GREEN PAPER Suq integrat għall-konseja tal-pakketti għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-UE /* COM/2012/0698 final - 2012/ () */
1. Introduzzjoni
Il-kummerċ elettroniku huwa
ġeneralment rikonoxxut bħala kontributur ewlieni għat-tkabbir
ekonomiku u għal livelli ogħla ta’ okkupazzjoni fl-Unjoni Ewropea[1]. Il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn[2] tidentifika l-konsenja ta' oġġetti
mixtrija onlajn bħala waħda mill-ħames prijoritajiet ewlenin
biex tingħata spinta lill-kummerċ elettroniku sal-2015 u l-importanza
tagħha kienet imtennija mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament
Ewropew[3]. Il-konsenja hija tabilħaqq
kruċjali peress li għandha impatt sostanzjali fuq l-iffaċilitar
tal-kummerċ elettroniku u hija element ewlieni biex tinbena l-fiduċja
bejn il-bejjiegħa u x-xerrejja[4]. Ir-relazzjoni kummerċjali – u b’mod
aktar ġenerali – dik ekonomika bejn il-bejjiegħa elettroniċi u
l-konsumaturi hija kkaratterizzata minn sensiela ta’ operazzjonijiet ta’
loġistika kumplessi.
It-terminu
‘konsenja’ kif użat f’dan id-dokument jirreferi għat-trasportazzjoni
ta’ oġġetti fiżiċi ordnati onlajn sal-punt tad-destinazzjoni
finali tal-konsenja meta jilħqu lill-konsumatur aħħari. Ħafna operaturi għandhom rwol
f’dan il-proċess ta' konsenja. Dan
id-dokument jirreferi għalihom bħala “operaturi tal-konsenja” u
jinkludu: trasportaturi, operaturi
tas-servizzi postali u express, u fornituri oħra ta’ loġistika. Għall-finijiet ta’ din il-Green
Paper, pakkett hawnhekk huwa ddefinit fis-sens l-iktar wiesa’ u jinkludi
l-oġġetti kollha li jiżnu sa 30 kg[5]. Il-mod li bih jinxtraw
l-oġġetti u jiġu kkunsinjati fl-Ewropa bħalissa għaddej
minn bidla mgħaġġla u fundamentali. Peress li l-konsumaturi tal-UE qed ifittxu u jixtru dejjem
iktar onljan, partikolarment xiri transfruntiera, hemm bżonn dejjem ikbar
ta’ sistema tal-konsenja li tissodisfa l-aspettattivi tagħhom u li
taħdem mingħajr intoppi biex tiffaċilita l-ħajja ta’ kuljum
tagħhom u b’hekk tiġġenera iktar fiduċja fil-kummerċ
elettroniku u jiżdied l-użu tiegħu[6]. Il-prestazzjoni u l-affordabbiltà
tas-sistema tal-konsenja huma wkoll katalizzaturi ewlenin tas-sostenibbiltà
tal-mudelli tan-negozju ta’ ħafna SMEs u b’mod partikolari tal-ħila
tagħhom li jaqdu lill-konsumaturi. Peress
li l-SMEs huma l-ixpruni tal-innovazzjoni u t-tkabbir fl-Ewropa[7], it-titjib tas-sistema kumplessiva
tal-konsenja għall-oġġetti ordnati onlajn fl-Ewropa tkun mistennija
li tħalli riżultati sinifikanti ħafna f’termini ta’ tkabbir u
impjiegi[8]. Ħafna stħarriġ u rapporti
tal-industrija[9]
kif ukoll intervisti ma' diversi partijiet interessati li saru matul
il-preparazzjoni ta’ din il-Green Paper jikkonverġu u jikkonfermaw
l-analiżi tas-servizzi tal-konsenja kif ippreżentati
fil-Komunikazzjoni dwar il-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn. Il-konsenja
transfruntiera hija meqjusa bħala ostaklu minn 57 %
tal-bejjiegħa[10],
filwaqt li 46.7 % tal-konsumaturi jiddikjaraw li huma mħassbin dwar
il-konsenja fi tranżazzjonijiet transfruntiera. It-tħassib dwar il-konsenja u dak relatat mar-ritorn
ta’ prodotti huma l-aktar żewġ elementi ta' tħassib fir-rigward
tax-xiri onlajn[11]. Oġġetti li ma jiġux
konsenjati, dawk bi ħsara jew mitlufa u spejjeż għoljin
ħafna għall-konsenja huma wkoll fost l-iktar għaxar elementi ta'
tħassib tal-konsumaturi, li jikkontribwixxu għal fiduċja baxxa
tal-konsumatur fil-kummerċ elettroniku transfruntiera. Konsumaturi fiduċjużi se jkunu
inklinati dejjem iktar biex jixtru onlajn jekk ikunu kunfidenti li x-xiri
tagħhom se jasal f’kundizzjoni tajba, fil-perjodu ta’ żmien
avżat u jekk ikun hemm proċeduri faċli għar-ritorn
tal-prodotti[12].
Id-disponibbiltà ikbar u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda joffru
sensiela ġdida ta’ opportunitajiet li jtejbu l-kwalità tas-servizzi
tal-konsenja kif ukoll is-sodisfazzjoni tal-konsumaturu. Il-ħolqien u
t-tkabbir ta’ netwerks soċjali kellhom ukoll impatt sinifikanti fuq il-mod
li bih il-konsumaturi jinteraġixxu ma' ditti u jixtru oġġetti
onlajn. Mezzi innovattivi ta’ komunikazzjoni elettronika bejn il-bejjiegħa
elettroniċi, il-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi jistgħu
jikkontribwixxu għal konsenja u proċessi ta’ ritorn ta’ prodotti
iktar effiċjenti u konvenjenti u perċezzjoni ta’ kwalità ogħla.
Funzjonament aħjar tas-suq tal-kummerċ elettroniku se jwassal
għal benefiċċji reċiproċi tanġibbli
għall-konsumaturi u l-SMEs, kif ukoll għall-atturi u s-setturi
tal-industrija kollha involuti fl-attività tal-kummerċ elettroniku. L-importanza tat-trasportazzjoni u
l-konsenja hija amplifikata iktar fil-kuntest internazzjonali. Peress li iktar konsumaturi qed jixtru
mill-Asja u l-Paċifiku u mill-Amerika ta’ Fuq, u iktar bejjiegħa
elettroniċi Ewropej iridu jesportaw lejn dawn ir-reġjuni, il-flussi tal-kummerċ
bejniethom qed jiżdiedu drastikament. F’dan il-kuntest, it-trasportazzjoni u l-elementi
tal-konsenja huma saħansitra iktar kumplessi, u joħolqu sett
addizzjonali ta’ kwistjonijiet ta' tħassib u kunsiderazzjonijiet dwar
is-sigurtà u jirrappreżentaw sfida ewlenija iżda wkoll opportunità
unika għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku Ewropew u
speċjalment għall-SMEs[13] Id-disinn iktar xieraq tal-katina
tal-konsenja għall-kummerċ elettroniku fl-UE, ikollu wkoll
implikazzjonijiet pożittivi għal għadd ta’ oqsma politiċi
bħal: Ø Koezjoni: il-benefiċċji tal-kummerċ
elettroniku isiru aċċessibbli għaċ-ċittadini u
n-negozji kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, permezz ta’
operazzjonijiet tal-konsenja li jaħdmu tajjeb fl-Ewropa kollha. Ø Impjiegi: jiġu żgurati kundizzjonijiet responsabbli
tal-impjiegi fis-settur tal-konsenja, li jopera taħt pressjonijiet intensi
biex inaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-flessibiltà. Ø Innovazzjoni: jiġi promoss l-użu mifrux ta’
teknoloġiji tal-informazzjoni ġodda fis-sistemi tal-konsenja li
jkollhom benefiċċju immedjat għaċ-ċittadini u
n-negozji kollha, u li jkunu adattati għall-ambjent ġdid tal-midja
soċjali. Ø Ambjent: jiġu promossi l-iżvilupp
sostenibbli u loġistika tal-konsenja ottimizzata li jippermettu iktar
iffrankar tal-enerġija u tnaqqis kumplessiv ta’ esternalitajiet negattivi. Ø Kompetittività tal-industrija
Ewropea: nibnu fuq l-elementi
b'saħħithom tal-industrija Ewropea (bejjiegħa elettroniċi u
operaturi tal-konsenja) biex ikun promoss l-investiment f’netwerk Ewropew
tal-konsenja li jaffaċċja kompetizzjoni intensa fl-ambjent
internazzjonali Din il-Green Paper teżamina kif qed
jevolvu l-kummerċ elettroniku u s-swieq tal-konsenja fl-Ewropa, tesplora
x’inhu meħtieġ għall-ħolqien tas-Suq Uniku
għall-konsenja, tanalizza l-isfidi ewlenin għall-atturi differenti u
tenfasizza l-opportunitajiet għat-titjib tal-proċess ta’ konsenja
fl-interess taċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs. Abbażi tal-informazzjoni
miġbura mill-konsultazzjoni, il-Kummissjoni se tidentifika b’mod iktar preċiż
il-kwistjonijiet li għandha tindirizza u tislet konklużjonijiet,
fir-rebbiegħa tal-2013, dwar is-sett ta’ azzjonijiet li għandha
tieħu għall-ikkompletar tas-suq uniku għall-pakketti.
2. Is-sitwazzjoni
u l-perspettiva attwali tas-suq
2.1 Is-suq
Ewropew tal-kummerċ elettroniku u l-importanza tal-konsenja
Is-swieq tal-kummerċ elettroniku
fl-UE huma diversifikati ħafna u fi stadji ta’ maturità differenti,
minħabba prattiki differenti tal-konsumatur, kunsiderazzjonijiet fiskali,
disponibbiltà tal-prodotti, aċċess għall-broadband u swieq
kompetittivi tal-konsenja.
Il-profili
kummerċjali tas-swieq nazzjonali[14] ukoll
għandhom implikazzjonijiet kbar għall-konsenja[15],
filwaqt li konsenja transfruntiera fl-Ewropa tibqa’ sfida
għall-konsumaturi u l-bejjiegħa elettroniċi[16]. Barra
minn hekk, konsenja transfruntiera effiċjenti se ssostni l-potenzjal
tat-tkabbir ta’ swieq ġodda speċjalizzati, bis-saħħa
tal-effett ta' “denb twil” (long-tail)[17]. Is-suq tal-kummerċ elettroniku qed
jevolvi malajr u qed ikun iktar esiġenti kemm mil-lat tas-soluzzjonijiet
innovattivi għan-negozju kif ukoll mil-lat tal-aspettattivi
tal-konsumatur. Il-ħtiġijiet relatati
mal-konsenja tas-settur qed ikunu dejjem iktar differenti minħabba
l-għadd kbir ta’ segmenti ta’ prodotti (bħal kotba, DVDs,
ħwejjeġ, oġġetti elettroniċi żgħar, prodotti
elettroniċi għad-dar, għamara, apparat domestiku) b'valur
differenti, piżijiet u daqsijiet differenti tal-pakketti. In-netwerks soċjali,
it-teknoloġiji tal-informazzjoni istantanji u l-ġeneralizzazzjoni ta’
apparat mobbli u li jinġarr fl-idejn, żiedu wkoll l-aspettattivi
tal-konsumaturi ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq informazzjoni f’ħin
reali u għażliet ta’ konsenja flessibbli. Il-bejjiegħa elettroniċi
jinsabu taħt pressjoni ta’ żmien. Jeħtieġ li jkunu implimentati malajr kunċetti
u ideat ġodda. Il-vijabbiltà u
s-suċċess tan-negozji tagħhom jiddependu fuq il-ħila
tas-settur tal-loġistika li jikkunsinja oġġetti bi prezz baxx, u
b’mod konvenjenti[18] Dan japplika b’mod partikolari għal
parteċipanti iżgħar fis-suq tal-kummerċ elettroniku, li la
għandhom is-setgħa li jinnegozjaw biex jiksbu skonti mill-operaturi
tal-konsenja u lanqas il-kapaċità li jinvestu f'netwerk proprju ta'
loġistika. F’ambjent ikkaratterizzat minn
ekonomiji ta’ skala, dawn ir-riskji jnaqqsu l-kompetittività tagħhom
vis-à-vis bejjiegħa elettroniċi ikbar, peress li l-konsumaturi
qiegħdin dejjem aktar jistennew offerti ta’ “konsenja b’xejn” meta jixtru
onlajn[19].
