168 || 7 || 137 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| SI || 0 || 149 || 0 || 181 || 0 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| ES || 6 || 520 || 0 || 264 || 0 || 18 || 0 || 5 || <2 ||

|| SE || 0 || 553 || 0 || 620 || 6 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| UK || 5 || 2195 || 0 || 2428 || 2 || 18 || 0 || 5 || Fil-ħin ||

|| Għadd ta' Pajjiżi || 18 || 18 || 5 || 1 || 10 ||

|| ||

# || Kolonna || Noti spjegattivi

(1) Nuqqas ta' konformità mal-valuri ta' limitu (95% limiti ta’ kunfidenza) || Fejn id-dejta tar-rappurtar mhijiex kompluta, mhux possibbli tingħata konferma li l-valuri ta' limitu ġew irrispettati fil-kampjuni kollha. Fejn ma kienx possibbli li jkun stabbilit, mis-sottomissjonijiet, l-għadd ta’ kampjuni li qabżu l-valur ta' limitu, is-simbolu '>' jindika li l-għadd ta' kampjuni li jaqbżu l-limiti huwa minimu u jista' jkun ikbar.

(2) Rappurtar mhux komplut || Xi parametri jistgħu jiġu vverifikati f'kampjuni fi kwantitajiet iżgħar, iżda l-parametri kollha għandhom jiġu vverifikati sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-fjuwil. L-Istati Membri għandhom jindikaw b'mod ċar fejn ikunu nkisbu riżultati tal-kampjunar, u jipprovdu r-riżultati tal-kampjunar.

(3) Rapport mogħti tard || Id-Direttiva 98/70/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jissottomettu r-rapporti ta' kontroll sat-30 ta' Ġunju ta’ kull sena.

7.           Konklużjonijiet

Il-kwalità tal-fjuwil għandha rabtiet qawwija kemm mal-emissjonijiet tas-CO2 u kemm mal-kwalità tal-arja, u l-faċilità u l-ispiża li bihom jistgħu jintlaħqu l-limiti tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu u tal-gassijiet serra mill-manifatturi tal-vetturi.

Il-kontroll tal-kwalità tal-fjuwil fl-2010 juri li, b'mod ġenerali, l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil stipulati fid-Direttiva 98/70/KE huma mħarsa u tassew kienu ftit il-każijiet fejn inqabżu l-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet li ġew identifikati. L-adozzjoni progressiva tal-istandard EN 14274 mill-Istati Membri qed twassal għal konsistenza akbar fid-dejta disponibbli għall-valutazzjoni tad-diversi parametri tal-kwalità tal-fjuwil u l-Istati Membri kienu qed jagħmlu sforzi biex itejbu l-fehim tagħhom tar-rekwiżiti tar-rappurtar.

Peress li l-qbiż tal-limiti huwa relattivament rari u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jitneħħa mill-bejgħ dak il-fjuwil li ma jkunx konformi, il-Kummissjoni ma taf bl-ebda riperkussjoni negattiva fuq l-emissjonijiet mill-vetturi jew fuq il-funzjonament tal-magni minħabba dan il-qbiż tal-limiti. Madankollu, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jieħdu azzjoni li tiżġura l-konformità sħiħa sabiex problemi bħal dawn ma jitfaċċawx fil-futur u sabiex jiġi żgurat li r-rapport jiġi sottomess lill-Kummissjoni fiż-żmien rikjest.

[1]               Id-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

[2]               In-Numru tar-Riċerka tal-Ottanu (RON) hija l-miżura kwantitattiva ta' proporzjon tal-kompressjoni massima li fih il-petrol jista' jintuża f'magna mingħar ma jseħħ qbid spontanju tat-taħlita fil-magna. Il-qbid spontanju jwassal għal konsum eċċessiv tal-fjuwil u żieda fl-emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili u tal-Monossidu tal-Karbonju.

[3]               Il-pressjoni tal-fwar hija miżura tat-tendenza tal-fjuwil li jevapora. Fis-sajf tiġi rregolata għax f'dak iż-żmien tas-sena, it-temperaturi jistgħu jwasslu għal emissjonijiet għoljin tal-Komposti Organiċi Volatili, li huma l-prekursur tal-ożonu fil-livell ta' wiċċ l-art. Jekk jinqabżu l-ispeċifikazzjonijiet ikun hemm żieda fl-emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili.

[4]               Il-parametru tad-distillazzjoni jistabbilixxi l-proporzjon ta' fjuwil li jevapora mal-100 ˚C u l-150 ˚C. Dan jillimita l-firxa ta' komponenti eħfef li jistgħu jiġu mħallta fil-petrol. Jekk jinqabżu l-limiti jista' jkun hemm imblukkaġġ ikkawżat minn bżieżaq tal-arja meta l-fjuwil minn likwidu jsir gass, kif ukoll problemi għas-sewqan bla intoppi.

[5]               EN 14274:2003 – Fjuwils tal-karozzi – Valutazzjoni tal-kwalità tal-petrol u tad-diżil – Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Kwalità tal-Fjuwil (Fuel Quality Monitoring System - FQMS).

[6]               https://circabc.europa.eu/w/browse/5e89b837-2bec-4284-b9fe-c156271268f7

[7]               Ara t-taqsima 5 għad-dettalji.

[8]               EN 14274 jistipula l-għadd minimu tal-kampjuni għal kull fjuwil (abbażi tal-mudell statistiku użat u l-proporzjon tal-bejgħ). L-istandard jispeċifika għadd minimu ta’ kampjuni li għandhom jinġabru għal kull grad ta’ fjuwil

|| Kampjuni għal kull klassifikazzjoni u għal kull perjodu ta' xitwa u sajf*

Mudell || Pajjiż żgħir || Pajjiż kbir

EN 14274 Mudell Statistiku A || 50 || 100

EN 14274 Mudell Statistiku B || 100 || 200

EN 14274 Mudell Statistiku C || 50 || -

Sistema nazzjonali || - || -

* Ir-rekwiżiti ta' kampjunar annwali huma għalhekk id-doppju tal-valur tat-tabella għal kull klassifikazzjoni.

[9]               Is-"Sistemi ta' monitoraġġ nazzjonali" huma permessi mid-Direttiva sakemm dawn jipproduċu riżultati affidabbli daqs dawk miksuba skont l-EN 14274.