2.2 Is-suq
Ewropew tal-konsenja
Is-suq tal-pakketti tal-UE huwa stmat li
jiswa EUR 42,4 biljun fl-2008 fejn is-settur tan-Negozju
għall-Konsumaturi jirrappreżenta 15 % ta’ dan is-suq[20] Matul l-aħħar 5 snin, u
minħabba t-tkabbir tal-kummerċ elettroniku, it-taqsima B2C tas-swieq
tal-pakketti kibret b’mod mgħaġġel. Stimi tal-volumi tal-lum jindikaw li dan is-settur issa
jirrappreżenta bejn 20 % u 40 % tal-volumi totali ta' swieq ta'
kummerċ elettroniku iktar maturi bħar-Renju Unit. Is-suq tradizzjonalment huwa maqsum
f’konsenja ta’ pakketti express u standard. Madankollu, dawn id-definizzjonijiet attwali[21] ma jirriflettux il-kumplessitajiet u
l-importanza relattiva tal-offerti differenti (konsenja standard, differita,
express jew konsenja fl-istess ġurnata, traċċar, prova
tal-konsenja u konsenja rreġistrata) u r-realtà tas-settur
tal-kummerċ elettroniku li tirreferi wkoll għall-użu
tal-pakketti (oġġetti żgħar taħt iż-2 kg). Il-Eurostat jikkalkula li iktar minn
kwart tal-intrapriżi kollha jibagħtu ordnijiet ta’ kummerċ
elettroniku lill-pajjiżi oħra tal-UE . Minnhom, 23 % huma intrapriżi żgħar,
filwaqt li dan il-persentaġġ huwa 41 %
għall-intrapriżi ż-żgħar u 33 %
għall-intrapriżi medji[22]. Dawk il-klijenti żgħar u mhux
frekwenti li għandhom volumi baxxi u li għaldaqstant għandhom
setgħa limitata biex jinnegozjaw ma’ operaturi għandhom ħafna
inqas għażliet ta’ konsenja. Skont
l-istimi tal-FTI, prezzijiet ippubblikati għall-pakketti transfruntiera
(għall-klijenti li ma jkollhomx kont) imposti mill-operaturi postali
nazzjonali bħala medja huma għoljin id-doppju meta mqabbla ma’
prezzijiet domestiċi.
In-netwerks postali jimmaniġġaw parti biss
mill-volum tal-pakketti (b'ishma tas-suq differenti ħafna għal kull
pajjiż)[23]
u persentaġġ żgħir biss (minn 5 sa 10%) ta' dawn il-volumi
huwa suġġett għall-obbligi tas-servizz universali li jesiġu
li l-Istati Membri jiżguraw konsenja bażika ta’ pakketti kemm fuq
livell nazzjonali kif ukoll fuq livell transfruntiera
għad-destinazzjonijiet kollha fit-territorju tagħhom bi prezzijiet
affordabbli għall-utenti kollha[24]. Peress li dawk l-obbligi kienu miftiehma
ħafna qabel feġġ il-kummerċ elettroniku, ma kinux imfassla
bl-għan speċifiku li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet attwali
ta' dan is-settur li qed jiżviluppa dejjem aktar malajr. Id-diviżjoni tal-pakketti
tan-netwerk postali tradizzjonalment kienet organizzata biex tittrasporta
pakketti bejn 2 u 30 kg iżda mingħajr il-flessibbiltà u
l-kapaċità meħtieġa mit-tkabbir tal-bejgħ onlajn[25]. Madankollu, fl-aħħar snin, xi
operaturi kienu kapaċi jirriorganizzaw in-netwerk tagħhom
tal-pakketti, jew jinsabu fil-proċess li jagħmlu dan, peress li
jaffaċċjaw livelli għolja ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku
tagħhom. Operaturi express bnew is-suċċess u
l-infrastruttura tagħhom fuq netwerk integrat apposta maħsub
għall-konsenji fis-settur tan-negozju lin-negozju billi joffru
l-aħjar servizzi (veloċità u fakultajiet li jittraċċaw
l-ordnijiet). Billi rrikonoxxew
l-opportunitajiet tat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u n-nuqqas ta’
soluzzjonijiet sodisfaċenti għall-atturi tal-kummerċ elettroniku
madwar l-Ewropa, dawn issa qed ikunu dejjem iktar attivi fis-settur tan-Negozju
għall-Konsumatur.
Parteċipanti oħra
fil-loġistika
fil-qasam – bħall-konsolidaturi, sensara, servizzi ta’ eżekuzzjoni,
fornituri ta’ loġistika għal partijiet terzi [26]
għandhom irwol ikbar fil-vojt bejn il-kummerċ elettroniku u
l-operaturi tal-konsenja f’termini ta’ innovazzjoni, flessibbiltà,
ġestjoni tal-istokk, it-trasportazzjoni u r-ritorn ta' pakketti. Is-soluzzjonijiet offruti minnhom
għadhom mhumiex magħrufa ħafna, b’mod partikolari fost l-SMEs. B’viżibbiltà ikbar, jista’ jkollhom
rwol ikbar fl-iffaċilitar ta’ operazzjonijiet ta’ loġistika
għall-bejjiegħa onlajn fil-futur. Billi jkunu kkonsolidati sorsi differenti ta’ volum baxx,
dawn jistgħu jkunu wkoll f’pożizzjoni li jiksbu termini/ftehimiet
favorevoli għall-konsenja li mbagħad ikunu jistgħu jgħadduhom
lill-kuntratturi tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar
lill-konsumaturi. Qed jitfaċċaw xi
parteċipanti speċjalizzati Dawn
huma l-operaturi li ddisinjaw soluzzjonijiet speċifiċi għal
settur ta’ prodott partikolari (pereżempju, trasportazzjoni apposta u servizzi
ta’ konsenja għal ħwejjeġ ordnati onlajn). Barra minn hekk, aktar riċentament, xi bejjiegħa
elettroniċi ewlenin qed ikunu involuti dejjem iktar
fil-loġistika u l-konsenja u qed jespandu s-servizzi ta’ loġistika
tagħhom biex jinkludu l-bejjiegħa elettroniċi iżgħar. Kioskijiet tal-pakketti (lokers awtomatizzati fejn
il-pakketti jkunu depożitati sabiex jinġabru mill-konsumaturi billi
dawn jużaw kodiċi speċjali) qed jiġu ttestjati minn
operaturi f’pajjiżi differenti u l-użu ġeneralizzat tagħhom
se jiddependi fuq jekk il-konsumaturi jsibuhomx konvinjenti biżżejjed
u jekk jiġux konsenjati volumi suffiċjenti b’dan il-mod. Punti ta’ konsenja (netwerk ta’
ħwienet appoġġjati minn pjattaforma teknoloġika minn fejn
il-kosumaturi jistgħu jiġbru l-pakketti tagħhom) storikament
intużaw għas-settur tal-bejgħ mill-bogħod. Dawk in-netwerks ġew
aġġornati b’sistemi ta’ informazzjoni ġodda u
jirrappreżentaw alternattiva għal servizzi ta’ konsenja sad-dar li
jiswew iktar flus. Is-suċċess tagħhom
jiddependi fuq il-preferenzi lokali u prattiki storiċi iżda hemm
indikazzjonijiet li jirrappreżentaw alternattiva vijabbli u promettenti
għall-konsenja tal-kummerċ elettroniku.
2.3 L-interkonnessjoni
bejn il-kummerċ elettroniku u s-swieq tal-konsenja
L-operaturi tal-konsenja jirrikonoxxu l-opportunitajiet
ippreżentati mill-kummerċ elettroniku. Il-ħolqien ta’ mmudelli ġodda ta’ konsenja
għas-Settur ta' min-Negozju għall-Konsumaturi jista’ jesiġi
invsetiment sinifikati u ddisinjar mill-ġdid estensiv tal-operazzjonijiet
tagħhom. Madankollu, l-operazzjonijiet
isiru kumplessi[27]
meta l-għan ikun li jintlaħqu d-destinazzjonijiet kollha
fit-territorju fi sfond ta’ volumi li huma inkonsistenti u li diffiċli
tipprevedihom. Qed jiġu offruti għażliet
addizzjonali għall-konsenja finali, bħal konsenja fl-uffiċju jew
għand il-ġirien, bl-introduzzjoni progressiva ta' informazzjoni u
għażla aħjar, u b'hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu
jiddeċiedu fejn u meta jridu jirċievu l-pakketti. Barra minn hekk qed ifeġġu xi
mudelli ġodda ta' negozju li joffru servizzi aħjar għar-ritorn
ta’ prodotti. Minkejja dan, dawn is-soluzzjonijiet
ġodda jitfaċċaw bil-mod u ħafna drabi għadhom
akkumpanjati minn fatturi ta’ valur miżjud li jiswew il-flus li mhux
dejjem huma meħtieġa.
Hemm domanda
għal pakketti żgħar individwalizzati, b’soluzzjonijiet
sempliċi ta’ traċċar[28] u prezz
affordabbli[29] li
bħalissa mhix qed tkun issodisfata. Minn perspettiva operazzjonali,
is-servizzi tal-konsenja huma kumplessi u suġġetti għal
ħafna restrizzjonijiet.
Servizzi
tradizzjonali ta’ pakketti (b’aspetti bażiċi u tariffi transfruntiera
għoljin) jew operazzjonijiet express ta' valur miżjud għoli
(storikament imfassla għas-settur ta' min-Negozju għan-Negozju)
għadhom mhumiex adattati għall-bżonnijiet speċifiċi
maħluqa mid-dinja tal-kummerċ elettroniku. L-interkonnessjoni bejn l-operaturi postali f’konsenja
transfruntiera qed titjieb, partikolarment permezz tal-Grupp Ewropew
tal-Pakketti[30]. Madankollu, parti biss mill-flussi qed
tgħaddi minn dan il-kanal, u mhija offruta ebda alternattiva għal
servizzi ta’ pakketti ttraċċati jew għall-pakketti mhux
prijoritarji. Fil-fatt, jeżistu żewġ
dinjiet b’mod simultanju, waħda xprunata mill-kummerċjalizzazzjoni
(kummerċ elettroniku) filwaqt li l-oħra (loġistika) hija
xprunata minn sensiela ta’ talbiet operazzjonali. It-tnejn għandhom oqfsa taż-żmien
kummerċjali, sfond differenti, użu differenti tas-sistemi tal-IT u
soluzzjonijiet u indikaturi ta’ prestazzjoni differenti għan-negozji
tagħhom. Għaldaqstant, kemm
il-kummerċ elettroniku kif ukoll is-swieq tal-konsenja huma jaffrontaw
sfidi ewlenin u fundamentali:
il-mudell
tal-kummerċ elettroniku għadu ma stabbilizzax ruħu
bis-sħiħ filwaqt li s-settur tal-loġistika għad irid
jadatta bis-sħiħ għall-ħtiġijiet u d-domandi
tal-kummerċ elettroniku.
F’ambjent li qed
jinbidel daqstant malajr, diffiċli li wieħed jagħmel
għażliet u deċiżjonijiet tal-investiment.
3. Sfidi
ewlenin għall-atturi differenti
3.1 Esperjenza
u aspettattivi tal-konsumatur
Il-konsumaturi jridu konsenji iktar
konvenjenti: iktar alternattivi ta' konsenja
bil-possibbiltà li wieħed jiddeċiedi dik preferuta tiegħu,
informazzjoni aħjar minn qabel dwar il-proċess tal-konsenja,
proċedura ta’ ritorn eħfef u servizzi li huma faċli biex
jintużaw bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda li jantiċpaw
il-konsenja (smart phones, tablets, avviżi bl-SMS)[31]. Dawn jistennew iktar trasparenza
fir-rigward tal-kundizzjonijiet li skonthom jiġu trasportati l-ordnijiet
tagħhom u partikolarment meta pakketti, jdumu, jġarrbu ħsara jew
jintilfu. Fl-istess ħin, huma
jistennew li jkun hemm trasparenza fir-rigward taċ-ċarezza u
tal-komparabbiltà tal-prezzijiet kif ukoll fir-rigward tal-livell ta’
kompetizzjoni. Bħala riċevitur ta’
oġġetti, id-deċiżjoni tal-konsumatur li jixtri hija
influwenzata ħafna mid-disponibbiltà ta’ konsenja b’xejn jew irħisa
(u proċeduri ta’ ritorn).
Il-konsumaturi
qedgħin dejjem ifittxu iktar swieq nazzjonali oħra, iżda
l-kumplessità ta' konsenja transfruntiera u n-nuqqas ta' trasparenza fiha huma
ostaklu ewlieni. Bħala dawk li jibagħtu
l-pakketti, u speċjalment meta jirritornaw l-oġġetti ordnati,
il-konsumaturi jirrappreżentaw suq relattivament magħluq, u
l-konsenja relattivament għolja hija msemmija bħala waħda
mir-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħhom
bix-xiri onlajn[32]. Kumplessivament, il-fattur tal-prezz
jibqa’ l-iktar katalizzatur dominati meta wieħed jiġi biex
jagħżel servizz ta’ konsenja transfruntiera[33]. Il-konvenjenza tvarja bejn is-swieq
nazzjonali u t-tip ta’ prodotti kkunsinjati. Stħarriġiet dwar il-preferenzi tal-konsumatur juru
li aspetti ta’ konvenjenza jistgħu jkunu relatati mal-proċess kollu
tal-konsenja. Pereżempju, stħarriġ
fir-Renju Unit identifika sitt oqsma ewlenin ta’ preferenzi tal-konsumatur: alternattivi flessibbli tal-konsenja,
tariffi affordabbli tal-konsenja, flessibbiltà dwar fejn l-ordni tista’
tiġi kkonsenjata, komunikazzjoni effikaċi dwar il-konsenja
tagħhom, eżekuzzjoni rapid u esperjenza tajba ta’ konsenja sad-dar[34]. B’mod partikolari, il-forniment ta’
informazzjoni f’ħin reali qed isir dejjem iktar importanti,
speċjalment għall-ġenerazzjoni iżgħar[35]. Huma jixtiequ li jikkontrollaw il-konsenj
tagħhom u jistennew li jkunu offruti soluzzjonijiet ta’ traċċar
u bl-sms (jiġifieri avviż b'SMS)[36].
3.2 Sfidi
affrontati mill-bejjiegħa elettroniċi meta jikkunsinjaw
oġġetti lill-konsumaturi tagħhom
Il-bejjiegħa elettroniċi
jixtiequ jirreaġixxu għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi
tal-konsumaturi b’servizzi ta’ trasportazzjoni sempliċi, trasparenti u
affidabbli[37]. Huma konxji ħafna tal-fatt li
r-reazzjoni tal-konsumaturi hija kkundizzjonata ħafna mill-esperjenza tal-konsenja
li min-naħa tagħha għandha impatt dirett fuq l-isem u d-dehra
tad-ditta tagħhom. Għandhom bżonn iktar
alternattiva, li suq tal-konsenja iktar kompetittiv (jiġifieri b’iktar
parteċpanti li jipprovdu offerti differenti u alternattivi ta' konsenja alternattivi)
għandu jkun f'pożizzjoni li joffrihom. Huma jistgħu jkollhom ħtiġijiet ta’ konsenja
speċifiċi għal prodotti partikolari (pereżempju
mediċini, prodotti friski jew oġġetti b’valur għoli). Madankollu, anke fl-iktar swieq
kompetittivi, għadha tippersisti d-diskrepanza bejn offerti
tal-kummerċ elettroniku xprunati mill-kummerċjalizzazzjoni u
proċessi ta’ loġistika xprunati mill-operat. Il-parti tal-loġistika hija kritika
għas-sostenibbiltà tan-negozju tal-bejjiegħa elettroniċi, u
partikolarment għall-SMEs.
Id-disponibbiltà ta’
soluzzjonijiet affordabbli u effiċjenti hija partikolarment rilevanti
għal dawk l-SMEs u mikrokumpaniji li joperaw minn żoni remoti u
reġjuni periferali. F'ambjent kompetittiv ħafna,
il-pressjoni fuq il-prezzijiet hija fattur determinanti ewlieni ta' min jikseb
sehem mis-suq. SMEs li jfittxu opportunitajiet
ta’ dħul bejn il-fruntieri jiddependu ħafna fuq sistema ta’ konsenja
Ewropea integrata li għadha trid tfeġġ. Qed ifittxu t-tkabbir fi swieq nazzjonali oħra
iżda huma kkonfrontati bi spejjeż ogħla, kumplessità ikbar u
nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward ta’ trasportazzjoni transfruntiera[38]. Bejjiegħa kbar huma f’sitwazzjoni
ħafna aħjar biex jinnegozjaw tariffi u kundizzjonijiet ma’ operaturi
tal-konsenja. Il-bejiegħa elettroniċi kemm
kbar kif ukoll dawk żgħar jeħtieġu aktar flessibbiltà
mis-servizzi tal-konsenja b’mod ġenerali u speċjalment f’termini
tal-kapaċità tat-trasportatur u l-livell ta’ innovazzjoni
teknoloġika. Il-bejjiegħa
elettroniċi għandhom sfida speċifika matul perjodi ta'
quċċata bħall-Milied fejn il-kapaċità tal-operatur tista’
ma tkunx suffiċjenti biex taqdi d-domanda. Din hija kwitsjoni ewlenija għat-tkabbir u
l-bejgħ, minħabba l-importanza ta’ dan il-perjodu għall-fatturat
annwali. Il-bejjiegħa elettroniċi jixtiequ
jikkontrollaw il-proċess tat-trasportazzjoni/tal-konsenja, u qed
jidħlu fi sħubijiet ma’ operaturi tal-konsenja. Kemm jekk jagħżlu li jżommu
l-immaniġġjar tal-operazzjonijiet ta' loġistika fuq livell
intern kif ukoll jekk jagħżlu li jissottokuntrattawhom, xorta
għandhom bżonn iktar informazzjoni u trasparenza mill-fornituri
tas-servizz tal-konsenja tagħhom. Għandhom
bżonn ukoll indikaturi tal-prestazzjoni miftiehma b’mod komuni
għat-trasportazzjonijiet tagħhom li jgħinuhom jadattaw
il-mudelli tan-negozju tagħhom għall-ħtiġijiet f’ħin
reali (immaniġġjar ta’ stokks, ħlasijiet, ritorn). L-iżvilupp ulterjuri tan-negozji
tagħho mhuwa mxekkel min-nuqqas ta’ netwerk ta’ konsenja strutturat madwar
il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom (għall-kuntrarju
ta’ sempliċi adattament tal-parti storika jew il-mudelli
tal-loġistika express).
Teħtieġ
iktar integrazzjoni biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tat-tkabbir. Il-kondiviżjoni aħjar
tal-informazzjoni u soluzzjonijiet iktar flessibbli li jirreaġixxu
għall-offerti ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom għandhom
itejbu drastikament l-operazzjonijiet tagħhom.
3.3 Sfidi
affrontati minn operaturi tal-konsenja
L-operaturi tal-konseni huma dawk
il-parteċipanti kollha li għandhom parti fit-trasportazzjoni ta’
oġġetti ordnati onlajn sal-konsenja finali lill-konsumatur u
jinkludu: trasportaturi, operaturi tal-pakketti u tal-loġistika, fornituri
ta’ servizzi oħra ta’ loġistika, operaturi postali u express
għas-Settur ta' min-Negozju għall-Konsumaturi. Is-settur tal-loġistika tradizzjonalment jopera
b'marġni ta' profitt baxx fi struttura ta’ spejjeż għoljin. Operaturi tal-konsenja jinsabu taħt
pressjoni enormi mill-bejjiegħa elettroniċi kbar (bejjiegħa li
jittrasportaw ħafna) biex jinnegozjaw tariffi baxxi. Min-naħa l-oħra, operaturi
tal-konsenja jesiġu tariffi sostenibbli f’terminu ta’ żmien twil biex
ikunu jistgħu jindirizzaw il-kostijiet fissi għoljin[39]. Ir-reġimi
nnegozjati tal-prezz mogħtija lil bejjiegħa li jitrasportaw
ħafna ma jistgħux ikunu estiżi għal bejjiegħa li
jibagħtu volumi baxxi, u naturalment lanqas għal konsumaturi
individwali. L-operaturi tal-konsenja qed ikunu dejjem
iktar konfrontati mit-talbiet tal-bejjiegħa elettroniċi li joffru,
f’perjodu qasir ħafna ta’ żmien, servizzi u alternattivi ġodda,
bi prezz baxx. Madankollu, jeħtieġu
ż-żmien biex jadattaw l-operazzjonijiet loġistiċi
tagħhom li huma kumplessi u suġġetti għal ħafna
limitazzjonijiet esterni.
Il-livell ta’
flessibbiltà li hu mistenni minnhom (u l-ħaddiema tagħhom) huwa wkoll
impenjattiv ħafna. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’
integrazzjoni bejn is-sistemi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi
tal-intrapriżi fil-katina tat-trasport u l-loġistika huwa ostaklu
ewlieni, speċjalment għat-trasportaturi iżgħar, u jillimita
serjament l-għażliet tagħhom rigward it-trasport disponibbli u
l-għażliet loġistiċi. Iktar
interoperabbiltà tista’ tħaffef l-iskambju tal-informazzjoni,
tiffaċilita l-konsolidazzjoni tal-bżonnijiet tat-trasport,
il-konsenja tal-pakketti u l-fatturar, tiffaċilita t-trasport komodali u
tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi u ta’ implimentazzjoni tal-IT[40].
4. L-adegwatezza
tal-qafas regolatorju u istituzzjonali attwali
Is-settur tal-konsenja huwa
suġġett għal varjetà ta’ regoli u regolamenti li għandhom
impatt fuq il-mod li bih jistgħu jkunu rranġati t-trasportazzjoni u
l-konsenja. L-iktar rilevanti huma dawk
deskritti u vvalutati hawn taħt: ·
Id-Direttiva
dwar is-Servizzi Postali[41] Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva
dwar is-Servizzi Postali huma ffukati fuq il-garanzija ta’ servizz postali
universali (bażiku).
Il-biċċa
l-kbira tad-dispożizzjonijiet tagħha huma applikabbli biss
għall-parti ż-żgħira tas-suq tal-pakketti li jaqa’
taħt l-obbligu tas-servizz universali (madwar 10 % tal-volumi
tal-pakkett)[42]. Ir-regoli li
jikkonċernaw il-forniment ta’ standard ta’ kwalità (minimu), il-prinċipji
li jikkonċernaw l-ispejjeż u l-prezzijiet, ir-regolamentazzjoni
tal-prezzijiet u l-informazzjoni u l-ġbir tad-dejta, huma direttament u
f’ħafna każijiet marbuta esklussivament mal-obbligu tas-servizzi
universali (USO). Ftit
dispożizzjonijiet – speċjalment l-Artikolu 19 dwar
proċeduri ta’ ilmenti – jippermettu xi miżuri regolatorji
addizzjonali fir-rigward tal-konsenja tal-pakketti lil hinn mill-kamp ta’
applikazzjoni tal-USO.
Dawk
id-dispożizzjonijiet fit-teorija jistgħu jkunu xierqa sabiex
jiġi indirizzat tħassib relatat mal-kwalità tas-servizz. Madankollu, ħafna mill-problemi li
kienu identifikati (konsenja mhix adattata, nuqqas ta’ servizz ta' ġbir
tal-prodotti, nuqqas ta’ alternattivi ta’ traċċar u nuqqas ta’
proċeduri ta’ ritorn;
nuqqas ta’ ċarezza
rigward ir-responsabbiltà f’każijiet ta’ telf, serq, ħsara jew
dewmien u nuqqas ta’ trasparenza/informazzjoni dwar is-servizzi), mhux se jkunu
koperti. Fl-aħħar nett, il-qafas
regolatorju attwali għal servizzi postali mhuwiex imfassal biex jindirizza
l-ħtiġijiet tal-konsumaturi li jixtru onlajn. ·
Il-qafas
dwar il-protezzjoni tal-konsumatur:
Għandu jkun
mistenni titjib ulterjuri fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni
tal-konsumatur (speċjalment fil-qasam tax-xiri onlajn) wara l-applikazzjoni
sħiħa tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva dwar
id-Drittijiet tal-Konsumatur (CRD) sat-13 ta’ Ġunju 2014. Bosta dispożizzjonijiet tas-CRD se
jżidu l-informazzjoni u t-trasparenza, bħal (a) l-eliminazzjoni ta’
tariffi moħbija u trasparenza akbar tal-prezzijiet għall-kuntratti
mill-bogħod u dawk mhux fuq il-post; (b) perjodu itwal għad-dritt
tal-irtirar (14-il ġurnata);
(c) drittijiet
aħjar għal rifużjoni (pereżempju rimborż
tal-ispejjeż tal-konsenja fejn applikabbli); (d) il-possibbiltà għall-konsumatur li juża mudell
ta' formola għall-irtirar (fejn id-dettalji ta’ kuntatt u l-indirizz
tar-ritorn għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar); (e) rekwiżiti ta’ informazzjoni
ċari dwar l-ispejjeż ta’ ritorn tal-oġġett mixtri
fil-każ ta’ irtirar.
Is-CRD se jkollha
impatt ukoll fuq servizzi ta’ konsenja ta’ pakketti, minħabba li dawn
is-servizzi, speċifikament fir-rigward tal-konsenja tal-oġġetti
lill-konsumaturi, jiffurmaw parti mill-kuntratti mill-bogħod u mhux fuq
il-post koperti mis-CRD.
Is-CRD, ladarba tkun
implimentata, għandha l-potenzjal li żżid il-fiduċja
tal-konsumatur f’xirjiet transfruntiera. Madankollu,
ma tindirizzax tħassib dwar prezzijiet għall-konsenja ta’ pakketti; is-CRD lanqas ma tipprovdi bażi
għall-kjarifikazzjoni tar-responsabbiltà potenzjali tal-operaturi
tal-konsenja jew għal fatturi addizzjonali tal-kwalità (għażliet
ta’ traċċar, servizzi ta’ ġbir, eċċ) li jistgħu
jkunu mistennija min-naħa tal-konsumaturi onlajn. Il-proposta għal
Regolament dwar Liġi Ewropea Komuni dwar il-Bejgħ (Common European
Sales Law (CESL)[43],
tistabbilixxi sett ta’ regoli kuntrattwali uniformi awtonomi applikabbli
f’kuntratti transfruntiera B2C u B2B. Il-proposta
tinkludi regoli dwar konsenja ta’ oġġetti u kontenuti diġitali,
b’mod partikolari għall-kuntratti tal-bejgħ li jinvolvu l-ġarr
ta’ oġġetti minn trasportatur. Dawn
ir-regoli japplikaw biss meta l-partijiet jagħżlu l-Liġi Ewropea
Komuni dwar il-Bejgħ.
Bħad-Direttiva
dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, CESL futura mhix se tindirizza
t-tħassib dwar konsenja ta’ pakketti relatat ma’ prezzijiet
eċċessivi jew ċerti fatturi ta’ kwalità. Il-proposta ġdida
tal-Kummissjoni għal Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim[44] (ADR) għal tilwim tal-konsumatur għanda
l-għan li ttejjeb iktar il-protezzjoni tal-konsumatur f’termini ta’
soluzzjoni ta’ tilwim
Dispożizzjonijiet
eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li jindirizzaw il-konsenja
(postali) tal-pakketti, (Artikolu 19 tad-Direttiva dwar is-Servizzi
Postali) se jkunu msaħħa iktar mil-leġiżlazzjoni ADR[45]. ·
Il-liġi
tal-kompetizzjoni:
Prezzijiet
għall-konsenja tal-pakketti barra mis-servizz universali mhumiex
suġġetti għal regolamentazzjoni speċifika għas-settur,
iżda huma suġġetti għal-liġi tal-kompetizzjoni. L-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE huma
applikabbli direttament.
Fis-suq tal-pakketti
transfruntiera intra-UE, il-liġi tal-kompetizzjoni (hawnhekk: l-Artikolu 102 TFUE) pereżempju
tinkiser jekk operatur tal-konsenja tal-pakketti (transfruntiera) dominanti
ikun involut f’imġiba kummerċjali predatorja sabiex jevita
d-dħul għas-suq transfruntiera tal-pakketti. L-Artikolu 101
tat-TFUE jipprojbixxi ftehim bejn impriżi li jistgħu jaffettwaw
il-kummerċ bejn l-Stati Membri u li għandhom bħala għan jew
effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni
tal-kompetizzjoni fis-suq intern. ·
F’ċerti
limiti, is-settur tal-konsenja huwa suġġett ukoll
għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi[46] u l-miżuri ta’ implimentazzjoni
nazzjonali rispettivi.
Iż-żewġ
aspetti li ġejjin haqqhom enfasi speċjali fil-kuntest tal-kummerċ
elettroniku u l-konsenja relatata: o
Fl-Artikolu 20(2)
tagħha, id-Direttiva dwar is-Servizzi tinkludi projbizzjoni ta'
diskriminazzjoni fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess
għal servizz abbażi tal-post ta' residenza tar-riċevitur. Għaldaqstant għandu l-għan
li jiffaċilita s-servizzi tal-konsenja fuq bażi transfruntiera. Fit-8 ta’ Ġunju 2012,
is-servizzi tal-Kummissjoni ħarġu gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan
l-obbligu ta’ nondiskriminazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali[47]. Dan għandu jirriżulta fi trasparenza
msaħħa fl-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet ta’ konsenja (qabel
l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva Ewropea tad-Drittijiet
tal-Konsumatur) u għandu jnaqqas il-frustrazzjonijiet tal-konsumatur meta
jkun imċaħħad forniment abbażi tar-residenza. Il-gwida tiċċara wkoll li
l-argument minn negozju li mhemmx alternattiva għall-konsenja rarament
jista' jiġi invokati bħala raġuni leġittima
għar-rifjut tal-konsenja ta’ oġġett mixtri fi Stat Membru speċifiku
minħabba l-eżistenza ta’ servizzi postali universali
bażiċi. o
L-Artikolu 22
tad-Direttiva dwar is-Servizzi, li għandu x’jaqsam ma' rekwiżiti ta’
informazzjoni għal fornituri ta’ servizzi, għandu l-għan li
jiżgura li informazzjoni partikolari dejjem hija pprovduta b’mod aċċessibbli
faċilment għar-riċevituri tas-servizz (pereżempju l-isem u
d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur; termini
u kundizzjonijiet ġenerali;
prezz tas-servizz). ·
It-trasport u kwistjonijiet relatati ma’
loġistika fil-livell tal-UE u dak internazzjonali huma koperti minn
għadd ta’ regoli, speċjalment fil-kuntest tat-tlestija tas-suq intern
għal kwistjonijiet ta’ trasport, ambjentali (pereżempju
d-dekarbonizzazzjoni tal-katina tal-provvista, it-tnaqqis tat-tniġġis
mill-vetturi) u ta’ sigurtà.
Inizjattivi ta’
politika ewlenin huma stabbiliti fil-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan
Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport” u l-inizjattiva li
ġejja dwar it-trasport tal-merkanzija elettroniku[48]. ·
Regoli
rilevanti oħra
li jistgħu jaffettwaw is-settur jinkludu dawk li jittrattaw kwistjonijiet
bħall-ippjanar urban, is-sorveljanza tas-suq, il-VAT, il-kundizzjonijiet
tax-xogħol, u fil-każ ta’ kummerċ estern, id-dwani, is-sigurtà u
kwistjonijiet internazzjonali oħrajn: o
L-ippjanar
urban: Riċentiment, ħafna
Stati Membri bdew jintroduċu regoli speċifiċi dwar it-traffiku
fiċ-ċentri tal-bliet (u anke lil hinn minn dawn l-inħawi) sabiex
pereżempju, jnaqqsu t-tniġġis tal-arja bħala parti
mill-politika usa’ tagħhom dwar kwalità tal-arja[49]
aħjar jew biex jippreservaw il-wirt kulturali tagħhom. Dawn ir-regoli nazzjonali jistgħu
jaffettwaw is-soluzzjonijiet kummerċjali ta’ operaturi tal-konsenja li
jeħtieġ li jaġġustaw il-ħinijiet tal-ġbir u
tal-konsenja tagħhom f’perjodi ta’ ħin disponibbli jew saħansitra
biex jiżguraw konsenja b’mezzi oħra (pereżempju bir-roti) peress
li t-traffiku urban jista’ jkun ipprojbit f’ċertu ħinijiet. o
Is-sorveljanza
tas-suq għall-prodotti
is-settur
tal-konsenja huwa suġġett ukoll għad-dispożizzjoni
tas-sorveljanza tas-suq[50]. Dawn japplikaw irrispettivament
mill-kanal tad-distribuzzjoni, inkluża d-distanza u l-bejgħ
elettroniku u jipprevedu kontrolli ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE
mill-awtoritajiet tad-dwana u tas-sorveljanza tas-suq. Pereżempju, meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
isibu li prodott li jidħol fl-UE, permezz ta’ operatur tal-konsenja, ma
jikkonformax mal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-awtoritajiet għandhom
jieħdu azzjoni xierqa, li tista’ tinkludi, jekk ikun hemm bżonn, li
l-prodott jiġi pprojbit milli jitqiegħed fis-suq. Dan għandu impatt dirett fuq l-operatur
tal-konsenja li jista’ jkollu jirritorna l-prodotti jew li, f’xi każijiet
jistgħu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni li fiha l-prodotti jinqerdu
mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq. o
VAT: Regoli u rati nazzjonali tal-VAT jista’
jkollhom impatt fuq ix-xerrejja u fuq l-għażla tas-servizzi
tal-konsenja. Jekk servizz tal-konsenja huwa
parti minn servizzi postali pubbliċi, dan ikun eżentat mill-VAT, jekk
le, l-utenti ta’ tali servizz (jistgħu) jġarrbu l-ispejjeż
tal-VAT[51]. Ir-rati tal-VAT għas-servizzi tal-konsenja
jvarjaw ukoll fost l-Istati Membri. Dan
jista’ jkollu impatt fuq il-flussi kummerċjali intra-UE. o
Il-kundizzjonijiet
tax-xogħol: Is-settur tal-konsenja huwa
tradizzjonalment meqjus bħala wieħed intensiv mil-lat ta'
ħaddiema, fejn l-ikbar sehem tal-ispejjeż huwa relatat
mal-aħħar mil tal-konsenja. Fl-isfond
ta’ dan, ġew żviluppati ħafna soluzzjonijiet ta' “ħallas
għas-servizz tal-konsenja” fis-settur tal-konsenja (pereżempju
tariffa fissa għall-konsenja; għal
kull oġġett ikkonsenjat), anke skont il-qafas regolatorju applikabbli[52]. o
Dwana u
kwistjonijiet internazzjonali oħrajn: Hemm varjetà ta’ regoli oħra li jirriżultaw jew
mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali jew mid-dritt tal-UE, li jista'
jkollhom impatt fuq soluzzjonijiet transfruntiera tal-konsenja, inklużi
flussi intra-UE. Pereżempju, operaturi
tal-konsenja li jesportaw lejn u li jimportaw minn pajjiżi terzi huma
suġġetti għall-proċeduri ta’ dwana u r-rekwiżiti ta’
sigurtà li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali (pereżempju
r-regoli tal-Unjoni Postali Universali (UPU); ir-regoli tal-ICAO) jew mid-dritt tal-UE (pereżempju
Kodiċi Doganali Komunitarju[53]; ir-Regolament 2320/2002 dwar
is-sigurtà tal-avjazzjoni). o
Barra minn
hekk, l-operaturi postali nazzjonali huma suġġetti għal regoli
speċifiċi tal-Unjoni Postali Universali. Mistoqsijiet: il-qafas regolatorju u
istituzzjonali għas-suq tal-konseja tal-pakketti fl-UE 1)
Għall-finijiet
ta’ din il-Green Paper, ‘pakkett’ huwa ddefinit fis-sens l-iktar wiesa’ u
jinkludi l-oġġetti kollha li jiżnu sa 30 kg. Hemm xi
elementi partikolari li fl-opinjoni tiegħek huma ta’ rilevanza krucjali
għall-kwalifika bħala "pakkett" fil-kuntest tal-ambizzjoni
biex jinkiseb suq tal-konsenja tal-pakketti iktar integrat u li jiffunzjona aħjar
fl-UE[54]? 2)
Il-qafas
eżistenti huwa ostaklu għall-ħolqien ta’ suq tal-konsenja
tal-pakketti integrat u verament Ewropew li jaqdi l-ħtiġijiet u
l-aspettattivi kemm tal-bejjiegħa elettroniċi, tal-konsumaturi u
tal-ħaddiema f’dan is-settur? Jekk iva b’liema mod? 3)
Liema
huma l-iktar tliet sfidi importanti li jippreżenta l-qafas regolatorju? X’jista’ jsir biex jgħinek
tirreaġixxi, fuq medda qasira ta' żmien u fit-tul, għal dawn
l-isfidi? 4)
Fil-fehma
tiegħek hemm diskrepanzi regolatorji jew bżonn għal
miżuri/regolamentazzjoni addizzjonali? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.
5. Lejn
suq tal-konsenja tal-pakketti integrat verament Ewropew
Abbażi ta’ analiżi tal-qafas
regolatorju u istituzzjonali eżistenti, il-kapitoli li ġejjin se
jiffukaw fuq tliet kwistjonijiet ewlenin li huma meqjusa bħala strumentali
għall-ħolqien ta’ suq tal-konsenja tal-pakketti tal-UE integrat li
jipprovdi, kemm lill-bejjiegħa elettroniċi kif ukoll lill-konsumaturi
tagħhom, is-soluzzjonijiet ta' konsenja li jeħtieġu: ·
Konvenjenza: Konvenjenza u trasparenza ikbar
għall-konsumaturi[55]. ·
Spejjeż: Iktar soluzzjonijiet tal-konsenja
kosteffettivi speċjalment fuq livell transfruntiera. ·
Interoperabbiltà: Livell ikbar ta’ interoperabbiltà bejn
operaturi fil-katina tal-konsenja kollha, u koordinazzjoni aħjar
bejn il-bejjiegħa elettroniċi u l-operaturi tal-konsenja. Fit-taqsimiet li ġejjin, qed
jiġu ttestjati aspetti differenti ta’ dawn it-tliet għanijiet sabiex
ikunu identifikati bl-aħjar mod soluzzjonijiet possibbli għat-titjib
tas-sitwazzjoni attwali.
Barra minn hekk, qed
titiqes l-evalwazzjoni tal-limitu safejn swieq effiċjenti jistgħu
jkunu jistgħu jipproduċu r-riżultati mixtieqa, jew jekk
għandhomx jiġu ppjanati bidliet għall-qafas superviżorju
jew regolatorju attwali.
5.1 Titjib
tal-esperjenza tal-konsumatur u tal-konvenjenza
5.1.1
Iktar trasparenza
Meta wieħed jixtri onlajn, jistenna
li l-konsumaturi jkunu pprovduti iktar informazzjoni dwar alternattivi ta’
konsenja possibbli, il-prezzijiet assoċjati tagħhom u l-livelli ta’
servizz, u l-modalitajiet prattiċi tal-konsenja (jiġifieri l-ħin
u l-post tal-konsenja).[56] Matul il-proċess tal-konsenja u
wara, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jikkondividu l-opinjoni
tagħhom dwar il-kwalità reali tas-servizzi ta' konsenja li jkunu
rċivew. Informazzjoni iktar trasparenti
dwar il-prestazzjoni attwali tal-konsenji, speċjalment għax-xiri
transfruntiera, tista’ taqdi diversi għanijiet. L-ewwel u qabel kollox, se tippermetti lill-konsumaturi
jagħmlu għażliet iktar infurmati għax-xiri sussegwenti
tagħhom - u fejn possibbli,– jagħżlu l-alternattiva ta' konsenja
li jafdaw l-iktar u li hija l-iktar adattata għall-ħtiġijiet
tagħhom. It-tieni, trasparenza
msaħħa se toħloq ukoll inċentiv għall-operaturi
tal-konsenja biex itejbu iktar il-prestazzjoni tagħhom. It-tielet, il-ftuħ ta’ din il-“kaxxa
sewda” ta’ konsenja se jgħin ukoll biex tinbidel il-perċezzjoni
tal-konsumaturi tal-konsenja reali f’każijiet fejn din il-perċezzjoni
kienet żbaljata jew mhux realistika. Qed jiġu alternattivi differenti
biex tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-prestazzjoni tal-konsenja
għall-pakketti.
Mistoqsijiet: titjib tal-esperjenza u
tal-konvenjenza tal-konsumatur – iktar trasparenza 5)
Informazzjoni
dwar alternattivi u modalitajiet tal-konsenja a) Liema informazzjoni[57] għandha tkun disponibbli
għall-konsumaturi fuq is-sit elettroniku tal-bejjiegħa
elettroniċi (isem u dettalji ta’ kuntatt tal-operatur(i) tal-konsenja,
il-prezz tal-konsenja, il-ħin u l-post tal-konsenja, informazzjoni dwar
kif inhuma indirizzati l-ilmenti, l-alternattivi ta' traċċar,
l-alternattiva tar-ritorn)? b) B’kunsiderazzjoni għar-riskju ta’
informazzjoni eċċessiva, x’jista' jsir biex il-konsumaturi jkunu
pprovduti fil-ħin opportun informazzjoni ċara, trasparenti u
komparabbl dwar il-konsenja? 6)
Informazzjoni
dwar il-kwalità/il-prestazzjoni tal-konsenja a)
Indikaturi
tal-prestazzjoni huma
relatati pereżempju mal-konsenja mgħaġġla, mal-kopertura
ġeografika tal-operatur tal-konsenja, ma’ oġġetti li jaslu tard,
bil-ħsara jew li jintilfu.
Kif tista’ tkun
imkejla u miġbura din l-informazzjoni relatata mal-prestazzjoni ? Il-pubblikazzjoni tar-riżultati ta’
dawn l-indikaturi tal-prestazzjoni toħloq valur miżjud
għall-konsumaturi?
Hemm bżonn li
jkunu żviluppati standards li jimmonitorjaw tali livelli ta’ prestazzjoni? b)
It-tikketti
ta’ fiduċja
(pereżempju ċertifikat maħruġ minn assoċjazzjoni
tal-industrija li l-proċess tal-konsenja ta’ operatur jista’ jkun fdat
peress li jissodisfa r-rekwiżiti bbażati fuq l-aħjar prattika),
joffru mod iktar effiċjenti li jżid il-fiduċja tal-konsumaturi? c)
Ċertifikazzjoni
ISO ta’ proċess tal-kwalità li jimmira lejn konsenja effiċjenti, tkun
għodda xierqa li żżid il-fiduċjatal-konsumaturi? 7)
Superviżjoni
indipendenti: Min
għandu jmexxi l-monitoraġġ tal-prestazzjoni: organizzazzjoni industrijali, korp,
regolatur?
5.1.2
Jiġu pprovduti
servizz aħjar u iktar salvagwardji għall-konsumaturi
Filwaqt li l-konsumaturi jagħtu
importanza lill-konsenja tal-pakketti tagħhom, mhux neċessarjament
jafu ħafna dwar it-tip ta’ operatur tal-konsenja li jipprovdi servizzi ta’
konsenja. Dak li jikkonċernahom
l-iktar huwa lil min jistgħu jikkuntatjaw meta jkollhom mistoqsijiet dwar
il-konsenja u min se jagħtihom risposti malajr u informazzjoni
preċiża. Dan huwa partikolarment rilevanti
f’sitwazzjonijiet transfruntiera, li normalment jinvolvu diversi operaturi
tal-konsenja. Il-qafas regolatorju eżistenti
jkopri biss parti mill-ħtiġijiet tal-konsenja ta’ konsumaturi li
jixtru onlajn. Id-Direttiva tal-UE dwar
is-Servizzi Postali ma kinitx imfassla għall-ambjent tal-kummerċ
elettroniku, u operaturi postali huma biss wieħed mill-għadd ta’
parteċipanti fil-konsenja tal-pakketti. Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tipprevedi
ħafna salvagwardji għall-konsumaturi li jixtu onlajn
bħan-notifikazzjoni tal-prezz, il-konsenji mdewma u l-proċessi ta'
ritorn. Kwistjonijiet speċifiċi
relatati mal-konsenja jistgħu jibqgħu ta’ tħassib
għall-konsumaturi u jistgħu jkunu meħtieġa iktar
salvagwardji speċifiċi. Is-servizz postali universali attwali
jipprovdi biss ‘xibka ta’ sikurezza’ għal dawk li jibagħtu pakketti
okkażjonalment.
Xi partijiet
interessati argumentaw li t-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fit-taqsmima
B2C u l-importanza ta’ konsenja konvenjenti tul-aħħar mil tista’
tesiġi definizzjoni ġdida (ta’ servizz universali) li
teħtieġ li tkun allinjata aktar mill-qrib mal-aspettattivi ta’
konsumaturi onlajn. Tali servizz universali
“ġdid” għandu jissodisfa d-domandi tal-konsumaturi f’termini ta’
livell minimu ta’ konvenjenza – speċjalment f’termini ta’ informazzjoni
dwar il-proċess tal-konsenja u l-alternattivi għar-ritorn ta'
oġġetti u jissofisfa d-domandi tal-bejjiegħa elettroniċi
f’termini ta’ traċċar u affordabbiltà tal-offerta kummerċjali
tagħhom. Huwa argumentat li, meta
konsumaturi jridu elementi li jmorru lil hinn minn dawn l-istandards minimi ta’
kwalità ; is-swieq joffru opzjonijiet u
servizzi alternattivi li jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet iktar
avvanzati. Mistoqsijiet: iktar esperjenza u konvenjenza
tal-konsumatur – servizzi aħjar u iktar salvagwardji 8)
Skop u
ambitu possibbli ta’ servizzi ta’ konsenja universali għall-pakketti: a)
Hemm
bżonn ta’ obbligu ta’ servizz universali ġdid li jindirizza
l-ubikwità, l-affordabbiltà u l-kwalità tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti? b)
Jekk iva,
x’jistgħu jkunu l-karatteristiċi ewlenin ta’ dan is-servizz
universali ‘ġdid’ (f’termini ta’ livelli ta’ servizz, konvenjenza u
affordabbiltà)? c)
Mill-perspettiva
ta’ operatur tal-konsenja, taħseb li servizz universali (tal-pakketti)
jkun fattibbli f’termini ta’ spiża/profittabbiltà? Jekk iva, f’liema livell? d)
Liema jkunu
l-aħjar għodod sabiex ikun implimentat tali kunċett
(pereżempju linjigwida;
reviżjoni
tad-Direttiva Postali;
strument regolatorju
ġdid b’setgħat imsaħħa tal-awtoritajiet regolatorji
nazzjonali)? 9)
Titjib
tal-esperjenza tal-konsumatur a)
B’kunsiderazzjoni
għas-sett ta’ drittijiet tal-konsumatur eżistenti, kif jistgħu
jkunu indirizzati b’mod effettiv it-tħassib u l-ilmenti tal-konsumatur
dwar il-konsenja? b)
Għandek
xi tħassib dwar reġimi ta’ responsabbiltà[58] fil-każ ta’ telf jew dannu
tal-pakketti? X’jista’ jsir biex titjieb
is-sitwazzjoni? c)
Jistgħu
l-industrija tal-kummerċ elettroniku u l-operaturi tal-konsenja
jippreżentaw soluzzjonijiet iktar proattivi biex jirreaġixxu
aħjar għall-konsumaturi?
X’azzjonijiet
jistgħu jittieħdu malajr biex itejbu s-sitwazzjoni fuq medda qasira
ta' żmien? Liema soluzzjonijiet fuq medda
medja sa medda twila ta’ żmien jistgħu jitħejjew?
5.2 Soluzzjonijiet
tal-konsenja iktar effettivi u kompetittivi
Il-konsumaturi u l-bejjiegħa
elettroniċi kumplessivament iqisu l-livelli tal-prezzijiet attwali
bħala għoljin wisq
B’kuntrast,
l-operaturi jargumentaw li diġà qed jaħdmu b’marġnijiet baxxi u
li huma meħtieġa prezzijiet sostenibbli sabiex tkun żgurata
l-vijabbiltà ekonomika tagħhom fit-tul.
5.2.1
Kontroll tal-ispejjeż
Kif deskritt hawn fuq, il-prezzijiet
għall-konsenja transfruntiera ta’ pakketti hija meqjusa għolja
ħafna b’mod partikolari għal dawk li jibagħtu volumi
żgħar. Din it-taqsima tesplora
l-alternattivi li jistgħu jsaħħu l-kosteffiċjenza
tas-servizzi ta’ konsenja, li permezz tagħhom jista' jkun tnaqqis
fl-ispejjeż li jgħaddi għand l-utenti ta’ dawn is-servizzi. L-istrutturi tal-ispiża ivarjaw
konsiderevolment bejn l-operaturi peress li fatturi ġeografiċi u
individwali (bħad-densità, il-volumi, il-limitazzjonijiet
taż-żmien) jistgħu jvarjaw. It-tariffi ppubblikati huma tipikament ibbażati fuq
piż medju, livelli tal-assigurazzjoni u veloċità, iżda dawn mhux
neċessarjament ikopru l-ispejjeż reali mġarrba mill-operaturi[59]. Il-konsenja B2C, speċjalment
għall-pakketti, hija meqjusa bħala wahda għaja mill-operaturi
tal-konsenja. Is-soluzzjonijiet li qed
jitħejjew sabiex jiżguraw is-suċċess tal-ewwel tentattiv
ta' konsenja (bħal bażi tad-dejta aġġornata bl-indirizzi,
informazzjoni minn qabel dwar il-konsenja) jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż
żejda. Disinn differenti
tal-operazzjonijiet tal-konsenja (bħal punti ta’ konsenja jew kjoskijiet
tal-pakketti) jista’ jkollhom ukoll il-potenzjal li jillimitaw l-ispejjeż
tal-konsenja. Konsolidament akbar ta’ volumi
żgħar, speċjalment mill-SMEs, joffri wkoll potenzjal
għat-tnaqqis kumplessiv tal-ispejjeż. Iktar sinerġiji bejn l-operaturi se
jiġġeneraw iktar effiċjenza f’suq xprunat mill-ekonomiji ta’
skala. F’kuntest transfruntiera, huma se
jsaħħu wkoll il-fluwidità tal-flussi tal-pakkett. Mistoqsijiet: soluzzjonijiet iktar
kosteffettivi u kompetittivi tal-konsenja– kontroll tal-kostijiet 10)
Jistgħu
jkunu previsti alternattivi differenti biex ikunu kkontrollati l-ispejjeż: a)
Hemm xi
eżempji pendenti ta' soluzzjonijiet alternattivi għall-konsenji jew
prattiki tajbin għalihom li jippermettu tnaqqis tal-kostijiet? b)
Hemm xi
eżempju pendenti tal-aħjar prattiki biex tiżdied
l-effiċjenza[60]? c)
X’tip ta’
teknoloġija tista’ tnaqqas l-ispiża tal-konsenja? d)
Fil-fehma
tiegħek, x’jista’ jsir biex jitneħħew jew jitnaqqsu l-limitazzjonijiet
regolatorji nazzjonali mingħajr ma jitpoġġa f’riskju l-ksib
tal-objettivi sottostanti tagħhom[61]?
5.2.2
Prezzijiet kompetittivi iżda sostenibbli
Il-ħtieġa ta' tariffi
sostenibbli L-operaturi ta’ pakketti huma
mħassba miż-żidiet potenzjali fl-ispejjeż li jistgħu
jkunu riflessi fi prezzijiet ogħla għall-konsumaturi. Fl-istess ħin, il-konsumaturi qed
jidraw ‘offerti ta’ trasportazzjoni b’xejn’, li minħabba fihom
jistgħu jissottovalutaw l-ispejjeż operazzjonali u soċjetali
reali marbuta mal-operazzjonijiet tal-konsenja. Bejjiegħa elettroniċi kbar
jistgħu jinnegozjaw tariffi minħabba l-volumi tagħhom. Il-pressjoni fuq il-marġnijiet
tal-operaturi tista’ tkun sinifikanti, filwaqt li jeħtieġ li dawn
l-operaturi jagħmlu investimenti ġodda biex jadattaw l-operazzjonijiet
tagħhom għad-domandi tal-kummerċ elettroniku. Il-kunċett ta’ “sostenibbiltà"
ta’ prezzijiet f’din it-taqsima jirreferi għal prezzijiet li jirriflettu
l-ispejjeż reali tas-servizz sottostanti kemm għall-fornituri
tas-servizz (jiġifieri il-profitabbiltà fit-tul tagħhom) kif ukoll
għas-soċjetà b'mod ġenerali (pereżempju f’termini
ambjentali u soċjali) – fuq is-suppożizzjoni, madankollu li s-swieq
nazzjonali u dawk transfruntiera tal-konsenja huma kompetittivi biżżejjed
u għaldaqstant effiċjenti. Mistoqsijiet: prezzijiet kompetittivi iżda
sostenibbli – sostenibbiltà u trasparenza tat-tariffi 11)
Sostenibbiltà
tat-tariffi: a)
Taħseb
li l-livell attwali tat-tariffi imposti fuq il-konsumaturi għal konsenji
sad-dar huwa sostenibbli fuq medda qasira jew twila ta' żmien? Jekk le, x’għandu jsir biex dan ikun
mitigat? b)
L-ispiża
reali tal-konsenja mġarrab mill-bejjiegħa elettroniċi
għandha tkun iktar trasparenti għall-konsumaturi? Jekk iva, għalfejn? c)
L-ispejjeż
reali tal-konsenja għas-soċjetà inġenerali għandhom ikunu
iktar trasparenti? Jekk iva, għalfejn? U kif? Swieq tal-konsenja iktar
kompetittivi Il-konsumaturi ħafna drabi
jipperċepixxu l-għażla tas-soluzzjonijiet tal-konsenja
bħala waħda limitata ħafna minħabba n-nuqqas
tat-trasparenza tas-suq, u l-istat reali - jew l-istat perċepit –
tal-kompetizzjoni fis-suq.
F’xi każijiet,
is-swieq tal-konsenja rilevanti jistgħu jkunu ddominati minn għadd
żgħir ta’ operaturi li l-imġiba tagħhom żżomm
lura lill-bejjiegħa elettroniċi u lill-konsumaturi milli jibbenefikaw
mill-benefiċċji sħaħ ta’ swieq verament kompetittivi. Jistgħu jkunu previsti
soluzzjonijiet regolatorji ex-ante speċifiċi
għall-benefiċċju tal-konsumaturi billi s-swieq tal-konsenja
jsiru kompetittivi fuq bażi sostenibbli. Mistoqsijiet: prezzijiet kompetittivi iżda
sostenibbli – swieq tal-konsenja iktar kompetittivi 12)
Livell
ta’ kompetizzjoni fis-swieq tal-konsenja: a)
Fl-liema
swieq jew setturi tas-swieq tkun essenzjali iktar kompetizzjoni? b)
Il-pubblikazzjoni
tat-tqabbil tal-prezzijiet tkun tista' tipprovdi iktar ċarezza għall-konsumaturi
u l-SMEs Kif jista’ jsir dan? X’se jkunu l-vantaġġi u
l-iżvantaġġi? 13)
Sorveljanza
u regolamentazzjoni:
Miżuri
regolatorji ex-ante (bħall-obbligi tat-trasparenza, l-obbligi
tal-forniment ta’ aċċess għal netwerks tal-konsenja, u l-obbligu
li t-tariffi jkunu orjentati lejn l-ispiża) imposti fuq operaturi
tal-konsenja b’saħħa sinifikanti fis-suq, jistgħu jwasslu
għal swieq iktar kompetittivi. a)
Liema jkunu
s-swieq rilevanti li għandhom jitqiesu f’dan ir-rigward? b)
X’inhuma
l-ispeċifiċitajiet tal-operazzjonijiet transfruntiera li jistgħu
jiġġustifikaw il-limitazzjonijiet tal-ispiża? Jekk jogħġbok speċifika: c)
Ir-regolatur
għandu jkollu iktar informazzjoni dwar dejta għall-kontabbiltà
tal-ispejjeż biex jivvaluta aħjar l-istruttura tal-prezzijiet u tal-ispejjeż
tal-pakketti? d)
Ir-regolaturi
u/jew l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni għandu jkollhom rwol iktar
attiv fis-sorveljanza tas-swieq nazzjonali jew is-setturi tas-suq
ikkonċernati?
Iktar prezzijiet kompetittivi
għal servizzi ta’ konsenja transfruntiera Il-prezzijiet għal servizzi
transfruntiera huma ta’ tħassib partikolari għall-konsumaturi u
l-bejjiegħa elettroniċi, speċjalment l-SMEs. It-tariffi jvarjaw b’mod sinifikanti[62] anke għal ordnijiet li jinkludu
l-istess varjetà ta’ oġġetti u mibgħuta fl-istess destinazzjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li
jkunu identifikati soluzzjonijiet li jillimitaw l-impatt fuq il-prezzijiet
tal-konsenja transfruntiera u li jnaqqsu d-diskrepanza eżistenti bejn
il-prezz domestiku u l-prezz transfruntiera, fejn dan mhux iġġustifikat
oġġettivament. Mistoqsijiet: prezzijiet kompetittivi iżda
sostenibbli – prezzijiet iktar kompetittivi għal servizzi ta’ konsenja
transfruntiera 14)
Kif
jistgħu jkunu żgurati tariffi transfruntiera kompetittivi u
trasparenti? a)
Il-forzi
tas-suq għandhom jitħallew jipprovdu l-livelli ta’ tariffi u
l-livelli ta’ trasparenza mitluba mill-bejjiegħa elettroniċi u
mill-konsumaturi? b)
Iktar
superviżjoni regolatorja tikkontribwixxi għall-kisba ta’ prezzijiet
sostenibbli għall-konsumaturi? c)
Taħseb
li jekk ikun applikat xi tip ta’ limitu fuq il-konsenja transfruntiera ta’
pakketti individwali ikun alternattiva fattibbli u effettiva li tindirizza
l-ħtiġijiettal-bejjiegħa elettroniċi u l-konsumaturi? X’se jkun l-impatt ta’ dan il-limitu
tal-prezz fuq l-offerti u l-kompetizzjoni tas-suq?
5.3 Titjib
tal-interoperabbiltà tul il-katina tal-konsenja
Huma meħtieġa iktar trasparenza
u sħubijiet aħjar sabiex ikun indirizzat il-ħtieġa
tal-bejjiegħa elettroniċi li jifhmu aħjar x’jikkostitwixxu
l-aħjar prattiki ta' loġistika u konsenja u biex jikkomunikaw b’mod
effettiv l-alternattivi ta' konsenja li huma disponibbli
għall-konsumaturi.
Sħubijiet ta’
suċċess fiż-żewġ setturi u bejniethom se jkunu
deċiżivi għall-futur tal-kummerċ elettroniku.
5.3.1
Investiment sabiex jiżdied l-użu
tat-teknoloġija
Użu iktar ġeneralizzat ta’
traċċar jista' jagħti s-setgħa lill-konsumaturi, u
jippermettilhom jiddettaw il-post u l-ħin tal-konsenja. Dan itejjeb ir-rata ta' suċċess
tal-ewwel tentattivi tal-konsenja u għaldaqstant inaqqsu l-ispejjeż. Fl-istess ħin, il-bejjiegħa
elettroniċi jistgħu jiksbu informazzjoni xierqa u rilevanti u
għaldaqstant ikunu f’pożizzjoni li jimmaniġġjaw aħjar
l-istokks, jottimizzaw ir-rifużjoni u l-proċessi ta’ ritorn u
jissimplifikaw il-proċessi tal-amministrazzjoni. Mistoqsijiet: titjieb
l-interoperabbiltà—investiment fit-teknoloġija 15)
Livelli
ta’ investiment meħtieġa: a)
Safejn hu
possibbli li tkun evalwata, kemm fil-livell mikro kif ukoll fil-livell makro,
l-ispiża approssimattiva ta’ sistema ta’ traċċar
ġeneralizzata għall-pakketti? Liema
jkunu l-iktar parametri rilevanti li għandhom ikunu kkunsidrati? b)
Liema
proġetti pilota speċifiċi għall-konsenja ta’ prodotti ta’
kummerċ elettroniku jistgħu jkunu promossi possibbilment fi programmi
usa' li għandhom l-għan li jrawmu l-investiment fit-teknoloġiji
tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni[63]?
5.3.2
Sħubijiet imsaħħa bejn
il-bejjiegħa elettroniċi u l-operaturi tal-konsenja
L-operaturi normalment jiffukaw fuq
il-klijenti l-kbar tagħhom b’volumi kbar u għandhom inqas
inċentiv biex jinvestu fil-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi
tagħhom għal trasportaturi iżgħar, għalkemm
fil-prinċipju jkollhom il-potenzjal li jkabbru n-negozju tagħhom. Barra minn hekk, il-bejjiegħa
elettroniċi mhux dejjem huma konxji mis-soluzzjonijiet alternattivi
possibbli u l-offerti disponibbli. Mistoqsijiet: intejbu l-interoperabbiltà –
sħubijiet imsaħħa 16)
Sħubijiet
u kooperazzjoni: a)
Kooperazzjoni
aħjar bejn bejjiegħa kummerċkali u operaturi tal-konsenja
mistennija żżid l-interoperabbiltà tal-operazzjonijiet? Jek iva, x’jistgħu jagħmlu b’mod
speċifiku l-bejjiegħa u l-operaturi biex jwaqqfu sħubiji
ġodda jew itejbu dawk eżistenti? b)
Il-kapaċitajiet
ta’ kontinġenza għandhom ikunu żviluppati b’mod konġunt
biex jindirizzaw il-perjodi l-iktar attivi? Jekk iva, dan kif jista’ jsir? c)
Se tkun
teħtieġ is-servizzi ta’ faċilitaturi jew ta’ fornituri ta'
loġistika għal partijiet terzi? Kif
jistgħu jiżviluppaw, isiru magħrufa iktar jew iktar
viżibbli dawk is-servizzi ġodda jew ezistenti ?
5.3.3
Netwerks u pjattaformi interkonnessi
Il-bejjiegħa elettroniċi jiddependu fuq
l-ikkompletar tas-suq Uniku għall-konsenja ta’ xirjiet ta’ kummerċ
elettroniku. In-nuqqas ta’ integrazzjoni u
n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ trasferiment tad-dejta bejn sistemi ta’
informazzjoni differenti, huma ostaklu kbir għall-kummerċ transfruntiera
u se jkunu meħtieġa investimenti sinifikanti sabiex ikunu adattati
s-sistemi kurrenti.
Madankollu, meta operaturi postali li
jittrasportaw oġġetti internazzjonalment tpoġġew taħt
pressjoni mil-linji tal-ajru u l-awtoritajiet tad-dwana biex jilħqu standards
tas-sigurtà ogħla, wara l-identifikazzjoni ta’ riskji sinifikanti
għas-sigurtà, irnexxielhom isibu soluzzjonijiet biex jiskambjaw id-dejta
meħtieġa. Jista’ jkun meħtieġ
sforz simili li jiżgura li l-ħtiġijiet tal-kummerċ
elettroniku jkunu indirizzati b’mod konġunt mal-bejjiegħa
elettroniċi.
Is-servizzi tal-Kummissjoni diġà
nidew għadd ta’ azzjonijiet ta’ dimostrazzjoni li għandhom
l-għan li jtejbu l-kompetittività tas-settur tat-trasport u
tal-loġistika fl-Ewropa, permezz tal-użu intelliġenti ta’ teknoloġiji
tal-informazzjoni u b’mod partikolari jikkonnettjaw intrapriżi
iżgħar mal-ktajjen ta’ valur tat-trasport u l-loġistika
diġitali[64]. Mistoqsijiet: Titjieb l-interoperabbiltà -
interkonnessjoni 17)
Interkonnesssjoni
aħjar: a)
Jistgħu
l-pjattaformi tal-loġistika[65]
għal gruppi ta’ operaturi jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet
tal-bejjiegħa elettroniċi? Jekk
iva, kif? b)
Tista’ task
force industrijali[66]
tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u żżid l-użu ta’ teknoloġiji
ġodda li jiffaċilitaw livell ogħla ta’ interkonnessjoni? Jekk iva, kif? c)
Jistgħu
jitjiebu l-proċessi użati għar-ritorn ta’ oġġetti
(kemm fuq livell domestiku kif ukoll fuq livell transfruntiera)? Jekk iva, kif? d)
Ir-rekwiżiti
tal-interoperabbiltà u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda huma diffiċli
għall-SMEs li joperaw fil-katina tal-konsenja? Liema azzjonijiet jistgħu jgħinu biex jiġu
mitigati dawn id-diffikultajiet? e)
Liema huma
(jekk hemm) it-tliet azzjonijiet ewlenin li jistgħu jtejbu
l-interoperabbiltà fuq il-fruntieri tal-UE għat-trasportazzjoni ta'
oġġetti ordnati onlajn[67]? X’jista’
jsir biex titjieb is-sitwazzjoni fuq medda qasira ta' żmien, x’inizjattivi
jistgħu jittieħdu fuq medda medja sa medda twila ta' żmien? Barra minn hekk, x’hemm bżonn li
jsir biex titjieb l-interoperabbiltà fil-livell internazzjonali?
6. Governanza
għal suq Ewropew integrat għall-konsenja tal-pakketti
Ix-xenarju futur tal-kummerċ
elettroniku Ewropew se jkun iffurmat b’mod partikolari mill-kapaċitajiet u
n-netwerks tal-konsenja li se jkunu stabbiliti fil-futur qrib? Dawn il-bidliet u l-impatt tagħhom
fuq is-settur tal-kummerċ elettroniku jeħtieġ li jkunu
mmonitorjati u għandhom ikunu kkoordinati sforzi li jippromwovu ambjent
ta’ konsenja Ewropew effiċjenti u sostenibli għall-kummerċ
elettroniku. Xi parteċipanti ewlenin diġà
għandhom pjattaformi għall-koordinazzjoni,pereżempju il-Grupp
Ewropew tal-Pakketti li jlaqqa’ flimkien operaturi postali eżistenti. Fir-rigward tar-regolaturi, il-Grupp
Ewropew tar-Regolaturi tas-Servizzi Postali[68]
għandu l-għan li jiffaċilita l-koordinazzjoni u
l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti
bl-għan li jiżgura applikazzjoni konsistenti tad-Direttiva dwar
is-Servizzi Postali
Bħalissa
l-attivitajiet u r-rwoli tagħhom ma jkoprux il-firxa sħiħa
tal-attività tal-kummerċ elettroniku. Fora ġodda jistgħu jkollhom parti fil-ħolqien
ta’ suq uniku Ewropew tal-konsenja għall-kummerċ elettroniku. Jinħtieġu kooperazzjoni,
superviżjoni u infurzar iktar iffukati sabiex tingħata spinta
lill-koordinazzjoni tal-isforzi biex ikun promoss is-settur tal-konsenja
għall-kummerċ elettroniku. Dan
se jżid il-momentum sabiex tkun iffaċilitata konsenja mtejba
għall-oġġetti tal-kummerċ elettroniku. Mistoqsijiet: governanza; 18)
Hemm xi
ideat li jistgħu jkunu trattati b’mod effiċjenti mill-industrija li
jindirizzaw il-kwistjonijiet identifikati f’din il-Green Paper? Kif jista’ jkun promoss dan[69]? Kif
jistgħu jiġu involuti kemm il-kummerċ elettroniku kif ukoll
l-assoċjazzjonijiet industrijali tal-konsenja? 19)
Kif
jistgħu jiġu indirizzati aspetti ta’ governanza attwali ta’
standardizzazzjoni u interoperabbiltà[70]? Hemm bżonn li jiżdied
l-involviment ta’ rappreżentanti tal-kummerċ elettroniku,
speċjalment l-SMEs u l-konsumaturi?
7. Segwitu
u l-passi li jmiss:
Il-partijiet interessati kollha huma
mistiedna jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom b’reazzjoni
għall-mistoqsijiet ta’ hawn fuq. Il-kontribuzzjonijiet
għandhom jintbagħtu mhux iktar tard
mill-15 ta’ Frar 2013 fl-indirizzi li ġejjin: markt-delivery@ec.europa.eu jew European Commission DG Internal Market and Services On line services unit Rue de la Loi 200 1049 Brussell M'hemmx bżonn li
l-kontribuzzjonijiet mibgħuta jkopru l-kwistjonijiet kollha mqajma f’din
il-Green Paper. Għaldaqstant, jekk
jogħġbok indika b’mod ċar l-aspetti li magħhom huwa relatat
il-kontribut tiegħek.
Fejn possibbli, jekk
jogħġbok agħti argumenti speċifiċi favur jew kontra
l-alternattivi u l-approċċi ppreżentati f'din il-paper. Fil-kontribut tiegħek, inti
mistieden ukoll li tagħti opinjonijiet dwar jekk hemmx
aspetti/kwistjonijiet oħra li jeħtieġ li jkunu indirizzati biex
jinkiseb suq integrat tal-konsenja tal-pakketti fl-Unjoni Ewropea. Il-kontributi se jkunu ppubblikati fuq
is-sit elettroniku tad-DĠ tas-Suq Intern u s-Servizzi. Ir-reazzjonijiet li jaslu se jkunu
disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni sakemm ma tiġix mitluba
b'mod speċifiku l-kunfidenzjalità. Bħala segwitu għal din il-Green
Paper u abbażi tar-reazzjonijiet li jkunu waslu, fir-rebbiegħa 2013,
il-Kummisssjoni se tidentifika sett ta’ azzjonijiet li għandhom
jittieħdu sabiex ikun ikkompletat is-suq uniku għall-pakketti. [1] L-ekonomija tal-internet wasslet għal
kwazi 21 % tat-tkabbir fil-PDG fl-aħħar ħames snin. Tiġġenera wkoll 2.6 impjiegi għal
kull sensja u f’xi perjodi tammonta wkoll għal 25 % tal-ħolqien
nett tal-impjieg (COM(2011) 942 finali) [2] “Qafas koerenti
għall-bini ta’ fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ
elettroniku u tas-servizzi online”, COM(2011) 942 finali. [3] Kunsill tal-UE,
Konklużjonijiet dwar is-Suq Uniku Diġitali u l-Governanza tas-Suq
Uniku, 31 ta’ Mejju 2012; Riżoluzzjoni (P7_TA82010)0320)
tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ
elettroniku. [4] 42 %
tan-negozji onlajn fir-Renju Unit jagħtu prijorità lis-servizzi mtejba
tal-konsenja meta mqabbla mat-18 % għal investiment fi broadband
iktar veloċi. [5] Fil-qosor, kwanlunkwe oġġett
żgħir li tista’ timmaniġġah persuna waħidha. [6] 66% tax-“xiri
abbandunat” huwa kkawżat minn fatturi ta’ konsenja '2011 consumer trends in
multi-channel retailing', Royal Mail [7] Skont l-istimi
tal-FTI Consulting, il-bejjiegħa ż-żgħar jammontaw
għal 22 % tal-volumi tal-kummerċ elettroniku transfruntiera. Skont stimi tal-Eurostat, iktar minn kwart
tal-intrapriżi kollha jibagħtu ordnijiet ta’ kummerċ elettroniku
lill-pajjiżi oħra tal-UE : minn
dawn, 23 % huma intrapriżi żgħar, 41 % intrapriżi
kbar u 33 % intrapriżi medji. [8] Studju mwettaq
mis-Civic Consulting jistma li l-UE mhux qed tisfrutta l-potenzjal
tal-kummerċ elettroniku: il-gwadanji totali
fil-benessri għall-konsumaturi tal-UE minn sitwazzjoni ipotetika fejn
is-sehem tal-kummerċ elettroniku fil-kummerċ totali fil-livell
tal-konsumatur se jkun 15 % (minflok 3.5% tal-livell tal-2010) huma stmati
li jammontaw għal EUR 204.5 biljun fis-sena jew 1,7 %
tal-PDG tal-UE. [9] “Focus on the
Future” minn BCG, Mejju 2012; IMRG; ACSEL; “Intra-community
cross-border parcel delivery”, FTI 2011; Set
of national On line barometers minn E-bay; “The evolution of the European Postal market
since 1997”, ITA/ WIK 2009; IPC Cross border
E-commerce report 2010, Eurobarometer, “Consumer market study on the
functioning of e-commerce and Internet marketing and selling techniques in the
retail of goods”, Civic 2011. [10] Eurobarometer, Business attitude Towards
cross-border sales and consumer protection, Analytical report, Flash
Eurobarometer 224, Lulju 2008, Kapitolu 2, taqsima 2.1, paġna 21 [11] "Consumer market study on the
functioning of e-commerce and Internet marketing and selling techniques in the
retail of goods", Civic Consulting, Settembru 2011, pġ 132 [12] Stħarriġ riċenti li sar
fir-Renju Unit jindika li kważi 65 % ta’ dawk li wieġbu semmew
li r-riskju ta’ oġġetti li ma jaslux (minħabba li ma jkun hemm
ħadd id-dar biex jirċivihom) iżommhom lura milli jixtru onlajn. Perjodi ta’ żmien wisq vagi
għall-konsenja u r-riskju li l-oġġett jista’ ma jasalx
fil-ħin huma wkoll ta’ tħassib għal madwar 43 % ta’ dawk li
wieġbu.("A study of online fulfilment requirements", IMRG UK
Consumer Home Delivery Review 2012). [13] Il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni “Negozju Żgħir, Dinja Kbira - sħubija ġdida
li tgħin lill-SMEs jaħtfu l-opportunitajiet globali”
COM(2011) 702 [14] E-commerce in
the Nordics 2012, Postnord. [15] Ġew
stabbiliti mudelli differenti għat-trasporatazzjonijiet transfruntiera partikolarment
il-kooperazzjoni bejn is-servizzi postali nazzjonali permezz ta’ injezzjoni
diretta fis-sistema postali nazzjonali jew permezz ta’ arranġamenti
oħra ma’ operaturi tal-loġistika. [16] Fl-UE-27,
9 % biss tal-konsumaturi tal-UE u 18 % tal-bejjiegħa tal-UE
jużaw kummerċ elettroniku transfruntiera; 48 % tal-konsumaturi rrappurtaw li
għandhom iktar fiduċja fix-xiri onlajn domestikament milli dak
transfruntiera (European Commission, Consumer Conditions Scoreboard, Consumers
at home in the single market, March 2011). [17] Jekk il-bejjiegħa jkunu
jistgħu joffru għażla usa', il-bejgħ totali tal-prodotti li
għalihom id-domanda hi baxxa jew li l-volum tal-bejgħ tagħhom
huwa baxx jista’ jkun ugwali għal jew saħansitra jissupera s-sehem
tas-suq tal-prodotti li jinbiegħu l-aktar. [18] Pereżempju, 57 %
tal-bejjiegħa jqisu l-konsenja transfruntiera bħala ostaklu (Flash
Eurobarometer 224, Lulju 2008). 78 % tal-bejjiegħa fuq eBay jidentifikaw l-ispejjeż
tal-konsenja bħala ostaklu ewlieni għall-kummerċ elettroniku
transfruntiera, 42 % jirreferu għall-kwalità ħażina
tas-servizzi tal-konsenja (FreshMinds, Crossborder trade survey in the UK,
Germany and France). [19] Fi
stħarriġ li sar fir-Renju Unit, il-konsenja b’xejn kienet l-iktar
fattur imsemmi minn 67 % ta’ dawk li wieġbu li wassalhom biex ikomplu
jew iżidu l-użu tagħhom ta' bejjiegħ elettroniku (Delivery
Matters, 2011 Consumer Trends in multi-channel retailing _Royal Mail) [20] ITA/WIK 2009. Dawn iċ-ċifri jirreferu
għall-2008 u jinkludu is-suq tal-pakketti u s-suq express. Studju ieħor mill-IPC jindika li l-valur
tas-suq CEP tal-UE fl-2008 huwa ta’ EUR 37,38 biljun (inklużi
pakketti) filwaqt li s-settur B2C jirrappreżenta 26 % tas-suq CEP
totali tal-UE. [21] Fid-Direttiva Postali
(Direttiva 97/67/KE, kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE),
oġġetti ta’ korrispondenza jew dokumenti sa 2kg huma meqjusa
bħala ittri, oġġetti sa 20 kg huma meqjusa li huma pakketti. [22] Eurostat
(Isoc_ec_ebuyn2) Fig 11 [23] Is-Suq
tal-Fornituri tas-Servizzi Universali jvarja b’mod sinifikanti fl-Istati Membri
kollha : inqas minn
10 % fi Stati Membri bħall-Bulgarija, Spanja u r-Renju Unit; bejn 10% u 15 % fi Stati Membri
bħall-Ungerija jew l-Italja;
u
iktar minn 25 % fi Stati Membri bħar-Repubblika Ċeka,
id-Danimarka, Franza, Estonja – The Evolution of the European Postal Market
since 1997, ITA/WIK 2009. [24] Ara
l-Kapitolu 4 għal iktar informazzjoni dwar id-Direttiva dwar
is-Servizzi Postali. [25] U
speċjalment għall-konsumaturi u l-SMEs: in-nuqqas ta’ għażla rħisa
għall-pakketti (eħfef minn 2 kg); elementi tas-servizzi bħall-fakultà ta' kif
ordni tista’ tkun itraċċata jeżistu iżda jistgħu jkunu
offruti biss f’kombinazzjoni ma’ elementi ta’ valur addizzjonali ogħla. [26] Fornituri ta’
loġistika għal partijiet terz i jipprovdu assistenza
lill-konsumaturi għal servizzi esternalizzati għal parti
mil-loġistika jew għal-loġistika kollha (bħal pick and pack, warehousing, documentation,
labelling procedures and distribution). Sensara online u konsolidaturi ta’ pakketti
joffru skontijiet fuq trasportazzjoni unika minn integraturi jew operaturi
nazzjonali [27] Stimi ta’ volumi
u pjanar ta’ kapaċità, skedi ta’ ħin fejn il-volumi, ir-rotot kif
ukoll l-aspettattivi tal-konsumatur għandhom ikunu kkunsidrati. [28] Stħarriġ
mill-IRMG għall-"UK Consumer Home Delivery Review 2012"
tagħhom, wera li 85 % ta’ dawk li wieġbu semmew
l-aċċess għal informazzjoni onlajna dwar traċċar
bħala l-iktar mod importanti uniku biex il-konsenji jsiru iktar
konvenjenti.("IRMG UK Consumer Home Delivery Review 2012 – a study of
online fulfilment requirements"). Fi
stħarriġ tal-2011 dwar il-kummerċ elettroniku Ewropew minn by
Accenture for the European Retail Round Table, il-katina tal-provvista u
l-kwistjonijiet tal-konsenja kienu identifikati minn 34 % ta’ dawk li
wieġbu bħala ostakoli għat-tqegħid fis-suq, filwaqt li
42 % ta’ dawk li wieġbu indikaw problemi tal-infrastruttura tat-trasportazzjoni
(European Cross-border E-commerce – the challenge of achieving profitable
growth", Accenture January 2012). [29]
FTI (2011); Civic
Consulting (2011); Mystery Shopping Evaluation of Cross-Border e-commerce in
the EU (2009). [30] Operaturi
postali li jikkonsenjaw prodotti f’pakkett prijoritarji permezz tan-netwerk
integrat tal-konsenja tal-Grupp Ewropew tal-Pakketti jibbenefikaw minn sistema
ta’ traċċar u sistema awtomatizzata ta’ servizz għall-konsumatur
li tikkonnettja kull ċentru postali ta' sejħiet bl-operatur. [31] Saru għadd
ta’ stħarriġiet biex jidentifikaw il-ħtiġijiett
tal-konsumaturi vis-à-vis l-konsenja ta’ oġġetti ordnati onlajn. Pereżempju, “Home delivery in the UK 2011”
minn Snow Valley, IPC Cross border E-commerce report 2010; IRMG (2012), CIVIC (2011). [32] Studju dwar
esperjenzi tal-konsumatur bix-xiri onlajn juri li l-biċċa l-kbira
tal-problemi li jesperjenzaw il-konsumaturi meta jixtru oġġetti
jikkonċernaw il-konsenja: konsenja li ddum
ma tasal (28 % tal-konsumaturi rrappurtaw problema), prodotti li jaslu
danneġġjati (20%), prodotti li ma jaslux (17 %), konsenja ta’
prodotti żbaljati (14%) u spejjeż tal-konsenja jew prezz finali kienu
għola milli jidher fuq il-website (7%). [33]
Rapport tal-IPC dwar
il-kummerċ elettroniku transfruntiera [34] The 2011 online
retail delivery report, Snow Valley. [35] Consumer Focus. [36] Dejjem iktar
konsumaturi fir-Renju Unit jixtiequ jirċievu sms b’informazzjoni ta’
konferma dwar l-istatus tal-konsenja: 80%
tax-xerrejja onlajn jgħidu li jixtiequ jirċievu
aġġornamenti f’kull stadju tal-konsenja, Delivery matters, 2011. [37] Rapport tal-IPC
tal-2010 dwar il-kummerċ elettroniku transfruntiera. [38] Żewġ
ostakli kbar għat-trasportazzjoni transfruntiera fi Franza huma
l-ispejjeż għoljin tat-trasportazzjoni (78%) u s-servizzi ta’ trasportazzjoni
ħżiena (42%), mqabbla ma’ 28% nuqqas ta’ domanda jew 12% għal
differenzi kulturali (rapport tal-eBay). [39] Inklużi
l-ispejjeż għat-tiġdid tal-flotta sabiex tinżamm
aġġornata biex tilħaq l-istandards ambjentali. [40] Ara l-azzjoni
ta’ dimostrazzjoni DiSCwise, (http://www.discwise.eu/). [41] Id-Direttiva
97/67/KE kif emendata mid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE. [42] 36% biss tas-suq
tal-pakketti huwa miżmum mill-fornituri tas-servizz universali; u minn dawk is-36% ammont żgħir biss
jaqa’ taħt l-obbligi tas-servizz universali. Ir-rekwiżiti minimi fid-Direttiva Postali
jinkludu l-forniment ta’ servizzi bażiċi tal-pakketti jew over the
counter. L-obbligi minimi
tas-servizz universali huma spjegati sew fl-Artikolu 3 tad-Direttiva
Postali iżda l-Istati Membri jistgħu jmorru lil hinn minn dawn
ir-rekwiżiti. [43] COM (2011) 635 finali 11.10.2011 [44] Proposta tal-Kummissjoni għal
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva
għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament
(KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR
tal-konsumatur) COM(2011) 793 finali adottata
fid-29 ta’ Novembru 2011 [45] Artikolu 19 tad-Direttiva Postali
jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’
skemi indipendenti barra mill-qorti għas-soluzzjoni ta’ tilwim. [46]
Direttiva 2006/123/KE [47] http://ec.europa.eu/internal_market/services/docs/servicesdir/implementation/report/SWD_2012_146_en.pdf [48] White paper tal-KE: Pjan direzzjonali għal Żona
Unika Ewropea tat-Trasport, COM(2011) 144 finali u l-inizjattiva trasport
elettroniku tal-merkanzija: http://ec.europa.eu/governance/impact/planned_ia/docs/2013_move_001_e_freight.pdf [49] Pereżempju
id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja
iktar nadifa għall-Ewropa, ĠU L 152,
11 ta’ Ġunju 2008, jipprovdi qafas regolatorju fir-rigward
tal-objettivi tal-kwalità tal-arja fl-UE. [50] Kif stipulat fir-Regolament (KE)
Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti
għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati
mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 u d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà
ġenerali tal-prodotti. [51] Iktar dwar
l-ambitu tal-eżenzjoni tal-VAT fis-settur postali: ara d-deċiżjoni preliminari tal-Qorti
Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża C-357-07, The Queen, fuq talba ta’:
TNT Post UK Ltd The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs,
Ġabra [2009] 03025, paragrafi 36-40. [52] Pereżempju,
il-punt 19 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali
jidentifika konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg bħala
waħda mir-rekwiżiti essenzjali għal-fornituri tas-servizz
postali meta japplikaw għall-awtorizzazzjoni. [53] Regolament (KEE) Nru 2913/92
tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi
Doganali tal-Komunità, ĠU L 302, 19.10.1992. [54] Jekk jogħġbok innota li
l-mistoqsijiet sussegwenti għandhom ikunu bbażati fuq id-definizzjoni
kif stabbilita fil-Green Paper.
[55] 47%
tal-konsumaturi jindikaw li n-nuqqas ta’ konsenja konvenjenti tista’
żżommhom lura milli jixtru onlajn.(Consumer Focus research on
consumer needs, November 2010). [56] Minbarra r-rekwiżiti
fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-konsumatur li jobbligaw
lill-bejjiegħa jipprovdu informazzjoni ċara u trasparenti
lill-konsumaturi, speċjalment id-drittijiet tagħhom li jirtiraw minn
kuntratt mill-bogħod. [57] Minbarra
r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar
il-konsumatur u d-Direttivi dwar is-Servizzi u l-Kummerċ Elettroniku
(2006/123/KE u 2000/31/KE). [58] Dwar
is-suġġett speċifiku ta’ responsabbiltà multimodali,
il-Kummissjoni qed tistenna l-eżitu tal-proċess ta’ ratifikazzjoni
tar-Regoli ta’ Rotterdam mill-Istati Membri. [59] Għall-finijiet
ta’ allokazzjoni tal-ispejjeż, “il-piż, il-livelli tal-assigurazzjoni
u l-veloċità" mhumiex neċessarjament xpruni tal-ispejjeż li
huma assoċjati mal-attivitajiet postali kollha (il-ġbir,
it-trasportazzjoni, l-issortjar u l-konsenja). Barra minn hekk, l-allokazzjoni ta’ spejjeż
komuni għad-diversi prodotti postali ġenerlament tinvolvi l-użu
ta’ allokatur ġenerali (bħall-EPMU – Equally proportionate mark-up
price), fejn l-attribwiti differenti tal-ispiża bħall-piż
mhumiex rilevanti direttament. Dan ifisser li
dan il-kalkolu tal-ispiża bbażat fuq il-prinċipji
tal-allokazzjoni tal-ispiża msemmija hawn fuq mhux neċessarjament
irendi l-istess riżultat bħall-użu tal-piż u attribwiti
individwali oħrajn, bħala indikatur għall-ispiża. [60] Pereżempju
żieda fil-livell ta’ armonizzazzjoni tal-proċess ta’ konsenja, titjib
fl-effiċjenza, konsolidazzjoni u kondiviżjoni tal-faċilitajiet
fiċ-ċentri tal-loġistika lokali. Ara wkoll l-inizjattiva tat-trasport
elettroniku tal-merkanzija http://ec.europa.eu/governance/impact/planned_ia/docs/2013_move_001_e_freight.pdf [61] Ara
l-Kapitolu 4 dwar il-qafas regolatorju kurrenti. [62] FTI, CIVIC
(2011), Eurobarometer, Accenture 'European cross border e-commerce' (2011),
YouGov Psychonomics " Mystery Shopping Evaluation of Cross-Border
e-commerce in the EU" (2009).
Il-YouGov
Psychonomics jirrapporta li l-prezz tal-konsenja impost mill-kummerċ
elettroniku u l-bejjiegħa mill-bogħod fuq il-konsumaturi bħala
medja huwa d-doppju għall-konsenji transfruntieri milli
għall-konsenji domestiċi. l-ispiża
medja tat-trasportazzjoni għal offerti domestiċi kienet EUR 8
filwaqt li għal offerti transfruntieri kienet EUR 16. [63] Programm Qafas
għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, Programm Operazzjonali ta'
Konverġenza Diġitali, jew inizjattivi oħra
għall-iżvilupp ta' teknoloġiji speċifiċi,
bħall-użu ta’ Dejta ta’ Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju. [64] Il-proġett DiSCwise
(http://www.discwise.eu/), iffinanzjat mid-DĠ ENTR, għandu
l-għan li jikkonnettja iktar partijiet interessati, billi jassisti
l-integrazzjoni tagħhom fi ktajjen tal-provvista effiċjenti u
komodali. Huwa jippermetti
lill-utenti u l-fornituri tas-servizz tat-trasport u l-loġistika, b’mod
partikolari l-SMEs, biex jipparteċipaw b’mod iktar faċli fl-ippjanar
u l-eżekuzzjoni tat-trasport, billi juża alternattivi sostenibbli
tat-trasport. [65] Idealment, dawk
il-pjattaformi jirrazzjonalizzaw il-konsenja għall-kummerċ
elettroniku, jintegraw is-servizzi tal-loġistika b’sistemi ta’
informazzjoni kondiviżi, itejbu l-koordinazzjoni u jużaw trasportatur
komuni jew miftiehem għall-konsenja (li jillimita l-impatt ambjentali u li
jiffaċilita l-immaniġġar ta’ oġġetti ritornati u
l-immaniġġjar tal-istokks). [66] Eżempju ta’
tali task force kien il-US Mailing Industry Task Force li ġiet stabbilita
fis-snin 90 u li ġabet flimkien uffiċjali għoljin
tat-teknoloġija mill-partijiet interessati ewlenin tal-industrija sabiex
issib soluzzjonijiet innovattivi u intelliġenti sabiex il-posta tasal
aħjar. [67] Bħalissa
madwar 30 % tax-xerrejja onlajn fir-Renju Unit jindikaw li jixtru
oġġetti minn websajts barranin (anke barra mill-Ewropa). Il-medja intra-UE għal xiri onlajn
transfruntiera huwa madwar 10 %. F’dak
l-isfond, l-importanza ta’ qbil dwar standards Ewropej u internazzjonali u
l-iżgurar ta’ livell ogħla ta’ konnettività jsir ċar,
speċjalment għall-SMEs u l-konsumaturi li huma affettwati b’mod
disproporzjonat. [68] Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 2010/C217/07. [69] Pereżempju,
il-promozzjoni tal-aħjar prattiki, ftehimiet ta’ sħubija u
kodiċijiet ta’ kondotta; standards
għat-trasferimenti elettroniċi tad-dejta, tikketti, bażijiet
tad-dejta bl-indirizzi; l-iżvilupp
tikketta Ewropea ta’ konsenja. [70] Bħalissa,
il-kwistjonijiet ta’ standardizzazzjoni huma trattati fil-Kumitat Tekniku CEN
għas-servizzi postali u kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà fost xi
operaturi postali huma trattati mill-Grupp Ewropew tal-Pakketti.